32004L0004



Official Journal L 015 , 22/01/2004 P. 0025 - 0030


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/4/KE

tal-15 ta' Jannar 2004

li temenda d-Direttiva 93/6/KE li tagħti deroga minn ċerti disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/43/KEE dwar l-iġene ta' l-oġġetti ta' l-ikel f'dak li jirrigwardja t-trasport ta' żjut u xaħmijiet likwidi bil-massa bil-baħar

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/43/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar l-iġene ta' l-oġġetti ta' l-ikel [1], u partikolarment l-Artikolu 3(3) tagħha,

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li tkum emendata d-Direttiva tal-Kummissjoni 93/6/KE tas-26 ta' Jannar 1996 li tagħti deroga minn ċerti disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/43/KEE dwar l-iġene ta' l-oġġetti ta' l-ikel f'dak li jirrigwardja t-trasport ta' żjut u xaħmijiet likwidi bil-massa bil-baħar [2], sabiex ikunu meqjusa l-iżviluppi xjentifiċi.

(2) Fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet imwettqa mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel u, partikolarment, ta' l-opinjoni tiegħu ta' l-20 ta' Settembru 1996, kif emendata fit-12 ta' Ġunju 1997 (il-107 laqgħa plenarja), u ta' l-opinjoni aġġornata ta' l-4 ta' April 2003 dwar ir-riskju potenzali għas-saħħa umana li jirriżulta mit-trasport fit-tankijiet tal-vapuri ta' żjut u xaħmijiet minn sustanzi proposti bħala tagħbijiet preċedenti aċċettabbli, huwa meħtieġ li tkun emendata il-lista ta' tagħbijiet preċedenti kif elenkata fl-Anness tad-Direttiva 96/3/KE.

(3) Fil-każ ta' cyclohexanol, 2,3-butanediol, iso-butanol u nonane, l-informazzjoni disponibbli ma kenitx adekwata jew kienet teħtieġ kjarifika addizzjonali sabiex tippermetti studju xjentifiku sod dwar il-propjetajiet tossikoloġiċi u l-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel ma setgħax iwettaq il-valutazzjonijiet mitluba. Dawn is-sustanzi kienu meqjusa mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel mhux aċċettabbli bħala tagħbijiet preċedenti u għalhekk għandhom ikunu mneħħija mil-lista ta' tagħbijiet preċedenti aċċettabbli.

(4) Fil-każ ta' l-esteri metiliċi ta' l-aċidi xaħmija (laurate, palmitate, stearate, oleate), anidridu aċetiku, polifosfat ta' l-ammonja, tetramer tal-proilin, alkoħol propiliku, silikat tas-sodju, in vista ta' l-informazzjoni disponibbli, l-istima mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel irriżultat fl-aċċettazzjoni ta' dawn is-sustanzi bħala tagħbijiet preċedenti. Dawn is-sustanzi għandhom għalhekk ikunu miżjuda mal-lista ta' tagħbijiet preċedenti aċċettabbli.

(5) Fil-każ ta' iso-decanol, iso-nonanol, iso-octanol, xemgħa montan, xemgħa tal-paraffin u żjut bojod minerali, l-informazzjoni disponibbli ma kenitx adekwata għat-twettieq ta' valutazzjoni sħiħa. B'dana kollu, skond l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, dawn is-sustanzi jistgħu jitqiesu bħala proviżjonalment aċċettabbli bħala tagħbijiet preċedenti meta jkun meqjus in-nuqqas tal-potenzal ġenotossiku tagħhom, it-tneħħija faċli tagħhom bi proċeduri tat-tindif tat-tankijiet u l-ammont ferm żgħir ta' residwi mistennija bħala riżultat ta' dawn il-fatturi u l-probabbiltà tad-dilwizzjoni tagħhom.

(6) Dawn is-sustanzi proviżjonalment aċċettabli għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid fuq il-bażi ta' informazzjoni xjentifika ġdida u l-Anness revedut kif xieraq matul perijodu adekwat taż-żmien. L-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni ta' hawn fuq għandha tkun ipprovduta, partikolarment, mill-operaturi relevati tan-negozju ta' l-ikel.

(7) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 96/3/KE huwa sostitwit bl-Anness ta' hawnhekk.

Artikolu 2

Is-sustanzi iso-decanol, iso-nonanol, iso-octanol, xemgħa montan, xemgħa tal-paraffin u żjut bojod minerali, għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid fuq il-bażi ta' l-informazzjoni xjentifika ġdida u l-Anness ikun revedut kif xieraq sal-31 ta' Diċembru 2006.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta' Ġunju 2004. Għandhom minnufih jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati bdin ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

Artikolu 4

Dan id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Jannar 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 175, tad-19.7.1993, pġ. 1.

[2] ĠU L 21, tas-27.1.1996, pġ. 42.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS

LISTA TA' TGĦABIJIET PREĊEDENTI AĊĊETTABBLI

Sustanza (sinonimi) | Nru CAS |

Aċidu aċetiku | 64-19-7 |

Anidridu aċetiku (ethanoic anhydride) | 108-24-7 |

Aċetun (dimethylketone; 2-propanone) | 67-64-1 |

Distillati taż-żjut aċidużi u aċidi xaħmija — minn żjut u xaħmijiet veġitali u/jew taħlitiet tagħhom u x-xaħmijiet u ż-żjut mill-annimali u ħlejjaq marittimi |

Idrossidu ta' l-ammjonu (idrat ta' l-ammonja; soluzzjoni ta' l-ammonja: aqua ammonia) | 1336-21-6 |

Fosfat ta' l-ammonju | 68333-79-9 10124-31-9 |

Żjut u xaħmijiet mill-annimali, ħlejjaq marittimu u vaġitali (apparti milli ż-żejt mill-qoxra tal-ġewż ta' l-anarkdju u tat-tall krudi) |

Xamgħa tan-naħal (abjad u isfar) | 8006-40-4 8012-89-3 |

Alkoħol benżiliku (il-gradi farmakewtiċi u ta' re-aġenti biss) | 100-51-6 |

L-aċetati butiliċi (n-; sec-; tert-) | 123-86-4 105-46-4 540-88-5 |

Taħlita tal-klorit tal-kalċju hija aċċettabbli bħala tagħbija preċedenti biss meta jkun hemm tagħbija preċedenti immedjata għaliha fil-lista u li ma tkunx bl-istess mod ristretta. | 10043-52-4 |

Lignosulphonate tal-kalċju | 8061-52-7 |

Xamgħa kandelilla | 8006-44-8 |

Xamgħa Karnawba — (Xamgħa tal-Brażil) | 8015-86-9 |

Cyclohexane (hexamethylene; hexanaphthene; hexalhydrobenzene) | 110-82-7 |

Zejt tal-fażola tas-sojja epoksidizzat (b'minimu ta' 7 % — massimu ta; 8 % ossiġenu oksirjan | 8013-07-8 |

Etanol (alkoħol etiliku) | 64-17-5 |

Aċetat etiliku (eteru aċetiku, esteru aċetiku, ħall tan-nafta) | 141-78-6 |

2-Ethylhexanol (alkoħol 2-ethylhexyl) | 104-76-7 |

Aċidi xaħmija: |

Aċidu arakidiku (aċidu ejkosaniku) | 506-30-9 |

Aċidu beħemiku (aċidu dokosanojku) | 112-85-6 |

Aċidu butriku (aċidu n-butriku; aċidu butaojku; aċidu aċetiku etiliku; aċidu formiku propiliku) | 107-92-6 |

Aċidu kapriku (aċidu n-dekanojku) | 334-48-5 |

Aċidu kaprojku (aċidu n-ħeksanojku) | 142-62-1 |

Aċidu kapriliku (aċidu n-oktanojku) | 124-07-2 |

Aċidu ewriku (aċidu cis-13-docosenoic) | 112-86-7 |

Aċidu ħeptoku (aċidu n-ħeptanojku) | 111-14-8 |

Aċidu lawrriku (aċidu n-dodekanojku) | 143-07-7 |

Aċidu lawroliku (aċidu dedakonojku) | 4998-71-4 |

Aċidu linolejku (aċidu 9,12-octadecadienoic) | 60-33-3 |

Aċidu linoleniku (aċidu 9,12,15-octadecatrienoic) | 463-40-1 |

Aċidu miristiku (aċidu n-tetradakaniku) | 544-63-8 |

Aċidu miristoliku (aċidu n-tetradakaniku) | 544-64-9 |

Aċidu olejku (aċidu n-oktadekenojku) | 112-80-1 |

Aċidu palmitiku (aċidu n-ħeksadekaniku) | 57-10-3 |

Aċidu palmitolejku (aċidu cis-9-ħeksadekenojku) | 373-49-9 |

Aċidu pelargoniku (aċidu n-nonanojku) | 112-05-0 |

Aċidu rikinolejku (aċidu ċis-12-idroksi oktadeku-9-enojku; aċidu taż-żejt tal-kastru) | 141-22-0 |

Aċidu steariċi (aċidu n-oktadakaniku) | 57-11-4 |

Aċidu valeriku (aċidu n-pentanojku; aċidu valerjaniku) | 109-52-4 |

Alkoħoli xaħmija: |

Alkoħol butiliku (1-Butanol; alkoħol butiriku) | 71-36-3 |

Alkoħol kaprojl (1-heksanol; alkoħol exiliku) | 111-27-3 |

Alkoħol kaprilu (1-n-oktanol; ħeptil karbinolju) | 111-87-5 |

Alkoħol ċetil (alkoħol C-16; 1-ħeksadekanol; alkoħol ċetiliku; alkoħol palmitilu, alkoħol n-primarju eksadekliku) | 36653-82-4 |

Alkoħol dekilu (1-dekanol) | 112-30-1 |

Alkoħol enantilu (1-ħeptanol; alkoħol ħeptilu) | 111-70-6 |

Alkoħol lawrilu (n-dodekanol; alkoħol dodekilu) | 112-53-8 |

Alkoħol miristilu (1-tetradekanol; tetradekanol) | 112-72-1 |

Alkoħol nonilu (1-nonanol; alkoħol pelargoniku; oktil karbinol) | 143-08-8 |

Alkoħol olejl (oktadekanol) | 143-28-2 |

Alkoħol stearilu (1-oktadekanol) | 112-92-5 |

Alkoħol tridekilu (1-tridekanol) | 27458-92-0 112-70-9 |

Taħlitiet ta' alkoħol xaħmija: |

Alkoħol lawrilu miristilu (C12-C14) | |

Alkoħol ċetil stearilu (C16-C18) | |

Esteri ta' l-aċidi xaħmija — kwalunkwe esteru prodott bil-għaqda ta' l-aċidi xaħmija elenkati hawn fuq ma' kwalunkwe mill-alkoħol xaħmija elenkati hawn fuq. Eżempji ta' dawn huma l-butil miristrat, elejl palmitat u ċetil stearat |

Aċidi xaħmija metil esteri: |

Metil lawrat (metil dodekanoat) | 111-82-0 |

Metil palmitat (metil eksadekanoat) | 112-39-0 |

Metil stearat (metil oktadekanoate) | 112-61-8 |

Metil oleat (metil oktadekenoat) | 112-62-9 |

Aċidu formiku (aċidu metanojku; aċidu ta' l-idroġenu karbo-iksuliku) | 64-18-6 |

Gliċerina (gliċerol; gliċerin) | 56-81-5 |

Glikoli: |

Butaneojl |

1,3 butanedojl (1.3 butilin glikol) | 107-88-0 |

1,4 butanedojl (1.4 butilin glikol) | 110-63-4 |

Polipropilin glikol (piż molekulari akbar minn 40) | 25322-69-4 |

Propilin glokol (1.2 propilin glokol; propan-1.2-diol; 1.2-diħidroksipropane; mono-propilin glokol (MPG); metil glikol) | 57-55-6 |

1.3-Propilin glikol (trimetilin glikol; 1.3-propanedjol) | 504-63-2 |

n-Ħeptan | 142-82-5 |

n-Ħeksan (gradi tekniċi) | 110-54-3 64742-49-0 |

aċetat iso-butil | 110-19-0 |

iso-dekanol (alkoħol isodekil) | 25339-17-7 |

iso-Nonanol (alkoħol isononil) | 27458-94-2 |

iso-Oktanol (alkoħol isooktil) | 26952-21-6 |

iso-dekanol (alkoħol isodekil; IPA) | 67-63-0 |

Limonin (dipenteni) | 138-86-3 |

Taħlita tal-manjeża tal-klorid | 7786-30-3 |

Metanol (alkoħol metilu) | 67-56-1 |

Metil etil keton (2-butanon) | 78-93-3 |

Metil isobutil keton (4-methil 1-2 pentanon) | 108-10-1 |

Metil tarzjarju butil eter (MBTE) | 1634-04-4 |

Għasel iswed | 57-50-1 |

Xamgħa tal-montan | 8002-53-7 |

Xamgħa tal-paraffin | 8002-74-2 63231-60-7 |

Pentan | 109-66-0 |

Aċidu fosforiku (aċidu orto fosforiku) | 7664-38-2 |

L-ilma tajjeb għax-xorb huwa aċċettabbli bħala tagħbija preċedenti biss meta jkun hemm tagħbija preċedenti immedjata għaliha fil-lista u li ma tkunx bl-istess mod ristretta. |

L-idrossidu tal-putassa (potassa kawstika) hija aċċettabbli bħala tagħbija preċedenti biss meta jkun hemm tagħbija preċedenti immedjata għaliha fil-lista u li ma tkunx bl-istess mod ristretta. | 1310-58-3 |

aċetat n-propil | 109-60-4 |

Propilin tetramer | 6842-15-5 |

Alkoħol propil (propan-1-ol; 1-propanol) | 71-23-8 |

L-idrossidu tas-sodju (sodju kawstiku) hiwa aċċettabbli bħala tagħbija preċedenti biss meta jkun hemm tagħbija preċedenti immedjata għalih fil-lista u li ma tkunx bl-istess mod ristretta. | 1310-73-2 |

Diossidu tas-solikon (mikrosilika) | 7631-86-9 |

Silkat tas-sodju (ilma tal-ħġieġ) | 1344-09-8 |

Sorbitol (D-sorbitol; alkoħol heksa-idriku: D-sorbite) | 50-70-4 |

Aċidu sulfuriku | 7664-93-9 |

Soluzzjoni tan-nitrat ta' l-ammonja ta' l-urea (UAN) |

Il-karfa tal-inbid (vinasses, vinaccia, argol, vini, argil, arcilla, Weinstein, krema kruda tartarika, bitartrat krud tal-putassa) | 868-14-4 |

iż-żjut minerali bojod | 8042-47-5 |

"

--------------------------------------------------