31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L NaN/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ġunju 2004

dwar l-iffirmar tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport internazzjonali

(2004/544/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità l-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport internazzjonali.

(2)

Soġġett għall-konklużjoni eventwali tagħha f'data aktar tard, il-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport internazzjonali, li hija miftuħa għall-iffirmar sa mill-5 ta' Novembru 2003, għandha tiġi ffirmata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Soġġett għal konklużjoni eventwali f'data aktar tard, il-President tal-Kunsill b'dan qed jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li jiffirmaw, f'isem il-Komunità Ewropea (1), il-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport internazzjonali, mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussel, 21 ta’ Ġunju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

J. WALSH


(1)  Qed jiġu riprodotti biss il-verżjonijiet awtentiċi tal-Konvenzjoni, jiġifieri bl-Ingliż u bil-Franċiż.