14.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

101


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Novembru 2004

li tapprova l-programmi dwar l-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tat-TSE ta' ċerti Stati Membri għall-2005 u l-istabbiliment tal-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4603)

(2004/863/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-ispiża fil-qasam veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula għall-possibilità ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fl-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' mard ta' l-annimali.

(2)

Il-maġġoranza ta' l-Istati Membri ssottomettew programmi lill-Kummissjoni dwar l-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSEs).

(3)

Wara l-eżami, il-programmi sottomessi mill-Istati Membri għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tat-TSEs instabu illi jaderixxu mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/638/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Komunità għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali (2).

(4)

Dawk il-programmi jidhru fuq il-lista prijoritarja ta' programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċerti TSEs li jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fl-2004 u li ġiet stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/696/KE ta' l-14 t' Ottubru 2004 fuq il-lista ta' programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċertu TSE li jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjajra mill-Komunità fl-2005 (3).

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (4), jipprovdi għal programmi annwali għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tat-TSEs fil-baqar, in-ngħaġ u l-mogħoż.

(6)

Fid-dawl ta' l-importanza ta' l-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tat-TSEs sabiex jinkisbu l-miri tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa ta' l-annimali u tal-pubbliku, xieraq illi jingħata rimbors ta' 100 % ta' l-ispejjeż li jridu jiġu sostnuti mill-Istati Membri għat-testijiet rapidi għat-TSE sa limitu massimu kull test u kull programm ta' monitoraġġ tat-TSE.

(7)

Għall-istess raġuni, huwa xieraq li jingħata rimbors ta' 100 % ta' l-ispejjeż tal-laboratorju mħallsa mill-Istati Membri biex iwettqu testijiet tal-genotyping sa massimu kull test u għal programm ta' eradikazzjoni Scrapie.

(8)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (5), jistipula li l-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali li jridu jiġu finanzjati taħt is-Sezzjoni ta' Ġaranzija tal-Fond ta' Gwida u Garanzija ta' l-Agrikoltura Ewropea. Għal skopijiet ta' kontroll finanzjarju, għandhom jappliklaw l-Artikoli 8 u 9 ta' dak ir-Regolament.

(9)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tingħata biss suġġett għal kundizzjoni li l-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tat-TSEs jitmexxew b'mod effiċjenti u li l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja fil-limiti taż-żmien stipulati f'din id-Deċiżjoni.

(10)

Hemm bżonn illi tiġi kjarifikata r-rata li trid tintuża għall-konverżjoni ta' l-applikazzjonijiet għall- pagament fil-munita nazzjonali kif imfisser fl-Artikolu 1(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE)2799/98 li jistabbilixxi l-arranġamenti agrimonetarji għall-Euro (6).

(11)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Approvazzjoni ta' u kontribuzzjoni finanzjarja għall-Programmi ta' Monitoraġġ tat-TSE

Artikolu 1

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mill-Belġju qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż it- 3 550 000 EUR.

Artikolu 2

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mir-Repubblika Ċeka qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il- 170 000 EUR.

Artikolu 3

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mid-Danimarka qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż iż-2 375 000 EUR.

Artikolu 4

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mill-Ġermanja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-15 020 000 EUR.

Artikolu 5

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mill-Estonja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-290 000 EUR.

Artikolu 6

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mill-Greċja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-585 000 EUR.

Artikolu 7

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess minn Spanja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż l-4 780 000 EUR.

Artikolu 8

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess minn Franza qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż l- 24 045 000 EUR.

Artikolu 9

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mill-Irlanda qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż is-6 170 000 EUR.

Artikolu 10

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mill-Italja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż is-6 660 000 EUR.

Artikolu 11

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess minn Ċipru qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-85 000 EUR.

Artikolu 12

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mil-Litwanja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-835 000 EUR.

Artikolu 13

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mil-Lussemburgu qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-145 000 EUR.

Artikolu 14

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mill-Ungerija qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il- 1 085 000 EUR.

Artikolu 15

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess minn Malta qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-35 000 EUR.

Artikolu 16

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mill-Olanda qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-4 270 000 EUR.

Artikolu 17

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mill-Awstrija qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-1 920 000 EUR.

Artikolu 18

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mill-Portugall qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-1 135 000 EUR.

Artikolu 19

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mis-Slovenja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-435 000 EUR.

Artikolu 20

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mill-Finlandja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-1 160 000 EUR.

Artikolu 21

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mill-Isvezja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż it-305 000 EUR.

Artikolu 22

1.   Il-programm ta' monitoraġġ tat-TSE sottomess mir-Renju Unit qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-5 570 000 EUR.

Artikolu 23

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-programmi ta' monitoraġġ tat-TSE imsemmija fl-Artikoli 1 sa 22 għandha tkun bir-rata ta' 100 % ta' l-ispiża mħallsa, eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, mill-Istati Membri konċernati għat-testijiet li jkunu saru, suġġetti għall-ammont massimu ta' 8 EUR kull test għat-testijiet li jkunu saru mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005 fil-baqar, in-ngħaġ u l-mogħoż imsemmija fl-Anness III tar-Regolament Nru 999/2001.

KAPITOLU II

Approvazzjoni ta' u kontribuzzjoni finanzjarja għall-Programmi ta' Eradikazzjoni tal-BSE

Artikolu 24

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess mill-Belġju qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-250 000 EUR.

Artikolu 25

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess mir-Repubblika Ċeka qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-2 500 000 EUR.

Artikolu 26

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess mid-Danimarka qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-200 000 EUR.

Artikolu 27

1.   l-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess mill-Ġermanja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż it-875 000 EUR.

Artikolu 28

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess mill-Estonja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-25 000 EUR.

Artikolu 29

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess mill-Greċja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-150 000 EUR.

Artikolu 30

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess minn Spanja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-1 320 000 EUR.

Artikolu 31

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess minn Franza qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-500 000 EUR.

Artikolu 32

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess mill-Irlanda qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż l- 4 000 000 EUR.

Artikolu 33

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess mill-Italja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-205 000 EUR.

Artikolu 34

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess minn Ċipru qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-25 000 EUR.

Artikolu 35

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess mil-Lussemburgu qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-150 000 EUR.

Artikolu 36

1.   l-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess mill-Olanda qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż l-450 000 EUR.

Artikolu 37

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess mill-Awstrija qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-10 000 EUR.

Artikolu 38

1.   l-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess mill-Portugall qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż id-975 000 EUR.

Artikolu 39

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess mis-Slovenja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-25 000 EUR.

Artikolu 40

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess mir-Repubblika Slovakka qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-25 000 EUR.

Artikolu 41

1.   l-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess mill-Finlandja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-25 000 EUR.

Artikolu 42

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni tal-BSE sottomess mir-Renju Unit qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż l-4 235 000 EUR.

Artikolu 43

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-programmi ta' eradikazzjoni tal-BSE huma msemmija fl-Artikoli 24 sa 42 għandha tkun bir-rata ta' 50 % ta' l-ispiża mħallsa li trid tiġi sostnuta mill-Istati Membri konċernat għall-kumpens lis-sidien għall-valur ta' l-annimali tagħhom jiġu maqtula skond il-programm ta' eradikazzjoni sa massimu ta' 500 EUR kull annimal.

KAPITOLU III

Approvazzjoni ta' u kontribuzzjoni finanzjarja għall-Programmi ta' Eradikazzjoni Scrapie

Artikolu 44

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mill-Belġju qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-105 000 EUR.

Artikolu 45

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mir-Repubblika Ċeka qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż l-20 000 EUR.

Artikolu 46

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mid-Danimarka qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-5 000 EUR.

Artikolu 47

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mill-Ġermanja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-2 275 000 EUR.

Artikolu 48

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mill-Estonja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-10 000 EUR.

Artikolu 49

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mill-Greċja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-1 555 000 EUR.

Artikolu 50

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess minn Spanja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż id-9 525 000 EUR.

Artikolu 51

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess minn Franza qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-1 300 000 EUR.

Artikolu 52

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mill-Irlanda qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż it-800 000 EUR.

Artikolu 53

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mill-Italja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-2 485 000 EUR.

Artikolu 54

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess minn Ċipru qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-5 565 000 EUR.

Artikolu 55

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mil-Latvja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-5 000 EUR.

Artikolu 56

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mil-Litwanja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-5 000 EUR.

Artikolu 57

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mil-Lussemburgu qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-35 000 EUR.

Artikolu 58

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mill-Ungerija qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-5 000 EUR.

Artikolu 59

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mill-Olanda qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-575 000 EUR.

Artikolu 60

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mill-Awstrija qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż l-10 000 EUR.

Artikolu 61

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mill-Portugall qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż is-695 000 EUR.

Artikolu 62

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mis-Slovenja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-65 000 EUR.

Artikolu 63

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mir-Repubblika Slovakka qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż it-340 000 EUR.

Artikolu 64

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mill-Finlandja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-5 000 EUR.

Artikolu 65

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mill-Isvezja qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż il-10 000 EUR.

Artikolu 66

1.   Il-programm ta' eradikazzjoni Scrapie sottomess mir-Renju Unit qiegħed hawnhekk jiġi approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandiex taqbeż is-7 380 000 EUR.

Artikolu 67

Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-programmi ta' eradikazzjoni Scrapie msemmija fl-Artikoli 44 sa 66 għandha tkun bir-rata ta' 50 % ta' l-ispiża mħallsa mill-Istati Membri għall-kumpens lis-sidien għall-valur ta' l-annimali tagħhom maqtula sa massimu ta' 50 EUR kull annimal, u bir-rata ta' 100 % ta' l-ispiża, eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, ta' l-analiżi tal-kampjuni għall-genotyping sa massimu ta' 10 EUR għat-test tal-genotyping.

KAPITOLU IV

Kundizzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità

Artikolu 68

Ir-rata tal-konverżjoni għall-applikazzjonijiet sottomessi fil-munita nazzjonali f'xhar “n” għandha tkun dik ta' l-għaxar ġurnata tax-xahar “n+1” jew għall-ewwel ġurnata ta' qabel li fiha tiġi kkwotata r-rata.

Artikolu 69

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunita għall-programmi ta' eradikazzjoni TSE u ta' monitoraġġ imsemmija fl-Artikoli 1 sa 66 għandha tingħata dejjem jekk l-implementazzjoni ta' dawk il-programmi tkun skond id-disposizzjonijiet relevanti tal-liġi tal-Komunità inkluż ir-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-għoti ta' kuntratti pubbliċi u suġġetti għall-adempjenza ta' l-Istat Membru jew Stat Membru li ser jaderixxi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

li jdaħħal fis-seħħ sa l-1 ta' Jannar 2005 il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi għall-implementazzjoni tal-programmi ta' eradikazzjoni u monitoraġġ TSE;

b)

li jressaq sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2005, evalwazzjoni preliminari teknika u finanzjarja tal-programm, skond l-Artikolu 24(7) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE;

c)

li jressaq rapport lill-Kummissjoni kull xahar dwar il-progress tal-programm ta' monitoraġġ TSE u l-ispejjeż imħallsa; ir-rapport għandu jintbagħat mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara li jintemm kull xahar. L-ispejjeż imħallsa għandhom jingħataw f'forma kompjuterizzata skond it-tabella stipulata fl-anness ta' din id-Deċiżjoni;

d)

li jressaq rapport finali, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2006, dwar l-eżekuzzjoni teknika tal-programmi ta' eradikazzjoni u monitoraġġ TSE akkumpanjat bi provi ta' l-ispejjeż sostnut u r-riżultati miksuba tul il-perijodu mill-1 ta' Jannar sal- 31 ta' Diċembru 2005;

e)

li jimplementa l-programmi b'mod effiċjenti;

f)

ma tkun intalbet jew mhux ser tintalab l-ebda kontribuzzjoni oħra mill-Komunità għal dawn il-miżuri.

2.   F'każ li l-Istat Membru ma jikkonformax ma' dawk ir-regoli, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kontribuzzjoni tal-Komunità wara li tqis in-natura u l-gravità tal-ksur, u t-telf finanzjarju sostnut mill-Komunità.

KAPITOLU V

Disposizzjonijiet finali

Artikolu 70

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2005.

Artikolu 71

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-30 ta' Novembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deciżjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 347, tat-12.12.1990, p. 27. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 92/65/KE (ĠU L 268, ta' l-14.9.1992, p. 54).

(3)  ĠU L 316, tal-15.10.2004, p. 91.

(4)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1492/2004 (ĠU L 265, tas-16.10.2003, p. 10).

(5)  ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

(6)  ĠU L 349, ta' l-24.12.1998, p. 1.


ANNESS

BSE

SCRAPIE

 

Testijiet fuq l-annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti I, punti 2.1, 3 u 4.1 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001

Testijiet fuq l-annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti I, punti 2.2, 4.2 u 4.3 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001

Testijiet fuq l-annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti I, punt 2, tar-Regolament (KE) Nru 999/2001

Testijiet fuq l-annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti I, punt 3, tar-Regolament (KE) Nru 999/2001

Testijiet fuq l-annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti I, punt 4, tar-Regolament (KE) Nru 999/2001

Reġjun (1)

Numru ta' testijiet

Spiża kull unità

Spiża totali

Numru ta' testijiet

Spiża kull unità

Spiża totali

Numru ta' testijiet

Spiża kull unità

Spiża totali

Numru ta' testijiet

Spiża kull unità

Spiża totali

Numru ta' testijiet

Spiża kull unità

Spiża totali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Data bir-reġjun hija meħtieġa biss fir-rapport finali