32004H0074



Official Journal L 016 , 23/01/2004 P. 0060 - 0064


Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni

tad-9 ta’ Jannar 2004

dwar il-programm ko-ordinat ta’ monitoraġġ tal-Komunità għas-sena 2004 biex jiżgura l-konformità ma’ l-ogħla livelli ta’ residwi ta’ pestiċidi fil-jew fuq iċ-ċereali u ċerti prodotti oħra li ġejjin mill-pjanti

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 5400)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/74/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 fuq it-twaqqif ta’ l-ogħla livelli għar-residwi ta’ pestiċidi fil-jew fuq iċ-ċereali [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/113/KE [2], u l-aktar l-Artikolu 7(2)(b) tiegħua,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 fuq it-twaqqfi ta’ l-ogħla livelli għar-residwi ta’ pestiċidi fil-jew fuq ċerti prodotti li ġejjin mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix [3], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/113/KE, u l-aktar l-Artikolu 4(2)(b) tiegħua,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni għandha taħdem gradatament lejn sistema li tkun tippermetti l-valutazzjoni tat-turija tal-kwalià ta’ l-ikel għall-pestiċida attwali. Biex isiru valutazzjonijiet realistiċi, it-tagħrif fuq l-immonitorjar tar-residwi ta’ pestiċidi għandu jkun disponibbli f’numru ta’ prodotti ta’ l-ikel li jkunu jifformaw parti ewlenija mid-dieta Ewropea. Ġeneralment huwa magħruf li l-aktar karatteristiċi importanti fid-dieta Ewropea huma magħmula minn 20 sa 30 prodott ta’ l-ikel. Minħabba r-riżorsi disponibbli, fuq livell nazzjonali, għall-immonitorjar tar-residwu ta’ pestiċidi, l-Istati Membri jistgħu janalizzaw biss kampjuni ta’ tmien prodotti kull sena fi ħdan il-programm ikkoordinat ta’ mmonitorjar. L-użu juri li f’perjodu ta’ tliet snin sar ħafna tibdil. Kull pestiċida għandha, għalhekk, tkun immonitorjata f’20 sa 30 prodott ta’ l-ikel f’serje ta’ ċikli ta’ tliet snin.

(2) Ir-residwi tal-pestiċidi kollha li huma koperti b’din ir-Rakkomandazzjoni għandhom ikunu mmonitorjati fl-2004, minħabba li din se tkun tippermetti l-użu ta’ dan it-tagħrif għall-valutazzjoni tat-turija attwali tal-kwalità ta’ l-ikel għal dawn.

Huwa meħtieġ li jittieħed approċċ statistiku sistematiku għal numru ta’ kampjuni f’kull eżerċizzju kkoordinat ta’ mmonitorjar. Dan l-approċċ kien ġie stabbilit mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius [4]. Waqt li jkun imsejjes fuq firxa ta’ probabbiltà binomjali, ikun jista’ jiġi kkalkulat li eżami ta’ 613-il kampjun jistgħu jwasslu biex ikun hemm kunfidenza ta’ aktar minn 99 % biex jinstab kampjun wieħed li jkollu residwu ta’ pestiċidi ’l fuq mil-limitu tad-determinazzjoni (LD), fejn inqas minn 1 % tal-prodotti li ġejjin mill-pjanti jkun fihom residwi ’l fuq mill-LD. Il-ġabra ta’ dawn il-kampjuni għandha tkun imqassma bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tal-popolazzjoni u n-numru ta’ konsumaturi, b’minimu ta’ 12-il kampjun għal kull prodott u kull sena.

(3) Il-Kummissjoni ppubblikat linjagwida ġdida dwar il-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità għall-analiżi tar-residwu ta’ pestiċidi [5]. Huwa miftiehem li dawn il-linjigwidi għandhom jitħaddmu kemm jista’ jkun mil-laboratorji ta’ l-analiżi ta’ l-Istati Membri, u għandhom ikunu riveduti kontinwament fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fil-programm ta’ mmonitorjar.

(4) L-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 90/642/KEE u l-Artikolu 7(2)(a) tad-Direttiva 86/362/KEE jeħtieġu li l-Istati Membri jispjegaw fid-dettal il-kriterji mħaddma fit-tfassil tal-programmi nazzjonali tagħhom ta’ mmonitorjar. Dan it-tagħrif għandu jkun fih: (i) il-kriterji mħaddma fit-twaqqif tan-numri ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u l-analiżi li għandha ssir, il-livelli ta’ rrappurtar applikati u l-kriterji li bihom il-livelli ta’ rrappurtar ġew stabbiliti; (ii) id-dettalji ta’ l-akkreditazzjoni, taħt id-Direttiva tal-Kunsill 93/99/KEE tad-29 ta’ Ottubru 1993 fuq is-suġġett ta’ miżuri żejda, dwar il-kontroll uffiċjali tal-prodotti ta’ l-ikel [6] li jkunu qed jagħmlu l-laboratorji li qed jagħmlu l-analiżi meħtieġa; u (iii) in-numru u l-għamla ta’ ksur u l-azzjoni li tkun ittieħdet.

(5) It-tagħrif fuq ir-riżultati tal-programmi ta’ mmonitorjar huwa addattat l-aktar għat-trattament, il-ħażna u t-trasmissjoni b’metodi elettroniċi/informatiċi. Ġew żviluppati formati apposta għall-provvista ta’ tagħrif bil-posta elettronika li l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom, għalhekk, jibagħtu r-rapporti tagħhom lill-Kummissjoni fil-format stabbilit. It-tkomplija ta’ l-iżvilupp ta’ dan il-format bażiku jkun l-aktar effettiv meta l-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-linjigwidi.

(6) Il-miżuri li hemm f’din ir-rakkomandazzjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

HAWNHEKK QED TIRRAKKOMANDA:

1. L-Istati Membri huma mistiedna biex jieħdu u janlizzaw kampjuni għall-kumbinazzjonijiet ta’ prodott/residwu ta’ pestiċida stabbiliti fl-Anness I, fuq il-bażi tan-numru ta’ kampjuni ta’ kull prodott mogħti lilhom fl-Anness II, li jkunu jirriflettu, kif xieraq, is-sehem nazzjonali, Komunitarju u dak ta’ terzi pajjiżi, fis-suq ta’ l-Istat Membru.

Preferibbilment, għal pestiċidi li juru risjku akut, eż. OP-esters, endosulfan u N-methylcarbamates, il-kampjuni magħżula tal-prodotti: it-tuffieħ, it-tadam, il-ħass, il-kurrat u l-qalba tal-kaboċċI, għandhom ikunu sottomessi wkoll għal analiżi individwali ta’ l-unitajiet individwali fit-tieni kampjun tal-laboratorju, fil-każ li jinstabu dawn il-pestiċidi u l-aktar jekk dan ikun il-prodott ta’ produttur wieħed. In-numru ta’ l-unitajiet għandu jkun fi qbil mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE [7].

Għandhom jittieħdu żewġ kampjuni. Jekk fl-ewwel kampjun tal-laboratorju jkun instab fdal ta’ pestiċida li tkun fil-mira, l-unitajiet tat-tieni kampjun għandhom ikunu analizzati individwalment.

2. L-Istati Membri huma mistiedna biex, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awissu 2005, jirrappurtaw ir-riżultati ta’ l-analiżi tal-kampjun ittestjat għall-kumbinazzjonijiet ta’ prodotti/residwu ta’ pestiċidi li hemm stabbiliti fl-Anness I, waqt li juru:

(a) il-metodi analitiċi li jkunu ntużaw u l-livelli ta’ rrappurtar li jkun inkiseb, fi qbil mal-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità għall-analiżi tar-residwu ta’ pestiċida;

(b) in-numru u l-għamla ta’ ksur u l-azzjoni li tkun ittieħdet.

Ir-rapport għandu jkun f’format, inkluż il-format elettroniku, li jkun fi qbil mal-gwida [8] għall-Istati Membri dwar it-tħaddim tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-programmi kkoordinati ta’ mmonitorjar tal-Komunità.

3. L-Istati Membri huma mistiedna biex jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kollha, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awissu 2005, it-tagħrif kollu meħtieġ bl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 86/362/KEE u l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 90/642/KEE dwar l-eżerċizzju ta’ mmonitorjar ta’ l-2004, biex tkun żgurata, mill-inqas b’kampjun ta’ verifika, il-konformità ma’ l-ogħla livelli ta’ residwu ta’ pestiċida, li jinkludi:

(a) ir-riżultati tal-programmi nazzjonali dwar ir-residwi tal-pestiċida;

(b) it-tagħrif fuq il-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità tal-laboratorji tagħhom u, l-aktar, it-tagħrif dwar l-aspetti tal-linjigwida dwar il-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità għall-analiżi tar-residwu ta’ pestiċidi li dawn ma setgħux japplikaw jew li dwarhom kellhom problema biex japplikawhom;

(ċ) it-tagħrif fuq l-akkreditazzjoni, fi qbil mad-diżposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/99/KEE (inklużi t-tip ta’ akkreditazzjoni, l-entità li tagħti l-akkreditazzjoni u kopja taċ-ċerifikat ta’ l-akkreditazzjoni), tal-laboratorji li jagħmlu l-analiżi;

(d) it-tagħrif fuq it-testijiet ta’ ħila u r-ring tests li fihom il-laboratorju jkun ħa sehem.

4. L-Istati Membri huma mistiedna biex, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2004, jibagħtu lill-Kummissjoni, il-programm nazzjonali maħsub għall-immonitorjar ta’ l-ogħla livelli ta’ residwu ta’ pestiċidi stabbiliti bid-Direttivi 90/642/KEE u 86/362/KEE għas-sena 2005, inkluż it-tagħrif fuq:

(a) il-kriterji li ntużaw fit-twaqqif tan-numru tal-kampjuni li se jittieħdu u l-analiżi li għandha ssir;

(b) il-livelli ta’ rrappurtar u l-kriterji li bihom il-livelli ta’ rrappurtar ikunu twaqqfu; u

(ċ) id-dettalji ta’ l-akkreditazzjoni, taħt id-Direttiva 93/99/KEE, tal-laboratorji li jkunu qed jagħmlu l-analiżi.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Jannar 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 221, 07.08.86, p. 37.

[2] ĠU L 324, 11.12.03, p. 24.

[3] ĠU L 350, 14.12.90, p. 71.

[4] Codex Alimentarius, residwi ta’ pestiċida fil-prodotti ta’ l-ikel, Ruma 1994, ISBN 92-5-203271-1; Vol. 2, paġna 372.

[5] In-Numru tad-Dokument SANCO/10476/2003, http://europa.eu.int/comm/food/fs/ph_ps/pest/index_en.htm

[6] ĠU L 290, 24.11.93, p. 14.

[7] ĠU L 187, 16.07.02, p. 30.

[8] Muri u meqjus kull sena fil-SCFCAH.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Kumbinazzjonijiet ta’ pestiċida/prodott li għandu jkun immonitorjat

Ir-Residwu ta' pestiċida li għandu jkun analizzat għal | Sena |

2004 | 2005 | 2006 |

Acephate | | | |

Aldicarb | | | |

Azinphos-methyl | | | |

Azoxystrobin | | | |

Il-grupp Benomyl | | | |

Bromopropylate | | | |

Captan | | | |

Chlorothalonil | | | |

Chlorpyriphos | | | |

Chlorpyriphos-methyl | | | |

Cypermethrin | | | |

Cyprodinil | | | |

Deltamethrin | | | |

Diazinon | | | |

Dichlofluanid | | | |

Dicofol | | | |

Dimethoate | | | |

Diphenylamine | | | |

Endosulfan | | | |

Fenhexamid | | | |

Folpet | | | |

Imazalil | | | |

Iprodione | | | |

Kresoxim-methyl | | | |

Lambda-cyhalothrin | | | |

Malathion | | | |

Il-grupp Maneb | | | |

Mecarbam | | | |

Methamidophos | | | |

Metalaxyl | | | |

Methidathion | | | |

Methiocarb | | | |

Methomyl | | | |

Myclobutanil | | | |

Omethoate | | | |

Oxydemeton-methyl | | | |

Parathion | | | |

Permethrin | | | |

Phorate | | | |

Pirimiphos-methyl | | | |

Procymidone | | | |

Propyzamide | | | |

Spiroxamine | | | |

Thiabendazole | | | |

Tolylfluanid | | | |

Triazophos | | | |

Vinclozolin | | | |

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Kumbinazzjonijiet ta’ pestiċida/prodott li għandu jkun immonitorjat

Il-Kodiċi tal-Pajjiż | Kampjuni |

A | 12 |

B | 12 |

CY | 12 |

CZ | 12 |

D | 93 |

DK | 12 |

E | 45 |

EE | 12 |

EL | 12 |

F | 66 |

FIN | 12 |

HU | 12 |

GĦ | 65 |

IRL | 12 |

L | 12 |

LT | 12 |

LV | 12 |

MT | 12 |

NL | 17 |

P | 12 |

PL | 45 |

S | 12 |

SI | 12 |

SK | 12 |

UK | 66 |

Numru totali ta' kampjuni: 613 |

--------------------------------------------------