32004D0846



Official Journal L 157 , 30/04/2004 P. 0004 - 0006


Id-Deċiżjoni Nru 846/2004/ke tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tad-29 ta' April 2004

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821/KE dwar l-implimentazzjoni ta' programm biex iħajjar l-iżvilupp, it-tqassim u l-promozzjoni ta' xgħolijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus- Żvilupp, Tqassim u Promozzjoni) (2001-2005)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 157(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [2],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni 2000/821/KE [4] il-Kunsill stabbilixxa l-programm MEDIA Plus, li jħajjar l-iżvilupp, it-tqassim u l-promozzjoni ta' xgħolijiet awdjoviżivi Ewropej, li jiddekorri mill-1 ta' Jannar 2001sal-31 ta' Diċembru 2005.

(2) Huwa essenzali li tiġi assigurata l-kontinwità tal-politika tal-Komunità għas-sostenn tas-settur Ewropew awdjoviżiv fir-rigward ta' l-għanijiet segwiti mill-Komunità taħt l-Artikolu 157 tat-Trattat.

(3) Huwa essenzali wkoll li l-Kummissjoni tipprovdi rapport sħiħ u dettaljat ta' stima dwar il-Programm MEDIA Plus mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005, fi żmien biżżejjed biex l-awtorità leġislattiva tkun tista' tikkunsidra l-porposta għall-Programm ġdid MEDIA Plus ippjanat li jibda fl-2007, u sabiex l-awtorità tal-budget tkun tista' tevalwa l-ħtieġa għal qafas finanzjarju ġdid,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

id-Deċiżjoni 2000/821/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1) Fl-Artikolu 1(1), "31 ta' Diċembru 2005" għandha tiġi sostitwita bi "31 ta' Diċembru 2006."

2) Fl-Artikolu 5(2), l-ammont ta' referenza ta' Ewro 350 miljun għandu jiġi sostitwit bi Ewro 453,60 miljuni, inkluż l-aġġustament li jagħti kont tat-tkabbir, wara r-reviżjoni tal-perspettiv finanzjarju.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasbourg, 29.04.04.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] ĠU C 10, ta' l-14.1.2004, p. 8.

[2] ĠU C 23, tas-27.1.2004, p. 24.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2004 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' April 2004.

[4] ĠU L 336, tat-30.12.2000, p. 82.

--------------------------------------------------