12.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

62


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta' Ġunju 2004

li tagħti lista ta' dawk l-erjas fir-Repubblika Ċeka li skond l-Għan 2 tal-Fondi Strutturali huma eliġibbli għall-perijodu 2004 - 2006

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 2134)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/559/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li rat it-Trattat li waqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li rat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Fondi Strutturali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Konverżjoni tar-Reġjuni, il-Kumitat għall-Istrutturi Agrikoli u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għall-Istrutturi għall-Biedja u l-Akkwikultura,

Billi:

(1)

L-Għan 2 tal-Fondi Strutturali huwa li jappoġġja l-konverżjoni ekonomika u soċjali ta' erjas li qed jaffrontaw diffikultajiet strutturali.

(2)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jipprovaw jiżguraw li l-għajnuna tkun tassew ikkonċentrata f'dawk l-erjas li huma l-aktar milqutin u fuq il-livell ġeografiku l-aktar addattat.

(3)

L-ogħla limitu tal-popolazzjoni eliġibbli huwa 370 000 abitant, skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, li jistabbilixxi l-ogħla limitu għar-Repubblika Ċeka ta' 31 % tal-popolazzjoni tar-reġjuni NUTS II li mhumiex koperti bl-Għan 1.

(4)

Il-Kummissjoni, fuq proposti ta' l-Istati Membri u b'kooperazzjoni ma' l-Istat Membru kkonċernat, tħejji lista ta' dawk l-erjas eliġibbli skond l-Għan 2 wara li tikkunsidra l-prioritajiet nazzjonali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIZJONI:

Artikolu 1

L-erjas tar-Repubblika Ċeka eliġibbli minn l-1 ta' Mejju 2004 sal-31 ta' Diċembru 2006 skond l-Għan 2 tal-Fondi Strutturali huma mniżżlin f'lista fl-Anness għal dan id-dokument.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Ċipru.

Magħmula fi Brussell, fil-21 ta' Ġunju 2004.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1.


ANNESS

Lista ta' erjas eliġibbli skond l-għan 2 Fir-Repubblika Ċeka

Perijodu 2004 sa 2006

Reġjun NUTS III

Erja Eliġibbli

Popolazzjoni tar-reġjun tal-livell NUTS III f'erjas eliġibbli (f'numru ta' abitanti)

 

Ir-reġjun kollu tal-livell NUTS III

ħlief

Dawn l-erjas biss tar-reġjun tal-livell

NUTS III

 

Erjas li jissodisfaw il-provvedimenti ta' paragrafu 7 ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999

Praha

 

id-distretti (kodiċi nazzjonali):

364 766

 

 

Praha 1 (500054)

 

 

 

Praha 8 (500208)

 

 

 

Praha - Březiněves (538124)

 

 

 

Praha - Ďáblice (547298)

 

 

 

Praha - Dolní Chabry (547301)

 

 

 

Praha 9 (500216)

 

 

 

Praha 12 (547107)

 

 

 

Praha - Libuš (547051)

 

 

 

Praha 14 (547361)

 

 

 

Praha - Dolní Počernice (538175)

 

 

 

Praha 15 (547387)

 

 

 

Praha - Dolní Měcholupy (547379)

 

 

 

Praha - Dubeč (538205)

 

 

 

Praha - Petrovice (547395)

 

 

 

Praha - Štěrboholy (547409)

 

 

 

Praha 19 - Kbely (547344)

 

 

 

Praha - Čakovice (547310)

 

 

 

Praha - Satalice (538736)

 

 

 

Praha - Vinoř (539007)

 

 

 

Praha 20 - Horní Počernice (538213)

 

 

 

Praha 21 - Újezd nad Lesy (538949)

 

 

 

Praha - Běchovice (538060)

 

 

 

Praha - Klánovice (538302)

 

 

 

Praha - Koloděje (538353)