32004D0486



Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0114 - 0115


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-26 ta' April 2004 li tikkonċiedi lil Ċipru, Malta u l-Polonja ċerti derogi temporanji mid-Direttiva 2002/96/KE fuq skart ta' apparat elettriku u elettroniku

(2004/486/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jikkonċerna d-dħul tar-Repubblika Ċeka, r-Repubblika ta' l-Estonja, r-Repubblika ta' Ċipru, r-Repubblika tal-Latvja, r-Repubblika tal-Lituwanja,, r-Repubblika ta' l-Ungerija, r-Repubblika ta' Malta, r-Repubblika tal-Polonja, r-Repubblika ta' l-Islovenja u Repubblika ta' l-Islovakkja ġewwa l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, r-Repubblika ta' l-Estonja, r-Repubblika ta' Ċipru, r-Repubblika tal-Latvja, r-Repubblika tal-Lituwanja, r-Repubblika ta' l-Ungerija, r-Repubblika ta' Malta, r-Repubblika tal-Polonja, r-Repubblika ta' l-Islovenja u r-Repubblika ta' l-Islovakkja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem "2003 Att tad-Dħul", u partikolarment l-Artikolu 55 tiegħu,

Wara li kkunsidra it-talbiet ta' Ċipru, Malta u l-Polonja.

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 fuq skart ta' apparat elettriku u elettroniku (WEEE) [1], L-Istati Membri għandhom jassikuraw illi sa l-31 ta' Diċembru 2006 l'iktar tard xi rata ta' ġbir separat ta' mill-inqas erbgħa kilogrammi b'medja għal kull abitant kull sena ta' skart ta' apparat elettriku u elettroniku tiġi milħuqa minn djar privati.

(2) L-Artikolu 7 [2] tad-Direttiva 2002/96/KE jistabbilixxi ċerti targits minimi għall-irkuprar ta' skart ta' apparat elettriku u elettroniku u għall-użu mill-ġdid u riċiklaġġ ta' komponenti, materjali u sustanzi. L-Istati Membri għandhom jassikuraw illi l-produtturi jilħqu dawn it-targits sal-31 ta' Diċembru 2006.

(3) Skond l-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2002/96/KE, L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u provizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jaqblu mad-Direttiva sat-13 ta' Awissu 2004. Madankollu, l-Artikolu 17(4)(a) tad-Direttiva 2002/96/KE jipprovdi biex Greċja u l-Irlanda li, minħabba fl-izbilanċ ta' l-infrastruttura tar-riċiklaġġ, ċirkostanzi ġeografiċi tagħhom bħal numu kbir ta' gżejjer żgħar u il-preżenza ta' arei rurali u bil-muntanji, densita' baxxa tal-popoloazzjoni, u livell baxx ta' konsum ta' apparat elettriku u elettroniku ma jistgħux jilħqu jew it-targit ta' ġbir imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(5) jew it-targits ta' rkuprar imsemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2002/96/KE u fiha, taħt it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 fuq ir-radam ta' l-iskart(2), għandha tapplika għal estensjoni ta' l-iskadenza imsemmi f'dak l-Artikolu, jista' jestendi l-perjodi irriferuti għalihom fl-Artikoli 5(5) u 7(2) tad-Direttiva 2002/96/KE sa mux iktar minn 24 xahar.

(4) Fuq il-bażi ta' l-Artikolu 55 ta' l-Att tad-Dħul ta' l-2003, Ċipru, Malta u l-Polonja talbu għal perjodi transitorji permezz ta' deroga temporanja mill-limiti ta' ħin stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2002/96/KE. Malta stqarret bħala raġunijiet l-iżbilanċ fl-infrastruttura ta' riċiklaġġ, kwantitajiet baxxi ta' skart ta' apparat elettriku u elettroniku tagħha, konstrinġimenti dovuti għall-fatt illi hija pajjiż żgħir u ġeografikament iżolat b'suq żgħir u densita' tal-popolazzjoni għolja bi problemi ta' l-użu ta' l-art preżenti, u illi hija importatur net ta' apparat elettriku u elettroniku. Ċipru u l-Polonja stqarru bħala raġunijiet l-iżbilanċ ta' l-infrastruttura ta' riċiklaġġ u d-densita' baxxa tal-popoloazzjoni tagħhom. Il-Polonja iċċitat ukoll il-proporzzjoni għolja ta' arei rurali tagħha.

(5) Dawk ir-raġunijiet jiġġustifikaw l-estensjoni ta' l'hawn fuq imsemmija limiti ta' ħin għal Ċipru, Malta u l-Polonja sa 24 xahar,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ċipru, Malta u l-Polonja jistgħu jestendu il-limiti ta' ħin irriferuti għalihom fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2002/96/KE sa 24 xahar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lir-Repubblika ta' Ċipru, r-Repubblika ta' Malta u r-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fl-Lussemburgu, 26 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Walsh

[1] ĠU L 37, 13.02.2003, p. 24. Direttiva kif emendata permezz tad-Direttiva 2003/108/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 106).

[2] ĠU L 182, tas-16.7.1999, p. 1. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

--------------------------------------------------