32004R0136



Official Journal L 021 , 28/01/2004 P. 0011 - 0023


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004

tat-22 ta’ Jannar 2004

li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f’postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi

(Test b’relevanza għall-FEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [1], u partikolarment l-Artikolu 3(5), l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 8(7), l-Artikolu 16(3) u l-Artikolu 19(1) li jinsabu fih,

billi:

(1) Il-kondizzjonijiet oriġinali għal kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi kienu stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE [2], li ġiet imħassra u sostitwita mid-Diretiva 97/78/KE.

(2) Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba minn wara l-adozzjoni tad-Diretiva 90/675/KEE, kien hemm xi tibdiliet għal proċeduri mdaħħlin bid-Direttiva 97/78/KE. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/13/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1992 tistabbbilixxi l-proċeduri għal kontrolli veterinarji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti minn pajjiżi terzi [3], kif l-aħħar emendati bid-Deċiżjoni Nru 2003/279/EC [4], kienet adottata fuq il-bażi ta’ l-ewwel Diretiva u għalhekk għandha tiġi aġġornata.

(3) Iċ-Ċertifikat maħruġ wara li tlestew kontrolli veterinarji u preżentement stabbiliti fl-Anness B għad-Deċiżjoni 93/13/KEE għandhom ikunu adattati biex jieħdu in konsiderazzjoni it-tibdiliet għal proċeduri kemm għal kunsinni li jissodisfaw ir-regoli tal-Komunità kif ukoll għal kunsinni li ma jissodifawx ir-regoli tal-Komunità, u kemm għall-importazzjoni kif ukoll għal transitu fil-Komunità.

(4) Regoli dettaljati dwar l-użuta’ dak iċ-ċertifikat huma mniżżla fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/208/KE tal-24 ta’ Frar 2000 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/98/kE dwar it-transitu ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor li jgħaddu biss inn toroq minn naħa għall-oħra fil-Komunità Ewropea [5], u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/571/KE tat-8 ta’ Settembru 2000 tistabbilixxi l-metodi tal-kontroll veterinarju għal prodotti minn pajjiżi terzi destinati biex jiddaħħlu f’żoni ħielsa, mħażen ħielsa, mħażen tad-dwana jew operaturi li jipprovdu mezzi tat-trasport bil-baħar li jaqsam il-fruntieri [6].

(5) Madankollu, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar l-amministrazzjoni fil-prattika taċ-ċertifikat f’sitwazzjonijiet fejn il-kunsinni tirċievi approvazzjoni veterinarja fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera imma tibqa’ għal xi żmien taħt is-sorveljanza tad-dwana għal raġunijiet fiskali. F’każi bħal dawn sistema ta’ traċċabilità, u klarifikazzjoni dwar liema dokumentazzjoni għandha takkompanja l-kunsinna, huma meħtieġa.

(6) Sabiex tiffunzjona sewwa s-sistema ta’ kontroll veterinarju fis-suq waħdieni l-informazzjoni kollha dwar xi prodott għandha tkun miġbura f’dokument wieħed b’ tifsila uniformi sabiex jitnaqqsu l-problemi ta’ differenzi ta’ lingwi fi Stati Membri differenti.

(7) Dettalji speċifiċi ta’ teħid ta’ kampjuni armonizzat u ttestjar fil-laboratorju ta’ tipi differenti ta’ prodotti sejrin isiru soġġetti għal deċiżjonijiet li sejrin jittirħdu aktar tard, imma għalissa regoli nazzjonali għandhom jibqghu jseħħu ħlief f’każi ta’ miżuri partikolari ta’ salvagwardja.

(8) L-esperjenza turi li huwa ta’ importanza fondamentali li wieħed ikollu sorsi tajba ta’ informazzjoni dwar il-kunsinni kollha deħlin fil-Komunità biex jinaqqas il-frodi u l-evasjoni tal-kontrolli. L-iċċekkjar tal-manifesti hija karatteristika fondamentali ta’ dan il-proċess ta’ ġbir ta’ imma huwa kompitu sostanzjali ħafna u li jieħu ħafna żmien u li għandu jiġi awtomatizzat b’ mezzi elettroniċi kull fejn ikun possibbli.

(9) Minbarra l-ġbir effiċjenti ta’ l-informazzjoni rilevanti fost l-operaturi xierqa kollha, l-awtorità lokali kompetenti għandha tkun imħollija jkollha aċċess għad-databases rilevanti ta’ l-awtoritajiet tad-dwana. L-operaturi kollha għandhom jiġu integrati f’din is-sistema ta’ databases biex tiġi assigurata d-disponibbilità ta’ informazzjoni aġġornata minn dawk involuti.

(10) Ċerti prodotti tal-pjanti li jikkostitwixxu riskju tat-tferrix ta’ infezzjonijiet jew mard li jittieħed lil annimali għandħom ikunu soġġetti għal kontroll veterinarju. Lista ta’ tali prodotti għandha tinġabar flimkien ma’ lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi li listgħu ikunu awtorizzati jesportaw dawk il-prodotti lill-Komunità.

(11) Għal ammonti żgħar ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali Oriġini li jkunu qegħdin jiġu trasportati għal konsum tagħhom personali minn passiġġieri li jaslu minn pajjiżi terzi, eżenzjonijiet mill-ħtiġijiet tal-proċeduri ta’ kontroll veterinarju huma possibbli. Uħud minn dawk il-prodotti huma suġġet ta’ miżura ta’ salvagwardja skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/995/KE tad-9 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi miżuri temporanji ta’ salvagwardja dwar l-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali għal konsum personali [7]. Referenza għal dawk il-miżuri għandha tinżamm sakemm jiġu adottati regoli permanenti f’dan is-settur.

(12) Il-miżuri f’dan ir-Regolament jissostitwixxu dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 93/13/KEE u dik id- Deċiżjoni għandha għalhek titħassar.

(13) Il-miżuri maħsuba f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinion tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kontroll veterinarju

1. Il-kontrolli ta’ dokumenti previsti fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 97/78/KE għandhom jiġu effetwati skond l-Anness I għal dan ir-Regolament.

2. L-iċċekkjar fil-laboratorji u analisi tal-kampjuni uffiċjali kif previst fl-Artikolu 4(4)(b) tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu effettwati skond l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Notifikazzjoni tal-wasla ta’ prodotti permezz ta’ Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul

1. Qabel ma tasal fiżikament il-kunsinna fuq it-territorju tal-Komunità il-persuna responsabbli għat-tagħbija għandu jinnotifika l-wasla tal-prodotti lill-personàl veterinarji tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fejn il-prodotti għandhom ikunu sottomessi, bl-użu tad-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul (CVED), kif imniżżel fl-Anness III.

2. Il-CVED għandu jinħareġ skond ir-regoli ġenerali dwar iċ-ċertifikazzjoni mniżżla f’liġijiet oħrajn rilevanti tal-Komunità.

3. Il-CVED għandu jinkiteb f’oriġinal u f’kopji kif deċiż mill-awtorità lokali kompetenti biex jissodisfa il-ħtiġijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-persuna responssabbli għat-tagħbija għandha timla l-ewwel parti tas-CVED u tittrasmettiha lill-personàl veterinarju tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.

4. Mingħajr preġudizzju għal paragrafi 1 u 3, l-informazzjoni li tinsab fil-CVED tista’, bi qbil ma’ l-awtoritajiet kompetenti uthorities involuti fil-kunsinna, tkun notifikata bil-quddiem permezz ta’ telekomunikazzjonijiet jew distemi oħrajn ta’ trasmissjoni ta’ data elettronika. Meta jiġri dan, l-informazzjoni fornita f’forma elettronika għandha tkun dik meħtieġa skond l-ewwel parti tal-mudell CVED.

Artikolu 3

Proċeduri li għandhom jiġu segwiti wara li jitlestew il-kontrolli veterinarji

1. Awara li jitlestew il-kontrolli veterinarji previsti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 97/78/KE, parti 2 tal-CVED għandha timtela taħt ir-responsabbiltà ta’ l-uffiċjal veterinarju responsabbli għal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera. Il-CVED għandu jkun iffirmat minn dak il-veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju uffiċjali ieħor li jaħdem taħt is-sorveljanza ta’ l-imsemmi veterinarju, biex jagħti approvazzjoni veterinarja lill-kunsinna.

Fil-każ ta’ postijie ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera li jiċċekkjaw importazzjoni ta’ ħut skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/352/KEE [8], l-aġent uffiċjali nominat jista’ jaqdi l-funzjonijiet ta’ l-veterinarju uffiċjali inkluż il-mili u l-iffirmar tal-CVED.

2. L-oriġinal tal-CVED għal kunsiini li għalihom approvazzjoni veterinarja inagħtat għandu jikkonsisti mil-partijiet 1 u 2 flimkien, mimlijin u ffirmati kif xieraq.

3. Il-veterinarju uffiċjali jew il-persuna responsabbli għat-tagħbija għandu jinnotifika lill-awtorijiet tad-dwana għal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera dwar l-approvazzjoni veterinarja tal-kunsinna kif previst fil-paragrafu 1 billi jissottometti l-oriġinal tal-CVED, jew b’ mezzi elettroniċi.

- Wara li d-dwana tkun għaddiet il-kunsinna [9], l-oriġinal tal-CVED għandu jkun mehmuż mal-kunsinna lejn l-ewwel stabbiliment destinatarju.

- Il-veterinarji uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandhom iżommu kopja tal-CVED.

- Il-veterinarji uffiċjali għandhom jibagħtu kopja tal-CVED lill-persun responsabbli għat-tagħbija.

4. Il-veterinarju uffiċjali għandu jżomm iċ-ċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni oriġinali maħruġin mil-pajjiżi terzi u li jikkompanjaw il-kunsinna, kif ukoll kopja tal-CVED, għal għallinqas tlitt snins. Madankollu, għal kunsiini ta’ prodotti in transitu jew għall-ħażna f’maħżen approvat taħt l-Artikoli 12(4) jew 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ufl-aħħarnett għal destinazzjonijiet barra mill-Komunità, id-dokumenti veterinarji oriġinali mehmuża mal-kunsinna meta jaslu għandhom jibqgħu għaddejjin fi triqthom mal-kunsinna u biss il-kopji ta’ dawn id-dokumenti għandhom jinżammu fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.

Artikolu 4

Proċedura li għandha tiġi applikata fejn kunsinni ta’ prodotti ikunu kisbu approvazzjoni veterinarja imma jkunu taħt is-sorveljanza tad-dwana

1. Fejn kunsinni ta’ prodotti jkunu irċevew approvazzjoni veterinarja fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera kif previst fl-Artikolu 3(1), imma jibqgħu taħt is-sorveljanza tad-dwana u jkunu rilaxxjati għal ċirkolazzjoni ħielsa aktar il-quddiem, il-proċedura mniżżla fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandha tgħodd.

2. L-oriġinal tal-CVED għandu jkun mehmuż mal-kunsinna sakemm il-kunsinna tibqa’ taħt is-sorveljanza tad-dwana permezz ta’ stabbiliment wieħed jew iżjed, sakem il-persuna responsabbli mit-tagħbija titlob biex tinħeles mid-dwana.

3. Għall-ewwel rilaxxament mid-dwana il-persuna risponsabbbli għat-tagħbija għandhae tippreżenta l-oriġinal tal-CVED lill-uffiċju doganali responsabbli għall-istabilliment fejn tinsab il-kunsinna. Din tista’ issir ukoll b’ mezzi elettroniċi, soġġetta għall-awtorizzazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti.

4. Meta rilaxxament mid-dwana jkun intalab kif previst fil-paragrafu 3, l-operatur ta’ l-istabbiliment għandu:

(a) jżomm kopja tal-CVED meħmuż mal-kunsinna;

(b) jireġistra id-data ta’ meta tasal il-kunsinna; u

(ċ) jireġistra d-data ta’ rilaxxament mid-mid-dwana, jew id-datti ta’ kull rilaxxament jekk il-kunsinna tinqasam f’partijiet kif previst fl-Artikolu 5.

Artikolu 5

Proċedura li għandha tinħadem meta kunsinni taħt is-sorveljanza tad-dwana jinqasmu f’partijiet

1. Meta kunsinna li jirriferi għaliha l-Artikolu 4(1) tinqasam f’partijiet, l-oriġinal tal-CVED għandu jkun ippreżentat lill-awtoritajiet doganali kompetenti responsabbli għall-istabbiliment fejn il-kunsinna tiġi maqsuma. Kopja tal-CVED imbagħad tibqa’ fl-jistabbiliment fejn il-kunsinna tinqasam.

2. L-awtorità lokali kompetenti responsabbli għall-istabbiliment fil-paragrafu 1 tista’ toħroġ fotokopja awtentikata ta’ l-oriġinal tal-CVED biex tkun mehmuża ma’ kull parti tal-kunsinna, immarkata b’ informazzjoni dwar il-kwantità jew piż.

L-awtorità lokali kompetenti tista’ teħtieġ lill-operatur ta’ l-istabbiliment fejn il-kunsinna tinqasam iżomm reġistri biex tiġi assigurata it-traċċabilità tal-partijiet differenti tal-kunsinna.

Reġistri u kopji tal-CVED għandhom jinżammu għal tlitt snin.

Artikolu 6

Koordinazzjoni ma’ servizzi oħrajn ta’ l-inforzar

Biex jiġi assiguratli l-prodotti ta’ oriġini ta’ annimali li mjidħlu fil-Komunità jgħaddu minn kontrolli veterinarji l-awtorità kompetenti u l-veterinarji uffiċjali ta’ kull Stat Membru għandha tikkoordina ma’ servizzi oħrajn ta; l-infurzar biex isir ġbir ta’ informazzjoni dwar id-dħul ta’ prodotti ta’ annimali Din għandha tgħodd partikolarment għal li gej:

(a) informatzzjoni disponibbli għas-servizzi tad-dwana;

(b) informazzjoni fuq manifesti ta’ vapuri, bġejjeċ tal-baħar, ferroviji jew ajruplani;

(ċ) għejun ta’ informazzjoni għad-dispożizzjoni ta’ l-operaturi kommeċjali tat-trasport b’ vetturi tat-triq, il-ferroviji, l-portijiet u l-ajruporti.

Artikolu 7

Aċċess għad-databases u integrazzjoni ta’ sistemi ta’ teknoloġija ta’ l-informatika

Għall-fini ta’ l-Artikolu 6, l-awtorità lokali kompetenti għandha jkollha aċċess għad-databases jew partijiet rilevanti tagħha għad-dispożizzjoni tas-servizzi tad-dwana.

Sa fejn tippermetti s-sigurtaà xierqa dwar id-data, is-sistemi ta’ teknoloġija informatika wżati mill-awtoritaaaaaa kompetenti għandha, sa fejn ikun possibbli u meta approprjat, tkun integrata ma’ dawk tas-sistemi tad-dwana, u ma’ dawk ta’ operaturi kommerċjali, sabiex jitħaffef it-trasfertiment ta’ informazzjoni.

Artikolu 8

Regoli speċifiċi għal prodotti li jkunu fil-bagalji ta’ vjaġġaturi jew li jkunu mibgħuta bħala kunsinni żgħar lil persuni privati

1. Mingħajr preġudizzju għal regoli speċifiċi tal-Komunità dwar ċerti prodotti, il-prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 16(1)(a), (b), u (d) tad-Direttiva 97/78/KE ma għandhomx ikunu soġġetti għal kontrolli sistematiċi veterinarji mniżżla f’Kapitolu 1 ta’ dik id-Direttiva jekk ikunu ta’ inqas minn kg ifil-piż biss u destinati għal konsum uman personali.

Madankollu, tali prodotti jistgħu jiddaħħlu biss fil-Komunità minn pajjiżi terzi approvati jew partijiet ta’ pajjiżi terzi approvati.

2. Paragrafu 1 ma għandux jaffettwa ir = regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali w s-saħħa pubblika mniżżla f’leġislazzjoni xierqa tal-Komunità.

3. Għal pakketti żgħar ta’ prodotti li joriġinaw minn annimalili li jiddaħħlu fid-Danimarka mill-Groenlandja u l-Gżejjer Faeroe għal konsum dirett minn persuni privati, l-akbar piż previst fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 5 kg.

4. Għal ħut maqbud għad-delizju u mdaħħal fil-Finlandja u fl-Isvezja mir-Russja fil-valiġġa personali ta’ vjaġġaturi, għal konsum dirett minn persuni privati, il-limitu fil-piż previst fil-paragrafu 1 għandu jkun 15 kg jew ħuta waħda ta’ kwalunkwe piż, liema jkun l-ogħla.

Artikolu 9

kontroll veterinarju ta’ ċerti prodotti tal-pjanti

1. Stati Membri għandhom jissottomettu l-prodotti tal-pjanti illistjati fl-Anness IV, mill-pajjiżi awtorizzati u llistjati fl-Anness V, għall-kontrolli dokumentarji li jirriferi għalihom l-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, u kif xieraq, għall-iċċekkjar fil-laboratorji li jirrferi għalihom l-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament u kontrolli jiżiċi oħrajn imniżżla fl-Anness III għad-Direttiva 97/78/KE.

2. Il-kondizzjonijiet tad-Direttiva 97/78/KE u ta’ dan ir-Regolament għandhom jgħoddu għall-prodotti kollha tal-pjanti llistjati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament, li, partikolarment minħabba l-oriġini tagħhom u destinazzjoni sussegwenti, jistgħu jwasslu għar-riskju li jferrxu infezzjonijiet jew mard ta’ l-annimali li jitieħdu.

Artikolu 10

Użu ta’ ċertifikazzjoni elettronika

Il-prodotti, l-użu, it-trasmissjoni u l-ħażna tal-CVED kif stabbilit fid-diversi sitwazzjonijiet deskritti f’dan ir-Regolament jistgħu isiru b’ mezzi elettoniċi għad-diskrezzjoni ta’ l-awtorità lokali kompetenti.

Artikolu 11

Tħassir

Deċiżjoni Nru 93/13/KEE hija mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjonijiet mħassra għandhom ikunu meħuda bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Jannar 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 24, 30.01.98, p. 9.

[2] ĠU L 373, 31.12.90, p. 1.

[3] ĠU L 9, 15.01.93, p. 33.

[4] ĠU L 101, 23.04.03, p. 14.

[5] ĠU L 64, 11.03.00, p. 20.

[6] ĠU L 240, 23.09.00, p. 14.

[7] ĠU L 353, 30.12.02, p. 1.

[8] ĠU L 144, 16.06.93, p. 25.

[9] It-kliem "rilaxxament mid-dwana" f’dan ir-Regolament ifissru ħelsien għal ċirkolazzjoni libera kif deskritt fl-Artikolu 79 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

IL-KONTROLLI DOKUMENTARJI LI JIRRIFERI GĦALIHOM L-ARTIKOLU 1(1)

Ir-regoli li ġejjin għandhom jiġu applikati għall-kontrolli dokumentarji fuq prodotti minn pajjiżi terzi:

1. Għal kull kunsinna, l-awtorità lokali kompetenti għandha taċċerta ruħha x’ ikun intiż li għandu jkun approvat mid-dwana it-trattament jew l-użu li għalihom il-merkanzija tkun assenjata.

2. Kull ċertifikat jew dokument għas-saħħa ta’ l-annimali jew is-saħħa pubblika li jkun mehmuż mal-kunsinna ta’ prodotti li joriġinaw minn xi pajjiż terz u ppreżentat fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandu jiġi spezzjonat biex jikkonfirma kif xieraq:

(a) li huwa ċertifikat jew dokument oriġinali;

(b) li jirriferi għal xi pajjiż terz jew parti minn xi pajjiż terz awtorizzat jesporta lejn il-Komunità, jew, għal prodotti mhux armonizzati, lejn l-Istat Membru kkonċernat;

(ċ) li l-preżentazzjoni u l-kontenut tiegħu jikkorrespondu mal-mudell mfassal għall-prodotti u pajjiż terz ikkonċernat, jew, għal prodotti mhux armonizzati, lejn l-Istat Membru kkonċernat;

(d) li jissodisfa l-prinċipji ġenerali ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Anness IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE [1];

(e) li kien totalment kompletat;

(f) li jirriferi għal stabbiliment jew biċċa tal-baħar awtorizzat jew irreġistrat biex jesporta lejn il-Komunità, jew, għal prodotti mhux armonizzati, lejn l-Istat Membru kkonċernat;

(g) li huwa ffirmat minn veterinarju uffiċjali jew, fejn f’waqtu, ir-rappreżentant ta’ l-awtorità uffiċjali, u juri mod li jista’ jinqara u f’ittri kapitali ismu/isimha u l-pożizzjoni, u wkoll li t-timbru uffiċjali tas-saħħa tal-pajjiż terz u l-firma uffiċjali huma f’kulur differenti minn dak tal-istampar taċ-ċertifikat, jew, għal ċertifikati elettroniċi, il-firma u t-timbrar huma magħmulin b’ sistema sgura;

(h) tli l-ewwel parti tal-CVED hija mimlija b’ mod korrett u li l-informazzjoni li jkun hemm ġo fiha taqbel ma informazzjoni f’dokumenti uffiċjali rilevanti oħrajn mehmużin mal-kunsinna.

[1] ĠU L 18, 23.01.03, p. 11.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

IL-KONTROLLI FIL-LABORATORJU LI JIRRIFERI GĦALIHOM L-ARTIKOLU 1(2)

Ir-regoli li ġejjin għandhom ikunu applikati fl-ittestajr ta’ prodotti f’laboratorju:

1. Stati Membri għandhom jissottomettu kunsinni ta’ prodotti ppreżentati għall-importazzjoni għal pjan ta’ immonitorjar, bil-għan li tkun immonitorjata l-konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità jew, fejn applikabbli, regoli nazzjonali, u partikolarment biex tiskopri residwi, organiżmi patoġeniċi jew sustanzi oħrajn perikolużi għal bnedmin, għall-annimali jew għall-Ambjent. Dawn il-pjanijiet ta’ immonitorjar għandhom ikunu bbażati fuq in-natura tal-prodotti u r-riskju li jinvolvu, meta wieħed jikkonsidra il-parametri kollh rilivanti ta’ immonitorjar bħal frkwenza u l-għadd ta’ kunsiini li jaslu u riżultati tal-immonitorjar li jkun sar qabel.

2. Fejn testijiet ta’ kif ħabat laqat isiru taħt pjan ta’ immonitorjar li jirriferi għalihom paragrafu 1, u ma jkunx issuspettat li hemm periklu immedjat għas-saħħa tal-pubbliku jew l-annimali, il-kunsinna ttestjata tista’ tinħeles għal ċirkolazzjoni liberael ma r-riżultati tal-laboratorju jkunu inkisbu. Fil-każi kollha, il-CVED mehmuż mal-kunsinna għandu jkun annotat kif xieraq u l-awtorità lokali kompetenti fil-post ta’ destinazzjoni avżata skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 97/78/KE.

3. Fejn it-testijiet tal-laboratorju jsiru minħabba suspetti ta’ irregolarità, informazzjoni disponibbli, notifika ta’ qabel mis-sistema ta’ alarm ta’ malajr għall-ikel u l-għalf (RASFF) jew miżura ta’ salvagwardja,u meta l-provi jikkonċernaw xi sustanza jew aġent patoġeniku li jikkostitwixxi riskju dirett jew immedjat għas-saħħa tal-pubbliku jew ta’ l-annimali, il-veterinarju uffiċjali responsabbli għal post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera li jkun għamel il-prova jew l-awtoritaaa kompetenti għandu jżomm il-kunsinnamilli tkun rilaxxata sakemm jaslu riżultati sodisfaċenti tal-prova fil-laboratorju. Għal dak iż-żmien il-kunsinna għandha tiba taħt il-kontroll ta l-awtoritajiet u taħt ir-responsabbilitaaaaa tal-veterinarju uffiċjali jew aġent uffiċjali nominat fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fejn ikunu saru l-kontrolli veterinarji.

4. Kull Stat Membru għandu javża lill-Kummissjoni kul xahar dwar riżultati, favorevoli u mhux favorevoli, ta’ provi fil-laboratorji li jkunu saru fil-postijit ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

ID-DOKUMENT KOMUNI VETERINARJU TAD-DĦUL (DKVD)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Noti ta’ direzzjoni għaċ-ċertifikat CVED [1]

Ġenerali:

Imla iċ-ċertificate f’ittri kapitali. Fejn hemm għażla biex tħassar kaxx jew ma tkunx rilevanti, ħassar sewwa jew aqta barra il-kaxxa kollha numerata.

+++++ TIFF +++++

Biex tindika xi għażla pożittivament, ittikkja jew immarka is-sinjal.

Dan iċ-ċertifikat għandu jimtela għall-kunsinni kollha ppreżentati lil-post ta’ spezzjoni fuq il-frutniera, kemm jekk ikunu għal kunsinni ppreżentati bħala li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-UE u li jkunu biex jiċċirkolaw liberament, kunsinni li jkunu soġġetti għal chanelling, kif ukoll għal dawk il-kunsinni li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta’ l-UE u ddestinati għat-trasbord, transitu, jew it-tqegħid tagħhom f’żoni li ħielsa,mħażen ħielsa jew mħażen tad-dwana jew għal dawk li jissuplixxu lil vapuri (chandlers). Channelling tirreferi għal kunsinni aċċettati taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 97/78/KE imma jibqgħu taħt kontroll veterinarju sakemm destinazzjoni finali speċifikata tintlaħaq, frekwentement għal iżjed trattament.

Kowds ISO fejn indikati jirriferu għall-kowd ta’ żewġ ittri ta’ l-istandard internazzjonali għal kwalunkwe pajjiż.

Parti 1

Din it-taqsima għandha tkun mimlija min min jagħmel dikjarazzjoni jew persuna responsabbli għat-tagħbija kif spjegat fl-Artikolu 2(2)(e) tad-Direttiva 97/78/KE. Noti huma murija kontra n-numru tal-kaxxa rilevanti.

il-Kaxxa 1. | kunsinnatarju/esportatur: Indika l-organizzazzjoni kommerċjali li tibgħat il-kunsinna (fil-pajjiż terz). |

il-Kaxxa 2. | Post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera. Jekk din l-informazzjoni m' hijiex stampata minn qabel fuq id-dokument, jekk jogħġbok imlihaJEKK JOGĦĠBOK DAĦĦAL IL-MALTI FL-ISKEDA TA' HAWN TAĦT. In-numru ta' referenza tal-CVED huwa n-umru uniku ta' referenza mogħti mill-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera li toħroġ iċ-ċertifikat (mtenni fil-kaxxa 25). In-numruu ta' l-unità ANIMO huwa uniku għall-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera biss u llistjat għal darba oħra kontra ismu fuq il-lista ta' postijiet approvati ta' spezzjoni fuq il-fruntiera ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. |

il-Kaxxa 3. | kunsinnatarju: Indika l-indirizz tal-persuna jew organizzazzjoni kummerċjali mniżżel fiċ-ċertifikat tal-pajjiż terz. Jekk dan ma jkunx qiegħed fiċ-ċertifikat, il-kunsinnatarju f'dokumenti kummerċjali rilevanti jista' jintuża. |

il-Kaxxa 4. | il-persuna responsabbli għat-tagħbija (anke aġent kew minn jagħmel id-dikjarazzjoni): Din hija l-persuna definita fl-Artikolu 2(2)(e) tad-Direttiva 97/78/KE, li huwa inkarigat mill-kunsinna meta tkun ippreżentata fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u tagħmel id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti f'isem l-importatur: agħti l-isem u l-indirizz. |

il-Kaxxa 5. | Importatur: L-importatur jista' jlun il-bogħid mil-postaawali ta' spezzjoni fuq il-fruntiera: agħti l-isem u l-indirizz. Jekk l-importatur u l-aġent huwa l-istess indika 'Bħal kaxxa 4'. |

il-Kaxxa 6. | Pajjiż ta' oriġini: Dan jirriferi għal fejn il-prodott finali ġie prodott, fabbrikant jew ippakkjat. |

il-Kaxxa 7. | Pajjiż minn fej ikkunsinnat: Dan jirriferi għall-pajjiż fejn il-kunsinna tkun tgħabbiet abbord il-mezzi ta' teasport finali għall-vjaġġ finali lejn l-UE. |

il-Kaxxa 8. | Include the delivery address in the EU. This applies both to conforming (box 19) and to non-conforming (box 22) products. |

il-Kaxxa 9. | Agħti d-data meta l-kunsinna hija mistennija tasal fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera. |

il-Kaxxa 10. | Dokument/ċertifikat veterinarju: Data ta' ħruġ: Id-data meta kien iffirmat iċ-ċertifikat/dokument mill-veterinarju uffiċjali jew l-awtorità lokali kompetenti. Numru: Agħti in-numru uffiċjali uniku taċ-ċertifikat. Għal prodotti minn stabbiliment jew vapur approvat jew reġistrat, indika l-isem u n-numru ta' approvazzjoni/reġistrazzjoni fejn xieraq. Għal embriji, bajd jew tubu tas-semen agħti numru ta' identità tat-tim approvatta' ġbir. |

il-Kaxxa 11. | Agħti dettalji sħaħ tal-mezzi ta' trasport mal-wasla: għal tajr in-numru tat-titjira u n-numru ta' l-air waybill, għal vapuri l-isem tal-vapur u n0numru tal-bill of lading, għal vetturi ta' l-art in-numru tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni bin-numru tal-karru jekk xieraq, għal ferroviji l-identità tal-ferrovija u n-numru tal-vagun. |

il-Kaxxa 12. | In-natura tal-merkanzija: Indika l-ispeċi ta' annimal, it-trattament li l-prodotti ikunu għaddew minnu u n-numru u tip ta' pakketti li minnhom tikkonsisti t-tagħbija, per eżempju. 50 kaxxa ta' of 2 kg, jew l-għadd li jkunu jinsabu fih. Immarka It-temperatura tat-trasport adattata. |

il-Kaxxa 13. | Kodiċi tan-NM: Agħtiigħallinqas l-ewwel erba' numri tal-kowd (CN) rilevanti ta' nomenklatura magħquda (CN) code stabbiliti skond ir-Regolament tal-Kunsill i (KEE) Nru 2658/87 kif l-aħħar emendat. Dawn il-kowds huma illistjati wkoll fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/349/KE (u huma ekwivalenti għall-Intestatura HS). Fil-każ biss ta' prodotti tal-ħut, fejn ikun hemm ċertifikat wieħed ma' kunsinna waħda li jkollha kontenut ta' oġġett wieħed b' kodiċi akta minn waħda ta' ta' merkanzija, il-kowds addizzjonali jistgħu ikunu annotati fuq il-CVED kif xieraq. |

il-Kaxxa 14. | Piż gross: Peżati totali f'kg. Dan huwa definit bħal l-massa kollettiva tal-prodotti bil-kontenituri ta' magħhom u l-pakketti li jkunu jinsabu fihom, imma jeskludu kontenituri tat-trasport u tagħmir ieħor ta' trasport. |

il-Kaxxa 15. | Piż net: Piż ta' prodott attwali jeskludi l-ippakkjar f'kg. Dan huwa definit bħala l-massa tal-prodotti innifishom mingħajr kontenituri ta' magħhom jew kwalunkwe ippakkjar. Uża unitajiet fejn il-peżata hija f'waqtha, per eżempju 100 tubi tas-semen ta' X ml jew 3 stejns bijoloġiċi/embrijoni. |

il-Kaxxa 16. | Agħti l-identifikazzjonijiet kollha ta' siġilli u numri ta' kontenituri fejn rilevanti. |

il-Kaxxa 17. | trasbord: Użu fejn kunsinna mhix ser tkun importata f'post ta' sprzzjoni fuq il-fruntiera imma għandha tivvjaġġa għal abbord vapur jew ajruplan ieħor kemm jekk għal importazzjoni fl-UE fil-post ta' spezzoni ta' fuq il-fruntiera jew ieħor ta' wara fil-Komunità/FEE, kif ukoll għal destinazzjoni f'pajjiz terz. Numru ta' l-unità ta' l-ANIMO — ara kaxxa 2. |

il-Kaxxa 18. | Transitu: Għal kunsinni li ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet tal-UE u huma destinati għal pajjiż terz b' transitu minn ġo Stat ta' l-UE/FEE b' vetturi, ferroviji jew biċċiet ta-trasport fuq l-ilma. Ħruġ BIP: Isem tal-post ta'spexxjoni fuq il-fruntiera fejn l-prodotti għandhom joħorġu mill-UE. Numru ta' l-A — ara kaxxa 2. |

il-Kaxxa 19. | Prodotti li jikkonformaw: Il-prodotti kollha li sejrin ikunu ppreżentati għal ċirkolazzjoni ħielsa fis suq intern inklużi dawk li jkunu aċċettabbli imma ser ikunu soġġetti għal 'proċedura ta' channelling' u dawkli wara li jieċevu approvazzjoni veterinarja bħala aċċettabbli għal ċirkolazzjoni ħielsa, jistgħu jiġu maħżuna taħt kontroll tad-dwana, u jirċevu clearance mid-dwana aktar il-quddiem, jew fl-uffiċju doganali li jiddipendi ġeografikament minnu l-post at' spezzjoni fuq il-fruntiera, jew f'lokalità oħra. Prodotti li ka jikkonformawx: Dawk il-prodotti li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-UE u dawk li huma għal żoni ħielsa, mħażen ħielsa, mħażen tad-dwana, fornituri tal-vapuri jew vapuri jew transitu għal pajjiż terz. |

il-Kaxxa 20. | Reimportazzjoni tirriferi għal kunsinni li joriġinaw mill-UE li jkunu ġew rifjutati aċċettazzjoni jew d-dħul għal pajjiż terz, u qegħdin jintbagħtu lura lill-istabbiliment ta' oriġini fl-UE |

il-Kaxxa 21. | Quq intern: Din hija għal kunsinni li jkunu qegħdin jiġu ppreżentati għal distribuzzjoni fis-suq uniku. Immarka l-kategorija li għaliha l-kunsinna qegħda tiġi ppreżentata. Din tapplika wkoll għal dawk il-kunsinni li wara li jirċevu approvazzjoni veterinarja bħala aċċettabbli għal ċirkolazzjoni ħielsa, jistgħu jkunu maħżuna taħt il-kontroll tad-dwana, u jirċev clearance mid-dwana aktar il-quddiem, jew fl-uffiċju doganali li fuqu jiddipendi ġeografikament il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, jew fl-lokalità oħra. |

il-Kaxxa 22. | Imla din il-kaxxa għall prodotti kollha li ma jikkonformawx fejn il-kunsinna ser titwassal u maħżuna taħt kontroll veterinarju f'żona ħielsa, maħżen ħielesmaħżen tad-dwana jew vapur u min jissuplixxi lil vapuri (chandler). NB:kaxxi 18 u 22 jirriferu proċeduri veterinarji biss. |

il-Kaxxa 23. | Firma: Dan jorbot lill-firmatarju anke li jaċċetta lura il-kunsinna fi transitu li jkun irrifjutat id-dħul minn xi pajjiż terz. |

Parti 2

Parti 2 Din it-taqsima għandha timtela minn veterinarji uffiċjali jew aġent uffiċjali innominat(bħal ma hwa fid-Deċiżjoni Nru 93/352/KEE) biss.

Għal kaxxi 38 sa 41 uża kulur li ma huwix l-iswed.

il-Kaxxa 24. | CVED ta' qabel: Jekk kien hemm CVED maħruġ qabel, indika n-numru tas-serje ta' dan iċ-ċertifikat. |

il-Kaxxa 25. | Dan jirriferi għan-numru uniku ta' referenza mogħti mill-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera li joħroġ iċ-ċertifikatkif huwa, bħal ma huwa fil-kaxxa 2. |

il-Kaxxa 26. | Iċċekkjar dokumentarju. Għandu jimtela għal kunsinni kollha. |

il-Kaxxa 27. | Immarka 'kontroll tas-siġill' fejn kontenituri ma jkunux miftuħin u s-siġill biss ikun iċċekkjat skond l-Artikolu 4(4)(a)(i) tad-Direttiva 97/78/KE. |

il-Kaxxa 28. | Kontrolli fiżiċi: Iċċekkjar imnaqqsa jirriferi għal reġim stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kommissjoni 94/360/KEE fejn il-kunsinna ma ġietx magħżula għal iċċekkjar fiżikuh imma hija kkonsidrata li hija iċċekkjata b' mod sodisfaċenti b'iċċekkjar dokumentarju u ta' identità biss.'Other' refers to: proċedura dwar reimportazzjoni, merkanzija channelled, trasbord, transitu jew l-Artikoli 12 u 13proċeduri. Dawn id-destinazzjonijiet jistgħu jitnaqqsu minn kaxxi oħrajn. |

il-Kaxxa 29. | Imla bill-kategorija tas-sostanza jew patoġen li għalih proċedura ta' investigazzjoni qegħda-ssir. 'Random' jndika teħid ta' kampjuni fen il-kunsinna ma hjiex miżmuma sakemm joħroġ ir-riżultat, fliema każ l-awtorità kompetententi ta' destinazzjoni għandha tkun avżata b' messaġġ ANIMO (ara l-Artikolu 8 tad-Direttiva 97/78/KE). 'Suspett' jinkludi każi fejn il-kunsinna ġiet miżmuma sakemm joħroġ ri pending a favourable result, or tested because of a previous notification from the rapid alert system for food and feed (RASFF), or tested because of a Salvagwardji measure in iħaddem. |

il-Kaxxa 30. | Imla fejn rilevanti għal aċċettabilitaà tat-trasbord. Uża fejn xikunsinna ma hijiex ser tkunimportata f'dan il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera imma għndha tivvjaġġa sa' vapur jew ajruplan ieħor għal importazzjoni fl-U E f'post ieħor ta' spezzjoni fuq il-fruntierafil-Komunità/FEE,jew għal destinazzjoni f'pajjiż terz. Ara l-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/78/KE u Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/25/KE. Numeru ta' unità ANIMO — ara kaxxa 2. |

il-Kaxxa 31. | Transitu: Imla meta jkun aċċettabbli li tintbagħat kunsinni li ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet tal-UE lil pajjiż terz billi jaqsam l-UE Stat rilevanti tal-FEE b' vettura, b; ferrovija jew trasport fuq l-ilma. Dan għandu jsir taħt kontroll veterinarju skond il-ħtiġijiet ta' l-11 tad-Direttiva 97/78/KE u d-DeċiżjoniNru 2000/208/KE. |

il-Kaxxa 32. | Din il-kaxxa għandha tintuża għall-kunsinni kollha approvati għal ċirkolazzjoni ħielsa fis-suq uniku.(Għandha tintuża wkoll għal kunsinni li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' l-UE imma għal raġuni finanzjarji li ma humiex li ma humiex qegħdin jinħarġu mid-dwana immedjatament fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, imma qegħdin jiġu maħżuna taħt il-kontroll tad-dwana f'maħżen tad-dwana jewli se ikunu mgħoddija mid-dwana aktar il-quddiem u/jew minn destinazzjoni ġeografika separa.) |

il-Kaxex 33 u 34. | Għandhom jintużaw fejn kunsinna ma tistgħax tkun aċċettata biex tinħeles għal ċirkolazzjoni ħielsaskond regoli veterinarji, imma huma ikkonsidrati ta' riskju aktar kbir u għandhom jitbagħtu taħt kontroll veterinarju u tad-dwana. klijent control to one of the controlled destinations previst in Directive 97/78/EC. aċċettazzjoni for free zones, free warehouses and klijent warehouses can only be granted when requirements stabbiliti in l-Artikolu 12(4) of Directive 97/78/EC are jaderixxi. |

il-Kaxxa 33. | Għall-użu fejn kunsinni huma aċċettati imma għandhom jitwasslu għal destinazzjoni speċifika stabbilita fl-Artikolu 8 jew 15 tad-Direttiva 97/78/KE. |

il-Kaxxa 34. | Użu għal kunsinni kollha li ma jikkonformawx u destinati biex jittieħdu jew jkunu maħżuna f'maħżen approvat skond l-Artikolu 12(4) jew lil operaturi awtorizzati skond l-artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE. |

il-Kaxxa 35. | Indika ċar fejn l-importazzjoni tkun miċhuda, il-proċess sussegwenti li għandu jisir. Agħti id-data għat-tlestija ta' l-azzjoni proposta. L-indirizz ta' kull stabbiliment ta' trasformazzjoni għandu jiddaħħal fil-kaxxa 37. Wara ċaħda jew deċiżjoni għal trasformzzjoni, id-data għal azzjoni ulterjuri għandha tkun reġistrata fir-'reġistru azzjoni ta' insegwiment'. |

il-Kaxxa 36. | Raġunijiet għal ċaħda: Għall-użu kif xieraq biex tiżdied informazzjoni rilevanti. Immarka l-kaxxa adattata. punt 7 huwa għal nuqqas fl-iġjene li mhux kopert minn 8 jew 9, fosthom irregolaritajiet fil-kontroll tat-temperatura, iniena jew prodotti maħmuġin. |

il-Kaxxa 37. | Agħti n-numru u indirizz ta' approvazzjoni(jew isem tal-vapur u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn aktar kontrolli veterinarji fuq il-kunsinna huma meħtieġa, jiġifieri għallkaxxi33: Channelling; 34: Proċedura ta' l-imħażen; 35: Trasformazzjoni jew distruzzjoni. |

il-Kaxxa 38. | Uża din il-kaxxa metais-siġill oriġinali irreġistrat fuq kunsinna jiġi distrutt meta jinfetaħ il-kontejner. Lista konsolidat tas-siġilli kollha li jkunu intużaw għal dan il-għan għandha tinżamm. |

il-Kaxxa 39. | Qiegħed hawnhekk it-timbur uffiċjali tal-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera jew ta' l-awtorità lokali kompetenti. |

il-Kaxxa 40. | Firma tal-veterinarju, jew fil-każ t'a portijiet jimmaniġġaw ħut biss, ta' l-aġent uffiċjali nominat kif stabbilit fid-Deċiżjoni Nru 93/352/KE. |

il-Kaxxa 41. | Din il-kaxxa għandha tintuż mill-post ta' spezzjoni ta' transitu fuq il-fruntiera ta' ħruġ mill-UE meta kunsinna tintbagħat tgħaddi ġo l-UE bi transitu u iċċekkjata waqt li ħierġa kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2000/208/KE. Fl-assencza ta' transitu, din il-kaxxa tista' tintuża alternattivament għal kummenti addizzjonali kif xieraq dwar per eżempju n-nuqqas tat-tneħħija tal-kolonna vertebrali jew miżati mħħalsa. |

il-Kaxxa 42. | Għal użu mis-servizzi tad-dwana biex iżidu informazzjoni rilevanti (per eżempju għan-numru taċ-ċertifikat tad-dwana T1 jew T5) fejn kunsinna tibqa' taħt il-kontroll tad-dwana għal xi żmien. This information is normally added after signature by the veterinarian. |

il-Kaxxa 43. | Biex rintuża meta iċ-ċertifikat oriġinali CVED certificate għandu jibqa' f'xi lokalità waħda u aktar ċertifikati sussidjarji CVED għandhom jinħarġu. |

[1] Noti ta’ gwida jistgħu jiġu stampati u distribwiti separatament miċ-ċertifikat innifsu.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

IL-LISTA TA’ PRODOTTI TAL-PJANTI LI JIRRIFERI GħALIHOM L-ARTIKOLU 9

Prodotti tal-pjanti soġġetti għalll-kontrolli veterinarji:

1. Tiben

2. Ħuxlief

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

IL-LISTA TAL-PAJJIŻI LI JIRRIFERI GĦALIHOM L-ARTIKOLU 9

Parti I: Pajjiżi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw ħuxlief u tiben

L-Awstralja

Belarus

il-Bulgarija

il-Kanada

Iċ-Ċili

il-Kroazja

Groenlandja

Islanda

in-New Zealand

ir-Rumanija

South Africa (excluding that part of the foot-and-mouth disease control area situated in the veterinary region Northern and Eastern Transvaal, in the district of Ingwavuma of the veterinary region of Natal and in the border area with Botswana east of longitude 28°)

L-Isvizzera

L-Istati Uniti ta’ L-Amerika

Parti II: Pajjiżi li minnhom L-Istati Membri huma awtorizzati jimport tiben u ħuxlief sat-30 ta’ April 2004

Ċipru

ir-Repubblika Ċeka

l-Estonja

l-Ungerija

il-Latvja

il-Lituwanja

Malta

Il-Polonja

l-Islovakkja

l-Islovenja

--------------------------------------------------