32004D0200



Official Journal L 064 , 02/03/2004 P. 0043 - 0044


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Frar 2004

fuq miżuri li ma jkunux ħallew l-introduzzjoni u l-firxa fi ħdan il-Komunità tal-virus Pepino mosaic

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 581)

(2004/200/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 fuq miżuri prottetivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi perikolużi għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra l-firxa tagħhom fi ħdan il-Komunità [1], u b’mod partikolari t-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 16(3) tiegħu,

Billi:

(1) Għall-aħħar ta’ l-1999 u għall-bidu ta’ l-2000, il-Ġermanja, Franza, l-Olanda u r-Renju Unit, informaw l-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar it-tifqigħa tal-virus Pepino mosaic fuq l-uċuħ tar-raba tat-tadam fil-pajjiżi tagħhom u tal-miżuri meħuda biex jikkontrollawha.

(2) Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/64/KE [2], l-Istati Membri kienu meħtieġa jieħdu provviżjorjament miżuri kontra l-introduzzjoni u l-firxa fi ħdan il-Komunità tal-virus Pepino mosaic. Dik id-Deċiżjoni ma baqgħetx tapplika nhar il-31 ta’ Jannar 2004.

(3) Il-virus Pepino mosaic bħalissa mhux imniżżel fl-Anness I jew l-Anness II mad-Direttiva 2000/29/KE. Madankollu, l-analiżi preliminari dwar ir-riskju ta’ pesta li saru f’diversi Stati Membri bbażati fuq informazzjoni xjentifika urew li l-virus Pepino mosaic u l-effetti ħżiena tiegħu jistgħu jkunu ta’ inkwiet f’dak li jikkonċerna s-saħħa sinifikanti tal-pjanti għall-Komunità, partikolarment għall-produzzjoni tat-tadam protett. Ix-xogħol xjentifiku li sar fuq il-virus Pepino mosaic għadu ma pprovdiex klarifikazzjoni suffiċjenti biex jirrevedi l-analiżi preliminari dwar ir-riskju tal-pesta, għalkemm aktar informazzjoni ġiet mqegħda għad-dispożizzjoni (jew disponibbli) partikolarment ma’ dak li għandu x’jaqsam mad-danni tal-virus Pepino mosaic fuq pjanti tat-tadam maħsuba għat-tħawwil.

(4) Għalhekk billi, d-Deċiżjoni 2003/64/KE skadiet, huwa meħtieġ li jiġu previsti miżuri provviżorji kontra l-virus Pepino mosaic.

(5) B’riżultat ta’ stħarriġ uffiċjali li sar taħt id-Deċiżjoni 2003/64/KE, u bbażat fuq informazzjoni riċenti fuq il-danni kkawżati mill-virus Pepino mosaic, ir-rwol taż-żerriegħa tat-tadam bħala egħjun sinifikanti ta’ infezzjoni issa huwa aċċertat.

(6) Il-miżuri preskritti f’din id-Deċiżjoni ser japplikaw għall-bidu jew il-firxa fi ħdan il-Komunità tal-virus Pepino mosaic, għall-spezzjoni taż-żerriegħa tat-tadam li joriġinaw minn pajjiżi terzi u t-tħarrik taż-żerriegħa tat-tadam. Għandhom jinkludu ukoll iktar monitorjar ġenerali għall-presenza tal-virus Pepino mosaic fl-Istati Membri.

(7) Bix-xieraq li r-riżultati ta’ miżuri ta’ din ix-xorta jiġu assessjati kontinwament, u l-miżuri possibbli konsegwenti jiġu kkunsidrati fid-dawl tar-riżultati ta’ dak l-assessjar. Il-miżuri konsegwenti għandhom jikkunsidraw ukoll l-informazzjoni li għandha tiġi prevista u l-opinjoni xjentifika mwassla mill-Istati Membri.

(8) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni Nru huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-bidu u d-dħul fil-Komunità taż-żerriegħa tat-tadam, Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw., ikkontminat mill-virus tal-Pepino mosaic ser ikun projbit.

Artikolu 2

Iż-żerriegħa tat-tadam li joriġinaw minn pajjiżi terzi jistgħu jiġu mportati fi ħdan il-Komunità jekk jssodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 ta’ l-Anness biss. Ser jiġu spezzjonati, u ttestjati, meta xieraq, fuq id-dħul fi ħdan il-Komunità għall-presenza tal-virus tal-Pepino mosaic, skond l-Artikolu 13(1)(i) tad-Direttiva 2000/29/KE, mutatis mutandis.

Artikolu 3

1. Iż-żerriegħa tat-tadam, li oriġinat fi ħdan il-Komunità, tista’ tiġi mħarrka fi ħdan il-Komunità jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 ta’ l-Anness biss

2. Il-paragrafu 1 mhux ser japplika għat-tħarrik taż-żerriegħa maħsuba għall-bejgħ lill-konsumaturi finali li mhumiex involuti fil-produzzjoni professjonali tal-pjanti, provdut li l-ippakkkjar taż-żerriegħa jew indikazzjonijiet oħra juru biċ-ċar li hum maħsuba għall-bejgħ lill-konsumaturi ta’ din ix-xorta.

Artikolu 4

L-Istati Membri ser jamministraw l-istħarriġ uffiċjali fuq premessi nvoluti fuq il-prodotti tal-pjanti tat-tadam u tal-frott tat-tadam, għall-presenza tal-virus Pepino mosaic.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(2) u 13c(8)tad-Direttiva 2000/29/KE rispettivament, ir-riżultati ta’ l-istħarriġ previst fl-ewwel paragrafu u r-riżultati ta’ spezzjonijiet u provi previsti fl-Artikolu 2 ser ikunu notifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sa nhar it-30 ta’ Novembru 2004.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni ser tirrevedi t-tħaddim ta’ din id-Deċiżjoni Nru sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2004

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, nhar is-27 ta’ Frar 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1. Id-Diretiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/116/KE(ĠU L 321, tas-6.12.2003, p. 36).

[2] ĠU L 24, 29.01.03, p. 15.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u 3

1. Iż-żerriegħa tat-tadam, li oriġinat fil-pajjiżi terzi, ser tkun akkompanjata minn ċertifikat filosanitarju msejjaħ fl-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE, li jgħid li ġew miksuba permezz ta’ metodu ta’ qligħ ta’ aċidu xieraq, u:

(a) li joriġinaw f’erjas li fihom il-virus Pepino mosaic huwa magħruf li ma jinstabx; jew

(b) li l-ebda sintomi tal-virus Pepino mosaic ma ġew osservati fuq il-prodotti tal-pjanti fil-post waqt iċ-ċiklu komplet ta’ veġetazzjoni; jew

(ċ) li sarulhom testijiet uffiċjali għall-virus Pepino mosaic, fuq kampjun rappreżentattiv u bl-użu ta’ metodi xierqa, u li nstabu f’dawn il-provi, ħielsa mill-virus Pepino mosaic.

2. Iż-żerriegħa tat-tadam, li oriġinat fi ħdan il-Komunità, tista’ tiġi mħarrka fi ħdan il-Komunità jekk tkun ġiet miksuba permezz ta’ metodu ta’ qliħ ta’ aċidu xieraq, u:

(a) li joriġinaw f’erjas li fihom il-virus Pepino mosaic huwa magħruf li ma jinstabx; jew

(b) li l-ebda sintomi tal-virus Pepino mosaic ma ġew osservati fuq il-prodotti tal-pjanti fil-post waqt iċ-ċiklu komplet ta’ veġetazzjoni; jew

(ċ) li sarulhom testijiet uffiċjali għall-virus Pepino mosaic, fuq kampjun rappreżentattiv u bl-użu ta’ metodi xierqa, u li nstabu, f’dawn il-provi, ħielsa mill-virus Peppino mosaic.

--------------------------------------------------