12.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

296


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-26 ta' Ottubru 2004

li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni tad-Direttiva 93/24/KEE tal-Kunsill fir-rigward ta' l-istħarriġ statistiku fuq il-bhejjem u l-produzzjoni tas-settur tal-bovini

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4091)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/761/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 93/24/KEE tal-Kunsill ta' l-1 ta' Ġunju 1993 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fil-qasam tal-produzzjoni tal-bovini (1), u b'mod speċjali l-paragrafi 2 u 3 ta' l-Artikolu 1 tagħha, il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 2 tagħha, il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 3 tagħha, l-Artikolu 6 tagħha, il-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 8 tagħha, il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 10 tagħha, u l-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 12 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 94/433/KE tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 1994 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni tad-Direttiva 93/24/KEE tal-Kunsill fir-rigward ta' l-istħarriġ statistiku fuq il-bhejjem u l-produzzjoni tas-settur tal-bovini (2) ġiet modifikata diversi drabi.

(2)

Għall-eżekuzzjoni ta' l-istħarriġ maħsub fid-Direttiva 93/24/KEE, hemm il-bżonn ta' definizzjonijiet preċiżi. Għalhekk, jaqbel li jiġi stabbilit liema rziezet se jidħlu fil-qasam mistħarreġ. Barra minn hekk, jaqbel li jiġu definiti b'mod preċiż il-kategoriji differenti għat-tqassim tar-riżultati ta' l-istħarriġ kif ukoll il-kategoriji skond il-kobor tal-mandriet u s-subdiviżjonijiet territorjali li fuq il-bażi tagħhom l-Istati Membri jiġbru r-riżultati ta' l-istħarriġ statistiku li jwettqu b'intervalli regolari. Sabiex jiġu stabbiliti l-istatistiċi tal-qtil tal-bhejjem jaqbel li tkun disponibbli definizzjoni unika tal-piż tal-karkassa.

(3)

Skond id-Direttiva 93/24/KEE, l-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom, ikunu awtorizzati biex iwettqu l-istħarriġ tax-xhur ta' Mejju/Ġunju jew Novembru/Diċembru f'reġjuni magħżula bil-kondizzjoni li dan l-istħarriġ jittratta dwar mill-inqas 70 % tal-mandriet bovini. L-Istati Membri li l-mandriet bovini tagħhom jirrappreżentaw biss persentaġġ baxx tat-total tal-mandriet tal-bhejjem tal-Komunità jistgħu, fuq talba tagħhom, ikunu awtorizzati biex jirrifjutaw totalment l-istħarriġ ta' Mejju/Ġunju jew Novembru/Diċembru jew li jipproċedu għat-tqassim reġjonali għar-riżultati definittivi ta' l-istħarriġ ta' Mejju/Ġunju. Fl-aħħar l-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom, ikunu awtorizzati biex jipproċedu għat-tqassim stipulat skond il-kategoriji tal-kobor tal-mandriet għar-riżultati ta' l-istħarriġ ta' Mejju/Ġunju.

(4)

Iddaħħlu talbiet relattivi għall-possibilitajiet differenti ta' deroga mill-Istati Membri.

(5)

Minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, hemm bżonn li jsir ċertu addattar tekniku u li jinfirxu ċerti derogi għal dawn l-Istati Membri ġodda.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi nomenklatura komuni ta' l-unitajiet territorjali statistiċi (NUTS) għall-Istati Membri; għalhekk, jaqbel li l-livelli reġjonali definiti fil-passat jiġu sostitwiti bin-nomenklatura l-ġdida NUTS.

(7)

B'hekk, jaqbel li d-Deċiżjoni 94/433/KE tkun revokata

(8)

Din id-Deċiżjoni taqbel ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta' l-Istatistika Agrikola,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Razzett, fis-sens tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/24/KEE, hu unità tekniko-ekonomika taħt tmexxija unika u li tipproduċi prodotti agrikoli.

2.   L-istħarriġ maħsub fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 93/24/KEE jittratta dwar:

a)

l-irziezet li l-uċuħ tagħhom huma ta' ettaru jew iktar;

b)

l-irziezet li l-uċuħ tagħhom huma ta' inqas minn ettaru, jekk jipproduċu f'ċertu qies għall-bejgħ jew jekk l-unità ta' produzzjoni tagħhom taqbeż ċerti limiti fiżiċi.

3.   L-Istati Membri li jixtiequ jużaw limitu ieħor għall-istħarriġ tagħhom jintrabtu li jistabbilixxu dan il-limitu b'tali mod li jiġu esklużi biss l-iżgħar irziezet li l-kontribuzzjoni tagħhom fil-marġini totali standard — fis-sens tad-Deċiżjoni 85/377/KEE tal-Kummissjoni (4)— ta' l-Istat Membru konċernat hi globalment ta' l-iżjed 1 %.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet tal-kategoriji tal-bovini maħsuba fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 3, fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 10, u fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 12 tad-Direttiva 93/24/KEE jidhru fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Għas-subdiviżjonijiet territorjali maħsuba fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/24/KEE, l-Istati Membri jsegwu l-livell tan-nomenklatura komuni ta' l-unitajiet territorjali statistiċi (NUTS) definit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni. Huma eżentati milli jistabbilixxu riżultati għar-reġjuni li l-mandriet bovini tagħhom jammontaw għal inqas minn 1 % tat-total tal-mandriet tal-bovini fin-nazzjon.

Artikolu 4

Il-kategoriji tal-kobor tal-mandriet maħsuba fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 93/24/KEE jidhru fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Il-piż tal-karkassa maħsub fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 93/24/KEE hu l-piż tal-friża tal-karkassa ta' annimal imbiċċer wara li jitqaxxar, li jiġi żvinat, li jitneħħew l-imsaren u l-organi ġenitali ta' fuq barra, it-tarf tad-dirgħajn fix-xikel, ir-ras, id-denb, il-kliewi u l-grass tal-kliewi kif ukoll il-bżieżel.

Artikolu 6

1.   Il-lista ta' l-Istati Membri awtorizzati biex iwettqu l-istħarriġ tax-xhur ta' Mejju/Ġunju jew Novembru/Diċembru f'reġjuni magħżula, taħt riserva li dan l-istħarriġ jittratta dwar mill-inqas 70 % tal-mandriet tal-bovini, tidher fl-Anness IV punt a) ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Il-lista ta' l-Istati Membri awtorizzati biex iwettqu biss l-istħarriġ ta' Novembru/Diċembru tidher fl-Anness IV punt b) ta' din id-Deċiżjoni.

3.   Il-lista ta' l-Istati Membri awtorizzati biex jipproċedu għat-tqassim reġjonali għar-riżultati definittivi ta' l-istħarriġ ta' Mejju/Ġunju tidher fl-Anness IV punt ċ) ta' din id-Deċiżjoni.

4.   Il-lista ta' l-Istati Membri awtorizzati biex jipproċedu għat-tqassim stipulat skond il-kategorija tal-kobor tal-mandriet għar-riżultati ta' l-istħarriġ ta' Mejju/Ġunju tidher fl-Anness IV punt d) ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Id-Deċiżjoni 94/433/KE hi revokata.

Ir-referenzi magħmula għad-Deċiżjoni revokata għandhom jitqiesu daqs li kieku kienu magħmula għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta' Ottubru 2004.

Mill-Kummissjoni

Joaquin ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 149 tal-21.6.1993, p. 5. Direttiva modifikata l-aħħar bir-Regolament (KE) nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284 tal-31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 179 tat-13.7.1994, p. 27. Deċiżjoni modifikata l-aħħar bid-Deċiżjoni 1999/547/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 209 tas-7.8.1999, p. 33).

(3)  ĠU L 154 tal-21.6.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 220 tas-17.8.1985, p. 1. Deċiżjoni modifikata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2003/369/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 127 tat-23.5.2003, p. 48).


ANNESS I

DEFINIZZJONI TAL-KATEGORIJI

 

Paragrafu 1 ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/24/KEE

Paragrafu 2 ta' l-Artikolu 10, u paragrafu 2 ta' l-Artikolu 12 tad-Direttiva 93/24/KEE

Vitelli

A.a) Bovini ta' inqas minn sena maħsuba biex jinqatlu bħala vitelli.

Id-definizzjoni ta' vitelli tidher taħt A fil-kolonna li ġejja

A.

Vitelli

Annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina, ta' piż ta' 300 kg jew inqas meta jkunu għadhom ħajjin u li jkunu għadhom ma bidlux is-snien

Gniedes

 

D.

Gniedes

Bovini rġiel mhux kastrati mhux inklużi taħt A

Barrin ħosien

 

E.

Barrin ħosien

Bovini rġiel kastrati mhux inklużi taħt A

Baqar gniżżi

C.b) ba)

Bovini nisa ta' sentejn u iżjed li għad ma għandhomx għeġiela

B.

Baqar gniżżi

Bovini nisa li għad ma għandhomx għeġiela mhux inklużi taħt A

Baqar għall-qatla

C.b) ba) 1)

Baqar imrobbija għall-produzzjoni tal-laħam

 

Baqar oħra

C.b) ba) 2)

Baqar imrobbija għar-riproduzzjoni u maħsuba biex jissostitwixxu il-baqar tal-ħalib jew oħrajn

 

Baqar

C.b) bb)

Bovini nisa li diġà kellhom l-għeġiela (inklużi, jekk ikun il-każ, dawk li għandhom inqas minn sentejn)

C.

Baqar

Bovini nisa li diġà kellhom l-għeġiela

Baqar tal-ħalib

C.b) bb) 1)

Baqar li huma miżmuma esklużivament jew prinċipalment għall-produzzjoni tal-ħalib maħsub għall-konsum uman u/jew għat-trasformazzjoni fi prodotti tal-ħalib, inklużi l-baqar għall-qatla (kemm jekk ikunu msemmnin jew le bejn l-aħħar darba li jkunu taw il-ħalib u l-qatla)

 

Baqar oħra

C.b) bb) 2)

Baqar oħra barra l-baqar tal-ħalib inklużi, jekk ikun il-każ, il-baqar tax-xogħol

 


ANNESS II

SUBDIVIZJONIJIET TERRITORJALI

Il-Belġju

NUTS 2

Ir-Repubblika Ċeka

NUTS 2

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

NUTS 1

L-Estonja

NUTS 2

Il-Greċja

NUTS 2

Spanja

NUTS 2

Franza

NUTS 2

L-Irlanda

NUTS 2

L-Italja

NUTS 2

Ċipru

Il-Latvja

NUTS 3

Il-Litwanja

NUTS 2

Il-Lussemburgu

L-Ungerija

NUTS 2

Malta

NUTS 3

L-Olanda

NUTS 2

L-Awstrija

NUTS 2

Il-Polonja

NUTS 2

Il-Portugall

NUTS 2

L-Islovenja

NUTS 2

L-Islovakkja

NUTS 2

Il-Finlandja

NUTS 2

L-Iżvezja

NUTS 2

Ir-Renju-Unit

NUTS 1


ANNESS III

Kategoriji tal-kobor tal-mandriet tal-bovini miżmuma

Kategoriji

Numru ta' bovini/Proprjetarju

Numru tal-Propjetarji

Numru tal-Bhejjem

Numru ta' baqar tal-ħalib/Proprjetarju

Numru tal-Propjetarji

Numru tal-Bhejjem

Numru ta' baqar oħra/Proprjetarju

Numru tal-Propjetarji

Nurmu tal-Bhejjem

I

1 - 2 (1)

 

 

1 - 2 (1)

 

 

1 - 2 (1)

 

 

II

3 - 9 (1)

 

 

3 - 9 (1)

 

 

3 - 9 (1)

 

 

III

1 - 9

 

 

1 - 9

 

 

1 - 9

 

 

IV

10 - 19

 

 

10 - 19

 

 

10 - 19

 

 

V

20 - 29

 

 

20 - 29

 

 

20 - 29

 

 

VI

30 - 49

 

 

30 - 49

 

 

30 - 49

 

 

VII

50 - 99

 

 

50 - 99

 

 

50 - 99

 

 

VIII

100 - (2)

 

 

100 -  (2)

 

 

100 - (2)

 

 

IX

100 - 199 (3)

 

 

100 - 199 (4)

 

 

100 - 199 (4)

 

 

X

200 - 299 (3)

 

 

200 - 299 (4)

 

 

200 - 299 (4)

 

 

XI

300 - 499 (3)

 

 

300 - (4)

 

 

300 - (4)

 

 

XII

500 - (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

Total

 

 

Total

 

 


(1)  Tqassim fakultattiv għal BE, CZ, DK, NL, SE, SK.

(2)  Tqassim fakultattiv għal MT.

(3)  Tqassim fakultattiv għal CZ, GR, LT, LU, PL, PT, SE, SI, SK.

(4)  Tqassim fakultattiv għal CZ, GR, FR, LT, LU, PL, PT, SE, SI, SK.


ANNESS IV

a)   Stati Membri awtorizzati biex iwettqu l-istħarriġ tax-xhur ta' Mejju/Ġunju jew Novembru/Diċembru f'reġjuni magħżula, taħt riserva li dan l-istħarriġ jittratta dwar mill-inqas 70 % tal-mandriet bovini.

 

Franza

 

L-Italja

b)   Stati Membri awtorizzati biex iwettqu biss l-istħarriġ ta' Novembru/Diċembru

 

Il-Portugall

 

Il-Greċja

 

Ċipru

 

L-Estonja

 

L-Ungerija

 

Il-Latvja

 

Il-Litwanja

 

Malta

 

L-Islovakkja

 

L-Islovenja

c)   Stati Membri awtorizzati biex jipproċedu għat-tqassim reġjonali għar-riżultati definittivi ta' l-istħarriġ ta' Mejju/Ġunju

 

Il-Belġju

 

Il-Ġermanja

 

L-Olanda

 

L-Isvezja

d)   Stati Membri awtorizzati biex jipproċedu għat-tqassim stipulat skond il-kategorija tal-kobor tal-mandriet għar-riżultati ta' l-istħarriġ ta' Mejju/Ġunju

 

Il-Belġju

 

Id-Danimarka

 

Il-Ġermanja

 

L-Olanda

 

Il-Polonja

 

L-Isvezja