Official Journal L 009 , 15/01/2004 P. 0008 - 0012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004 ta’ l-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidraw it-Trattat tad-Dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw l-Att tad-Dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u b’mod partikolari l-ewwel mill-Artikolu 41 tiegħu, Billi: (1) Ir-regoli li jikkonċernaw arranġamenti ta’ produzzjoni u kummerċ għas-suq taz-zokkor imdaħħal fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju ta’ l-2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1] permezz ta’ l-Att tad-Dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ l-Att tad-Dħul), ikun applikabbli mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2004, li huwa xaharejn qabel l-iskadenza tas-sena ta’ reklamar 2003/2004. Miżuri transitorji huma għalhekk meħtieġa li jinbidlu mill-arranġamenti ta’ produzzjoni u negozju fis-seħħ fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ bħala l-Istati Membri) għal dawk provduti fir-Regolament (KE) Nru 1260/2001. (2) Għas-sena tar-reklamar 2003/2004, il-produzzjoni sħIħ taz-zokkor fl-Istati Membri huwa prodott taħt arranġamenti nazzjonali, u l-kwantitajiet prinċipali ta’ produzzjoni tagħhom jkunu mogħtija qabel l-1 ta’ Mejju ta’ l-2004. Konsegwentament, id-dispożizzjonijiet fuq il-prezzijiet, arranġamenti inter-professjonali u l-finanzjar tiegħu stess provduti għalihom fl-Artikoli 2 sa 6 u 10 sa 21 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 u l-arranġamenti ta’ r-rifużjoni ta’ l-indħil u produzzjoni provduti għalihom fl-Artikoli 7, 8 u 9 ta’ dak ir-Regolament ma għandhomx japplikaw qabel l-1 ta’ Lulju ta’ l-2004. (3) Fil-każ ta’ isoglukosju, l-produzzjoni hija stabbli u in konformità mad-domanda u huwa għalhekk neċessarju li tkun determinata qasma adegwata tal-kwantitajiet bażiċi ta’ isoglukosju imfissra għall-Istati Membri ġodda li jipproduċu l-isoglukosju u sabiex ikun assigurat il-bilanċ bejn il-produzzjoni u l-konsum fit-tkabbir tal-Komunità. Madankollu, għall-għanijiet li jkun assigurat l-istess trattament għall-isoglukosju u z-zokkor, l-Artikoli 2 sa 21 u 27 sa 31 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 għandhom isiru applikabbli biss għall-isoglukosju fl-Istati Membri l-ġodda mill-1 ta’ Lulju ta’ l-2004. (4) L-Att tad-Dħul ifisser provvista (jew fornitura) massima meħtieġa fl-impriża tal-produzzjoni taz-zokkor fl-Islovenja ta’ 19585-it-tunnellata metrika. Sabiex tkun garantita l-provvista (jew fornitura) ta’ dik l-impriża maz-zokkor mhux raffinat għar-raffinar bejn l-1 ta’ Mejju u t-30 ta’ Ġunju ta’ l-2004, qasam adegwat tal-provvista (jew fornitura) massima għandha tkun determinata għal dak il-perjodu. (5) Hemm riskju konsiderevoli ta’ distruzzjoni fis-swieq tas-settur taz-zokkor mill-prodotti li qegħdin jidħlu fl-Istati Membri l-ġodda qabel id-dħul tagħhom għall-għanijiet ta’ spekulazzjoni. Dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw it-transazzjoni għandhom għalhekk ikunu magħmula sabiex ikunu evitati tali movimenti spekulattivi in vista tad-dħul fl-Istati Membri l-ġodda. Dispożizzjonijiet simili diġa’ seħħu għal dak li jirrigwarda l-kummerċ fil-prodotti agrikoli in vista tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja permezz tar-Regolament (KE) Nru 1972/2003 [2]. Regoli separati huma neċessarji sabiex jieħdu in konsiderazzjoni l-partikolaritajiet tas-settur taz-zokkor. (6) Kapitolu 5 ta’ l-Anness IV ta’ l-Att tad-Dħul ibassar li merkanzija li hija taħt tipi differenti ta’ reġim sospiża fid-data tad-dħul meta rilaxxati għal ċirkulazzjoni ħielsa sakemm ċerti ċirkostanzi huma mħarsa. Madankollu, fis-settur taz-zokkor hemm riskju għoli li din il-possibbilita’ tkun użata għall-raġunijiet ta’ spekulazzjoni. Madankollu, jippermetti operaturi li jevitaw l-obligazzjoni stabbilita f’dan ir-regolament sabiex jeliminaw mis-suq għall-ispejjeż tagħhom il-kwantitajiet ta’ zokkor żejda jew isoglukosju identifikati mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri l-ġodda jew li jħallsu l-ispejjeż tal-prova ta’ eliminazzjoni ta’ dawn il-kwantitajiet ma jistgħux ikunu provduti. Prodotti li jippreżentaw tali riskju għandhom għalhekk ikunu soġġetti għad-dazji ta’ importazzjonu fid-data ta’ rilaxx għall-ċirkolazzjoni ħielsa. (7) ‘Il fuq minn dan kollu, u in konformità ma’ l-Att tad-Dħul, kwantitajiet ta’ ħażniet taz-zokkor jew isoglukosju li jiskorru l-ħażna normali miġmugħa għandhom ikunu eliminati mis-suq a skapitu ta’ l-Istati Memnri l-ġodda. Determinazzjoni ta’ ħażniet żejda jkunu maħruġa mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ żviluppi tal-modi ta’ negozju, produzzjoni u konsum fl-Istati Membri l-ġodda matul il-perjodu ta’ l-1 ta’ Mejju ta’ l-2000 sat-30 ta’ April ta’ l-2004. Għal din il-proċedura, minbarra zokkor u isoglukosju, prodotti oħra b’kontenut ta’ zokkor sinifikattiv ekwivalenti għandhom ukoll ikunu kkunsidrati billi jistgħu ikunu wkoll mira possibbli ta’ spekulazzjoni. Fil-każ li l-kwantità ta’ zokkor u isoglukosju żejda determinata ma hijix eliminata mis-suq tal-Komunità sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April ta’ l-2005, l-Istat Membru ġdid ikkonċernat ikun responsabbli mill-aspett finanzjarju għall-kwantità relevanti. L-ammont li għandu jkun mitlub għal Stat Membru ġdid u li huwa pagabbli għall-baġit tal-Komunità fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħażniet żejda għandu jkun l-ogħla ħlas mogħti lura ta’ esportazzjoni matul il-perjodu ta’ l-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 sat-30 ta’ April ta’ l-2005. (8) Huwa fl-interess kemm tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri l-ġodda li preferibilment ma jħallux ħażniet żejda jakkumulaw u f’kwalunkwe każ ikunu kapaċi jiddentifikaw dawk l-operaturi jew individwi involuti f’movimenti ta’ negozju spekulattiv kbir. Għal dak il-għan Stati Membri ġodda għandhom iwarrbu sistema fl-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 li tippermettihom jiddentifikaw lil dawk responsabbi għal tali żviluppi. (9) Għad-determinazzjoni ta’ ħażniet żejda u l-eliminazzjoni ta’ ħażniet żejda identifikati, Stati Membri ġodda għandhom jipprovdu għall-Kummissjoni l-istatistiċi l-iktar reċenti ta’ negozju, produzzjoni u konsum tal-prodotti kunsidrati, kif ukoll bħala prova ta’ eliminazzjoni mis-suq tal-ħażniet żejda identifikati mid-data ta’ skadenza stabbilita. (10) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma in konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għaz-Zokkor, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: TAQSIMA 1 MIŻURI TRANSITORJI IN VISTA TAD-DĦUL Artikolu 1 Applikabbilita’ ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 L-Artikoli 2 sa 21 u 27 sa 31 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 ma għandhomx japplikaw mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 sat-30 ta’ Ġunju ta’ l-2004 għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa l-Istati Membri l-ġodda). Artikolu 2 Kwoti ta’ isoglukosju Għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 sat-30 ta’ Ġunju ta’ l-2004, il-kwantitajiet bażiċi ta’ isoglukosju A u B għall-Istati Membri l-ġodda li jipproduċu l-isoglukosju għandhom ikunu kif segwenti: | Kwantita’ bażika A f’tunnellata metrika ta’ materja niexfa | Kwantita’ bażika B f’tunnellata metrika ta’ materja niexfa | l-Ungerija | 21271 | 1667 | Polonja | 4152 | 312 | l-Islovakkja | 6254 | 837 | Artikolu 3 Importazzjoni preferita ta’ zokkor tal-kannamiela Sabiex tkopri t-talba tagħha għall-irfinar ta’ zokkor tal-kannamiela mhux raffinat għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 sat-30 ta’ Ġunju ta’ l-2004, l-Islovenja hija awtorizzata sabiex toħroġ liċenzi matul dak il-perjodu għaz-"zokkor speċjali preferut" fil-limitu ta’ 3264-it-tunnellata metrika, espressa f’zokkor abjad ekwivalenti u taħt il-kondizzjonijiet provduti għalihom fir-Reoglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1159/2003 [3]. TAQSIMA 2 MIŻURI TRANSITORJI SABIEX TKUN EVITATA L-ISPEKULAZZJONI Artikolu 4 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima, id-definizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw: 1. "Zokkor" ifisser: (a) zokkor beet u zokkor tal-kannamiela, f’forma solida, fl-isfera tal-Kodiċi NM 1701; (b) xiropp taz-zokkor fl-isfera tal-kodiċi NM 17026095, 17029099 u 21069059; (ċ) xiropp inulin fl-isfera tal-kodiċi NM 17026080 u 17029080; 2. "isoglukosju" ifisser il-prodott li jaqa’ fl-isfera tal-kodiċi NM 17023010, 17024010, 17026010, 17029030 u 21069030; 3. "Prodotti proċessati" ifissru prodotti li għandhom kontenut ekwivalenti ta’ zokkor miżjud/zokkor li jiskorru 10 %, li jirriżultaw mill-proċessar ta’ prodotti agrikoli; 4. "Fructose" ifisser fructose kimikament pur fl-isfera tal-kodiċi NM 17025000. Artikolu 5 Reġim sospensiv 1. Permezz ta’ deroga minn Kapitolu 5 ta’ l-Anness IV ta’ l-Att tad-Dħul u minn l-Artikoli 20 sa 214 tar-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 2913/92 [4], prodotti li jaqgħu fl-isfera tal-kodiċi NM 1701, 1702, 1704, 1904, 1905, 2006, 2007, 2009, 21011292, 21012092, 2105 u 2202 ħlief dawk imniżżla fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003, għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta’ dazju importata erga omnes, inkluż kwalunkwe dazju ta’ importazzjoni addizzjonali applikabbli fid-data ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, iżda: (a) qabel l-1 ta’ Mejju ta’ l-2004, kienu f’ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità kif kostitwiet fit-30 ta’ April ta’ l-2004 jew f’Istat Membru ġdid u; (b) fl-1 ta’ Mejju ta’ l-2004, huma: (i) f’ħażna temporanja, jew (ii) taħt wieħed mit-trattamenti jew proċeduri tad-dwana msemmija fl-Artikolu 4(15)(b) u l-Artikolu 4(16)(b) sa (g) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 fil-Komunità, jew (iii) fit-trasport wara li kienu soġġetti għall-formalitajiet ta’ esportazzjoni fil-Komunità imkabbar L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal prodotti, bl-eċċezzjoni ta’ zokkor tal-beet C raffinat, xiropp ta’ l-isoglukosju C u xiropp ta’ l-inulin C li jaqgħu fl-isfera tal-kodiċi NM 17019910, 17019990, 17023010, 17024010, 17026010, 17029030, 17026080 u 17029080 rispettivament, esportat mill-Komunità ta’ Ħmistax jekk l-importatur jagħti evidenza li l-ebda rifużjoni ta’ esportazzjoni ma ġiet mitluba għall-prodotti tal-pajjiż ta’ esportazzjoni. Fuq talba ta’ l-importatur, l-esportatur għandu jirranġa sabiex iġib awtorizzazzjoni mill-awtorita’ kompetenti fuq id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni li r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni ma ġietx mitluba għall-prodotti tal-pajjiż ta’ esportazzjoni. 2. Permezz ta’ deroga minn Kapitolu 5 ta’ l-Anness IV ta’ l-Att tad-Dħul u minn l-Artikoli 20 u 214 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, prodotti li jaqgħu fl-isfera tal-kodiċi NM 1701, 1702, 1704, 1904, 1905, 2006, 2007, 2009, 21011292, 21012092, 2105 u 2202 ħlief dawk imniżżla fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1972/2003, li ġejjin minn pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għall-dazji ta’ importazzjoni, inkluż kwalunkwe dazju ta’ importazzjoni addizzjonali, applikabbli fid-data ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni ħielsa, iżda: (a) huma taħt proċessar ta’ ġewwa msemmi fl-Artikolu 4(16)(d) jew dħul temporanju msemmi fl-Artikolu 4(16)(f) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 f’Istat Membru fl-1 ta’ Mejju ta’ l-2004; (b) huma rilaxxati għal ċirkulazzjoni ħielsa fi jew wara l-1 ta’ Mejju ta’ l-2004. Artikolu 6 Ħażniet mhux normali 1. Il-Kummissjoni tiddetermina sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru ta’ l-2004, għal kull Stat Membru ġdid, in konformità mall-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, il-kwantità ta’ zokkor innifsu, jew fi prodotti proċessati, isoglukosju u fructose li jiskorru l-kwantità kunsidrata bħala li huwa ħażna normali mogħtiji fl-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 u li għandhom ikunu eliminati mis-suq a skapitu ta’ l-Istati Membri l-ġodda. Sabiex din il-kwantità żejda tkun determinata, kunsiderazzjoni ta’ l-iżvilupp għandha tittieħed matul is-sena ta’ qabel id-dħul ma’ dak li għandu x’jaqsam mas-snin ta’ qabel ta’: (a) kwantitajiet ta’ zokkor innfushom importati u esportati jew prodotti proċessati, isoglukosju u fructose; (b) produzzjoni, konsum u ħżin ta’ zokkor u isoglukosju; (ċ) iċ-ċirkostanzi fuq liema l-ħażniet kienu mibnija. 2. L-Istati Membri l-ġodda konċernati jassiguraw l-eliminazzjoni mis-suq ta’ kwantità ta’ zokkor jew isoglukosju, mingħajr indħil mill-Komunità, ugwali għall-kwantità żejda msemmija f’paragrażfu 1, sa mhux iktar tard mit-30 April ta’ l-2005: (a) permezz ta’ esportazzjoni mingħajr rifużjoni mill-Komunità; (b) permezz ta’ l-użu fis-settur ta’ affraijiet li jgħaddu minn proċess taż ħruq; (ċ) permezz ta’ denaturazzjoni mingħajr għajnuna għall-għalf ta’ l-annimali in konformità ma’ Titoli III u IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 100/72 [5]. 3. Għall-applikazzjoni ta’ paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-ġodda għandhom ineħħu sistema għall-identifikazzjoni ta’ kwantitajiet żejda ta’ negozjati jew prodotti ta’ zokkor innifsu jew fi prodotti proċessati, isoglukosju jew fructose, fil-livell ta’ l-operaturi priniċpali konċernati fl-1 ta’ Mejju ta’ l-2004. Dik is-sistema tista’ b’mod partikolari tistrieħ fuq kontroll ta’ importazzjoni, kontroll fiskali, stħarriġ ibbażat fuq il-kontijiet ta’ l-operaturi u ħażniet fiżiċi, u jinkludu miżuri bħal garanziji ta’ riskju. Is-sistema ta’ identifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq eżaminazzjoni ta’ riskju li tieħu konsiderazzjoni dovut b’mod partikolari l-kriterji segwenti: - tip ta’ attivita’ ta’ l-operaturi konċernati, - kapaċita’ ta’ faċilitajiet ta’ ħżin, - livell ta’ attivitajiet. L-Istat Membru l-ġdid għandu juża dik is-sistema sabiex jisforza l-operaturi konċernati sabiex ineħħu mis-suq bħala spiża tagħhom stess kwantità ekwivalenti ta’ zokkor jew isoglukosju tal-kwantità determinata żejda tagħhom. L-operaturi konċernati għandhom jipprovdu l-prova, għas-sodisfazzjoni ta’ l-Istat Membru l-ġdid, li prodotti ġew eliminati mis-suq sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April ta’ l-2005. Fil-każ li tali prova ma hijix provduta, l-Istat Membru l-ġdid għandu jitlob ammont ugwali għall-kwantità in kwistjoni multiplikata ma’ l-ogħla talbiet ta’ importazzjoni applikabbli lill-prodott konċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 sat-30 ta’ April ta’ l-2005, miżjud b’EUR 1,21/100 kg f’zokkor abjad jew l-ekwivalenti ta’ materja niexfa. L-ammont imsemmi fit-tielet subparagrafu għandu jkun mogħti lill-baġit nazzjonali ta’ l-Istat Membru l-ġdid. 4. Meta z-zokkor jew isoglukosju huwa eliminat in konformità ma’ paragrafu 2(a), l-operaturi konċernati għandhom jipprovdu l-prova ta’ esportazzjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ l-2005 permezz ta’ preżentazzjoni ta’: (a) liċenzi ta’ esportazzjoni maħruġa in konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 [6] u (KE) Nru 1464/95 [7]. (b) dokumenti relevanti msemmija fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 neċessarji għar-rilaxx tal-garanzija. L-applikazzjoni għal-liċenza ta’ esportazzjoni msemmija f’(a) għandha tikkonsisti f’kaxxa 20 bl-indikazzjoni segwenti: "għall-esportazzjoni in konformità ma’ l-artikolu 6(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 60/2004". Il-liċenza ta’ esportazzjoni msemmija f’(a) għandha tikkonsisti f’kaxxa 20 bl-indikazzjoni segwenti: ‘għandha tkun esportata mingħajr rifużjoni jew levi … (kwantità għal liema dan Iċ-ċertifikat kien maħruġ)kg: Iċ-ċertifikat huwa validu biss fi … (Istat Membru ġdid li qiegħed joħorġu)’. Il-liċenza ta’ esportazzjoni msemmija f’(a) għandha tkun valida mid-data tal-ħruġ tagħha sa l-1 ta’ Mejju ta’ l-2005. Artikolu 7 Prova ta’ eliminazzjoni minn Stati Membri ġodda 1. Sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ l-2005, l-Istati Membri l-ġodda għandhom jipprovdu prova lill-Kummissjoni, li l-kwantità żejda msemmija fl-Artikolu 6(1) kienet eliminata mis-suq in konformità ma’ l-Artikolu 6(2) u tispeċifika għal kull metodu l-kwantità eliminata. 2. Fil-każ li l-prova ta’ eliminazzjoni mis-suq ma hijix provduta in konformità ma’ paragrafu 1, għal parti jew fit-totalita’ tal-kwantità żejda, l-Istat Membru huwa mitlub ammont ugwali għall-kwantità mhux eliminata multiplikata ma’ l-ogħla rifużjonijiet esportati applikabbli għaz-zokkor abjad li jaqa’ fl-isfera tal-kodiċi NM 17019910 matul il-perjodu mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 sat-30 ta’ April ta’ l-2005. Dan l-ammont jkun mogħti lill-baġit tal-Komunità sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Novembru 2005 u jkun meħud in konsiderazzjoni għall-kalkulu tal-levies ta’ produzzjoni għas-sena ta’ reklamar 2004/2005. Artikolu 8 Kontroll 1. L-Istati Membri l-ġodda għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha għall-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima u jistabbilixxu b’mod partikolari l-proċeduri ta’ kontroll li jippruvaw neċessarji għall-eliminazzjoni tal-kwantità żejda msemmija fl-Artikolu 6(1). 2. L-Istati Membri l-ġodda jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ l-2004: (a) informazzjoni dwar is-sistema stabbilita għall-identifikazzjoni ta’ kwantitajiet żejda msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3); (b) kwantitajiet ta’ zokkor, isoglukosju, fructose u prodotti proċessati importati u esportati kull xahar għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 sat-30 ta’ April ta’ l-2004, kommunikati separatament għall-importazzjonijiet u esportazzjonijiet lill-Komunità kif kostitwieti fit-30 ta’ April ta’ l-2004, l-Istati Membri l-ġodda u l-pajjiżi terzi; (ċ) għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 sat-30 ta’ April ta’ l-2004, il-kwantitajiet ta’ zokkor u isoglukosju prodotti kull sena, imkissra, skond il-każ, permezz ta’ produzzjoni taħt il-kwota u barra mill-kwota, u kunsmat kull sena; (d) għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2000 sa l-1 ta’ Mejju ta’ l-2004, il-ħażniet ta’ zokkor u isoglukosju miżmuma fl-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 ta’ kull sena. TAQSIMA 3 DISPOŻIZJONI FINALI Artikolu 9 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju ta’ l-2004, soġġett għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tad-Dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 14 ta’ Jannar ta’ l-2004. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat permezz ta’ l-Att tad-Dħul. [2] ĠU L 293, 11.11.03, p. 3. [3] ĠU L 162, 01.07.03, p. 25. [4] ĠU L 302, 19.10.92, p. 1. [5] ĠU L 12, 15.01.72, p. 15. [6] ĠU L 152, 24.06.00, p. 1. [7] ĠU L 144, 28.06.95, p. 14. --------------------------------------------------