32004D0381



Official Journal L 144 , 30/04/2004 P. 0008 - 0011


Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta’ April 2004

li temenda Deċizjoni 1999/710/KE rigward l-inkluzjoni ta’ stabbilimenti fl-Islanda f’listi proviżjonali ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi mill liema Stati Membri jawtorizzaw importazzjoni ta’ kapuljat u preparazzjonijiet oħra tal-laħam

(notifikat taħt dokument numru K (2004) 1521)

(Test b’relevanza tal-KEE)

(2004/381/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Deċizjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 fuq il-kondizzjonijiet li tagħmel, għal perjodu interim, listi proviżjonali ta’ stabbiliment ta’ pajjiżi terzi mill liema Stati Membri huma awtorizzati jimportaw ċerti prodotti li joriġinaw minn annimali, prodotti tal-ħut jew molluski bivalva ħajjin [1], u partikolarment l-Artikolu 2(4) tiegħu,

Billi:

(1) Listi proviżjonali ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi mil-liema l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjoni ta’ kapuljat u preparazzjonijiet oħra tal-laħam ġew magħmula mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/710/KE [2].

(2) L-Islanda bagħtet lista ta’ stabbilimenti li jipproduċu kapuljat u prodotti oħra tal-laħam għal-liema l-awtorità kompetenti tiċċertifika li l-istabbilimenti jikkonformaw mar-regoli tal-Komunità.

(3) Dawk l-istabbilimenti għandhom jiġu inklużi fil-listi magħmula mid-Deċiżjoni 1999/710/KE.

(4) Kif spezzjonijiet fuq il-post għadhom ma sarux, importazzjoni mill-imsemmija stabbiliment mhumiex eliġibbli għal spezzjonijiet fiżiċi ristretti skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE [3].

(5) Id-Deċiżjoni numru 1999/710/KE għandha, għalhekk, tiġi emendata skond dan.

(6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 1999/710/KE huwa emendat bi qbil ma’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tgħodd mis-7 ta’ Mejju 2004.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 26 April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, pġ. 17. Deċiżjoni kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, pġ. 1).

[2] ĠU L 281, ta’ l-4.11.1999, pġ. 82. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mill-Att tal-għaqda 2003.

[3] ĠU L 24, tat-30.1.98, pġ. 9.

--------------------------------------------------

ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 1999/710/KE, it-test hawn li ġej huwa inkluż skond l-ordni alfabetiku tal-kodiċi

ISO

tal-pajjiż:

"Pais: IslandiaLand: IslandLand: IslandΧώρα: ΙσλάνδιαCountry: IslandPays: IslandePaese: IslandaLand: IjslandPaís: IslandiaMaa: IslantiLand: Island

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

22 | Kaupfelag V –Hunvetninga | Hvammstangi | | MP | 7 |

50 | Kaupfelag firdinga Skag- | Saudarkrokur | | MP | 7" |

--------------------------------------------------