32004D0248



Official Journal L 078 , 16/03/2004 P. 0053 - 0055


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-10 ta’ Marzu 2004

biex l-atrażina ma titniżżilx fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u biex l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom ikun hemm din is-sustanza attiva jiġu rtirati

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 731)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/248/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/119/KE [2], u l-aktar it-tielet u r-raba’ sotto-paragrafi ta’ l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel parti tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti [3], kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 [4], u l-aktar l-Artikolu 7(3A)(b) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE wassal biex il-Kummissjoni twettaq programm ta’ ħidma biex ikunu eżaminati s-sustanzi attivi li jintużaw fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li kienu diġà tpoġġew fis-suq fil-25 ta’ Lulju 1993. Fir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 kienu ġew stabbiliti regoli dettaljati biex jitwettaq dan il-programm.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta’ April 1994, li jippreskrivi s-sustanzi attivi ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u li jinnomina l-Istati Membri tar-rapportaġġ għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2230/95 [6], għażel is-sustanzi attivi li għandhom jiġu eżaminati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92, għażel Stat Membru biex jaġixxi bħala relatur dwar il-valutazzjoni ta’ kull sustanza, kif ukoll identifika l-produtturi ta’ kull sustanza attiva li bagħtu n-notifika fi żmien xieraq.

(3) (KE) Nru 933/94.

(4) Fi qbil ma’ l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92, ir-Renju Unit, li huwa l-Istat Membru relatur, fil-11 ta’ Novembru 1996 bagħat lill-Kummissjoni r-rapport tal-valutazzjoni tiegħu dwar it-tagħrif mogħti min-notifikanti fi qbil ma’ l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament.

(5) Meta rċeviet ir-rapport ta’ l-Istat Membru relatur, il-Kummissjoni bdiet tagħmel konsultazzjonijiet ma’ l-esperti ta’ l-Istati Membri kif ukoll man-notifikant ewlieni Syngenta, kif ipprovdut fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92.

(6) Fis-6 ta’ Ġunju 2003 il-Kummissjoni żammet laqgħa, li kienet maqsuma fi tliet taqsimiet, mas-sottomittent ewlieni u l-Istat Membru relatur għal din is-sustanzza attiva.

(7) Ir-rapport tal-valutazzjoni mħejji mir-Renju Unit ġie rivedut mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali. Din ir-reviżjoni ntemmet fit-3 ta’ Ottubru 2003 fl-għamla tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni dwar l-atrażina.

(8) Id-dokument u t-tagħrif mir-reviżjoni ngħataw ukoll lill-Kumitat Xentifiku għall-Pjanti. Il-Kumitat kien mistoqsi biex jikkummenta fuq l-aspetti ta’ tniġġiż li jista’ jseħħ fl-ilma tal-pjan minħabba l-atrażina. Fl-opinjoni tiegħu [7], il-Kumitat Xjentifiku fuq il-Pjanti ma aċċettax il-kalkoli rrappurtati fuq il-konċentrazzjonijiet ambjentali fl-ilma tal-pjan. Il-Kumitat huwa wkoll ta’ l-opinjoni li t-tagħrif ta’ monitoraġġ li huwa disponibbli ma jurix li l-konċentrazzjonijiet ta’ atrażina jew tal-prodotti ta’ skomposizzjoni tagħha mhux se jkunu aktar minn fl-ilma tal-pjan, u dan jistenna li għal ħamrija li jkollha pH ta’ aktar minn sitta, il-konċentrazzjonijiet ta’ atrażina u l-prodotti ta’ skomposizzjoni tagħha mhux se jkunu aktar minn.

(9) Il-valutazzjonijiet li saru fuq il-bażi tat-tagħrif sottomess ma wrewx li, taħt il-kondizzjonijiet proposti ta’ l-użu, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom l-atrażina jistgħu jilħqu b’mod ġenerali l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. B’mod speċjali, it-tagħrif ta’ monitoraġġ disponibbli ma kienx biżżejjed biex juri li fi nħawi kbar il-konċentrazzjonijiet tas-sustanza attiva u tal-prodotti ta’ skomposizzjoni tagħha mhux se jkunu aktar minn fl-ilma tal-pjan. Barra minn hekk, ma jistax ikun żgurat li l-użu kontinwu fi nħawi oħra se jippermetti li jkun hemm mill-ġdid kwalità tajba fl-ilma tal-pjan, fejn il-konċentrazzjonijiet huma diġà aktar minn fl-ilma tal-pjan. Dawn il-livelli ta’ sustanza attiva jeċċedu l-limiti li hemm fl-Anness VI għad-Direttiva 91/414/KEE u jista’ jkollhom effett mhux aċċettabbli fuq l-ilma tal-pjan.

(10) L-atrażina m’għandhiex, għalhekk, tkun inkluża fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

(11) Għandhom jittieħdu miżuri biex ikun żgurat li l-awtorizzazzjonijiet li hemm fis-seħħ għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom l-atrażina jiġu rtirati f’perjodu preskritt, biex dawn ma jiġġeddux, kif ukoll biex ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni ġdida għal dawn il-prodotti.

(12) Fid-dawl tat-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni, jidher li, fin-nuqqas ta’ alternattivi effiċjenti għal ċerti użi limitati f’ċerti Stati Membri, hemm ħtieġa għal aktar użu tas-sustanza attiva biex ikunu żviluppati alternattivi. Huwa, għalhekk, iġġustifikat, fiċ-ċirkustanzi preżenti, li jiġi preskritt, taħt kondizzjonijiet iebsa maħsuba li jnaqqsu r-riskju kemm jista’ jkun, perjodu itwal għall-irtirat ta’ l-awtorizzazzjonijiet li hemm fis-seħħ għall-użi limitati meqjusa bħala meħtieġa, minħabba li bħalissa jidher li ma hemm l-ebda alternattivi effiċjenti disponibbli biex jikkontrollaw organiżmi perikolużi.

(13) Kull perjodu ta’ grazzja għad-disponiment, il-ħażna, it-tpoġġija fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom l-atrażina u li huma awtorizzati mill-Istati Membri, għandu jkun limitat għal perjodu li ma jkunx itwal minn 12-il xahar biex il-ħażniet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw f’mhux aktar minn staġun ta’ tkabbir ieħor biss.

(14) Din id-Deċiżjoni ma tipperġudikax kull azzjoni li l-Kummissjoni tista’ tieħu fi stadju aktar tard għal din is-sustanza attiva fi ħdan il-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tpoġġija fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi [8], kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 [9].

(15) Il-miżuri li hemm f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-atrażina m’għandhiex tiddaħħal bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

1. l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkollhom l-atrażina jiġu rtirati sa l-10 ta’ Settembru 2004;

2. mis-16 ta’ Marzu 2004 m’għandha tingħata jew tiġġedded l-ebda awtrorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom l-atrażina, taħt id-deroga prevista fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE;

3. b’rabta ma’ l-użi mniżżla fil-kolonna B ta’ l-Anness, Stat Membru li huwa speċifikat fil-kolonna A jista’ jżomm fis-seħħ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom l-atrażina sat-30 ta’ Ġunju 2007 sakemm dan:

(a) jiżgura li dawn il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jibqgħu fis-suq jiġu ttikkettjati mill-ġdid biex ikunu jistgħu jitqabblu l-kondizzjonijiet ta’ l-użu ristrett;

(b) jimponi l-miżuri xierqa kollha biex jitnaqqas kull riskju li jista’ jkun hemm u biex ikun żgurat il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali, kif ukoll l-ambjent; u

(ċ) jiżgura li prodotti jew metodi alternattivi għal dawn l-użi jkunu ssuktati bis-serjetà, l-aktar bi pjani ta’ azzjoni.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2004, dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu u, l-aktar, dwar l-azzjonijiet meħuda fi qbil mal-punti (a) sa (ċ). Ta’ kull sena, dan għandu jipprovdi wkoll l-estmi ta’ l-ammonti ta’ atrażina li jkunu ntużaw għal użi essenzali fi qbil ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 3

Kull perjodu ta’ grazzja, li jingħata mill-Istati Membri fi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qsir kemm jista’ jkun u:

(a) għall-użi li għalihom l-awtorizzazzjoni għandha tiġi rtirata fl-10 ta’ Settembru 2004, dan għandu jintemm sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Settembru 2005;

(b) għall-użi li għalihom l-awtorizzazzjoni għandha tiġi rtirata sat-30 ta’ Ġunju 2007, dan għandu jintemm sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Marzu 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.08.91, p. 1.

[2] ĠU L 325, tat-12.12.03, p. 41.

[3] ĠU L 366, tal-15.12.92, p. 10.

[4] ĠU L 259, tat-13.10.00, p. 27.

[5] ĠU L 107, tat-28.04.94, p. 8.

[6] ĠU L 225, tat-22.09.95, p. 1.

[7] Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku fuq il-Pjanti fuq domandi speċifiċi mill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni ta’ l-atrażina fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE - SCP/ATRAZINE/002-Finali - addottata fit-30 ta’ Jannar 2003.

[8] ĠU L 33, tad-8.2.79, p. 36.

[9] ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 36.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Lista ta’ l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)

Kolonna A | Kolonna B |

L-Istat Membru | Użu |

L-Irlanda | Qamħirrum, fil-foresti |

Ir-Renju Unit | Qamħirrum, fil-foresti |

Spanja | Qamħirrum |

Il-Portugall | Qamħirrum |

--------------------------------------------------