7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

147


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2004/794/PESK

tat-22 ta' Novembru 2004

li ttawwal l-Azzjoni Konġunta 2002/921/PESK li testendi l-mandat tal-Missjoni ta' Monitoraġġ ta' l-Unjoni Ewopea (EUMM)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari, l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Novembru 2002, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2002/921/PESK li testendi l-mandat tal-Missjoni ta' Monitoraġġ ta' l-Unjoni Ewopea (1)(EUMM).

(2)

Fil-5 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/852/PESK (2) li ttawwal l-Azzjoni Konġunta 2002/921/PESK u testendi l-mandat ta' l-EUMM sal-31 ta' Diċembru 2004.

(3)

L-EUMM għandha tkompli l-attivitajiet tagħha fil-Balkani tal-Punent b'sostenn għall-politika ta' l-Unjoni Ewropea lejn dak ir-reġjun.

(4)

Il-mandat ta' l-EUMM għandu għalhekk jiġi estiż u l-Azzjoni Konġunta 2002/921/PESK għandha tiġi mtawwla u emendata kif xieraq,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2002/921/PESK qegħda hawn tiġi mtawwla u l-mandat ta' l-EUMM jiġi estiż.

Artikolu 2

L-Azzjoni Konġunta 2002/921/PESK qegħda hawn tiġi emendata kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 3(3), id-data “30 ta' Settembru 2004” għandha tiġi mibdula b'“30 ta' Settembru 2005”;

(b)

fl-Artikolu 6(1), l-ammont finanzjarju ta' referenza għandu jiġi mibdul b'EUR 4 186 482;

(ċ)

fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 8, id-data “31 ta' Diċembru 2004” għandha tiġi mibdula b' “31 ta' Diċembru 2005”.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, nhar it-22 ta' Novembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. R. BOT


(1)  ĠU L 321, 26.11.2002, p. 51 u rettifika fil-ĠU L 324, 29.11.2002, p. 76.

(2)  ĠU L 322, 9.12.2003, p. 31.