32004R0060



Official Journal L 009 , 15/01/2004 P. 0008 - 0012


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004

ta’ l-14 ta’ Jannar 2004

li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidraw it-Trattat tad-Dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att tad-Dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u b’mod partikolari l-ewwel mill-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-regoli li jikkonċernaw arranġamenti ta’ produzzjoni u kummerċ għas-suq taz-zokkor imdaħħal fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju ta’ l-2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1] permezz ta’ l-Att tad-Dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ l-Att tad-Dħul), ikun applikabbli mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2004, li huwa xaharejn qabel l-iskadenza tas-sena ta’ reklamar 2003/2004. Miżuri transitorji huma għalhekk meħtieġa li jinbidlu mill-arranġamenti ta’ produzzjoni u negozju fis-seħħ fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ bħala l-Istati Membri) għal dawk provduti fir-Regolament (KE) Nru 1260/2001.

(2) Għas-sena tar-reklamar 2003/2004, il-produzzjoni sħIħ taz-zokkor fl-Istati Membri huwa prodott taħt arranġamenti nazzjonali, u l-kwantitajiet prinċipali ta’ produzzjoni tagħhom jkunu mogħtija qabel l-1 ta’ Mejju ta’ l-2004. Konsegwentament, id-dispożizzjonijiet fuq il-prezzijiet, arranġamenti inter-professjonali u l-finanzjar tiegħu stess provduti għalihom fl-Artikoli 2 sa 6 u 10 sa 21 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 u l-arranġamenti ta’ r-rifużjoni ta’ l-indħil u produzzjoni provduti għalihom fl-Artikoli 7, 8 u 9 ta’ dak ir-Regolament ma għandhomx japplikaw qabel l-1 ta’ Lulju ta’ l-2004.

(3) Fil-każ ta’ isoglukosju, l-produzzjoni hija stabbli u in konformità mad-domanda u huwa għalhekk neċessarju li tkun determinata qasma adegwata tal-kwantitajiet bażiċi ta’ isoglukosju imfissra għall-Istati Membri ġodda li jipproduċu l-isoglukosju u sabiex ikun assigurat il-bilanċ bejn il-produzzjoni u l-konsum fit-tkabbir tal-Komunità. Madankollu, għall-għanijiet li jkun assigurat l-istess trattament għall-isoglukosju u z-zokkor, l-Artikoli 2 sa 21 u 27 sa 31 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 għandhom isiru applikabbli biss għall-isoglukosju fl-Istati Membri l-ġodda mill-1 ta’ Lulju ta’ l-2004.

(4) L-Att tad-Dħul ifisser provvista (jew fornitura) massima meħtieġa fl-impriża tal-produzzjoni taz-zokkor fl-Islovenja ta’ 19585-it-tunnellata metrika. Sabiex tkun garantita l-provvista (jew fornitura) ta’ dik l-impriża maz-zokkor mhux raffinat għar-raffinar bejn l-1 ta’ Mejju u t-30 ta’ Ġunju ta’ l-2004, qasam adegwat tal-provvista (jew fornitura) massima għandha tkun determinata għal dak il-perjodu.

(5) Hemm riskju konsiderevoli ta’ distruzzjoni fis-swieq tas-settur taz-zokkor mill-prodotti li qegħdin jidħlu fl-Istati Membri l-ġodda qabel id-dħul tagħhom għall-għanijiet ta’ spekulazzjoni. Dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw it-transazzjoni għandhom għalhekk ikunu magħmula sabiex ikunu evitati tali movimenti spekulattivi in vista tad-dħul fl-Istati Membri l-ġodda. Dispożizzjonijiet simili diġa’ seħħu għal dak li jirrigwarda l-kummerċ fil-prodotti agrikoli in vista tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja permezz tar-Regolament (KE) Nru 1972/2003 [2]. Regoli separati huma neċessarji sabiex jieħdu in konsiderazzjoni l-partikolaritajiet tas-settur taz-zokkor.

(6) Kapitolu 5 ta’ l-Anness IV ta’ l-Att tad-Dħul ibassar li merkanzija li hija taħt tipi differenti ta’ reġim sospiża fid-data tad-dħul meta rilaxxati għal ċirkulazzjoni ħielsa sakemm ċerti ċirkostanzi huma mħarsa. Madankollu, fis-settur taz-zokkor hemm riskju għoli li din il-possibbilita’ tkun użata għall-raġunijiet ta’ spekulazzjoni. Madankollu, jippermetti operaturi li jevitaw l-obligazzjoni stabbilita f’dan ir-regolament sabiex jeliminaw mis-suq għall-ispejjeż tagħhom il-kwantitajiet ta’ zokkor żejda jew isoglukosju identifikati mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri l-ġodda jew li jħallsu l-ispejjeż tal-prova ta’ eliminazzjoni ta’ dawn il-kwantitajiet ma jistgħux ikunu provduti. Prodotti li jippreżentaw tali riskju għandhom għalhekk ikunu soġġetti għad-dazji ta’ importazzjonu fid-data ta’ rilaxx għall-ċirkolazzjoni ħielsa.

(7) ‘Il fuq minn dan kollu, u in konformità ma’ l-Att tad-Dħul, kwantitajiet ta’ ħażniet taz-zokkor jew isoglukosju li jiskorru l-ħażna normali miġmugħa għandhom ikunu eliminati mis-suq a skapitu ta’ l-Istati Memnri l-ġodda. Determinazzjoni ta’ ħażniet żejda jkunu maħruġa mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ żviluppi tal-modi ta’ negozju, produzzjoni u konsum fl-Istati Membri l-ġodda matul il-perjodu ta’ l-1 ta’ Mejju ta’ l-2000 sat-30 ta’ April ta’ l-2004. Għal din il-proċedura, minbarra zokkor u isoglukosju, prodotti oħra b’kontenut ta’ zokkor sinifikattiv ekwivalenti għandhom ukoll ikunu kkunsidrati billi jistgħu ikunu wkoll mira possibbli ta’ spekulazzjoni. Fil-każ li l-kwantità ta’ zokkor u isoglukosju żejda determinata ma hijix eliminata mis-suq tal-Komunità sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April ta’ l-2005, l-Istat Membru ġdid ikkonċernat ikun responsabbli mill-aspett finanzjarju għall-kwantità relevanti. L-ammont li għandu jkun mitlub għal Stat Membru ġdid u li huwa pagabbli għall-baġit tal-Komunità fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħażniet żejda għandu jkun l-ogħla ħlas mogħti lura ta’ esportazzjoni matul il-perjodu ta’ l-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 sat-30 ta’ April ta’ l-2005.

(8) Huwa fl-interess kemm tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri l-ġodda li preferibilment ma jħallux ħażniet żejda jakkumulaw u f’kwalunkwe każ ikunu kapaċi jiddentifikaw dawk l-operaturi jew individwi involuti f’movimenti ta’ negozju spekulattiv kbir. Għal dak il-għan Stati Membri ġodda għandhom iwarrbu sistema fl-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 li tippermettihom jiddentifikaw lil dawk responsabbi għal tali żviluppi.

(9) Għad-determinazzjoni ta’ ħażniet żejda u l-eliminazzjoni ta’ ħażniet żejda identifikati, Stati Membri ġodda għandhom jipprovdu għall-Kummissjoni l-istatistiċi l-iktar reċenti ta’ negozju, produzzjoni u konsum tal-prodotti kunsidrati, kif ukoll bħala prova ta’ eliminazzjoni mis-suq tal-ħażniet żejda identifikati mid-data ta’ skadenza stabbilita.

(10) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma in konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TAQSIMA 1

MIŻURI TRANSITORJI IN VISTA TAD-DĦUL

Artikolu 1

Applikabbilita’ ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001

L-Artikoli 2 sa 21 u 27 sa 31 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 ma għandhomx japplikaw mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 sat-30 ta’ Ġunju ta’ l-2004 għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa l-Istati Membri l-ġodda).

Artikolu 2

Kwoti ta’ isoglukosju

Għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 sat-30 ta’ Ġunju ta’ l-2004, il-kwantitajiet bażiċi ta’ isoglukosju A u B għall-Istati Membri l-ġodda li jipproduċu l-isoglukosju għandhom ikunu kif segwenti:

| Kwantita’ bażika A f’tunnellata metrika ta’ materja niexfa | Kwantita’ bażika B f’tunnellata metrika ta’ materja niexfa |

l-Ungerija | 21271 | 1667 |

Polonja | 4152 | 312 |

l-Islovakkja | 6254 | 837 |

Artikolu 3

Importazzjoni preferita ta’ zokkor tal-kannamiela

Sabiex tkopri t-talba tagħha għall-irfinar ta’ zokkor tal-kannamiela mhux raffinat għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 sat-30 ta’ Ġunju ta’ l-2004, l-Islovenja hija awtorizzata sabiex toħroġ liċenzi matul dak il-perjodu għaz-"zokkor speċjali preferut" fil-limitu ta’ 3264-it-tunnellata metrika, espressa f’zokkor abjad ekwivalenti u taħt il-kondizzjonijiet provduti għalihom fir-Reoglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1159/2003 [3].

TAQSIMA 2

MIŻURI TRANSITORJI SABIEX TKUN EVITATA L-ISPEKULAZZJONI

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima, id-definizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw:

1. "Zokkor" ifisser:

(a) zokkor beet u zokkor tal-kannamiela, f’forma solida, fl-isfera tal-Kodiċi NM 1701;

(b) xiropp taz-zokkor fl-isfera tal-kodiċi NM 17026095, 17029099 u 21069059;

(ċ) xiropp inulin fl-isfera tal-kodiċi NM 17026080 u 17029080;

2. "isoglukosju" ifisser il-prodott li jaqa’ fl-isfera tal-kodiċi NM 17023010, 17024010, 17026010, 17029030 u 21069030;

3. "Prodotti proċessati" ifissru prodotti li għandhom kontenut ekwivalenti ta’ zokkor miżjud/zokkor li jiskorru 10 %, li jirriżultaw mill-proċessar ta’ prodotti agrikoli;

4. "Fructose" ifisser fructose kimikament pur fl-isfera tal-kodiċi NM 17025000.

Artikolu 5

Reġim sospensiv

1. Permezz ta’ deroga minn Kapitolu 5 ta’ l-Anness IV ta’ l-Att tad-Dħul u minn l-Artikoli 20 sa 214 tar-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 2913/92 [4], prodotti li jaqgħu fl-isfera tal-kodiċi NM 1701, 1702, 1704, 1904, 1905, 2006, 2007, 2009, 21011292, 21012092, 2105 u 2202 ħlief dawk imniżżla fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003, għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta’ dazju importata erga omnes, inkluż kwalunkwe dazju ta’ importazzjoni addizzjonali applikabbli fid-data ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, iżda:

(a) qabel l-1 ta’ Mejju ta’ l-2004, kienu f’ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità kif kostitwiet fit-30 ta’ April ta’ l-2004 jew f’Istat Membru ġdid u;

(b) fl-1 ta’ Mejju ta’ l-2004, huma:

(i) f’ħażna temporanja, jew

(ii) taħt wieħed mit-trattamenti jew proċeduri tad-dwana msemmija fl-Artikolu 4(15)(b) u l-Artikolu 4(16)(b) sa (g) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 fil-Komunità, jew

(iii) fit-trasport wara li kienu soġġetti għall-formalitajiet ta’ esportazzjoni fil-Komunità imkabbar

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal prodotti, bl-eċċezzjoni ta’ zokkor tal-beet C raffinat, xiropp ta’ l-isoglukosju C u xiropp ta’ l-inulin C li jaqgħu fl-isfera tal-kodiċi NM 17019910, 17019990, 17023010, 17024010, 17026010, 17029030, 17026080 u 17029080 rispettivament, esportat mill-Komunità ta’ Ħmistax jekk l-importatur jagħti evidenza li l-ebda rifużjoni ta’ esportazzjoni ma ġiet mitluba għall-prodotti tal-pajjiż ta’ esportazzjoni. Fuq talba ta’ l-importatur, l-esportatur għandu jirranġa sabiex iġib awtorizzazzjoni mill-awtorita’ kompetenti fuq id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni li r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni ma ġietx mitluba għall-prodotti tal-pajjiż ta’ esportazzjoni.

2. Permezz ta’ deroga minn Kapitolu 5 ta’ l-Anness IV ta’ l-Att tad-Dħul u minn l-Artikoli 20 u 214 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, prodotti li jaqgħu fl-isfera tal-kodiċi NM 1701, 1702, 1704, 1904, 1905, 2006, 2007, 2009, 21011292, 21012092, 2105 u 2202 ħlief dawk imniżżla fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1972/2003, li ġejjin minn pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għall-dazji ta’ importazzjoni, inkluż kwalunkwe dazju ta’ importazzjoni addizzjonali, applikabbli fid-data ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni ħielsa, iżda:

(a) huma taħt proċessar ta’ ġewwa msemmi fl-Artikolu 4(16)(d) jew dħul temporanju msemmi fl-Artikolu 4(16)(f) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 f’Istat Membru fl-1 ta’ Mejju ta’ l-2004;

(b) huma rilaxxati għal ċirkulazzjoni ħielsa fi jew wara l-1 ta’ Mejju ta’ l-2004.

Artikolu 6

Ħażniet mhux normali

1. Il-Kummissjoni tiddetermina sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru ta’ l-2004, għal kull Stat Membru ġdid, in konformità mall-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, il-kwantità ta’ zokkor innifsu, jew fi prodotti proċessati, isoglukosju u fructose li jiskorru l-kwantità kunsidrata bħala li huwa ħażna normali mogħtiji fl-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 u li għandhom ikunu eliminati mis-suq a skapitu ta’ l-Istati Membri l-ġodda.

Sabiex din il-kwantità żejda tkun determinata, kunsiderazzjoni ta’ l-iżvilupp għandha tittieħed matul is-sena ta’ qabel id-dħul ma’ dak li għandu x’jaqsam mas-snin ta’ qabel ta’:

(a) kwantitajiet ta’ zokkor innfushom importati u esportati jew prodotti proċessati, isoglukosju u fructose;

(b) produzzjoni, konsum u ħżin ta’ zokkor u isoglukosju;

(ċ) iċ-ċirkostanzi fuq liema l-ħażniet kienu mibnija.

2. L-Istati Membri l-ġodda konċernati jassiguraw l-eliminazzjoni mis-suq ta’ kwantità ta’ zokkor jew isoglukosju, mingħajr indħil mill-Komunità, ugwali għall-kwantità żejda msemmija f’paragrażfu 1, sa mhux iktar tard mit-30 April ta’ l-2005:

(a) permezz ta’ esportazzjoni mingħajr rifużjoni mill-Komunità;

(b) permezz ta’ l-użu fis-settur ta’ affraijiet li jgħaddu minn proċess taż ħruq;

(ċ) permezz ta’ denaturazzjoni mingħajr għajnuna għall-għalf ta’ l-annimali in konformità ma’ Titoli III u IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 100/72 [5].

3. Għall-applikazzjoni ta’ paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-ġodda għandhom ineħħu sistema għall-identifikazzjoni ta’ kwantitajiet żejda ta’ negozjati jew prodotti ta’ zokkor innifsu jew fi prodotti proċessati, isoglukosju jew fructose, fil-livell ta’ l-operaturi priniċpali konċernati fl-1 ta’ Mejju ta’ l-2004. Dik is-sistema tista’ b’mod partikolari tistrieħ fuq kontroll ta’ importazzjoni, kontroll fiskali, stħarriġ ibbażat fuq il-kontijiet ta’ l-operaturi u ħażniet fiżiċi, u jinkludu miżuri bħal garanziji ta’ riskju. Is-sistema ta’ identifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq eżaminazzjoni ta’ riskju li tieħu konsiderazzjoni dovut b’mod partikolari l-kriterji segwenti:

- tip ta’ attivita’ ta’ l-operaturi konċernati,

- kapaċita’ ta’ faċilitajiet ta’ ħżin,

- livell ta’ attivitajiet.

L-Istat Membru l-ġdid għandu juża dik is-sistema sabiex jisforza l-operaturi konċernati sabiex ineħħu mis-suq bħala spiża tagħhom stess kwantità ekwivalenti ta’ zokkor jew isoglukosju tal-kwantità determinata żejda tagħhom. L-operaturi konċernati għandhom jipprovdu l-prova, għas-sodisfazzjoni ta’ l-Istat Membru l-ġdid, li prodotti ġew eliminati mis-suq sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April ta’ l-2005.

Fil-każ li tali prova ma hijix provduta, l-Istat Membru l-ġdid għandu jitlob ammont ugwali għall-kwantità in kwistjoni multiplikata ma’ l-ogħla talbiet ta’ importazzjoni applikabbli lill-prodott konċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 sat-30 ta’ April ta’ l-2005, miżjud b’EUR 1,21/100 kg f’zokkor abjad jew l-ekwivalenti ta’ materja niexfa.

L-ammont imsemmi fit-tielet subparagrafu għandu jkun mogħti lill-baġit nazzjonali ta’ l-Istat Membru l-ġdid.

4. Meta z-zokkor jew isoglukosju huwa eliminat in konformità ma’ paragrafu 2(a), l-operaturi konċernati għandhom jipprovdu l-prova ta’ esportazzjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ l-2005 permezz ta’ preżentazzjoni ta’:

(a) liċenzi ta’ esportazzjoni maħruġa in konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 [6] u (KE) Nru 1464/95 [7].

(b) dokumenti relevanti msemmija fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 neċessarji għar-rilaxx tal-garanzija.

L-applikazzjoni għal-liċenza ta’ esportazzjoni msemmija f’(a) għandha tikkonsisti f’kaxxa 20 bl-indikazzjoni segwenti: "għall-esportazzjoni in konformità ma’ l-artikolu 6(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 60/2004".

Il-liċenza ta’ esportazzjoni msemmija f’(a) għandha tikkonsisti f’kaxxa 20 bl-indikazzjoni segwenti: ‘għandha tkun esportata mingħajr rifużjoni jew levi … (kwantità għal liema dan Iċ-ċertifikat kien maħruġ)kg: Iċ-ċertifikat huwa validu biss fi … (Istat Membru ġdid li qiegħed joħorġu)’.

Il-liċenza ta’ esportazzjoni msemmija f’(a) għandha tkun valida mid-data tal-ħruġ tagħha sa l-1 ta’ Mejju ta’ l-2005.

Artikolu 7

Prova ta’ eliminazzjoni minn Stati Membri ġodda

1. Sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ l-2005, l-Istati Membri l-ġodda għandhom jipprovdu prova lill-Kummissjoni, li l-kwantità żejda msemmija fl-Artikolu 6(1) kienet eliminata mis-suq in konformità ma’ l-Artikolu 6(2) u tispeċifika għal kull metodu l-kwantità eliminata.

2. Fil-każ li l-prova ta’ eliminazzjoni mis-suq ma hijix provduta in konformità ma’ paragrafu 1, għal parti jew fit-totalita’ tal-kwantità żejda, l-Istat Membru huwa mitlub ammont ugwali għall-kwantità mhux eliminata multiplikata ma’ l-ogħla rifużjonijiet esportati applikabbli għaz-zokkor abjad li jaqa’ fl-isfera tal-kodiċi NM 17019910 matul il-perjodu mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 sat-30 ta’ April ta’ l-2005. Dan l-ammont jkun mogħti lill-baġit tal-Komunità sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Novembru 2005 u jkun meħud in konsiderazzjoni għall-kalkulu tal-levies ta’ produzzjoni għas-sena ta’ reklamar 2004/2005.

Artikolu 8

Kontroll

1. L-Istati Membri l-ġodda għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha għall-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima u jistabbilixxu b’mod partikolari l-proċeduri ta’ kontroll li jippruvaw neċessarji għall-eliminazzjoni tal-kwantità żejda msemmija fl-Artikolu 6(1).

2. L-Istati Membri l-ġodda jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ l-2004:

(a) informazzjoni dwar is-sistema stabbilita għall-identifikazzjoni ta’ kwantitajiet żejda msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3);

(b) kwantitajiet ta’ zokkor, isoglukosju, fructose u prodotti proċessati importati u esportati kull xahar għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 sat-30 ta’ April ta’ l-2004, kommunikati separatament għall-importazzjonijiet u esportazzjonijiet lill-Komunità kif kostitwieti fit-30 ta’ April ta’ l-2004, l-Istati Membri l-ġodda u l-pajjiżi terzi;

(ċ) għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 sat-30 ta’ April ta’ l-2004, il-kwantitajiet ta’ zokkor u isoglukosju prodotti kull sena, imkissra, skond il-każ, permezz ta’ produzzjoni taħt il-kwota u barra mill-kwota, u kunsmat kull sena;

(d) għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju ta’ l-2000 sa l-1 ta’ Mejju ta’ l-2004, il-ħażniet ta’ zokkor u isoglukosju miżmuma fl-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 ta’ kull sena.

TAQSIMA 3

DISPOŻIZJONI FINALI

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju ta’ l-2004, soġġett għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tad-Dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 14 ta’ Jannar ta’ l-2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat permezz ta’ l-Att tad-Dħul.

[2] ĠU L 293, 11.11.03, p. 3.

[3] ĠU L 162, 01.07.03, p. 25.

[4] ĠU L 302, 19.10.92, p. 1.

[5] ĠU L 12, 15.01.72, p. 15.

[6] ĠU L 152, 24.06.00, p. 1.

[7] ĠU L 144, 28.06.95, p. 14.

--------------------------------------------------