32004R0445



Official Journal L 072 , 11/03/2004 P. 0060 - 0061


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2004

ta’ l-10 ta’ Marzu 2004

li jemenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE dwar l-interjuri ta’ l-annimali, xaħam tal-majjal u xaħam imdewweb u laħam tal-fenek u laħam ta’ l-annimali tal-kaċċa mrobbija

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill Nru 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ prodotti mhux suġġetti għal dawk il-ħtiġijiet stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva Nru 89/662/KEE u, fir-rigward tal-patoġeni, għad-Direttiva Nru 90/425/KEE [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/42/KE [2], u b’mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 15 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva Nru 92/118/KEE tistipula r-regoli tal-Komunità dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u dik pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jistabbilixxi r-regoli tas-saħħa dwar prodotti mnissla mill-annimali li mhux maħsuba għall-konsum uman [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 808/2003 [4], jistipula r-regoli tal-Komunità dwar prodotti li joriġinaw mill-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman.

(3) Id-Direttiva Nru 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2002 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill Nru 90/425/KEE u 92/118/KE rigward il-ħtiġijiet tas-saħħa għall-prodotti mnissla mill-annimali [5], emendat b’mod sinifikattiv id-Direttiva Nru 92/118/KEE, b’mod partikolari biex tnaqqas l-iskop tagħha u tkun tkopri biss il-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman u l-patoġeni.

(4) Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġislazzjoni tal-Komunità, huwa xieraq li jiġi ċċarat aktar l-iskop tad-Direttiva Nru 92/118/KEE.

(5) Id-Direttiva Nru 92/118/KEE għandha għalhekk tiġi emendata.

(6) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva Nru 92/118/KEE

1. It-Titolu tal-Kapitolu 2 ta’ l-Anness I tad-Direttiva Nru 92/118/KEE jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Casings ta’ l-annimali maħsuba għall-konsum uman"

.

2. It-titolu tal-Kapitolu 9 ta’ l-Anness I tad-Direttiva Nru 92/118/KEE jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Xaħam tal-majjal u xaħam imdewweb maħsub għall-konsum uman"

.

3. It-Titolu tal-Kapitolu 11 ta’ l-Anness I tad-Direttiva Nru 92/118/KEE jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Laħam tal-fenek u laħam tal-kaċċa mrobbi maħsub għall-konsum uman"

.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabilità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jgħodd mill-1 ta’ Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Marzu 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 62, tal-15.3.93, p. 49.

[2] ĠU L 13, tat-18.1.3, p. 24.

[3] ĠU L 273, ta' l-10.10.2, p. 1.

[4] ĠU L 117, tat-13.5.3, p. 1.

[5] ĠU L 315, tad-19.11.2, p. 14.

--------------------------------------------------