32004D0803



Official Journal L 143 , 30/04/2004 P. 0001 - 0008


Deċiżjoni Nru 803/2004/KE tal-parlament ewropew u tal-Kunsill

tal-21 ta’ April 2004

li tadotta programm ta’ azzjoni Komunitarja (2004 sa l-2008) li jimpedixxi u jikkumbatti l-vjolenza kontra tfal, żgħażagħ u nisa u li jipproteġi vittmi u gruppi f’riskju (il-programm Daphne II)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 152 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Il-vjolenza fiżika, sesswali u psikoloġika kontra tfal, żgħażagħ u nisa, inklużi theddid ta’ atti tali, sfurzar jew tiċħid arbitrarju tal-liberta, kemm meta jiġru fil-ħajja pubblika kif ukoll privata, jikkostitwixxu ksur tad-dritt tagħhom għall-ħajja, sigurezza, liberta, dinjita u intergrita fiżika u emozzjonali u theddida serja għas-saħħa fiżika u mentali tal-vittmi ta’ vjolenza tali. L-effetti ta’ vjolenza tali huma hekk mifruxin fil-wisa’ mal-Komunità kollha tant li jikkostitwixxu flaġell ġenwin għas-saħħa u xkiel għat-tgawdija ta’ ċittadinanza żgura, libera u ġusta.

(2) Huwa importanti u meħtieġ li jkunu rrikonoxxuti l-implikazzjonijiet serji immedjati u ta’ terminu fit-tul tal-vjolenza għall-iżvilupp tas-saħħa, psikoloġiku u soċjali, u għall-opportunitajiet ugwali ta’ dawk ikkonċernati, għal individwi, familji u komunitajiet, u għal prezzijiet soċjali u ekonomiċi għoljin għas-soċjeta fit-totalita tagħha.

(3) Skond id-definizzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, is-saħħa hija stat ta’ benesseri fiżiku u soċjali komplit u mhux biss l-assenza ta’ mard jew infirmita. Riżoluzzjoni ta’ l-Assemblea tas-Saħħa Dinjija adottata fid-49 Assemblea tas-Saħħa Dinjija f’Ġinevra fl-1996 tiddikjara li l-vjolenza hija problema fuq quddiem ta’ saħħa pubblika mad-dinja kollha. Ir-rapport Dinji dwar il-vjolenza u s-saħħa ppreżentat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fi Brussel fit-3 ta’ Ottubru 2002 jirrakkomanda li jkunu promossi reazzjonijiet primarji ta’ prevenzjoni, reazzjonijiet li jsaħħu lill-vittmi tal-vjolenza u jkabbru l-kollaborazzjoni u skambju ta’ informazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza.

(4) Dawn il-prinċipji huwa rrikonoxxuti f’konvenzjonijiet, dikjarazzjonijiet u protokolli numerużi ta’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali u istituzzjonijiet prinċipali bħalma huma n-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar ix-Xogħol, Il-Konferenza Dinjija dwar in-Nisa u l-Kungress Dinji kontra l-Isfruttament Sesswali Kummerċjali ta’ Tfal. Dan ix-xogħol importanti magħmul minn organizzazzjonijiet internazzjonali għandu jkun ikkomplimentat b’dak tal-Komunità. Tassew, l-Artikolu 3(1)(p) tat-Trattat jirrikjedi azzjoni Komunitarja għandha tinkludi kontribuzzjoni għall-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa.

(5) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea [4] 1 tirriafferma, inter alia, id-drittijiet għad-dinjita, l-ugwaljanza u s-solidarita. Tinkludi numru ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi biex jipproteġu u jippromwovu l-integrita fiżika u mentali, it-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa, id-drittijiet tat-tfal u non-diskriminazzjoni, kif ukoll jip projbixxu t-trattament inuman u degradanti, jasar u x-xogħol furzat, u xogħol mit-tfal.

(6) Il-Kummissjoni ntalbet tikteb (tippjana) u timplimenta programmi ta’ azzjoni biex tikkumbatti vjolenza tali mill-Parlament Ewropew, inter alia, fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2000 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. "Għal iktar azzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar fin-nisa" [5], u ta’ l-20 ta’ Settembru 2001 dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili [6].

(7) Il-programm ta’ azzjoni mwaqqaf bid-Deċiżjoni Nru 293/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Jannar 2000 li tadotta programm ta’ azzjoni Komunitarja (il-programm Daphne) (2000 sa l-2003) dwar miżuri preventivi li jiġġieldu l-vjolenza kontra t-tfal, żgħażagħ u nisa [7], għen biex jikber l-għarfien ġewwa l-Unjoni Ewropea u tikber u tikkonsolida ruħha l-koperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet fl-Istati Membri attivi fil-ġlieda kontra (f’li jikkumbattu) l-vjolenza.

(8) Il-programme Daphne kien appoġġat bis-sħiħ u b’mod ċar jissodisfa l-ħtieġa profondament fil-qalb tas-settur volontarju. Il-proġetti ffinanzjati diġa bdew ikollhom effetti li joktru fuq l-attivitajiet minn organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet non-governattivi fl-Ewropa. Dan il-programm diġa kkontribwixxa sostanzjalment għall-iżvilupp ta’ politika ta’ l-UE dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza, ittraffikar, abbuż sesswali u pornografija, b’implikazzjonijiet ħafna lil hinn mill-konfini ta’ l-Unjoni Ewropea, kif issemma’ fir-rapport f’nofs it-terminu tal-programm Daphne.

(9) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-4 ta’ Settembru 2002 dwar l-analiżi f’nofs it-terminu tal-programm Daphne [8], il-Parlament Ewropew jenfasizza li l-programm Daphne jissodisfa l-ħtieġa bażika għal strateġiji effettivi biex tkun ikkombattuta l-vjolenza u li għandu jissokta wara l-2003, u jitlob lill-Kummissjoni biex tissottometti proposta għal programm ta’ azzjoni ġdid li jinkorpora l-esperjenza kollha miksuba mill-1997 u li għalih ikun allokat finanzjament xieraq.

(10) Huwa mixtieq li tkun żgurata kontinwita għall-proġetti sostnuti mill-programm Daphne biex jissoktaw jibnu fuq l-esperjenza miksuba u biex jipprovdu opportunitajiet li jippromwovu l-valur miżjud Ewropew li joħroġ minn dawn l-esperjenzi u, għal dan il-għan, huwa meħtieġ li tkun stabbilita t-tieni fażi tal-programm, minn hawn iżjed ’il quddiem issir referenza għaliha bħala "programm Daphne II".

(11) Il-Komunità tista’ ġġib magħha valur miżjud lill-azzjonijiet li b’mod predominanti għandhom isiru mill-Istati Membri dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza, inklużi abbuż u sfruttament sesswali kommessi kontra t-tfal, żgħażagħ u nisa u l-protezzjoni tal-vittmi u gruppi f’riskju permezz ta’ tixrid u skambju ta’ informazzjoni u esperjenza, il-promozzjoni ta’ avviċinament innovattiv, l-istabbiliment konġunt ta’ prijoritajiet, l-iżvilupp ta’ konnessjonijiet tax-xogħol kif xieraq, l-għażla ta’ proġetti mal-Komunità kollha u l-motivazzjoni u mobilizzazzjoni tal-partijiet ikkonċernati. Dawn l-azzjonijiet għandhom ukoll jinkludu tfal u nisa miġjuba fl-Istati Membri permezz ta’ ttraffikar uman. Il-Komunità tista’ wkoll tidentifika u tistimula prassi tajba.

(12) Il-programm Daphne II jista’ jġib miegħu valur miżjud billi jidentifika u jistimula prassi tajba, billi jinkoraġġixxi innovazzjoni u billi jiskambja esperjenza relevanti ta’ azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri, inklużi skambju ta’ informazzjoni konnessa ma’ liġijiet varji, sanzjonijiet u r-riżultati miksuba. Biex jinkisbu l-għanijiet ta’ dan il-programm u jintużaw ir-riżorsi disponibbli bl-iktar mod effiċjenti, iż-żoni li fihom għandu jsir ix-xogħol għandhom jintgħażlu b’attenzjoni billi ssir selezzjoni ta’ proġetti li joffru iktar valur miżjud Komunitarju u juru t-triq lejn l-ipprovar u t-tixrid ta’ ideat innovattivi li jimpedixxu u jikkombattu l-vjolenza, fil-kuntest ta’ avviċinament multidixxiplinarju.

(13) Ladarba l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri l-prevenzjoni u l-kombatt kontra l-għamliet kollha ta’ vjolenza kontra t-tfal, żgħażagħ ma jistgħux jinkisbu b’mod sodisfaċent mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-ħtieġa ta’ avviċinament kordinat u multidixxiplinarju li jiffavorixxi t-twaqqif ta’ oqfsa ta’ xogħol trasnazzjonali għal taħriġ, informazzjoni, studju u skambju ta’ prassi tajba, u l-għażla ta’ proġetti mal-Komunità kollha, jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarita kif miġjub fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalita, kif miġjub f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet,

(14) Il-programm Daphne II għandu jkun għal ħames snin biex jippermetti żmien biżżejjed għal azzjonijiet li għandhom ikunu implimentati biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti u jinġabru flimkien il-lezzjonijiet u l-esperjenza u jkunu integrati fi prassi tajba ma’ l-Unjoni Ewropea kollha.

(15) Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [9];

(16) Din id-Deċiżjoni tippreskrivi, għaż-żmien kollu tal-programm, qafas finanzjarju li jikkositiwixxi r-referenza primarja, fit-tifsira tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina fl-estimi u titjib fil-proċedura ta’ l-estimi [10], għall-awtorita ta’ l-estimi matul il-proċedura annwali ta’ l-estimi,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

It-tieni fażi tal-programm Daphne biex jimpedixxi u jikkombatti l-għamliet kollha ta’ vjolenza kontra t-tfal, żgħażagħ u jipproteġI l-vittmi u gruppi f’riskju (il-programm Daphne II) huwa b’dan stabbilit għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2008. Jista’ jkun estiż.

Għall-għanijiet tal-programm Daphne II, "tfal" għandha tinkludi adoloxxenti sa l-età ta’ 18-il sena, skond l-istrumenti internazzjonali konnessi mad-drittijiet tat-tifel/tifla (wild?).

Madankollu, proġetti b’azzjonijiet ddisinjati b’mod partikolari għal gruppi benefiċjarji bħal, per eżempju, "teenagers" (età minn 13 sa 19-il sena) jew nies ta’ età minn 12 sa 25 sena, għandhom jitqiesu li jimmiraw għall-kategorija hekk imsejħa "żgħażagħ".

Artikolu 2

Għanijiet tal-programm

1. Il-programm Daphne II għandu jikkontribwixxi għall-għan ġenerali li jipprovdi liċ-ċittadini livell għoli ta’ protezzjoni minn vjolenza, inkluża protezzjoni tas-saħħa fiżika u mentali.

Il-mira ta’ dan il-programm għandu jkun li jimpedixxi u jikkombatti l-għamliet kollha ta’ vjolenza, li tiġri fid-dominju pubbliku jew privat, kontra t-tfal, żgħażagħ billi jieħu miżuri preventivi u billi jipprovdi sostenn lill-vittmi u gruppi f’riskju, inkluża b’mod partikolari l-prevenzjoni ta’ esposizzjoni futura għall-vjolenza. Barraminhekk huwa għandu jimmira li jassisti u jinkoraġġixxi organizzazzjonijiet non-governattivi u organizzazzjonijiet oħra attivi f’dan il-qasam.

2. L-azzjonijiet li għandhom ikunu implimentati taħt il-programm Daphne II, kif miġjuba fl-Anness, huma maħsuba:

(a) biex jippromwovu azzjonijiet trasnazzjonali:

(i) biex jistabbilixxu xbieki ta’ xogħol multidixxiplinarji, b’mod partikolari ta’ sostenn għall-vittmi ta’ vjolenza u gruppi f’riskju;

(ii) biex jiżguraw l-espansjoni tal-bażi ta’ għarfien, l-iskambju ta’ informazzjoni u l-identifikazzjoni u tixrid ta’ prassi tajba, inklużi permezz ta’ taħriġ, żjarat ta’ studju u skambju ta’ staff;

(iii) biex jgħollu l-għarfien tal-vjolenza fost udjenzi mmirati bħal professjonijiet speċifiċi, awtoritajiet kompetenti u setturi tal-pubbliku ġenerali identifikati bil-ħsieb kemm li jitjieb il-fehim ta’, u li tkun promossa l-adozzjoni ta’ tolleranza żero lejn il-vjolenza kif ukoll li jkun inkoraġġit is-sostenn għall-vittmi u r-rapportar ta’ inċidenzi ta’ vjolenza lill-awtoritajiet kompetenti;

(iv) biex jistudjaw fenomeni konnessi mal-vjolenza u metodi possibbli ta’ kif jimpedixxuha u jesploraw u jindirizzaw il-kawżi li jkunu l-għeruq tal-vjolenza fil-livelli kollha tas-soċjeta;

(b) biex jimplimentaw azzjonijiet komplimentari, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, bħalma huma studji, il-formulazzjoni ta’ indikaturi, ġbir ta’ data, statistiċi mqassma f’ġeneru u età, seminari, u laqgħat ta’ esperti jew attivitajiet oħra biex isaħħu l-bażi ta’ għarfien tal-programm u biex ixerrdu l-informazzjoni miksuba taħt dan il-programm.

Artikolu 3

Aċċess għall-programm

1. Il-programm Daphne II għandu jkun miftuħ għall-partiċipazzjoni minn organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet pubbliċi jew privati (awtoritajiet lokali fil-livell kompetenti, dipartimenti ta’ l-universita u ċentri ta’ riċerka) li jaħdmu biex jimpedixxu u jikkombattu l-vjolenza kontra t-tfal, żgħażagħ jew biex jipproteġu kontra vjolenza tali jew biex jipprovdu sostenn għall-vittmi jew jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi li jippromwovu t-twarrib ta’ vjolenza tali jew jinkoraġġixxu bidla fl-attitudini u mġieba lejn gruppi u vittmi tal-vjolenza vulnerabbli.

2. Il-programm għandu wkoll ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’:

(a) Stati ta’ Adeżjoni li ffirmaw it-Trattat ta’ Adeżjoni fis-16 ta’ April 2003;

(b) il-pajjiżi ta’ EFTA/ŻEE, skond il-kondizzjonijiet preskritti fil-Ftehim dwar iż-ŻEE;

(ċ) Ir-Rumanija u l-Bulgarija, li għalihom il-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni għandhom ikunu preskritti skond il-Ftehim Ewropew rispettiv, il-protokolli addizjonali magħhom u d-deċiżjonijiet tal-Kunsilli dwar Assoċjazzjoni rispettivi;

(d) It-Turkija, li għaliha l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni għandhom ikunu preskritti skond il-Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-programmi tal-Komunità [11].

3. Biex ikunu eliġibbli għall-iffinanzjar taħt dan il-programm, proġetti għandhom jinvolvu għall-inqas żewġ Stati Membri, ikollhom tul ta’ żmien massimu ta’ sentejn u jkunu ngranati ma’ l-għanijiet miġjuba fl-Artikolu 2.

Artikolu 4

Azzjonijiet taħt il-programm

Il-programm Daphne II għandu jikkomprendi t-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin:

(a) identifikazzjoni u skambji ta’ prassi tajba u esperjenza ta’ xogħol bil-ħsieb b’mod partikolari li jkunu implimentati miżuri preventivi u assistenza lill-vittmi;

(b) ippjanar ta’ stħarriġ, studji u riċerka;

(ċ) xogħol fuq il-post b’involviment tal-benefiċjarji, b’mod partikolari tfal u żgħażagħ, fil-fażijiet kollha tad-disinn, implimentazzjoni u valutazzjoni tal-proġett;

(d) ħolqien ta’ xbieki ta’ xogħol multidixxiplinarji u sostenibbli;

(e) taħriġ u disinn ta’ pakketti edukattivi;

(f) żvilupp u implimentazzjoni ta’ programmi ta’ trattament u sostenn għall-vittmi u nies f’riskju min-naħa l-waħda, u ta’ min jagħmel ir-reat min-naħa l-oħra, filwaqt li tkun żgurata s-sigurezza tal-vittmi;

(g) żvilupp u implimentazzjoni ta’ azzjonijiet li jgħollu l-għarfien li jimmiraw għal udjenzi speċifiċi, disinn ta’ materjali biex jissuplimentaw dawk li diġa huma diponibbli, jew adattament u użu ta’ materjali eżistenti f’żoni ġeografiċi oħra jew għal gruppi fil-mira oħra;

(h) tixrid tar-riżultati miksuba taħt iż-żewġ programmi Daphne inklużi l-adattament tagħhom, it-trasferiment u użu minn benefiċjarji oħra jew f’żoni ġeografiċi oħra;

(i) identifikazzjoni u titjib ta’ azzjonijiet li jikkontribwixxu għal trattament pożittiv ta’ nies f’riskju ta’ vjolenza, jiġifieri għal avviċinament li jinkoraġġixxi rispett lejhom u jippromwovi l-benesseri u s-self-fulfilment tagħhom.

Artikolu 5

Finanzjament

1. The qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm Daphne II għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2008 huwa b’dan stabbilit għal EUR 50 miljun, li minnhom EUR 29 miljun ikunu għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2006.

Għall-perjodu ta’ wara l-31 ta’ Diċembru 2006, l-ammont għandu jitqies ikkonfermat jekk huwa konsistenti għal din il-fażi mal-perspettivi finanzjarji fis-seħħ għall-perjodu li jibda fl-2007.

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorita tal-budget fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

3. Id-Deċiżjonijiet ta’ ffinanzjar għandhom ikunu segwiti bi ftehim ta’ għotja bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarji ta’ l-għotja.

4. Il-proporzjoni ta’ l-appoġġ finanzjarju mill-budget tal-Komunità m’għandux jeċċedi t-80 % tas-siwi totali tal-proġett.

Madankollu, l-azzjonijiet komplimentari li jirreferi għalihom l-Artikolu 2(2)(b) jistgħu jkunu ffinanzjati sa 100 %, suġġetti għal limitu ta’ 15 % ta’ l-allokazzjoni finanzjarja annwali ta’ dan il-programm.

Artikolu 6

Implimentazzjoni tal-programm

1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-immaniġġar u implimentazzjoni tal-programm Daphne II u għandha tiżgura li kull riżultat jew prodott iffinanzjat minn dan il-programm ikun disponibbli bla ħlas u f’għamla elettronika:.

2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura avviċinament ibbilanċjat, fir-rigward tat-tliet gruppi fil-mira, jiġifieri tfal, żgħażagħ fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm.

3. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni konnessi mal-pjan tax-xogħol annwali għandhom ikunu adottati skond il-proċedura tal-maniġment li jirreferi għaliha l-Artikolu 7(2).

4. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni konnessi mal-kwistjonijiet l-oħra kollha għandhom ikunu adottati skond il-proċedura ta’ konsultazzjoni li jirreferi għaliha l-Artikolu 7(3).

Artikolu 7

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita (megħjuna) minn Kumitat.

2. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/EC għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahrejn.

3. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/EC għandhom japplikaw, wara li jjitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli interni tiegħu.

Artikolu 8

Monitoraġġ (Immonitorjar)u valutazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-immonitorjar u l-valutazzjoni kontinwa tal-programm Daphne II filwaqt li jitqiesu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi miġjuba fl-Artikolu 2 u tal-għanijiet speċifiċi miġjuba fl-Anness.

2. L-aktar tard sa l-1 ta’ Ġunju 2006, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta’ valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jagħmel stima tar-relevanza, utilita, sostenibilita, effikaċita u effiċjenza tal-programm Daphne II sa dak il-mument. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni ex ante biex jappoġġa azzjoni futura possibbli. Barramindan, b’mod parallelu mal-preżentazzjoni ta’ l-Abbozz Preliminari tal-Budget għall-2007, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-awtorita tal-budget ir-riżultat tal-valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva ta’ l-aġir imqabbel mal-pjan ta’ implimentazzjoni annwali.

Fil-kuntest tal-proċedura tal-budget għall-2007, il-Kummissjoni għandha, l-aktar tard sa l-1 ta’ Ġunju 2006, tirrapporta dwar il-konsistenza ta’ l-ammont għall-2007/2008 mal-perspettivi finanzjarji ġodda. Jekk applikabbli, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa ġewwa l-proċeduri tal-budget għall-2007/2008 biex tiżgura l-konsistenza ta’ l-approprjazzjonijiet annwali mal-perspettivi finanzjarji ġodda.

3. Fi tmiem il-programm Daphne II, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Inter alia, dan ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni dwar ix-xogħol imwettaq fil-kuntest ta’ l-azzjonijiet miġjuba fil-Punt II(c) ta’ l-Anness, bħala bażi għall-istima tal-ħtieġa għal iktar azzjoni politika.

4. Il-Kummissjoni għandha wkoll tibgħat ir-rapporti li jirreferu għalihom il-paragrafi 2 u 3 lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat dwar r-Reġjuni.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, fil-21 ta’ April 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

D. Roche

[1] ĠU C 208, 03.09.2003, p. 52.

[2] ĠU C 256, 24.10.2003, p. 85.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Settembru 2003 (għandha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta’ l-1 ta’ Diċembru 2003 (ĠU C 54 E, tat-2.3.2004, p. 1), Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2004.

[4] ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.

[5] ĠU C 59, 23.02.2001, p. 307.

[6] ĠU C 77 E, tat-28.3.2002, p. 126.

[7] ĠU L 34, 09.02.2000, p. 1.

[8] ĠU C 272 E, tat-13.11.2003, p. 390.

[9] ĠU L 184, 17.07.1999, p. 23.

[10] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1. Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 2003/429/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 147, ta’ l-14.6.2003, p. 25).

[11] ĠU L 61, 02.03.2002, p. 29.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

GĦANIJIET SPEĊIFIĊI U AZZJONIJIET

I. AZZJONIJIET TRANSIZZJONALI

1. Identifikazzjoni u skambju ta’ prassi tajba u esperjenza ta’ xogħol

Għan:

biex isostnu u jinkoraġġixxu l-iskambju, l-adattament u l-użu ta’ prassi tajba għal applikazzjoni f’kuntesti u żoni ġeografiċi oħra

Biex jistimulaw u jippromwovu l-iskambju ta’ prassi tajba f’livell Komunitarju dwar il-protezzjoni ta’ u sostenni għal tfal, żgħażagħ - vittmi jew gruppi f’riskju - b’enfasi speċjali fuq iż-żoni li ġejjin:

(a) il-prevenzjoni (ġenerali jew jimmiraw għal gruppi spċifiċi);

(b) protezzjoni u sostenn lil vittmi (assistenza psikoloġika, medika, soċjali, edukattiva u legali, il-provvediment ta’ akkomodazzjoni (djar), ċaqliq u protezzjoni tal-vittmi, taħriġ u reintegrazzjoni fil-ħajja soċjali u tax-xogħol);

(ċ) proċeduri li jipproteġu l-aħjar interessi tat-tfal, b’mod partikolari dawk li huma vittmi tal-prostituzzjoni, żgħażagħ u nisa li huma vittmi tal-vjolenza;

(d) kejl ta’ l-impatt reali tat-tipi differenti ta’ vjolenza fuq il-vittmi u s-soċjeta ġewwa l-Ewropa, biex ikun stabbilit ir-rispons (ir-reazzjoni) xieraq.

2. Ippjanar ta’ stħarriġ, studji u riċerka

Għan:

biex jistudjaw fenomeni konnessi mal-vjolenza

Biex jappoġġaw attivitajiet ta’ riċerka, studji bbażati fuq ġeneru u età u ppjanar ta’ stħarriġ fil-qasam tal-vjolenza biex, inter alia:

(a) jesploraw u jagħmlu stima tal-kawżi, ċirkostanzi u mekkaniżmi varji ta’ l-iffaċċjar u ż-żieda tal-vjolenza, inkluż ġegħil biex jitwettqu attivitajiet bħal ta’ tallaba jew serq;

(b) janalizzaw u jippargunaw mudelli eżistenti ta’ prevenzjoni u protezzjoni;

(ċ) jiżviluppaw prassi ta’ prevenzjoni u protezzjoni;

(d) jagħmlu stima ta’ l-impatt tal-vjolenza, ukoll f’termini tas-saħħa, kemm fuq il-vittmi kif ukoll fuq is-soċjeta fit-totalita tagħha, inkluż is-siwi ekonomiku;

(e) jistudjaw l-ambitu biex jiżviluppaw filtri li jimpedixxu t-trasmissjoni ta’ materjal pedofilu via l-Internet.

(f) jidħlu għal studji dwar tfal li huma vittmi tal-prostituzzjoni biex jgħinu jimpedixxu dan il-fenomenu permezz ta’ għarfien aħjar tal-fatturi ta’ riskju.

3. Xogħol fil-qasam (prattiku) bl-involviment tal-benfiċjarji

Għan:

biex ikunu implimentati metodi pprovati fil-prevenzjoni ta’ u protezzjoni minn il-vjolenza

biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ metodi, moduli ta’ taħriġ u assistenza (psikoloġika, medika, soċjali, edukattiva, legali, u għal reintegrazzjoni) li direttament jinvolvu l-benefiċjarji.

4. Ħolqien ta’ xbieki ta’ xogħol multidixxiplinarji li jkunu sostenibbli

Għan:

biex jappoġġaw u jinkoraġġixxu kemm organizzazzjonijiet non-governattivi (ONGi) kif ukoll organizzazzjonijiet oħra, inklużi awtoritajiet lokali (fil-livell kompetenti), attivi fil-ġlieda kontra l-vjolenza ħalli jaħdmu flimkien.

Biex jappoġġaw l-istabbiliment u t-tisħiħ ta’ xbieki tax-xogħol multidixxiplinarji u jinkoraġġixxu u jappoġġaw il-koperazzjoni bejn ONGi u l-organizzazzjonijiet u l-korpi pubbliċi varji, biex itejbu l-livell ta’ għarfien u fehim tar-rwoli ta’ xulxin u jipprovdu appoġġ multidixxiplinarju komprensiv lill-vittmi tal-vjolenza u lil dawk f’riskju.

Ix-xbieki tax-xogħol għandhom b’mod partikolari jwettqu attivitajiet biex jindirizzaw il-problemi tal-vjolenza, ingranati ma’:

(a) produzzjoni ta’ qafas tax-xogħol komuni għall-analiżi tal-vjolenza, inklużi d-definizzjoni ta’ tipi differenti ta’ vjolenza, il-kawżi tal-vjolenza u l-konsegwenzi kollha tagħha, u għall-implimentazzjoni ta’ risponsi (reazzjonijiet) multi-settorjali xierqa;

(b) l-istimar tat-tipi u effikaċita tal-miżuri u prattiċi għall-prevenzjoni u skoperta tal-vjolenza, u għall-provvediment ta’ appoġġ lill-vittmi tal-vjolenza, b’mod partikolari biex ikun żgurat li qatt iktar ma jkunu esposti għall-vjolenza;

(ċ) promozzjoni ta’ attivitajiet biex tingħeleb din il-problema kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll nazzjonali.

5. Taħriġ u disinn ta’ pakketti edukattivi

Għan:

biex ikunu żviluppati pakketti dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza u dwar trattament pożittiv

Biex ikunu ddisinjati u ttestjati pakketti u azzjonijiet edukattivi dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza kontra t-tfal, żgħażagħ u dwar trattament pożittiv, kif ukoll dwar immaniġġar ta’ tilwim, għal użu fl-iskejjel u istituzzjonijiet, assoċjazzjonijiet, impriżi, istituzzjonijiet pubbliċi edukattivi għall-adulti u ONGi.

6. Żvilupp u implimentazzjoni ta’ programmi ta’ trattament

Għanijiet:

biex jiżviluppaw u jimplimentaw programmi ta’ trattament għall-vittmi u nies f’riskju, bħal tfal u żgħażagħ li jaraw vjolenza domestika, min-naħa l-waħda, u dawk li jikkommettu reat min-naħa l-oħra, bil-għan li tkun impeduta l-vjolenza.

Biex jiskopru l-kawżi, ċirkostanzi u makkaniżmi possibbli ta’ l-iffaċċjar u ż-żieda tal-vjolenza inklużi n-natura u l-motivazzjoni ta’ min jikkometti l-vjolenza u sfruttaturi tal-vjolenza kummerċjali bħal sfruttament sesswali jew non-sesswali.

Biex jiżviluppaw, jittestjaw u jimplimentaw programmi ta’ trattament ibbażati fuq ir-riżultati ta’ hawn iktar ’il fuq.

7. Azzjonijiet biex jgħollu l-għarfien immirati għal udjenzi speċifiċi

Għanijiet:

biex jgħollu l-għarfien u l-livell tal-fehim tal-vjolenza u l-prevenzjoni tal-vjolenza kontra t-tfal, żgħażagħ bil-għan li jippromwovu tolleranza żero tal-vjolenza, il-provvediment ta’ appoġġ lill-vittmi u lill-gruppi f’riskju, u r-rapportar ta’ inċidenzi ta’ vjolenza

It-tipi ta’ l-azzjonijiet li ġejjin, fost oħrajn, huma eliġibbli għal appoġġ:

(a) żvilupp u implimentazzjoni ta’ informazzjoni u azzjonijiet ta’ tkabbir ta’ għarfien immirati lejn tfal, żgħażagħ, b’mod partikolari dwar riskji potenzali ta’ vjolenza u manjieri kif ikunu evitati; publics oħra li għandhom ikunu fil-mira jinkludu professjonijiet bħal għalliema, edukaturi, tobba, ħaddiema maż-żgħażagħ u soċjali, avukati, awtoritajiet tal-pulizija u l-media;

(b) żvilupp ta’ sorsi (għejun) ta’ informazzjoni mal-Komunità kollha biex jassistu u jinformaw lill-ONGi u korpi pubbliċi dwar informazzjoni pubblika disponibbli relevanti għall-qasam tal-vjolenza, il-mezzi li jimpedixxuha u r-rijabilazzjoni tal-vittmi, miġbura minn sorsi governattivi, non-governattivi, akkademiċi u oħrajn; dan għandu jagħmel possibbli li l-informazzjoni tkun integrata fis-sistemi kollha ta’ informazzjoni relevanti;

(ċ) inkoraġġiment għall-introduzzjoni ta’ miżuri u servizzi speċifiċi biex jiżdied l-irrapportar lill-awtoritajiet ta’ vjolenza u għamliet differenti ta’ kummerċ fit-tfal, żgħażagħ għal sfruttament sesswali u non-sesswali;

(d) promozzjoni ta’ kampanji pubbliċitarji, bl-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa, li jiffokaw fuq il-kundanna tal-vjolenza u l-provvediment ta’ appoġġ lill-vittmi fil-għamla ta’ assistenza psikoloġika, morali u prattika.

Għandu jkun inkoraġġit id-disinn ta’ materjali biex jissuplimentaw dawk diġa disponibbli, jew ikunu adattati għal użu f’żoni ġeografiċi oħra jew għal gruppi fil-mira oħra.

II. AZZJONIJIET KOMPLIMENTARI

Biex ikun żgurat li ż-żoni kollha tal-programm ikunu koperti b’mod komplet, ukoll fl-assenza ta’ proposti - jew proposti adatti - għal żona speċifika, il-Kummissjoni għandha twettaq attivitajiet iktar proattivi biex timla l-vojt.

Konsegwentement, il-programm għandu jiffinanzja azzjonijiet komplimentari, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, fiż-żoni li ġejjin, inter alia:

(a) biex jagħmel possibbli l-iżvilupp ta’ indikaturi dwar il-vjolenza, biex ikun jista’ jitkejjel l-impatt kwantifikat ta’ politiki u proġetti. Dan għandu jkun ibbażat fuq esperjenza eżistenti ta’ l-għamliet kollha ta’ vjolenza kontra t-tfal, żgħażagħ;

(b) biex titwaqqaf proċedura għal ġbir regolari u sostenibbli ta’ data, preferibilment bl-assistenza ta’ Eurostat, biex ikun possibbli li l-vjolenza tkun ikkwatifikata fl-Unjoni b’akkuratezza ikbar;

(ċ) biex ikunu identifikati kwistjonijiet politiċi, fejn possibbli, fid-dawl tax-xogħol miksub minn proġetti ffinanzjati, bil-għan li jkunu proposti politiki komuni dwar il-vjolenza f’livell Komunitarju u tkun irrijinfurzata l-prassi ġudizzjali;

(d) biex janalizza u jivvaluta il-proġetti ffinanzjati biex issir preparazzjoni għas-Sena Ewropea kontra l-vjolenza;

(e) biex ixerred ma’ l-Ewropa kollha prassijiet tajba li joħorġu minn proġetti ffinanzjati; dan għandu jinkiseb b’mezzi diversi:

(i) produzzjoni u distribuzzjoni ta’ materjal miktub, CD-ROMs, video films, twaqqif ta’ siti ta’ l-Internet u kampanji ta’ promozzjoni u spots pubbliċitarji;

(ii) jittrasferixxi temporanjament jew jorganizza skambji ta’ staff b’esperjenza minn organizzazzjoni għal oħra biex jassisti fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet jew prassijiet ġodda li kienu pprovati likienu effettivi band’oħra;

(iii) jagħmel possibbli ONG unika li tuża riżultati miksuba miż-żewġ programmi Daphne, tadatthom jew tittrasferihom għal żona oħra ta’ l-Unjoni jew għal kategorija oħra ta’ benefiċjarji;

(iv) jistabbilixxi skrivanija ta’ għajnuna biex tassisti ONGi, speċjalment dawk li jkunu qegħdin jipparteċipaw għal-ewwel darba, jelaboraw il-proġetti tagħhom, iżommu kuntatt ma’ sħab (partners) oħra u jużaw u jibbenefikaw mill-acquis Daphne;

(v) jikkopera kemm jista’ jkun mill-qrib mal-media tal-massa.

(f) jorganizza seminari li dawk kollha li għandhom interess involuti fi proġetti ffinanzjati biex itejbu l-kapaċita ta’ maniġment u xbieki ta’ xogħol u jappoġġaw l-iskambju ta’ informazzjoni;

(g) imexxi studji u jorganizza laqgħat ta’ esperti u seminari konnessi direttament mat-twettiq ta’ l-azzjoni li tagħha jifformaw parti integrali.

Minbarra dan, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri, fit-twettiq tal-programm, lejn organizzazzjonijiet ta’ assistenza teknika, li l-iffinanzjar tagħhom għandu jkun ipprovdut ġewwa l-qafas finanzjarju ġenerali, taħt l-istess kondizzjonijiet, lil esperti.

--------------------------------------------------