32004D0249



Official Journal L 078 , 16/03/2004 P. 0056 - 0059


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-11 ta’ Marzu 2004

dwar kwestjonarju għal rapporti mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar apparat elettriku u elettroniku skartat (WEEE)

(notifikata taħt id-dokument numru K(2004) 714)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/249/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 [1] dwar skart ta’ apparat elettriku u elettroniku (WEEE), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha,

Billi:

(1) Taħt id-Direttiva 2002/96/KE l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

(2) Ir-rapport għandu jittratta fid-dettall kemm l-inkorporazzjoni tad-Direttiva fil-liġi nazzjonali kif ukoll l-implimentazzjoni tagħha.

Għandu jkun ikkompilat fuq il-bażi tal-kwestjonarju f’din id-Deċiżjoni.

(3) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE [2],

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom iħejju r-rapporti tagħhom dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/96/KE fuq il-bażi tal-kwestjonarju fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Marzu 2004.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 37, tat-13.2.2003, p. 24. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2003/118/KE (ĠU L 345, tal-31.12.2003, p. 106).

[2] ĠU L 377, tat-23.12.1991, p. 48. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS

KWESTJONARJU

għar-rapport ta’ l-Istati Membri dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/96/KE dwar l-apparat elettriku u elettroniku skartat

M’hemmx għalfejn tirrepeti informazzjoni li diġà tajt, imma jekk jogħġbok indika fejn u meta ngħatat dik l-informazzjoni.

1. INKORPORAZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI

1.1. Il-Kummissjoni ġiet mogħtija l-liġijiet nazzjonali u r-regolamenti li jimplimentaw id-Direttiva fil-liġi nazzjonali? (Iva/Le)

1.1.1. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1.1 hija "Iva", jekk jogħġbok agħti dettalji.

1.1.2. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1.1 hija "Le", jekk jogħġbok agħti raġunijiet għaliex.

1.2. L-Istat Membru biddel xi disposizzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 17(3) dwar it-traspożizzjoni permezz ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-settur ekonomiku involut? (Iva/Le)

1.2.1. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1.2 hija "Iva", jekk jogħġbok agħti dettalji.

2. IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA

Id-data dwar ġbir separat, użu mill-ġdid, irkupru u riċiklaġġ għandha tiġi irrappurtata

separatament fil-format li għandu jiġi iddeterminat skond l-Artikolu 12(1).

2.1. Ittieħdu l-miżuri dwar id-disinn tal-Prodotti skond l-Artikolu 4? (Iva/Le)

2.1.1. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.1 hija "Iva", jekk jogħġbok agħti dettalji dwar il-miżuri li ttieħdu.

Dawn għandhom jinkludu miżuri sabiex il-produtturi ma jwaqqfux il-WEEE milli jerġaċ jintuża.

2.1.2. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.1 hija "Le", jekk jogħġbok agħti raġunijiet għaliex.

2.1.3. Jekk jogħġbok agħti evalwazzjoni ta’ l-esperjenzi pożittivi u negattivi b’dan l-artikolu.

2.2. Twaqqfu sistemi li jippermettu lid-detenturi u lid-distributuri li għall-inqas jirritornaw WEEE bla ħlas skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva? (Iva/Le)

2.2.1. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.2 hija "Iva", jekk jogħġbok agħti dettalji. Din għandha tinkludi:

- deskrizzjoni ġenerali ta’ dawn is-sistemi,

- il-mod kif ir-ritorn bla ħlas fuq bażi indiviwali lid-distributuri huwa implimentat jew jekk hemmx u liema huma d-disposizzjonijiet alternattivi li ttieħdu skond l-Artikolu 5(2b),

- jekk il-produtturi waqqfux u jħaddmux sistemi ta’ ritorn individwali u/jew kollettivi għall-WEEE minn djar privati,

- jekk sarux u liema huma l-arranġamenti speċifiċi għal WEEE ikkontaminat u għal WEEE li ma jkunx fihom komponenti essenzali,

- Barra dan, hija rikjesta informazzjoni dwar sistemi ta’ ġbir tal-WEEE minn għejun oħra barra djar privati hija mistiedna.

2.2.2. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.2 hija "Le", jekk jogħġbok agħti raġunijiet għaliex.

2.2.3. Jekk jogħġbok agħti evalwazzjoni ta’ l-esperjenzi pożittivi u negattivi bl-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet taħt dan l-artikolu.

2.3. Ittieħdu l-miżuri neċessarji biex jiggarantixxu li l-WEEE jiġi ttrattat b’mod li jkun ta’ ġid għall-ambjent skond l-Artikolu 6?

2.3.1. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.3 hija "Iva", jekk jogħġbok agħti dettalji.: Din għandha tinkludi

- deskrizzjoni ġenerali tas-sistemi ta’ trattament disponibbli fl-Istat Membru,

- jekk il-kondizzjonijiet jew il-livelli ta’ kwalità minima għat-trattament tal-WEEE li jinġabar fl-Istat Membru humiex differenti minn jew imorrux lil hinn mill-Anness II tad-Direttiva, deskrizzjoni ta’ dawn il-kondizzjonijiet jew livelli,

- jekk id-deroga mill-ħtieġa ta’ permess imsemmija fl-Artikolu 11 [1] tad-Direttiva 75/442/KEE(1) hija applikata fl-operazzjonijiet ta’ irkupru li għandhom x’jaqsmu mal-WEEE, deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet li taħthom tapplika din id-deroga u kif l-ispezzjonijiet previsti taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2002/96/KE huma mwettqin,

- jekk il-kondizzjonijiet għall-ħażna u s-sîti għat-trattament imorru lil hinn minn dawk issuġġeriti fl-Anness III, deskrizzjoni ta’ dawk,

- deskrizzjoni fil-qosor tar-regoli, proċeduri u kontrolli applikati lill-WEEE esportat barra mill-Komunità li għandhom igħoddu biex jissodisfaw l-obbligazzjonijiet u l-għanijiet ta’ l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva, waqt li tikkonsidra l-Artikolu 6(5) tad-Direttiva.

2.3.2. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.3 hija "Le", jekk jogħġbok agħti raġunijiet għaliex.

2.3.3. Jekk jogħġbok agħti evalwazzjoni ta’ l-esperjenzi pożittivi u negattivi fl-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet taħt dan l-artikolu.

2.4. Ittieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw l-użu mill-ġdid, l-irkupru, u r-riċiklaġġ tal-WEEE b’mod san għall-ambjent skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva?

2.4.1. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.4 hija "Iva", jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri nazzjonali li jinkoraġġixxu is-seħħ ta’ l-għanijiet tar-riutilizzazzjoni, l-irkupru u r-riċiklaġġ.

2.4.2. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.4 hija "Le", jekk jogħġbok agħti raġunijiet għaliex.

2.4.3. Jekk jogħġbok indika kwalunkwe azzjoni li ttieħdet dwar l-Artikolu 7(5) tad-Direttiva.

2.4.4. Jekk jogħġbok agħti evalwazzjoni ta’ l-esperjenzi pożittivi u negattivi bl-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet taħt dan l-Artikolu.

2.5. Ittieħdu l-miżuri neċessarji li jassiguraw il-finanzjament tal-WEEE skond l-Artikolu 8 u 9 tad-Direttiva?

2.5.1. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.5 hija "Iva", jekk jogħġbok agħti dettalji. Din għandha tinkludi:

- deskrizzjoni ġenerali ta’ l-arranġamenti finanzjarji fl-Istat Membru u ta’ l-iskemi prinċipali biex jimplimentaw il-finanzjamenti meħtieġa,

- dettalji dwar l-użu ta’ ħlasijiet viżibbli għal skart storiku minn djar privati, jekk dawn huma applikati,

- dettalji dwar arranġamenti partikolari għal produtturi li jfornu apparat elettriku u elettroniku permezz ta’ komunikazzjoni fuq distanza, jekk hemm arranġamenti bħal dawn.

2.5.2. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.5 hija "Le", jekk jogħġbok agħti raġunijiet għaliex.

2.5.3. Jekk jogħġbok agħti evalwazzjoni ta’ l-esperjenzi pożittivi u negattivi bl-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet taħt dan l-artikolu.

2.6. Ittieħdu l-miżuri neċessarji biex jinformaw lill-utenti ta’ l-EEE u biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tagħhom fl-amministrazzjoni tal-WEEE skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva?

2.6.1. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.6 hija "Iva", jekk jogħġbok agħti dettalji.

2.6.2. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.6 hija "Le", jekk jogħġbok agħti raġunijiet għaliex.

2.6.3. Jekk jogħġbok agħti evalwazzjoni ta’ l-esperjenzi pożittivi u negattivi bl-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet taħt dan l-Artikolu.

2.7. Ittieħdu l-miżuri neċessarji biex jinformaw il-faċilitajiet għat-trattament tal-WEEE skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva?

2.7.1. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.7 hija "Iva", jekk jogħġbok agħti dettalji, b’mod speċjali dwar it-tip ta’ informazzjoni ipprovduta u l-medja li biha din l-informazzjoni għandha tkun mogħtija.

2.7.2. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.7 hija "Le", jekk jogħġbok agħti raġunijiet għaliex.

2.7.3. Jekk jogħġbok agħti evalwazzjoni ta’ l-esperjenzi pożittivi u negattivi bl-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet taħt dan l-Artikolu.

2.8. Jekk jogħġbok agħti dettalji dwar is-sistemi ta’ ispezzjoni u ta’ monitoraġġ li huma applikati fl-Istat Membru biex jivverifikaw l-implimentazzjoni xierqa ta’ din id-direttiva.

[1] ĠU L 194, 25.07.75, p. 39.

--------------------------------------------------