32004D0791

Id-Deċiżjoni Nru 791/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, li tistabbilixxi program ta' azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni ta' korpi attivi f'livell Ewropew u għall-appoġġ ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ

Official Journal L 138 , 30/04/2004 P. 0031 - 0039
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek Chapter 16 Volume 02 P. 30 - 38
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan Chapter 16 Volume 02 P. 30 - 38
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 16 Volume 02 P. 30 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan Chapter 16 Volume 02 P. 30 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Letton Chapter 16 Volume 02 P. 30 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Malti Chapter 16 Volume 02 P. 30 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk Chapter 16 Volume 02 P. 30 - 38
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk Chapter 16 Volume 02 P. 30 - 38
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven Chapter 16 Volume 02 P. 30 - 38


Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/791/PESK

tat- 22 ta' Novembru 2004

li testendi u temenda d-Deċiżjoni 2002/842/PESK li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK bil-ħsieb ta' kontribut ta' l-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-tixrid destabbilizzanti ta' armi żgħar u armamenti ħfief fl-Ewropa tax-Xlokk

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2002/589/PESK [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, flimkien ma' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1) Fil- 21 ta' Ottubru 2002 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/842/PESK [2] li tikkonċerna kontribut ta' l-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-tixrid destabbilizzanti ta' armi żgħar u armamenti ħfief fl-Ewropa tax-Xlokk, li kienet immirata lejn l-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK u li għamlet EUR 200000 disponibbli għal dan il-għan.

(2) Xi għanijiet ma setgħux jitwettqu sal- 15 ta' Novembru 2004, id-data li fiha tiskadi d-Deċiżjoni 1999/730/PESK, u oħrajn għandhom jiġu konsolidati u mwessgħin wara dik id-data. Il-proġett in kwistjoni huwa proġett pluriennali.

(3) Id-Deċiżjoni 2003/842/PESK għandha għalhekk tiġi estiża u emendata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2003/276/PESK hi b'dan emendata kif ġej:

1) Fl-Artikolu 2(1), l-ammont ta' referenza finanzjarju "EUR 300000" għandu jiġi sostitwit b'"EUR 330000";

2) Fl-Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit bi "Għandha tiskadi fil- 31 ta' Diċembru 2005".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, nhar it- 22 ta' Novembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. R. Bot

[1] ĠU L 191, 19.7.2002, p. 1.

[2] ĠU L 289, 26.10.2002, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/0807/PESK (ĠU L 302, 20.11.2003, p. 39.)

--------------------------------------------------