14.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
87 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta' Novembru 2004
li tistabbilixxi formola ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna legali taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE sabiex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizja f'tilwim bejn fruntiera u oħra billi tistabbilixxi regoli komuni minimi li għandhom x'jaqsmu ma' l-għajnuna legali f'tilwim bħal dawn
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4285)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2004/844/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 sabiex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f'tilwim ta' bejn fruntiera u oħra billi tistabbilixxi regoli komuni minimi li għandhom x'jaqsmu ma' l-għajnuna legali f'tilwim (1) bħal dawn u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv stabbilit mill-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2003/8/KE,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/8/KE jipprovdi li l-Kummissjoni għandha twaqqaf formola standard għall-applikazzjonijiet ta' għajnuna legali u għat-trasmissjoni ta' applikazzjonijiet bħal dawn. |
(2) |
Il-formola standard għat-trasmissjoni ta' applikazzjonijiet ta' għajnuna legali bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji ta' l-Istati Membri ġiet stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 1829 (2). |
(3) |
Il-formola standard infisha għall-applikazzjonijiet ta' għajnuna legali għandha titwaqqaf sa, l-aktar tard, it-30 ta' Novembru 2004, skond l-Artikolu 16(2) it-tieni sub-paragrafu tad-Direttiva 2003/8/KE. Din il-formola għalhekk għandha tiġi stabbilita minn din id-deċiżjoni. |
(4) |
B'konformità ma' l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka, li mhijiex marbuta bid-Direttiva 2003/8/KE, mhijiex marbuta b'din id-Deċiżjoni jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-formola standard għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet ta' għajnuna legali skond id-Direttiva 2003/8/KE se tkun hekk kif stipolata fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, fid-9 ta' Novembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Antonio VITORINO
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 26, tal-31.1.2003, p. 41.
(2) Id-Deċiżjoni għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
Test ta 'immaġni
ISTRUZZJONIJIET
1. Qabel ma' timla l-formola ta' applikazzjoni, jekk jogħġbok aqra b'attenzjoni dawn l-istruzzjonijiet.
2. L-informazzjoni kollha mitluba f'din il-formola għandha tiġi pprovduta.
3. Kwalunkwe informazzjoni li mhijiex preċiża, eżatta jew kompluta tista' ttawwal l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni tiegħek.
4. Informazzjoni falza jew mhux kompluta inkluża f'din l-applikazzjoni tista' tirriżulta f'konsegwenzi negattivi legalment, e.ż. din l-applikazzjoni għal għajnuna legali tista' tkun irrifjutata jew inti tista' tiffaċċja akkużi kriminali.
5. Jekk jogħġbok ehmeż id-dokumentazzjoni kollha ta' appoġġ.
6. Jekk jogħġbok innota li din l-applikazzjoni ma taffettwax il-limiti taż-żmien li għandhom jiġu osservati biex jinbdew proċeduri legali jew jiġi ppreżentat appell.
7. Jekk jogħġbok niżżel id-data u ffirma u ibgħat il-formola kompluta lill-awtorità kompetenti kif ġej.
Test ta 'immaġni
A. Dettalji tal-persuna li qed tapplika għal għajnuna legali
A.1. Sess: Maskili Femminili
Kunjom u isem (jew jekk applikabbli l-isem tan-negozju):
Data u post tat-twelid:
Nazzjonalità:
Numru tad-dokument ta' identità:
Indirizz:
Telefon:
Fax:
Email:
A.2. Jekk applikabbli, dettalji tal-persuna li qed jirrapreżenta l-applikant jekk l-applikant huwa minuri jew taħt inkapaċità:
Kunjom u isem:
Indirizz:
Telefon:
Fax:
Email:
A.3. Jekk applikabbli, dettalji tar-rappreżentant legali ta' l-applikant (avukat, aġent…):
fl-Istat Membru ta' residenza ta' l-applikant:
Kunjom u isem:
Indirizz:
Telefon:
Fax:
Email:
Test ta 'immaġni
fl-Istat Membru fejn l-għajnuna legali trid tingħata:
Kunjom u isem:
Indirizz:
Telefon:
Fax:
Email:
Jekk jogħġbok ehmeż kopji ta' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ.
B.1. Natura tat-tilwima (e.ż. divorzju, kustodja tat-tfal, impjieg, negozju, konsumatur):
B.2. Valur tat-tilwima jekk is-suġġett tat-tilwima jista' jiġi espress fi flus. Jekk jogħġbok speċifika l-munita:
B.3. Deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi tat-tilwima, inkl. il-post u d-data tal-fatti tal-każ, u kwalunkwe evidenza (e.ż. xhieda):
Jekk jogħġbok ehmeż kopji ta' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ.
C.1. Inti l-attur jew il-konvenut? Iddeskrivi t-talba tiegħek jew it-talba kontrik:
Isem u dettalji ta' kuntatt ta' l-parti l-oħra:
Test ta 'immaġni
C.2. Raġunijiet speċjali, jekk hemm, għala qed tintalab azzjoni urġenti fuq din l-applikazzjoni, e.ż. limiti ta' żmien li għandhom jiġu osservati biex jinbdew il-proċeduri:
C.3. Qed tapplika għall-ammont sħiħ jew għal parti mill-ammont ta' għajnuna legali?
F'każ li inti tapplika biss għal għajnuna legali parzjali, jekk jogħġbok speċifika x'għandha tkopri:
C.4. Jekk jogħġbok speċifika jekk l-għajnuna legali hijiex meħtieġa biex takkwista:
parir għal qabel il-litigazzjoni
assistenza (parir u/jew rappreżentazzjoni) fi ħdan il-qafas tal-proċeduri extra-ġudizzjarji
assistenza (parir u/jew rappreżentazzjoni) fi ħdan il-qafas tal-proċeduri legali previsti
assistenza (parir u/jew rappreżentazzjoni) fi ħdan il-qafas tal-proċeduri legali għaddejjin. Jekk hekk:
Numru ta' reġistrazzjoni:
Dati tas-smigħ:
L-isem tal-qorti:
L-indirizz tal-qorti:
parir u/jew rappreżentazzjoni fi ħdan il-qafas ta' proċeduri legali relatati ma' deċiżjoni li diġà ttieħdet minn awtorità ġudizzjarja. Jekk hekk:
Isem u indirizz ta' l-awtorità ġudizzjarja:
Data tad-deċiżjoni:
Natura tal-każ: Appell kontra d-deċiżjoni
Infurzar tad-deċiżjoni
C.5. Jekk jogħġbok speċifika l-ispejjeż addizzjonali li qed tipprevedi minħabba n-natura tal-każ li taqsam il-fruntieri (e.ż. traduzzjonijiet jew ivvjaġġar):
C.6. Għandek xi forma ta' assigurazzjoni jew drittijiet u faċilitajiet oħrajn li jistgħu jkopru spejjeż legali kompletament jew parzjalment? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti dettalji:
Test ta 'immaġni
Kemm hemm persuni joqgħodu fid-dar tiegħek?
Jekk jogħġbok, speċifika r-relazzjoni tagħhom lejk (l-applikant):
Kunjom u isem: |
Relazzjoni ma' l-applikant |
data tat-twelid (jekk tfal) |
Din il-persuna dipendenti finanzjarjament fuq l-applikant? |
L-applikant dipendenti finanzjarjament fuq din il-persuna? |
|
|
|
Iva/Le |
Iva/Le |
|
|
|
Iva/Le |
Iva/Le |
|
|
|
Iva/Le |
Iva/Le |
|
|
|
Iva/Le |
Iva/Le |
|
|
|
Iva/Le |
Iva/Le |
|
|
|
Iva/Le |
Iva/Le |
|
|
|
Iva/Le |
Iva/Le |
Hemm xi persuna li hija dipendenti fuqek finanzjarjament li ma toqgħodx fid-dar tiegħek? Jekk iva, speċifika:
Kunjom u isem: |
Relazzjoni ma' l-applikant |
data tat-twelid (jekk tfal) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Hemm xi persuna fuq min inti dipendenti finanzjarjament li ma toqgħodx fid-dar tiegħek? Jekk iva, speċifika:
Kunjom u isem: |
Relazzjoni ma' l-applikant |
|
|
|
|
|
|
Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni kollha dwarek (I), ir-raġel/il-mara tiegħek jew is-sieħeb/sieħba (II), kwalunkwe persuna li hija dipendenti fuqek finanzjarjament u toqgħod miegħek (III) jew kwalunkwe persuna li fuqha inti dipendenti finanzjarjament u ma' min inti toqgħod(IV).
Jekk tirċievi xi kontribuzzjonijiet finanzjarji oħra għajr manteniment minn persuna li fuqha inti tiddependi finanzjarjament u ma' min inti ma toqgħodx, speċifika tali benefiċċji taħt “dħul ieħor” f' E.1.
Jekk inti tipprovdi kontribuzzjonijiet oħra finanzjarji għajr manteniment lil persuna dipendenti finanzjarjament fuqek li ma toqgħodx miegħek, speċifika tali benefiċċji “spejjeż oħra” f'E.3.
Xhieda dokumentata għandha tiġi prodotta, e.ż. dikjarazzjoni tad-dħul, ċertifikat għall-jedd għall-benefiċċji ta' l-istat eċċ.
Billi tipprovdi l-informazzjoni fit-tabelli t'hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika l-munita li fiha l-ammonti huma espressi.
Test ta 'immaġni
E.1. Dettalji tad-Dħul Medju ta' kull Xahar |
|
|
III. Persuni Dipendenti |
|
||||||||||||||
|
|
|
|
|
E.2. Valur tal-proprjetà |
|
|
III. Persuni Dipendenti |
|
||||||||||||||
|
|
|
|
|
Test ta 'immaġni
E.3. Infiq ta' kull Xahar |
|
|
III. Persuni Dipendenti |
|
||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta hija vera u kompluta u naċċetta li niddikjara mingħajr dewmien lill-awtorità li qed tipproċessa l-applikazzjoni kwalunkwe tibdiliet fis-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi.
Data (post u ħin): Firma: