32004L0067



Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0092 - 0096


Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE

tas-26 ta' April, 2004

li għandha x'taqsam mal-miżuri biex tissalvagwardja is-sigurtà tal-provvista ta' gas naturali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artiklu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3];

Billi:

(1) Il-gass naturali (gass) qiegħed iktar ma jmur iktar isir komponent importanti fil-provvista ta' enerġija Komunitarja, u, kif indikat fil-Karta l-Ħadra "Lejn Strateġija Ewropea għas-sigurtà ta' provvista ta' enerġija", l-Unjoni Ewropea mistennija f'terminu iktar twil issir iktar u iktar dipendenti fuq gass importat minn sorsi (għejun) ta' provvista mhux UE.

(2) Wara d-Direttiva 98/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern f'gass naturali [4] u d-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern f'gass naturali u li tirrevoka d-Direttiva 98/30/KE [5], is-suq tal-gass Komunitarju se jkun illiberalizzat. Konsegwentement, rigward is-sigurtà ta' provvista, kull diffikulta li jkollha l-effett li tnaqqas il-provvista tal-gass setgħet tikkawża disturbi serji fl-attivita ekonomika tal-Komunità; għal din ir-raġuni, hemm ħtieġa dejjem tikber li tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-gass.

(3) L-ikkompletar tas-suq intern tal-gass jitlob (jobbliga, jiddetermina) avviċinament komuni mnimu għas-sigurtà tal-provvista, b'mod partikolari permezz ta' politiki trasparenti u non-diskriminatorji ta' provvista kompatibbli mar-rekwiżiti ta' suq tali, biex ikun impedut tagħwiġ tas-suq. Id-definizzjoni ċara tal-partijiet u r-responsabbilitajiet ta' l-atturi kollha tas-suq hija għahekk kruċjali biex tkun issalvagwardata s-sigurtà tal-provvista kif ukoll il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(4) L-obbligi tas-sigurata tal-provvista imposti fuq kumpaniji m'għandhomx jimpedixxu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern u m'għandhomx jimponu piż mhux raġonevoli u sproporzjonat fuq atturi tas-suq tal-gass, inklużi prinċipjanti ġodda fis-suq u atturi żgħar fis-suq.

(5) In vista tas-suq tal-gass dejjem jikber fil-Komunità, huwa importanti li tinżamm is-sigurtà tal-provvista tal-gas, b'mod partikolari rigward klijenti tad-djar.

(6) Għażla kbira ta' strumenti hija disponibbli għall-industrija u, jekk xieraq, għal Stati Membri, biex josservaw l-obbligi tas-sigurtà tal-provvista. Ftehim bilaterali bejn Stati Membri jista' jkun wieħed mill-mezzi li jikkontribwixxi għall-ksib ta' standards minimi ta' sigurtà tal-provvista, filwaqt li jitqies dovutement it-Trattat u leġislazzjoni sekondarja, b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/55/KE.

(7) Miri minimi indikattivi għall-ħażna tal-gass għandhom ikunu stabbiliti jew fl-livell nazzjonali jew mill-industrija. Huwa mifhum (Wieħed jifhem) li dan m'għandhux joħloq xi obbligi addizzjonali ta' investiment.

(8) Filwaqt li titqies l-importanza li tkun żgurata l-provvista tal-gass, i.e. fuq il-bażi ta' kuntratti ta' terminu fit-tul, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi fuq is-suq tal-gass fuq il-bażi ta' rapporti minn Stati Membri.

(9) Biex tkun issodisfatta d-domanda dejjem tikber għall-gass u tiddiversifika l-provvisti tal-gass bħala kondizzjoni għal suq tal-gass intern kompetittiv, il-Komunità tkun teħtieġ timmobilizza volumi addizzjonali sinifikanti ta' gass matul l-għaxriet ta' snin li ġejjin li ħafna minnu jkollu jiġi minn sorsi ‘l bodgħod u ttrasportat fuq distanzi twal.

(10) Il-Komunità għandha interess komuni qawwi flimkien ma' pajjiżi fornituri u ta' transitu fl-iżgurar ta' investimenti kontinwi fl-infrastruttura tal-provvista tal-gass.

(11) Kuntratti fuq terminu fit-tul kellhom rwol importanti ħafna fl-iżgurar ta' provvisti ta' gass għall-Ewropa u u għandhom jissoktaw jagħmlu hekk. Il-livell kurrenti ta' kuntratti fuq terminu fit-tul huwa adegwat fuq il-livell Komunitarju, u wieħed jaħseb (jemmem) li kuntratti tali għandhom jissoktaw jagħmlu kontribuzzjoni sinifikanti għall-provvisti ġenerali ta' gass hekk kif kumpaniji jissoktaw jinkludu kuntratti tali fil-portafoll ta' provvista ġenerali ta' gass.

(12) Sar progress konsiderevoli fl-iżvilupp ta' pjattaformi għall-kummerċ likwidu u permezz ta' programmi għar-rilaxx tal-gass fuq livell nazzjonali. Din it-tendenza hija mistennija li tissokta.

(13) L-istabbiliment ta' solidarjeta ġenwina bejn Stati Membri f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza kbira fil-provvista hija essenzali, iktar għandha tissoda kif Stati Membri jsiru iktar interdipendenti dwar is-sigurata tal-provvista.

(14) Id-drittijiet sovrani ta' Stati Membri fuq ir-riżorsi naturali tagħhom proprji ma jintlaqtux b'din id-Direttiva.

(15) Għandu jkun stabbilit Grupp ta' Kordinazzjoni għall-Gass, li għandu jiffaċilita l-kordinazzjoni tal-miżuri ta' sigurtà tal-provvista f'livell Komunitarju fil-każ ta' diżordni maġġuri ta' provvista, u jista' wkoll jassisti Stati Membri jikkordinaw miżuri meħuda f'livell nazzjonali. Barramindan, għandu jiskambja informazzjoni dwar sigurtà tal-provvista tal-gass fuq bażi regolari, u għandu jikkunsidra aspenti relevanti fil-kuntest ta' diżordni maġġuri ta' provvista.

(16) Stati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw provvedimenti ta' emerġenza nazzjonali.

(17) Din id-Direttiva għandha tipprovdi r-regoli applikabbli fil-każ ta' diżordni maġġuri ta' provvista; it-tul (dewmien) previst għal din id-diżordni ta' provvista għandu jkopri perjodu ta' żmien sinifikanti ta' għall-inqas tmien ġimgħat.

(18) Rigward l-immaniġġar ta' diżordni maġġuri ta' provvista, din id- Direttiva għandha tipprovdi għal mekkaniżmu bbażat fuq avviċinament ta' tliet passi. L-ewwel pass ikun jinvolvi r-reazzjonijiet ta' l-industrija għad-diżordni ta' provvista; jekk dan ma jkunx suffiċjenti, Stati Membri għandhom jieħdu miżuri biex isolvu d-diżordni ta' provvista. Biss jekk il-miżuri meħuda f'li stadju wieħed u tnejn ikunu fallew għandhom jittieħdu miżuri f'livell Komunitarju.

(19) Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-iżgurar ta' livell adegwat għas-sigurtà ta' provvista tal-gas, b'mod partikolari fil-każ ta' diżordni maġġuri ta' provvista, filwaqt li jikkontrobwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq tal-gass intern, ma jistax, fiċ-ċirkostanzi kollha, jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, b'mod partikolari fid-dawl ta' l-interdipendenza dejjem tiżdied ta' l-Istati Membri fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista ta' gass, u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u effetti ta' l-azzjoni, jintlaħaq aħjar f'livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjareta kif miġjub fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalita, kif iddikjarat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx iktar lilhinn minn dak li hu meħtieġ sabiex tikseb dan il-għan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għan

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri biex jiżguraw livell adegwat għas-sigurtà ta' provvista tal-gass. Dawn il-miżuri jikkontribwixxu wkoll għall-funzjonament xieraq tas-suq tal-gass intern. Hija tistabbilixxi qafas komuni li fih Stati Membri għandhom jiddefinixxu politiki ta' sigurtà tal-provvista ġenerali, trasparenti u non-diskrimantorji li jkunu kompatibbli mar-rekwiżiti ta' suq tal-gass kompetittiv intern; tiċċara il-partijiet u reponsabbilitajiet ġenerali ta' l-atturi differenti tas-suq u timplimenta proċeduri speċifiċi non-diskrimatorji biex tissalvagwarda s-sigurtà tal-provvista tal-gass.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta' din id-Direttiva:

1. "kuntratt fuq terminu fit-tul" tfisser kuntratt ta' provvista ta' gass b'tul ta' żmien ta' iktar minn 10 snin;

2. "diżordni maġġura ta' provvista" għandha tfisser sitwazzjoni fejn il-Komunità tkun tirriskja titlef iktar minn 20 % tal-provvista tal-gass tagħha minn pajjiżi terzi u s-sitwazzjoni f'livell Komunitarju aktarx ma tkunx tista' tkun immaniġġata b'mod adegwat b'miżuri nazzjonali.

Artikolu 3

Politiki biex tkun żgurata l-provvista tal-gass

1. Meta jistabbilixxu l-politiki ġenerali tagħhom fir-rigward ta' l-iżgurar ta' livelli adegwati ta' sigurata tal-provvista tal-gass, Stati Membri għandhom jiddefinixxu l-partijiet u r-responsabbilitajiet ta' l-atturi differenti fis-suq tal-gass għall-ksib ta' dawn il-politiki, u jispeċifikaw l-istandards minimi adegwati ta' sigurtà ta' provvista li għandhom ikunu osservati mill-atturi fis-suq tal-gass ta' l-Istati Membri in kwestjoni. L-istandards għandhom ikunu implimentati f'manjiera non-diskriminatorja u trasparenti u għandhom ikunu ppubblikati.

2. Stati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw li l-miżuri li tirreferi għalihom din id-Direttiva ma jpoġġux piż mhux raġonevoli u sproporzjonat fuq l-atturi fis-suq tal-gass u jkunu kompatibbli mar-rekwiżiti tas-suq tal-gass intern kompetittiv.

3. Lista mhux eżawrjenti ta' strumenti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass tingħata fl-Anness.

Artikolu 4

Sigurtà ta' provvista għal klijenti speċifiċi

1. Stati Membri għandhom jiżguraw li provvisti għall-klijenti tad-djar ġewwa t-territorji tagħhom ikunu protetti sa punt xieraq għall-inqas fil-każ ta':

(a) diżordni parzjali tal-provvisti tal-gass nazzjonali matul perjodu li għandu jkun iddeterminat minn Stati Membri filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali;

(b) temperaturi estremament kesħin matul perjodu fl-aqwa tiegħu li għandu jkun iddeterminat nazzjonalment;

(ċ) perjodi ta' domanda ta' gass eċċezzjonalment għolja matul il-perjodi ta' temp l-iktar kiesaħ li jiġru statistikament kull 20 sena,

Dawn il-kriterji tirreferi għalihom din id-Direttiva bħala "standards ta' sigurtà ta' provvista".

2. Stati Membri jistgħu jestendu l-ambitu tal-paragrafu 1 b'mod partikolari għal impriżi żgħar u ta' daqs medju u klijenti oħra li ma jistgħux jaqilbu malajr il-konsum ta' gass tagħhom għal sorsi (għejun) ta' enerġija oħra, inklużi miżuri għas-sigurtà għas-sistema ta' eletriċita nazzjonali tagħhom jekk tiddependi minn provvisti tal-gass.

3. Lista mhux eżawrjenti fl-Anness turi eżempji ta' strumenti li jistgħu jkunu użati biex jintlaħqu standards ta' sigurtà ta' provvista.

4. Stati Membri, filwaqt li dovutement jikkunsidraw il-kondizzjonijiet ġeoloġiċi tat-territorju tagħhom u l-possibilita ekonomika u teknika, jistgħu wkoll jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li faċilitajiet ta' ħażna illokati ġewwa t-territorju tagħhom jikkontribwixxu fi grad xieraq għall-kisba ta' standards ta' sigurtà ta' provvista.

5. Jekk livell adegwat ta' interkonnessjoni jkun disponibbli, Stati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa f'koperazzjoni ma' Stat Membru ieħor, inklużi ftehim bilaterali, biex jilħqu l-istandards ta' sigurtà ta' provvista billi jużaw faċilitajiet ta' ħażna tal-gass illokati ġewwwa l-Istat Membru l-ieħor. Dawn il-miżuri, b'mod partikolari ftehim bilaterali, m'għandhomx jimpedixxu l-funzjonament xieraq tas-suq tal-gass intern.

6. Stati Membri jistgħu jistabbilixxu jew jirrekjedu l-industrija li tistabbilixxi miri minimi indikattivi għal distribuzzjoni futura possibbli ta' ħażna, jew illokata ġewwa jew barra l-Istat Membru, għal sigurtà ta' provvista. Dawn il-miri għandhom ikunu ppubblikati.

Artikolu 5

Irrapportar

1. Fir-rapport ippubblikat minn Stati Membri skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/55/KE, Stati Membri għandhom ukoll ikopru li ġej:

(a) l-impatt tal-kompetizzjoni tal-miżuri meħuda skond l-Artikoli 3 u 4 fuq l-atturi kollha tas-suq tal-gass;

(b) il-livelli tal-kapaċita tal-ħażna;

(ċ) l-estensjoni ta' kuntratti ta' provvista tal-gass għal terminu fit-tul konklużi minn kumpaniji stabbiliti u rreġistrati fit-territorju tagħhom, u b'mod partikolari t-tul ta' żmien li jibqagħlhom, ibbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji kkonċernati, imma li teskludi informazzjoni kummerċjalment sensittiva, u l-grad ta' likwidita tas-suq tal-gass;

(d) l-oqfsa regolatorji li jipprovdu inċentivi adegwati għal investiment ġdid f'esplorazzjoni u produzzjoni, ħażna, LNG u trasport tal-gass, filwaqt li jitqies l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE sal-punt li jkun implimentat mill-Istat Membru.

2. Din l-informazzjoni għandha titqies mill-Kummissjoni fir-rapporti li toħroġ skond l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2003/55/KE fid-dawl tal-konsegwenzi ta' dik id-Direttiva għall-Komunità kollha kemm hi u l-operazzjoni effiċjenti u żgura in ġenerali tas-suq tal-gass intern.

Artikolu 6

Immonitorjar

1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja, fuq il-bażi tar-rapporti li jirreferi għalihom l-Artikolu 5(1):

(a) il-grad ta' kuntratti ġodda ta' importazzjoni ta' provvista tal-gass f'terminu fit-tul mnn pajjiżi terzi;

(b) l-eżistenza ta' likwidita adegwata ta' provvisti tal-gass;

(ċ) il-livell tal-gass fix-xogħol u l-kapaċita ta' l-irtirar ta' ħażna tal-gass;

(d) il-livell ta' interkonnessjoni tas-sistemi tal-gass nazzjonali ta' Stati Membri;

(e) is-sitwazzjoni prevista tal-provvista tal-gass f'funzjoni ta' domanda, awtonomija ta' provvista u sorsi ta' provvista disponibbli f'livell Komunitarju dwar żoni ġeografiċi speċifiċi fl-Komunità.

2. Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi li provvisti ta' gass fil-Komunità jkunu suffiċjenti biex jissodisfaw id-domanda għal gass prevista fit-terminu twil, hija tista' tissottometti proposti skond it-Trattat.

3. Sad-19 ta' Mejju 2008 il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta' reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza ggwadanjata mill-applikazzjoni ta' dan Artikolu.

Artikolu 7

Grupp ta' Kordinazzjoni dwar il-Gass

1. Grupp ta' Kordinazzjoni dwar il-Gass huwa b'dan stabbilit biex jiffaċilita l-kordinazzjoni ta' miżuri tas-sigurtà tal-provvista (il-Grupp).

2. Il-Grupp għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta' Stati Membri u korpi rappreżentattivi ta' l-industrija kkonċernata u konsumaturi relevanti, taħt il-presidenza tal-Kummissjoni.

3. Il-Grupp għandu jadotta r-Regoli Interni tiegħu.

Artikolu 8

Miżuri nazzjonali ta' emerġenza

1. Stati Membri għandhom jippreparaw bil-quddiem u, jekk xieraq, jaġġornaw miżuri nazzjonali ta' emerġenza u għandhom jikkomunikawhom lill-Kummissjoni. Stati Membri għandhom jippubblikaw il-miżuri nazzjonali ta' emerġenza tagħhom.

2. Il-miżuri ta' emerġenza ta' Stati Membri għandhom jiżguraw, fejn jixraq, li l-atturi tas-suq jingħataw opportunita suffiċjenti biex jipprovdu tweġiba (reazzjoni) inizjali għas-sitwazzjoni ta' emerġenza.

3. Suġġetti għall-Artikolu 4(1), Stati Membri jistgħu jindikaw lill-presidenza tal-Grupp avvenimenti li jikkunsdraw, minħabba l-kobor u l-karattru eċċezzjonali tagħhom, ma jistgħux ikunu mmaneġġati b'mod adegwat b'miżuri nazzjonali.

Artikolu 9

Mekkaniżu Komunitarju

1. Jekk jinqala' avveniment li aktarx jiżviluppa f'diżordni maġġuri ta' provvista għal perjodu ta' żmien sinifikanti, jew fil-każ ta' avveniment indikat minn Stat Membru skond l-Artikolu 8(3), il-Kummissjoni għandha tlaqqa' l-Grupp kemm jista' malajr, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha proprja.

2. Il-Grupp għandu jeżamina, u, fejn jixraq, jassisti lill-Istat Membru biex jikkordina l-miżuri meħuda fuq livell nazzjonali biex jittratta d-diżordni maġġuri ta' provvista.

3. Fit-twettiq tax-xogħol tiegħu, il-Grupp għandu jqis b'mod komplet:

(a) il-miżuri meħuda mill-industrija tal-gass bħala l-ewwel tweġiba (reazzjoni) għad-diżordni maġġuri ta' provvista;

(b) il-miżuri meħuda minn Stati Membri, bħal dawk meħuda skond l-Artikolu 4, inklużi ftehim bilaterali relevanti.

4. Fejn il-miżuri meħuda f'livell nazzjonali li jirreferi għalihom il-paragrafu 3 ma jkunux adegwati biex jittrattaw l-effetti ta' avveniment li jirreferi għalih il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista', f'konsultazzjoni mall-Grupp, tipprovdi gwida lil Stati Membri dwar miżuri oħra li jassistu dawk l-Istati Membri milquta b'mod partikolari mid-diżordni maġġuri ta' provvista.

5. Fejn il-miżuri meħuda f'livell nazzjonali skond il-paragrafu 4 mhumiex adegwati biex jittrattaw l-effetti ta' avveniment li jirreferi gaħlih il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tissottometti proposta lill-Kunsill dwar miżuri oħra meħtieġa.

6. Kull miżuri f'livell Komunitarju li jirreferi għalihom dan l-Artikolu għandu jkun fihom disposizzjonijiet immirati biex jiżguraw kumpens fier u ekwitabbli lill-impriżi kkonċernati mill-miżuri li għandhom jittieħdu.

Artikolu 10

Immonitorjar ta' l-implimentazzjoni

1. Sad-19 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl tal-manjiera li fiha Stati Membri jkunu implimentaw din id-Direttiva, tirrapporta l-effikaċja ta' l-istrumenti użati fir-rigward ta' l-Artikolu 3 u 4 u l-effett tagħhom fuq is-suq tal-gass intern u fuq l-evoluzzjoni tal-kompetizzjoni fuq is-suq tal-gass intern.

2. Fid-dawl tar-riżultati ta' dan l-immonitorjar, fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet jew tippreżenta proposti dwar miżuri oħra biex ittejjeb is-sigurtà ta' provvista.

Artikolu 11

Trasposizzjoni

Stati Membri għandhom iġibu (idaħħlu) fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex josservaw din id-Direttiva sad-19 ta' Mejju 2006. Għandhom mill-ewwel jikkomunikaww lill-Kummissjoni it-test ta' dawk id-disposizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-disposizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza tali fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir referenza tali għandhom ikunu preskritti mill-Istati Membri.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-26 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Walsh

[1] ĠU C 331 E, 31.12.2002, p. 262.

[2] ĠU C 133, 6.6.2003, p. 16.

[3] Opinjoni ghadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

[4] ĠU L 204, 21.7.1998, p. 1.

[5] ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57.

--------------------------------------------------

ANNESS

Lista mhix eżawrjenti ta' strumenti biex itejbu s-sigurtà tal-provvista tal-gass li jirreferi għaliha l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 4(3)

- gass fix-xogħol fil-kapaċita ta' ħażna,

- kapaċita ta' rtirar fil-ħażna tal-gass,

- provvediment ta' kapaċita ta' pipeline li tagħmel possibbli d-devjazzjoni tal-provvisti tal-gass għall-żoni effettwati,

- swieq ta' gass likwidu kummerċjabbli,

- flessibilita tas-sistema,

- żvilupp ta' domanda li tista' tinqata',

- użu ta' karboranti alternattivi ta' sostenn f'impjanti industrijali u ta' l-elettriċita,

- kapaċitajiet minn konfini għall-oħra,

- koperazzjoni bejn operaturi ta' sistemi ta' trasmissjoni ta' Stati Membri ġirien għal dispaċċ ikkordinat,

- attivitajiet ikkordinati ta' dispaċċ bejn operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni u trasmissjoni,

- produzzjoni tal-gass domestika,

- flissibilita tal-produzzjoni,

- flissibilita ta' l-importazzjoni,

- diversifikazzjoni ta' sorsi ta' provvista tal-gass,

- kuntratti fit-tul,

- investimenti fl-infrastruttura għall-importazzjoni tal-gass via terminali ta' regasification u pipelines.

--------------------------------------------------