32004D0197



Official Journal L 063 , 28/02/2004 P. 0068 - 0082


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/197/CFSP

tat-23 ta' Frar 2004

li tistabbilixxi mekkaniżmu biex tamministra l-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni ta' ħidmiet l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet militari jew tad-difiża

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 28(3) tiegħu,

Billi:

(1) Il-Kunsill Ewropew, li ltaqa' f'Helsinki fl-10 u l-11ta' Diċembru 1999, partikolarment qabel li, jekk l-Istati Membri jikkoperaw volontarjament f'ħidmiet immexxija mill-UE, sa l-2003 u fi żmien 60 ġurnata jkunu jistgħu jimmanuvraw (jifirxu), u jsaħħu għal ta' l-inqas sena, forzi militari minn 50000 sa 60000 persuna, kapaċi fil-grad assolut tal-kompiti ta' Petersberg.

(2) Il-Kunsill Ewropew, li ltaqa' f'Thessaloniki fid-19 u l-20 ta' Ġunju 2003, laqa' l-konklużjonijiet li ħarġu mil-laqgħa tal-Kunsill fid-19 ta' Mejju 2003, fejn partikolarment ikkonferma l-ħtieġa għal kapaċità militari ta' reazzjoni-rapida ta' l-Unjoni Ewropea.

(3) Fit-22 ta' Settembru 2003, il-Kunsill iddeċieda li l-Unjoni Ewropea għandha takkwista l-kapaċità flessibli biex tamministra l-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni tal-ħidmiet militari ta' kull skala, kumplessità jew l-urġenza, partikolarment li sa l-1 ta' Marzu 2004 tistabbilixxi mekkaniżmu ta' finanzjament permanenti biex ikun assunt inkarigu tal-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni ta' kull ħidma militari future ta' l-Unjoni.

(4) Fis-17 ta' Ġunju 2002, il-Kunsill approva d-Dokument 10155/02 dwar il-fianzjament ta' ħidmiet l-amministrazzjoni ta' kriżi mmexxija mill-UE li għandhom implikazzjonijiet militari jew tad-difiża.

(5) It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fl-Artikolu 28(3) tiegħu jiddisponi li l-Istati Membri li r-rappreżentanti tagħhom fil-Kunsill ikunu għamlu dikjarazzjoni formali skond l-Artiklu 23(1) tiegħu, it-tieni sottoparagrafu, ma għandhomx ikunu obbligati li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ħidma li għandha implikazzjonijiet militari jew tad-difiża kkonċernati.

(6) Konformi ma' l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet tad-difiża, u d-Danimarka ma tipparteċipax fil-finanzjament tal-mekkaniżmu,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għan ta' din id-Deċiżjoni:

(a) "Stati Membri parteċipanti" għandha tfisser l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, ħlief id-Danimarka;

(b) "Stati kontribwenti" għandha tfisser l-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ħidma militari fil-kwestjoni skond l-Artikolu 28(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Istati terzi li jikkontribwixxu għall-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni ta' din il-ħidma skond il-ftehim bejniethom u l-Unjoni Ewropea.

IL-KAPITOLU 1

MEKKANIŻMU

Artikolu 2

Mekkaniżmu stabbilit

1. Mekkaniżmu li jamministra l-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni ta' ħidmiet l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet militari jew tad-difiża huwa hawnhekk stabbilit.

2. Il-mekkaniżmu għandu jissejjaħ ATHENA.

3. ATHENA għandha taġixxi f'isem l-Istati Membri parteċipanti jew, dwar dak li għandu x'jaqsam ma' ħidmiet speċifiċi, l-Istati kontribwenti kif inhu definit fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Kapaċità legali

Bil-għan tat-tmexxija amministrattiva tal-finanzjament ta' ħidmiet l-Unjoni Ewropea b'implikazzjonijiet militari jew tad-difiża,, ATHENA għandha jkollha l-kapaċità legali neċessarja, partikolarment, biex iżżomm kont bankarju, takkwista, iżżomm jew teħles minn proprjetà, tidħol f'kuntratti (appalti) jew arranġamenti amministrattivi u tkun parti minn proċeduri ġudizzjarji. ATHENA għandha tkun mekkaniżmu bla profitt.

Artikolu 4

Kordinazzjoni ma' terzi partijiet

ATHENA għandha tikkordina l-attivitajiet tagħha ma' l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Komunità u l-organizzazzjonijiet internazzjonali sakemm hu neċessarju biex tikseb il-kompiti tagħha, konformi ma' l-għanijiet u l-politika ta' l-Unjoni Ewropea.

IL-KAPITOLU 2

STRUTTURA ORGANIZZATTIVA

Artikolu 5

Staff u oqsma (organiżmi) amministrattivi

1. ATHENA għandha tkun immexxija taħt l-awtorità tal-Kumitat Speċjali minn-:

(a) l-amministratur;

(b) il-kmandant ta' kull ħidma, relatat ma' l-operazzjoni li hu/hi j/tikkmanda (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ/imsejħa l-"kmandant tal-ħidma");

(ċ) l-uffiċjal tal-kontijiet.

2. ATHENA għandha tuża strutturi amministrattivi eżistenti ta' l-Unjoni Ewropea sakemm tista' possibilment twassal. ATHENA għandha tirrikorri kemm hemm bżonn għal staff disponibbli mill-istituzzjonijiet ta' l-UE jew issekondat mill-Istati Membri.

3. Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill jista' jipprovdi lill-amministratur jew lill-uffiċjal tal-kontijiet staff meħtieġ għalihom biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, li jistgħu jkunu fuq bażi ta' proposta minn Stat Membru parteċipant.

4. L-oqsma (l-organiżmi) ta' ATHENA u l-istaff għandhom ikunu attivati fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tal-ħidma (tal-pjan operazzjonali).

Artikolu 6

Il-Kumitat Speċjali

1. Kumitat Speċjali magħmul minn rappreżentant ta'(minn) kull Stat Membru ikun stabbilit (Kumitat Speċjali). Il-Kummissjoni għandha tattendi l-laqgħat tal-Kumitat Speċjali mingħajr ma tieħu sehem fil-voti tiegħu.

2. ATHENA għandha tkun amministrata taħt l-awtorità tal-Kumitat Speċjali.

3. Meta l-Kumitat Speċjali jkun qiegħed jiddiskuti l-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni ta' ħidma mogħtija:

(a) il-Kumitat Speċjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant ta'(minn) kull Stat Membru kontribwenti;

(b) ir-rappreżentanti ta' l-Istati terzi kontribwenti għandhom jipparteċipaw fil-proċeduri tal-Kumitat Speċjali. Huma la għandhom jieħdu sehem u lanqas ikunu preżenti fil-voti tiegħu;

(ċ) il-kmandant tal-ħidma jew ir-rappreżentant tiegħu/tagħha għandu jipparteċipa fil-proċeduri tal-Kumitat Speċjali, mingħajr ma jieħu sehem fil-votazzjoni tiegħu.

4. Il-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandha ssejjaħ u tippresiedi l-laqgħat tal-Kumitat Speċjali. L-amministratur għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Kumitat Speċjali. Hu/hi għandu/għandha j/tieħu l-minuti tar-riżultat tad-diskussjonijiet tal-Kumitat. Hu/hi ma għandux/ma għandhiex j/tieħu sehem fil-voti tiegħu.

5. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jipparteċipa kemm hemm bżonn fil-proċeduri tal-Kumitat Speċjali, mingħajr ma jieħu sehem fil-voti tiegħu.

6. Jekk Stat Membru parteċipant, l-amministratur jew il-kmandant tal-ħidma jitlob hekk, il-Presidenza għandha ssejjaħ lill-Kumitat Speċjali fi żmien ta' l-inqas 15-il ġurnata.

7. B'mod xieraq, l-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali dwar kull pretensjoni jew argument (kwistjoni) indirizzati lill-ATHENA.

8. B'mod unanimu, il-Kumitat Speċjali għandu jiddeċiedi bejn il-membri tiegħu, waqt li titqies il-komposizzjoni tiegħu kif inhi mfissra f'paragrafi 1 u 3. Id-deċiżjonijiet tiegħu għandhom ikunu vinkolanti.

9. Il-Kumitat Speċjali japprova l-budgets kollha, filwaqt li jikkonsidra l-ammonti relevanti ta' referenza, u ġeneralment jeserċita l-kompetenzi prevedibbli permezz ta' l-Artikoli 18, 19, 20, 21, 22, 24, 25, 27, 29, 31, 32, 36, 37, 38, 39 u 41.

10. Il-Kumitat Speċjali għandu jkun informat mill-amministratur, il-kmandant tal-ħidma u l-uffiċjal tal-kontijiet kif inhu previst fid-Deċiżjoni preżenti.

11. It-test ta' l-atti approvati mill-Kumitat Speċjail skond l-Artikoli 18, 19, 20, 21, 22, 24, 27, 29, 31, 32, 37, 38, 39 u 41 għandu jkun iffirmat mill-President tal-Kumitat Speċjali fil-ħin ta' l-approvazzjoni tagħhom u mill-amministratur.

Artikolu 7

L-amministratur

1. Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill għandu jaħtar l-amministratur u ta' l-inqas deputat amministratur (wieħed) għal perjodu ta' tliet snin.

2. L-amministratur għandu jagħmel id-dmirijiet tiegħu/tagħha f'isem ATHENA.

3. L-amministratur:

(a) għandu jfassal u jagħti (jissottometti) kull budget abbozzat lill-Kumitat Speċjali. It-taqsima għan-nefqa ta' ħidma f'kull budget abbozzat għandha titfassal fuq bażi ta' proposta mill-kmandant tal-ħidma;

(b) għandu jadotta l-budgets wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kumitat Speċjali;

(ċ) għandu jkun l-uffiċjal awtorizzat għall-introjtu, spejjeż komuni li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet u l-ispejjeż komuni tal-ħidma (tal-pjan operazzjonali) li jintnefqu barra l-fażi attiva tal-ħidma;

(d) dwar l-introjtu, l-amministratur għandu jimplementa l-arranġamenti finanzjarji magħmula mal-partijiet terzi ma' dak li għandu x'jaqsam mal-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni tal-ħidmiet militari ta' l-Unjoni.

4. L-amministratur għandu jassigura li r-regoli stabbiliti bid-Deċiżjoni preżenti huma mħarsa, u li d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Speċjali jkunu applikati (jgħoddu).

5. L-amministratur għandu jkun awtorizzat li jadotta l-miżuri kollha li hu/hi jidhirlu/jidhrilha li huma neċessarji biex j/timplimenta n-nefqa ffinanzjata minn ATHENA. Hu/hi għandu/ha j/tinforma lill-Kumitat Speċjali tiegħu.

6. L-amministratur għandu jikkordina x-xogħol dwar kwestjonijiet finanzjarji relatati mal-ħidmiet militari ta' l-Unjoni. Hu/hi għandu/ha j/tkun il-persuna ta' kuntatt ma' l-amministraturi nazzjonali, u kif inhu xieraq, ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali fuq dawn il-materji.

7. L-amministratur għandu jkun responsabbli quddiem il-Kumitat Speċjali.

Artikolu 8

Il-kmandant tal-ħidma

1. Il-kmandant tal-ħidma għandu jagħmel id-dmirijiet tiegħu/tagħha f'isem ATHENA f'dak li għandu x'jaqsam mal-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni tal-ħidma li hu/hi j/tikkmanda (j/teserċita).

2. Għall-ħidma li hu/hi j/tikkmanda (j/teserċita), il-kmandant tal-ħidma għandu:

(a) jibgħat lill-amministratur il-proposti tiegħu/tagħha għat-taqsima tan-"nefqa – spejjeż komuni tal-ħidma" tal-budgets abbozzati;

(b) bħala uffiċjal awtorizzat, jimplimenta l-approprjazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ispejjeż komuni tal-ħidma; hu/hi għandu/ha j/teserċita l-awtorità tiegħu/tagħha fuq kull persuna li tipparteċipa fl-implimentazzjoni ta' dawk l-approprjazzjonijiet, inkluż finanzjament minn qabel; hu/hi j/tista' j/tagħti kuntratti u j/tidħol f'kuntratti f'isem ATHENA; hu/hi għandu/ha j/tiftaħ kont bankarju f'isem ATHENA għall-ħidma li hu/hi j/tikkmanda (j/teserċita).

3. Il-kmandant tal-ħidma għandu jkun awtorizzat li jadotta l-miżuri kollha li hu/hi jidhirlu/jidhrilha li huma neċessarji għall-implimentazzjoni tan-nefqa ffinanzjata minn ATHENA, għall-ħidma li hu/hi j/tikkmanda (j/teserċita). Hu/hi għandu/ha j/tinforma lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali tiegħu.

Artikolu 9

L-uffiċjal tal-kontijiet

1. Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill għandu jaħtar l-uffiċjal tal-kontijiet u ta' l-inqas deputat uffiċjal tal-kontijiet għal perjodu ta' sentejn.

2. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jagħmel id-dmirijiet tiegħu/tagħha f'isem ATHENA.

3. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jkun responsabbli għal:

(a) implimentazzjoni xierqa ta' pagamenti, ġabra ta' introjtu u akkwist mill-ġdid ta' ammonti stabbiliti meqjusa bħala riċevuti (li jistgħu jintlaqgħu);

(b) jipprepara kull sena l-kontijiet għal ATHENA, u, wara t-tmiem ta' kull ħidma, jipprepara l-kontijiet għal dik il-ħidma;

(ċ) jappoġġa lill-amministratur meta hu/hi j/tagħti l-kontijiet ta' kull sena jew il-kontijiet għal ħidma biex japprovahom il-Kumitat Speċjali;

(d) iżomm il-kontijiet għal ATHENA;

(e) iniżżel ir-regoli tal-kontijiet u l-metodi u ċ-ċart (l-ispeċi fl-ġeneru Salvelinus) tal-kontijiet;

(f) iniżżel u jsaħħaħ is-sistemi tal-kontijiet għall-introjtu u, meta approprjat, isaħħaħ sistemi stabbiliti mill-uffiċjal awtorizzat biex iforni jew jiġġustifika l-informazzjoni tal-kontijiet;

(g) iżomm dokumenti ta' sostenn;

(h) l-amministrazzjoni tat-teżor, konġunta ma' l-amministratur.

4. L-amministratur u l-kmandant tal-ħidma għandhom jipprovdu lill-uffiċjal tal-kontijiet l-informazzjoni kollha neċessarja għall-produzzjoni tal-kontijiet li jirrappreżentaw eżattament l-assi finanzjarji ta' ATHENA u l-implimentazzjoni tal-budget amministrata minn ATHENA. Dawn għandhom jiggarantixxu li ATHENA hija ta' min jorbot fuqha.

5. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jkun responsabbli quddiem il-Kumitat Speċjali.

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet ġenerali li jgħoddu għall-amministratur, l-uffiċjal tal-kontijiet u l-istaff ta' ATHENA

1. Il-funzjonijiet ta' amministratur jew deputat amministratur, fuq naħa waħda, u uffiċjal tal-kontijiet jew deputat uffiċjal tal-kontijiet,fuq in-naħa l-oħra, b'mod reċiproku għandhom ikunu inkompatibbli.

2. Kull deputat amministratur għandu jaġixxi taħt l-awtorità ta' l-amministratur. Kull deputat uffiċjal tal-kontijiet għandu jaġixxi taħt l-awtorità ta' l-uffiċjal tal-kontijiet.

3. Deputat amministratur għandu joqgħod minflok l-amministratur meta hu/hi j/tkun assenti jew li ma jkunx tħalla/tħalliet j/tattendi. Deputat uffiċjal tal-kontijiet għandu joqgħod minflok l-uffiċjal tal-kontijiet meta hu/hi j/tkun assenti jew li ma jkunx tħalla/tħalliet j/tattendi.

4. Meta jkunu qed iwettqu funzjonijiet f'isem ATHENA, uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jibqgħu bla ħsara għar-regoli u r-regolamenti li jgħoddu għalihom.

5. L-istaff li jkun disponibbli għal ATHENA mill-Istati Membri għandu jkun bla ħsara għall-istess regoli bħal dawk imfassla fid-deċiżjoni tal-Kunsill li jikkonċernaw ir-regoli li jgħoddu għal esperti nazzjonali ssekondati, u għad-dispożizzjonijiet li jkunu qablu dwarhom l-amministrazzjoni nazzjonali tagħhom u l-istituzzjoni tal-Komunità jew ATHENA. Madankollu, f'kull każ, l-Istat Membru li jkun qed jissekonda għandu jassumi akkuża tal-jeddijiet ta' l-esperti kif imfissra minn din id-deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna r-regoli li jgħoddu għall-esperti nazzjonali ssekondati.

6. Qabel il-ħatra tagħhom, l-istaff ta' ATHENA għandu jkun irċieva permess għal aċċess ta' informazzjoni kklassifikata sa ta' l-inqas il-livell "Sigriet UE" miżmum mill-Kunsill, jew permess ekwivalenti minn Istat Membru.

7. L-amministratur jista' jinnegozja u jidħol f'arranġamenti ma' l-Istati Membri jew istituzzjonijiet tal-Komunità bil-għan li jinnominaw minn qabel dawk l-istaff li, jekk ikun hemm bżonn, jistgħu jkunu disponibbli għal ATHENA.

IL-KAPITOLU 3

STATI TERZI KONTRIBWENTI

Artikolu 11

Arranġamenti amministrattivi permanenti u ad hoc dwar modalitajiet għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati terzi

1. Fil-qafas tal-ftehim konklużi bejn l-UE u l-Istati Terzi indikati mill-Kunsill bħala kontributuri potenzali għall-ħidmiet ta' l-UE jew bħala kontributuri ta' ħidma speċifika ta' l-UE, l-amministratur għandu jinnegozja ma' dawn l-arranġamenti amministrattivi permanenti jew ad hoc ta' l-Istati terzi, rispettivament. Dawn l-arranġamenti għandhom jieħdu l-forma ta' skambju ta' Ittri bejn ATHENA u s-servizzi amministrattivi kompetenti ta' l-Istati terzi kkonċernati li jistabbilixxu l-modalitajiet neċessarji biex jiffaċilitaw ħlas malajr tal-kontribuzzjonijiet lil kull ħidma futura militari ta' l-UE.

2. Filwaqt li l-konklużjoni tal-ftehim imsejħa fil-paragrafu 1 hija penedenti, l-amministratur jista' jieħu l-miżuri neċessarji biex jiffaċilita l-ħlasijiet mill-Istati terzi kontribwenti.

3. L-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali minn qabel dwar l-arranġamenti prevedibbli, qabel ma jiffirmahom f'isem ATHENA.

4. Meta ħidma militari hija ntrodotta mill-Unjoni, l-amministratur għandu jimplimenta l-arranġamenti ma' l-Istati terzi li jikkontribwixxu għal dik il-ħidma għall-ammonti ta' kontribuzzjonijiet deċiżi mill-Kunsill.

IL-KAPITOLU 4

KONTIJIET BANKARJI

Artikolu 12

Ftuħ u għan

1. L-amministratur għandu jiftaħ kont bankarju jew aktar f'isem ATHENA.

2. Kull kont bankarju għandu jinfetaħ f'istituzzjoni finanzjarja ta' l-ewwel rata bl-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru.

3. Il-kontribuzzjonijiet minn Stati kontribwenti għandhom jitħallsu f'dawn il-kontijiet. Dawn għandhom jintużaw biex jitħallsu l-ispejjeż amministrati minn ATHENA u biex isiru l-avvanzi neċessarji tal-kmandant tal-ħidma għall-implimentazzjoni tan-nefqa relatata ma' l-ispejjeż komuni tal-ħidma militari. L-ebda kont bankarju ma jista' jinġibed ‘il fuq mill-ftehim.

Artikolu 13

Amministrazzjoni ta' fondi

1. Kull ħlas mill-kont ta' ATHENA jeħtieġ il-firma konġunta ta' l-amministratur jew deputat amministratur fuq in-naħa l-waħda u l-uffiċjal tal-kontijiet jew deputat uffiċjal tal-kontijiet fuq in-naħa l-oħra.

2. Fondi amministrati minn ATHENA, inkluż dawk fdati f'idejn kmandant ta' ħidma, jistgħu ma jkunux iddepożitati barra dawk f'istituzzjoni finanzjarja ta' l-ewwel rata fil-euro f'kont kurrenti jew fuq bażi ta' perjodu qasir.

KAPITORLU 5

SPEJJEŻ KOMUNI

Artikolu 14

Definizzjoni ta' spejjeż komuni u perjodi ta' eliġibbilità

1. L-ispejjeż komuni msemmija fl-Anness I għandhom ikunu għas-spejjeż ta' (jitħallsu minn) ATHENA meta dawn jintnefqu. Meta l-ispejjeż jiddaħħlu f'artikolu tal-budget li juri l-ħidma li għaliha huma l-iktar relatati, dawn għandhom ikunu kkunsidrati bħala l-ispejjeż operazzjonali ta' din il-ħidma. Jekk le, għandhom ikunu kkunsidrati bħala spejjeż komuni li jintnefqu fil-preparamenti, jew wara, il-ħidmiet.

2. Aktar minn hekk, waqt il-fażi preparatorja tal-ħidma, li tibda fil-ġurnata meta l-Kunsill jiddeċiedi li l-Unjoni tmexxi l-ħidma militari, kemm-il darba l-Kunsill jistabbilixxi data iktar kmieni, u tispiċċa fil-ġurnata li fiha l-kmandant tal-ħidma huwa maħtur, ATHENA għandha tħallas (terfa' r-responsabbiltà ta') l-ispejjeż komuni tal-ħidma msemmija fl-Anness II.

3. Waqt il-fażi attiva tal-ħidma, li sseħħ mid-data li fiha jinħatar il-kmandant tal-ħidma sal-ġurnata li fiha l-kwartieri tal-ħidma jwaqqaf l-attività tiegħu, ATHENA għandha tħallas (terfa' r-responsabbiltà ta') l-ispejjeż komuni tal-ħidma:

(a) l-ispejjeż komuni msemmija fl-Anness III-A;

(b) l-ispejjeż komuni msemmija fl-Anness III-B, meta l-Kunsill hekk jiddeċiedi.

4. L-ispejjeż komuni tal-ħidma (tal-pjan operazzjonali) jinkludu wkoll n-nefqa neċessarja biex tintemm il-ħidma, kif imsemmija fl-Anness IV.

Il-ħidma tintemm meta l-apparat u l-infrastruttura fondati komunement għall-ħidma jkunu sabu d-destinazzjoni finali tagħhom u l-kontijiet għall-ħidma jkunu tniżżlu.

5. L-ebda nefqa li tintnefaq bil-għan li tkopri l-ispejjeż li f'kull każ ikunu mħallsa minn Stat kontribwent jew aktar, istituzzjoni tal-Komunità jew organizzazzjoni internazzjonali, indipendentament mill-organizzazzjoni ta' ħidma, ma tista' tkun eleġibbli bħala spiża komuni.

Artikolu 15

Eserċizzji

1. L-ispejjeż komuni ta' l-eserċizzji ta' l-Unjoni Eropea għandhom ikunu ffinanzjati minn ATHENA wara regoli u proċeduri simili għal dawk ta' ħidmiet li għalihom jikkontribwixxu l-Istati Membri kollha parteċipanti.

2. L-ewwelnett, dawn l-ispejjeż komuni ta' l-eserċizzju għandhom ikunu magħmula minn spejjeż inkrementali għall-kwartieri fissi jew immanuvrati, u t-tieni, spejjeż inkrementali li jintnefqu mir-rikors ta' l-UE għall-assi u l-kapaċitajiet komuni tan-NATO meta jkunu disponibbli għal eserċizzju.

3. Spejjeż komuni ta' l-eserċizzju ma għandhomx jinkludu spejjeż relatati ma':

(a) akkwisti kapitali, inkluż dawk relatati ma' bini, infrastruttura u tagħmir;

(b) il-fażi preparatorja u l-ippjanar ta' eserċizzji;

(ċ) trasport, kwartieri u alloġġjar għall-forzi.

Artikolu 16

Ammont ta' referenza

Kull azzjoni konġunta li biha l-Kunsill jiddeċiedi li l-Unjoni tmexxi ħidma militari u kull azzjoni konġunta jew deċiżjoni li biha l-Kunsill jiddeċiedi li jestendi ħidma ta' l-Unjoni għandu jkollha ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni ta' din il-ħidma. Bl-appoġġ partikolarment ta' l-istaff militari ta' l-Unjoni u, jekk hu/hi qiegħed/qiegħda fil-post, bl-appoġġ tal-kmandant tal-ħidma, l-amministratur għandu jevalwa l-ammont iġġudikat neċessarju biex ikopri l-ispejjeż komuni tal-ħidma għall-perjodu ppjanat. L-amministratur għandu jipproponi dan l-ammont fil-Presidenza lill-oqsma tal-Kunsill responsabbli għall-eżaminazzjoni tad-deċiżjoni jew l-azzjoni konġunta abbozzata.

IL-KAPITOLU 6

BUDGET

Artikolu 17

Prinċipji tal-budget

1. Il-budget, imfassal fil-euro, huwa l-att li għal kull sena finanzjarja jiddetta u jawtorizza l-introjtu kollu u n-nefqa amministrata minn ATHENA.

2. In-nefqa kollha għandha tkun konnessa ma' ħidma speċifika, ħlief meta approprjat għall-ispejjeż imsemmija fl-Anness I.

3. L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-budget huma awtorizzati għal kemm iddum sena finanzjarja li tibda fl-1 ta' Jannar u tispiċċa fil-31 ta' Diċembru ta' l-istess sena.

4. L-introjtu tal-budget u n-nefqa għandhom jaqblu (ikunu bbilanċjati).

5. L-ebda introjtu u lanqas nefqa ma jistgħu jkunu implimentati ħlief bl-allokazzjoni ta' Intestatura fil-budget u fi ħdan il-limitu ta' l-approprjazzjonijiet introdotti hemm.

Artikolu 18

Il-budget ta' kull sena adottiv u stabbilit

1. Kull sena l-amministratur għandu jfassal budget abbozzat għas-sena finanzjarja ta' wara, bil-għajnuna ta' kull kmandant tal-ħidma għat-taqsima ta' "l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali". L-amministratur għandu jipproponi l-budget abbozzat lill-Kumitat Speċjail sal-31 ta' Ottubru, l-iktar tard.

2. L-abbozz għandu jinkludi:

(a) l-approprjazzjonijiet maħsuba bħala neċessarji biex ikopru l-ispejjeż komuni li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet;

(b) l-approprjazzjonijiet maħsuba bħala neċessarji biex ikopru l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali tal-ħidmiet kontinwi jew ippjanati, inkluż, meta approprjat, biex jintraddu l-ispejjeż komuni li jkunu ffinanzjati minn qabel minn Stat jew parti terza;

(ċ) Kalkolu (tbassir) ta' l-introjtu meħtieġ biex tkun koperta n-nefqa.

3. L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu kklassifikati f'nefqa miġbura f'titoli u kapitoli flimkien ma' tip jew għan, diviżi kemm ikun il-bżonn,f'artikoli. Kummenti ddettaljati f'kapitolu jew artikolu għandhom ikunu nklużi fil-budget abbozzat. Għandu jkun iddedikat titolu speċifiku wieħed għal kull ħidma. Titolu speċifiku wieħed għandu jkun il-parti ġenerali tal-budget u għandu jinkludi l-ispejjeż komuni li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għal ħidmiet.

4. Kull titolu jista' jinkludi kapitolu intitolat "approprjazzjonijiet proviżorji". Dawn l-approprjazzjonijiet għandhom jiddaħħlu billi fejn ikun hemm inċertezza, ibbażati fuq fondi serji, dwar l-ammont ta' approprjazzjonijiet meħtieġa jew l-iskop għall-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet imdaħħla.

5. L-introjtu għandu jikkonsisti minn:

(a) kontribuzzjonijiet imħallsa mill-Istati Membri kontribwenti u parteċipanti u,meta approprjat, mill-Istati terzi kontribwenti;

(b) introjtu mixxellanju, diviż f'titolu, li jinkludi l-interess riċevut, introjtu minn bejgħ u dak li joħroġ mill-budget mis-sena finanzjarja ta' qabel, wara li jkun determinat mill-Kumitat Speċjali.

6. Il-Kumitat Speċjali għandu japprova l-budget abbozzat sal-31 ta' Diċembru. L-amministratur għandu jadotta l-budget approvat u jinnotifika l-Istati kontribwenti u l-parteċipanti.

Artikolu 19

Budgets emendati

1. F'każ ta' ċirkostanzi imprevvisti, eċċezzjonali jew li ma jistgħux ikunu mwarrbin(evitati), partikolarment meta tinqala' xi ħidma waqt is-sena finanzjarja, l-amministratur għandu jipproponi budget abbozzat emendat. Jekk il-budget abbozzat emendat jaqbeż sostanzjalment l-ammont ta' referenza għall-ħidma kkonċernata, il-Kumitat Speċjal jista' jitlob lill-Kunsill biex japprovah.

2. Il-budget abbozzat emendat għandu jkun imfassal, propost, approvat, u adottat, u tingħata notifika skond l-istess proċedura tal-budget ta' kull sena. Madankollu, meta l-budget emendat ikun marbut(konness, relatat) mat-tnidija tal-ħidma militari ta' l-Unjoni, għandu jkun akkumpanjat b'rendikont finanzjarju dettaljat dwar l-ispejjeż komuni antiċipati għall-ħidma sħiħa. Il-Kumitat Speċjali għandu jiddiskutih filwaqt li jikkonsidra l-urġenza tiegħu.

Artikolu 20

Trasferimenti

1. Meta approprjat u fuq bażi ta' proposta mill-kmandant tal-ħidma, l-amministratur jista' jagħmel trasferimenti ta' l-approprjazzjonijiet. L-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali dwar l-intenzjoni tiegħu/tagħha, sakemm tippermetti l-urġenza tas-sitwazzjoni, tliet ġimgħat minn qabel.

Madankollu, l-approvazzjoni minn qabel tal-Kumitat Speċjali għandha tkun meħtieġa meta:

(a) it-trasferiment ippjanat jemenda l-approprjazzjonijiet previsti kollha għall-ħidma;

jew

(b) it-trasferimenti ppjanati bejn il-kapitoli tul is-sena finanzjarja jaqbżu 10 % ta' l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-kapitolu li minnu jitfasslu l-approprjazzjonijiet, bħal ma jkun jidher fil-budget adottat għas-sena finanzjarja fid-data meta ssir il-proposta għat-trasferiment fil-kwestjoni.

2. Meta hu/hi j/jidhrilha li dan hu neċessarju għat-tmexxija proprja ta' ħidma, fit-tliet xhur wara d-data tat-tnidija tal-ħidma, il-kmandant tal-ħidma jista' jagħmel trasferimenti ta' l-approprjazzjonijiet allokati għall-ħidma, bejn artikoli u bejn kapitoli fit-taqsima ta' "l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali" tal-budget. Hu/hi għandu/ha j/tinforma lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali tiegħu.

Artikolu 21

Tmexxija ‘l quddiem ta' approprjazzjonijiet

1. Fi prinċipju, l-approprjazzjonijiet intiżi biex ikopru l-ispejjeż komuni li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet, li ma jkununx irtabtu, ikunu kkanċellati fl-aħħar tas-sena finanzjarja.

2. Approprjazzjonijiet intiżi biex ikopru l-ispiża tat-tagħmir u l-materjal maħżun amministrati minn ATHENA jistgħu jinġarru darba għas-sena finanzjarja ta' wara, meta r-rabta għal dak l-effett tkun saret qabel il-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja kurrenti. Jekk ikunu neċessarji, l-approprjazzjonijiet intiżi biex ikopru l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali jistgħu jinġarru (jitmexxew ‘il quddiem) għal ħidma li ma tkunx intemmet bi sħiħ.

3. L-amministratur għandu jagħti (iressaq) proposti għat-tmexxija ‘l quddiem ta' approprjazzjonijiet mis-sena finanzjarja ta' qabel lill-Kumitat Speċjali sal-15 ta' Frar.

Artikolu 22

Implimentazzjoni antiċipata

La darba l-budget ta' kull sena jkun adottat:

(a) approprjazzjonijiet li jidhru f'dak il-budget jistgħu jintrabtu b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara;

(b) Nefqa li, bil-prinċipju ta' obbligazzjonijiet appalti jew legali, għandha titħallas minn qabel, tista' titħallas mill-approprjazzjonijiet previsti għas-sena ta' wara, wara approvazzjoni mill-Kumitat Speċjali.

IL-KAPITOLU 7

KONTRIBUZZJONIJIET U RADD TA' FLUS

Artikolu 23

Determinazzjoni ta' kontribuzzjonijiet

1. Approprjazzjonijiet biex ikopru spejjeż komuni li jintnefqu għall-preparament, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet, li ma humiex koperti minn introjtu mixxellanju għandhom ikunu ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Membri parteċipanti.

2. Approprjazzjonijiet biex ikopru l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali ta' ħidma għandhom ikunu koperti permezz ta' kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u Stati terzi li jikkontribwixxu għall-ħidma.

3. Il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-Istati Membri kontribwenti biex issir il-ħidma għandhom ikunu ekwivalenti għall-ammont ta' l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-budget u intiżi biex ikopru l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali ta' dik il-ħidma, u jkunu mnaqqsa l-ammonti tal-kontribuzzjonijiet imħallsa għall-istess ħidma mill-Istati terzi kontribwenti fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11.

4. L-iskomposizzjoni tal-kontribuzzjonijiet bejn l-Istati Membri li minnhom hi meħtieġa kontribuzzjoni għandha tkun determinata skond l-iskala tal-prodott gross nazzjonali kif inhu speċifikat fl-Artikolu 28(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta' Settembru 2000 fuq is-sistema tar-riżorsi proprja [1] tal-Komunitajiet Ewropej, jew kull deċiżjoni oħra tal-Kunsill li tista' tieħu postha.

5. Id-data għall-kalkulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għandha tkun dik imfassla fil-kolonna tar-"riżorsi proprja tal-GNI" fit-tabella tat-"Taqsira tal-finanzjament tal-budget ġenerali bit-tip tar-riżors proprju tiegħu u minn Stat Membru" annessa ma' l-aħħar budget adottat mill-Komunitajiet Ewropej. Il-kontribuzzjoni ta' kull Stat Membru li minnu kontribuzzjoni hija dovuta għandha tkun proporzjonali għas-sehem tad-dħul gross nazzjonali (GNI) ta' dak l-Istat Membru fix-xirka totali GNI ta' l-Istati Membri li minnhom hi dovuta kontribuzzjoni.

Artikolu 24

Skeda għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet

1. Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri parteċipanti intiżi biex ikopru l-ispejjeż komuni li jintnefqu fil-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet, għandhom jitħallsu qabel l-1 ta' Marzu tas-sena finanzjarja konċernata.

2. Meta l-Kunsill ikun adotta ammont ta' referenza għal ħidma militari ta' l-Unjoni, l-Istati Membri kontribwenti għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom fuq livell ta' 30 % ta' l-ammont ta' referenza, kemm-il darba l-Kunsill jiddeċiedi fuq persentaġġ ogħla.

3. Fuq il-bażi ta' proposta mill-amministratur, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li l-kontribuzzjonijiet addizzjonali jissejħu aktar qabel l-adozzjoni ta' budget emendat għall-ħidma. Il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li jirreferi l-każ lill-oqsma preparatorji kompetenti tal-Kunsill.

4. Meta l-approprjazzjonijiet intiżi biex ikopru l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali tal-ħidma, ikunu ddaħħlu fil-budget, l-Istati Membri għandhom iħallsu l-bilanċ tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jagħtu għal dik il-ħidma fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 23 wara tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet diġà msejħa minnhom għall-istess ħidma fl-istess sena finanzjarja.

5. Meta jkun adottat ammont ta' referenza jew budget, l-amministratur għandu jibgħat is-sejħiet korrispondenti għal kontribuzzjonijiet permezz ta' ittra lill-amministraturi nazzjonali li d-dettalji tagħhom ikunu kkomunikati lilu/lilha.

6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu fi żmien 30 ġurnata wara bgħit tas-sejħa relevanti għall-kontribuzzjonijiet.

7. Kull Stat kontribwenti għandu jħallas lill-bank il-piżijiet relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjoni proprja tiegħu.

Artikolu 25

Finanzjament bikri ta' nefqa

1. Jekk tkun riċevuta nefqa fuq l-ispejjeż komuni ta' ħidma militari ta' l-Unjoni li għandha titħallas qabel il-kontribuzzjonijiet, il-Kunsill għandu, meta jadotta azzjoni konġunta jew deċiżjoni implimentata fuq dik il-ħidma:

(a) jinnomina l-Istati Membri responsabbli biex jiffinanzja minn qabel nefqa bħal din;

(b) jistabbilixxi finanzjament avvanzat alternattiv għal din in-nefqa u jistabbilixxi kull modalità neċessarja, jekk il-finanzjament minn qabel ma jkunx disponibbli.

2. Il-Kumitat Speċjali għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu u għandu jaġixxi bl-urġenza neċessarja.

3. Kull finanzjamenti minn qabel skond paragrafu 1(b) għandu jintradd lura malli l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet hekk jippermetti.

Artikolu 26

Radd lura tal-finanzjament minn qabel

1. Stat Membru, Stat terz jew, kif inhu xieraq, organizzazzjoni internazzjonali li tkun awtorizzata mill-kunsill biex tiffinanzja minn qabel parti mill-ispejjeż komuni ta' ħidma, tista' tikseb ir-radd tal-flus minn ATHENA billi tagħmel talba flimkien ma' dokumenti neċessarji ta' sostenn u ndirizzata lill-amministratur l-iktar tard sa xahrejn wara d-data tat-tlestija tal-ħidma konċernata.

2. L-ebda talba għal radd ta' flus ma tista' tkun onorata jekk ma tkunx approvata mill-kmandant tal-ħidma u mill-amministratur.

3. Jekk tkun approvata talba għar-radd tal-flus ippreżentata minn Stat kontribwent, tista' titnaqqas mis-sejħa għal kontribuzzjonijiet li jkun imiss indirizzata lil dak l-Istat mill-amministratur.

4. Jekk l-ebda telefonata ma tkun antiċipata meta t-talba hija approvata, jew jekk it-talba approvata għar-radd tal-flus taqbeż il-kontribuzzjoni anteċipata, l-amministratur għandu jħallas l-ammont li jrid jitradd fi żmien 30 ġurnata, filwaqt li titqies iċ-ċirkolazzjoni tal-flus ta' ATHENA u dak li jkun jinħtieġ biex ikunu ffinanzjati l-ispejjeż komuni tal-ħidma kkonċernata.

5. Ir-radd tal-flus għandu jkun dovut skond id-Deċiżjoni, ukoll jekk il-ħidma tkun ikkanċellata.

Artikolu 27

Amministrazzjoni minn ATHENA ta' nefqa li ma hijiex inkluża fl-ispejjeż komuni

1. Fuq bażi ta' proposta mill-amministratur jew minn Stat Membru, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li t-tmexxija amministrattiva ta' ċerta nefqa relatata ma' ħidma, partikolarment fil-qasam tal-maħsel u l-appoġġ/taħwid tas-saħħa ta' l-isorz uman, filwaqt li tibqa' r-responsabbilità ta' l-Istat Membru li tikkonċerna, għandha tkun fdata lil ATHENA.

2. Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat Speċjali jista' jawtorizza lill-kmandant tal-ħidma biex jidħol f'kuntratti f'isem l-Istati Membri parteċipanti f'ħidma, biex jinkisbu r-rifornimenti deskritti. Il-Kumitat Speċjali jista' jawtorizza lill-budget ta' ATHENA biex jiffinanzja minn qabel in-nefqa mill-Istati Membri jew jiddeċiedi li ATHENA tiġbor il-fondi neċessarji minn qabel mill-Istati Membri biex ikunu onorati l-appalti li fihom ikunu mdaħħla.

3. ATHENA għandha żżomm il-kontijiet tan-nefqa mħallsa minn kull Stat Membru li l-amministrazzjoni tiegħu tkun fdata bihom. Kull xaħar għandha tibgħat lil kull Stat Membru, rendikont (prospett) tan-nefqa mħallsa u li ntnefqet minnha jew mill-istaff tagħha fix-xahar ta' qabel, u għandha ssejjaħ għall-fondi neċessarji biex tħallas din in-nefqa. l-Istati Membri għandhom iħallsu lil ATHENA l-fondi meħtieġa fi żmien 30 ġurnata wara bgħit tas-sejħa għall-fondi.

Artikolu 28

Interessi fuq ħlas li jsir tard

Jekk Stat ma jissodisfax l-obbligazzjonijiet tiegħu finanzjarji, il-Komunità tirregola l-interessi fuq ħlas li jsir tard determinat bl-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill Regulation (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [2] b'relazzjoni mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tal-budget tal-Komunità u li għandu jkun applikabbli bl-analoġija.

IL-KAPITOLU 8

IMPLIMENTAZZJONI TAN- NEFQA

Artikolu 29

Prinċipji

1. L-approprjazzjonijiet ta' ATHENA għandhom jintużaw skond il-prinċipji ta' amministrazzjoni sħiħa finanzjarja, jiġifieri skond il-prinċipji ta' l-ekonomija, effettività u l-effiċenza.

2. Uffiċjali awtorizzati għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta' l-introjtu jew in-nefqa ta' ATHENA skond il-prinċipji ta' amministrazzjoni sħiħa finanzjarja biex ikun assigurat li l-ħtiġijiet tal-legalità u r-regolarità jkunu mħarsa. L-uffiċjali awtorizzati għandhom jagħmlu rabtiet legali u tal-budget, jiċċaraw u jawtorizzaw in-nefqa u jwettqu azzjonijiet qabel din l-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet. Uffiċjal awtorizzat jista' jiddelega d-dmirijiet tiegħu/tagħha b'deċiżjoni stabbilita:

(a) staff fuq livell xieraq għal delegazzjoni bħal din;

(b) il-limitu tas-setgħat mogħtija; u

(ċ) l-iskop għal benefiċjarji biex jissotodelegaw is-setgħat tagħhom.

3. L-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet skond il-prinċipju tas-segregazzjoni ta' l-uffiċjal awtorizzat u l-uffiċjal tal-kontijiet għandha tkun assigurata. Id-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzat u uffiċjal tal-kontijiet għandhom ikunu inkompatibbli b'mod reċiproku. Kull ħlas li jsir mill-fondi amministrati minn ATHENA jeħtieġ il-firma konġunta ta' uffiċjal awtorizzat u ta' uffiċjal tal-kontijiet.

4. Mingħajr preġudizzju għal din id-Deċiżjoni, meta l-implimentazzjoni ta' l-ispejjeż komuni hija fdata lil xi Stat Membru, istituzzjoni tal-Komunità jew, kif inhu xieraq, organizzazzjoniji internazzjonali, dak l-Istat, istituzzjoni jew organizzazzjoni għandhom jgħoddu r-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni tan-nefqa proprja tagħhom. Meta l-amministratur jimplimenta direttament in-nefqa, din għandha tħares ir-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni tat-taqsima tal-"Kunsill" tal-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

5. Madankollu, l-amministratur jista' jagħti l-Presidenza b'elementi għal proposta lill-Kunsill jew lill-Kumitat Speċjali dwar regoli għall-implimentazzjoni tan-nefqa komuni.

Artikolu 30

Spejjeż komuni li jintnefqu fil-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet

L-amministratur għandu jwettaq id-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzat għan-nefqa li tkopri l-ispejjeż komuni fil-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet.

Artikolu 31

Spejjeż komuni għal pjan operazzjonali

1. Il-kmandant tal-ħidma għandu jwettaq id-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzat għan-nefqa li tkopri l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali tal-ħidma li hu/hi j/tikkmanda Madankollu, l-amministratur għandu jwettaq id-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzat għan-nefqa li tkopri l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali li jintnefqu waqt il-fażi preparatorja ta' ħidma speċifika, u li huma direttament implimentati minn ATHENA, jew relatati mal-ħidma wara t-tmiem tal-fażi attiva tagħha.

2. Is-somom meħtiġa għall-implimentazzjoni tan-nefqa ta' ħidma għandhom ikunu ttrasferiti mill-kont bankarju ta' ATHENA mill-amministratur għall-kmandant tal-ħidma, fuq it-talba tiegħu/tagħha, fil-kont bankarju miftuħ f'isem ATHENA, li tieghu, il-kmandant tal-ħidma jkun ta d-dettalji.

3. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 17(5), l-adozzjoni ta' l-ammont ta' referenza għandha tħaddem id-dritt ta' l-amministratur u tal-kmandant tal-ħidma, kull wieħed fil-qasam tiegħu/tagħha ta' kompetenza, biex jintrabat li jħallas spejjeż għall-ħidma kkonċernata sa 30 % mill-ammont ta' referenza, kemm-il darba l-Kunsill ifassal persentaġġ ogħla. Il-Kumitat Speċjali, fuq il-bażi ta' proposta mill-amministratur, jista' jiddeċiedi li nefqa addizzjonali tista' tkun marbuta u mħallsa. Il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li jirreferi l-kwistjoni lill-oqsma preparatorji kompetenti fil-Presidenza għand il-Kunsill. Din id-deroga ma għandhiex tgħodd aktar mid-data ta' l-adozzjoni tal-budget għall-ħidma kkonċernata.

4. Waqt il-perjodu qabel l-adozzjoni tal-budget għal ħidma, l-amministratur u l-kmandant tal-ħidma jew ir-rappreżentant tiegħu/tagħha għandhom jagħmlu rapport lill-Kumitat Speċjali kull ħmistax, kull wieħed jirrapporta fuq il-materji li jikkonċernaw lilu/lilha, dwar dak li għandu x'jaqsam man-nefqiet li huma eleġibbli bħala spejjeż komuni għal dik il-ħidma. Il-Kumitat Speċjali, fuq il-bażi ta' proposta mill-amministratur, il-kmandant tal-ħidma jew Stat Membru, jista' joħroġ direttivi fuq l-implimentazzjoni tan-nefqa waqt dak il-perjodu.

5. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 17(5), fil-każ ta' periklu imminenti għall-ħajjiet tal-persunal involuti f'ħidma militari ta' l-Unjoni, il-kmandant tal-ħidma ta' dik l-operazzjoni jista' jimplimenta n-nefqa neċessarja biex isalva l-ħajjiet tal-persunal, aktar mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-budget. Hu/hi għandhom jinformaw lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali kemm jista' jkun malajr. F'dan il-każ, filwaqt li jikkomunika mal-kmandant tal-ħidma, l-amministratur għandu jipproponi t-trasferimenti meħtieġa biex tkun iffinanzjata din in-nefqa li ma tkunx mistennija. Jekk ma hux possibbli li jkunu assigurati fondi suffiċjenti għal din in-nefqa permezz ta' trasferiment, l-amministratur għandu jipproponi budget emendat.

IL-KAPITOLU 9

DESKRIZZJONI FINALI TAT-TAGĦMIR U L-INFRASTRUTTURA FFINANZJATI KOMUNEMENT

Artikolu 32

1. Bil-għan ta' l-istralċ tal-ħidma li hu/hi jkun ikkmanda, il-kmandant tal-ħidma għandu jaġixxi kemm ikun bżonn biex isib deskrizzjoni finali għat-tagħmir u l-infrastruttura miksuba komunement għal dik il-ħidma. Hu/hi għandhom jipproponu lill-Kumitat Speċjali r-rata relevanti fit-tnaqqis tal-prezz kemm ikun hemm bżonn.

2. L-amministratur għandu jamministra t-tagħmir u l-infrastruttura li jibqgħu wara t-tmiem tal-fażi attiva tal-ħidma, bil-għan li jekk hemm bżonn, tinstab id-deskrizzjoni finali tagħha.. Hu/hi għandhom jipproponu lill-Kumitat Speċjali r-rata relevanti fit-tnaqqis tal-prezz kemm ikun hemm bżonn.

3. Ir-rata it-tnaqqis tal-prezz għat-tagħmir, infrastruttura u assi oħra għandha tkun approvata mill-Kumitat Speċjali malajr kemm jista' jkun possibli.

4. Id-deskrizzjoni finali tat-tagħmir u l-infrastruttura ffinanzjati komunement għandha tkun approvata mill-Kumitat Speċjali, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-ħidma u l-kriterji finanzjarji. Id-deskrizzjoni finali tista' tkun kif ġejja:

(a) fil-każ ta' l-infrastruttura biex tinbiegħ jew trasferita permezz ta' ATHENA lill-pajjiż li qed jirċievi, Stat Membru jew parti terza;

(b) fil-każ ta' tagħmir li jinbiegħ permezz ta' ATHENA lil Stat Membru, il-pajjiż li qed jirċievi jew parti terza, jew ikun maħżun u miżmum minn ATHENA, Stat Membru jew parti terza.

5. It-tagħmir u l-infrastruttura għandhom jinbiegħu lil Stat Kontribwenti, il-pajjiż li qed jirċievi jew parti terza għall-valur fis-suq tagħhom, jew, fejn l-ebda valur fis-suq jista' jkun determinat, filwaqt li titqies ir-rata relevanti tat-tnaqqis fil-prezz.

6. Bejgħ jew trasferiment lill-pajjiż li qed jirċievi jew parti terza, għandu jkun skond ir-regoli tas-sigurtà, partikolarment fi ħdan il-Kunsill, l-Istati kontribwenti jew in-NATO, kif inhu xieraq.

7. Meta jkun deċiż li ATHENA għandha Imnut it-tagħmir meħtieġ għal ħidma, l-Istati Membri kontribwenti jistgħu jsaqsu għall-kumpens finanzjarju mill-Istati Membri l-oħra parteċipanti. Il-Kumitat Speċjali, magħmul mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri parteċipanti kollha, għandu jieħu d-deċiżjonijiet xierqa fuq bażi ta' proposta mill-amministratur.

IL-KAPITORLU 10

KONTIJIET U INVENTARJU

Artikolu 33

Prinċipji

Meta l-implimentazzjoni tan-nefqa komuni tkun fdata lil Stat Membru, istituzzjoni tal-Komunità jew, kif inhu xieraq, organizzazzjoni internazzjonali, dak l-Istat, istituzzjoni jew organizzazzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li huma applikabbli għall-kontijiet tan-nefqa u l-inventarju proprji tagħhom.

Artikolu 34

Kontijiet għal spejjeż komuni tal-pjan operazzjonali

Il-kmandant tal-ħidma għandu jżomm kontijiet ta' trasferimenti reċevuti minn ATHENA, tan-nefqa li hu/hi jkunu ntrabtu u tal-ħlasijiet li jkunu saru, kif ukoll inventarju tal-proprjetà mobbli ffinanzjata mill-budget ta' ATHENA u wżat għall-ħidma li hu/hi j/tikkmanda.

Artikolu 35

Kontijiet konsolidati

1. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jżomm il-kontijiet ta' kontribuzzjonijiet imsejħa u tat-trasferimenti li jkunu saru. Hu/hi għandhom ukoll iniżżlu l-kontijiet għall-ispejjeż komuni li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet, u għal nefqa ta' ħidma implimentata taħt ir-responsabbilità diretta ta' l-amministratur.

2. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jniżżel il-kontijiet konsolidati għall-introjtu u n-nefqa ta' ATHENA. Kull kmandant tal-ħidma għandu jibgħat il-kontijiet tiegħu/tagħha għan-nefqa li hu/hi j/tkun intrabtet u l-ħlasijiet li hu/hi jkunu għamlu, kif ukoll għall-finanzjament minn qabel li hu/hi jkunu approvaw biex ikopru l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali tal-ħidma li hu/hi j/tikkmanda.

IL-KAPITOLU 11

VERIFIKA U PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET

Artikolu 36

Rapporti regolari lill-Kumitat Speċjali

Kull tliet xhur, l-amministratur għandu jippreżenta lill-Kumitat Speċjali rapport dwar l-implimentazzjoni ta' l-introjtu u n-nefqa waqt it-tliet xhur ta' qabel u mill-bidu tas-sena finanzjarja. Għal dan il-għan, kull kmandant tal-ħidma għandu jagħti rapport lill-amministratur fi żmien tajjeb, dwar in-nefqa relatata ma' l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali tal-ħidma illi hu/hi j/tikkmanda.

Artikolu 37

Verifika tal-kontijiet

1. Meta l-implimentazzjoni tan-nefqa ta' ATHENA tkun fdata lil Stat Membru, istituzzjoni tal-Komunità jew lil xi organizzazzjoni internazzjonali, dak l-Istat, istituzzjoni jew organizzazzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li jgħoddu għall-verifika tan-nefqa proprja tagħhom.

2. Madankollu, l-amministratur jew persuni maħtura minnu/ha, meta jridu jistgħu jagħmlu verifika ta' l-ispejjeż komuni ta' ATHENA li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet, jew l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali ta' ħidma. Aktar minn hekk, fuq bażi ta' proposta mill-amministratur jew minn Stat Membru, meta jrid il-Kumitat Speċjali jista' jaħtar awdituri esterni, u jistabilixxi l-kompiti u l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tagħhom.

3. Verifika tan-nefqa relatata ma' l-ispejjeż komuni li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet, u spejjeż tal-pjan operazzjonali li ma jkunux diġà vverifikati minn awdituri esterni li jaġixxu f'isem ATHENA għandhom jitmexxew fi żmien xahrejn wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja.

4. Bil-għan li jkun hemm awdituri esterni, għandu jkun stabbilit kulleġġ ta' sitt awdituri membri. Kull sena, il-Kumitat Speċjail għandu jaħtar żewġ membri għal perjodu ta' tliet snin li ma jiġġeddidx, minn kandidati proposti mill-Istati Membri. Il-kandidati għandhom ikunu membri f'qasam nazzjonali tal-verifika ta' Stat Membru u joffru garanziji biżżejjed ta' sigurtà u indipendenza. Dawn għandhom ikunu disponibbli biex iwettqu kompiti f'isem ATHENA kif ikun meħtieġ. Waqt li jkunu qed iwettqu dawn il-kompiti:

(a) il-membri tal-kulleġġ għandhom ikomplu jkunu mħallsa mill-qasam ta' l-oriġini tagħhom tal-verifika u minn ATHENA għandhom jirċievu biss ir-radd ta' flus ta' l-ispejjeż tal-missjoni tagħhom skond ir-regoli li jgħoddu għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew ta' grad ekwivalenti;

(b) huma la għandhom jagħmlu talba u lanqas jirċievu istruzzjonijiet barra dak mill-Kumitat Speċjali; fi ħdan il-mandat tal-verifika tiegħu, il-Kulleġġ ta' l-Awdituri u l-membri tiegħu għandhom ikunu indipendenti kompletament u responsabbli biss għall-kondotta tal-verifika esterna;

(ċ) huma għandhom jirrapportaw biss dwar il-kompiti tagħhom lill-Kumitat Speċjali;

(d) huma għandhom jiċċekkjaw li n-nefqa ffinanzjata minn ATHENA tkun implimentata b'konformità mal-leġislazzjoni applikabbli u l-prinċipji ta' amministrazzjoni sħiħa finanzjarja, jiġifieri skond il-prinċipji ta' l-ekonomija, l-effettività u l-effiċenza.

Kull sena l-Kulleġġ ta' l-Awdituri għandu jeleġġi l-president tiegħu għas-sena finanzjarja li tkun ġejja(ta' wara). Il-kulleġġ għandu jadotta r-regoli applikabbli għall-verifiki mwettqa mill-membri tiegħu skond l-ogħla standards internazzjonali. Il-Kulleġġ ta' l-Awdituri għandu japprova r-rapporti tal-verifika mfassla mill-membri tiegħu qabel ma jingħataw lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali.

5. Il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi fuq bażi ta' każ-każ u fuq motivazzjonijiet speċifiċi biex juża oqsma (organiżmi) oħra esterni.

6. Qabel ma jwettqu l-kompiti tagħhom, il-persuni responsabbli għall-verifika tan-nefqa ta' ATHENA għandhom ikunu rċevew permess għal aċċess ta' informazzjoni kklassifikata sa ta' l-inqas livell "Sigriet EU" miżmum mill-Kunsill, jew permess ekwivalenti minn Stat Membru jew in-NATO, kif xieraq. Dawk il-persuni għandhom jassiguraw illi huma jirrispettaw il-konfidenzalità ta' l-informazzjoni u jipproteġu d-data li minnha jiskbu għarfien waqt il-kompiti tagħhom tal-verifika, skond ir-regoli applikabbli għal dik l-informazzjoni jew data.

7. L-amministratur u l-persuni responsabbli għall-verifika tan-nefqa ta' ATHENA għandhom ikollhom aċċess mingħajr dewmien u mingħajr ma jagħtu attenzjoni minn qabel lid-dokumenti u l-kontenuti tas-sostenn kollu tad-data relatati ma' dik in-nefqa, u l-postijiet fejn jinżammu dawk id-dokumenti u s-sostenn. Huma jistgħu jagħmlu kopji. Il-persuni involuti fl-implimentazzjoni tan-nefqa ta' ATHENA għandhom jagħtu l-assistenza neċessarja fit-twettiq tal-kompiti (prestazzjoni) tagħhom lill-amministratur u l-persuni responsabbli għall-verifika ta' dik in-nefqa.

8. L-ispiża tal-verifiki mmexxija minn awdituri f'isem ATHENA għandha tkun ikkunsidrata bħala spiża komuni li għandha tkun responsabbli minnha ATHENA.

Artikolu 38

Preżentazzjoni ta' kull sena tal-kontijiet

1. Sa April wara t-tmiem tas-sena finanzjara u bl-assistenza ta' l-uffiċjal tal-kontijiet u ta' kull kmandant tal-ħidma, l-amministratur għandu jniżżel u jagħti lill-Kumitat Speċjali, il-kontijiet ta' kull sena ta' l-amministrazzjoni, il-rendikont tal-bilanċ ta' kull sena għal ATHENA, u rapport dwar l-attività. Il-kontijiet ta' kull sena ta' l-amministrazzjoni għandhom jiddistingwu bejn l-ispejjeż komuni ta' ATHENA li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet, u l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali ta' kull ħidma mmexxija waqt is-sena finanzjarja fil-kwestjoni, kif ukoll l-introjtu mixxellanju u l-introjtu minn Stati Membri u Stati terzi. Bħala assi, ir-rendikont tal-bilanċ għandu juri l-assi kollha li huma ta' ATHENA, filwaqt li jitqies it-tnaqqis fil-prezz tagħhom u t-telf jew iż-żarma kollha, u għandu juri r-riservi tiegħu bħala responsabbiltajiet. L-amministratur għandu jagħti l-kontijiet ta' l-amministrazzjoni lill-Kulleġġ ta' l-Awdituri biex ikunu eżaminati u tingħata opinjoni sa Frar wara t-tmiem tas-sena finanzjarja.

2. Il-Kumitat Speċjali għandu japprova l-kontijiet ta' kull sena ta' l-amministrazzjoni u r-rendikonti tal-bilanċ. Il-Kumitat għandu jagħti dover lill-amministratur, l-uffiċjal tal-kontijiet u kull kmandant tal-ħidma għas-sena finanzjarja fil-kwestjoni.

3. Il-kontijiet u l-inventarji kollha għandhom jinżammu, kull wieħed fuq il-livell tiegħu/tagħha, mill-uffiċjal tal-kontijiet u kull kmandant tal-ħidma għal perjodu ta' ħames snin mid-data li fiha jkun ingħata dover korrispondenti.

4. Il-Kumitat Speċjali għandu jiddeċiedi li jdaħħal il-bilanċ bħala riżultat mill-budget għal sena finanzjarja li l-kontijiet għaliha jkunu approvati fil-budget tas-sena finanzjarja ta' wara, bħala introjtu jew nefqa, u dan jiddependi miċ-ċirkostani, permezz ta' budget emendat.

5. Dik il-parti tal-bilanċ bħala riżultat tal-budget għal sena finanzjarja li tiġi mill-implimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet intiżi biex ikopru l-ispejjeż komuni li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet, għandha tkun imdaħħla mill-Istati Membri Parteċipanti mal-kontribuzzjonijiet li jkunu jmisshom.

6. Dik il-parti tal-bilanċ bħala riżultat tal-budget li tiġi mill-implimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet intiżi li jkopru l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali ta' ħidma mogħtija, għandha tiddaħħal mill-Istati Membri li jkunu kkontribwew għal dik il-ħidma mal-kontribuzzjonijiet li jkun imiss.

7. Jekk ir-radd ta' flus ma jistax isir bit-tnaqqis mill-kontribuzzjonijiet dovuti lil ATHENA, il-bilanċ bħala riżultat tal-budget għandu jitħallas lura lill-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 39

Preżentazzjoni tal-kontijiet ta' ħidma

1. Meta ħidma tkun kompluta, u fuq bażi ta' proposta mill-amministratur jew minn Stat Membru, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li l-amministrastur, bl-assistenza ta' l-uffiċjal tal-kontijiet u tal-kmandant tal-ħidma, għandu jagħti l-kontijiet amministrattivi u r-rendikont tal-bilanċ ta' dik il-ħidma lill-Kumitat Speċjali, ta' l-inqas sal-ġurnata li fiha tkun intemmet, u, jekk hu possibli, sad-data li fiha jkun sar l-istralċ. It-terminu perentorju impost fuq l-amministratur jista' ma jkunx inqas minn erba' xhur mid-data li fiha tkun intemmet il-ħidma.

2. Jekk fiż-żmien it-terminu perentorju mogħti, il-kontijiet ta' l-amministrazzjoni u r-rendikont tal-bilanċ ma jistgħux jinkludu l-introjtu u n-nefqa dwar l-istralċ ta' dik il-ħidma, umbagħad dak l-introjtu u dik in-nefqa għandhom jidhru fil-kont ta' kull sena ta' l-amministrazzjoni u r-rendikont tal-bilanċ ta'ATHENA u għandhom ikunu eżaminati mill-Kumitat Speċjali dwar il-preżentazzjoni ta' kull sena tal-kontijiet.

3. Il-Kumitat Speċjali għandu japprova l-kont ta' l-amministrazzjoni u r-rendikont tal-bilanċ ta' dik il-ħidma li għaliha jkunu ngħataw. Il-Kumitat għandu jagħti dover lill-amministratur, l-uffiċjal tal-kontijiet u kull kmandant tal-ħidma għall-ħidma fil-kwestjoni.

4. Jekk ir-radd tal-flus ma jistax isir bit-tnaqqis mill-kontribuzzjonijiet dovuti lil ATHENA, il-bilanċ bħala riżultat tal-budget għandu jitħallas lura lill-Istati Membri kkonċernati.

IL-KAPITOLU 12

RESPONSABBILITA' LEGALI

Artikolu 40

1. Il-kondizzjonijiet li jirregolaw ir-responsabbiltà kriminali jew dixxiplinari tal-kmandant tal-ħidma, l-amministratur u staff ieħor li jkun disponibbli partikolarment mill-istituzzjonijiet tal-Komunità jew Stati Membri fil-każ ta' tmexxija ħażina jew negliġenza fl-implimentazzjoni tal-budget għandhom ikunu rregolati bir-Regoli ta' l-Istaff jew l-arranġamenti applikabbli għalihom. Ma' dan, fuq inizjattiva proprja tagħha jew fuq it-talba ta' Stat kontribwent, ATHENA tista' ġġib azzjoni ċivili kontra l-istaff t'hawn fuq imsemmi.

2. Fl-ebda każ, ma jistgħu l-Komunitajiet Ewropej jew is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill jinżammu responsabbli minn Stat kontribwenti bħala riżultat tal-prestazzjoni tad-dmirijiet tagħhom mill-amministratur, l-uffiċjal tal-kontijiet jew l-istaff assenjati lilhom.

3. Ir-responsabbiltà ta' l-appalti li tista' tinqala' minn appalti konklużi fil-kuntest ta' implimentazzjoni tal-budget għandha tkun koperta f'ATHENA mill-Istati kontribwenti. Din għandha tkun irregolata bil-liġi applikabbli ta' l-appalti fil-kwestjoni.

4. Fil-każ ta' responsabbiltà mhux-appalti, kull dannu kkawżat mill-ħidma, kwartieri, kwartieri tal-forzi u kwartieri kompetenti ta' l-istruttura tal-kriżi, li l-komposizzjoni tagħhom għandha tkun approvata mill-kmandant tal-ħidma, jew mill-istaff tagħhom waqt id-dmirijiet tagħhom, għandu jkun kopert permezz ta' ATHENA mill-Istati kontribwenti, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri u r-Regoli ta' l-Istaff tal-forzi, applikabbli fit-teatru ta' l-operazzjonijiet (tal-ħidmiet).

5. Fl-ebda każ ma jistgħu l-Komunitajiet Ewropej jew l-Istati Membri jinżammu responsabbli minn Stat kontribwenti għal appalti konklużi fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tal-budget jew għal dannu kkawżat mill-units u dipartimenti ta' l-istruttura tal-kriżi, il-komposizzjoni li tagħha trid tkun approvata mill-kmandant tal-ħidma, jew mill-istaff tagħhom waqt dmirijiethom.

Artikolu 41

Dispożizzjonijiet transizzjonali

1. Il-budget inizjali għandu jkun adottat sa l-1 ta' Ġunju 2004. L-ewwel sena finanzjarja għandha tibda fil-ġurnata ta' l-adozzjoni tal-budget inizjali u għandha tintemm fil-31 ta' Diċembru ta' wara.

2. Sa l-1 ta' Ġunju 2004, il-Kumitat Speċjali għandu jaħtar l-ewwel sitt membri tal-Kulleġġ ta' l-Awdituri previsti fl-Artikolu 37(4). Żewġ membri li t-term tagħhom fl-uffiċċju jkun ta' sena, u żewġ membri li t-term fl-uffiċċju jkun ta' sentejn jiġu deċiżi bil-lott. It-term fl-uffiċċju taż-żewġ membri l-oħra jkun ta' tliet snin.

Artikolu 42

Ir-reviżjoni

Din id-deċiżjoni, inkluż l-Annessi tagħha, għandha tkun riveduta wara kull ħidma u ta' l-inqas kull 18-il xahar. L-ewwel reviżjoni għandha ssir qabel it-tmiem ta' l-2004, l-iktar tard. L-oqsma ta' l-amministrazzjoni ta' ATHENA għandhom jikkontribwixxu għal dawn ir-reviżjonijiet.

Artikolu 43

Dispożizzjonijiet finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2004. Id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjail ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, 23 Frar 2004.

F'isem il-Kunsill

Il-President

B. Cowen

[1] ĠU L 253, 07.10.00, p. 42.

[2] ĠU L 248, 16.09.02, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Spejjeż komuni responsabbli minnhom ATHENA kull meta jintnefqu

F'każijiet meta l-ispejjeż komuni ma jistgħux ikunu konnessi direttament ma' ħidma speċifika, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li jalloka l-approprjazzjonijiet korrispondenti mal-parti ġenerali tal-budget ta' kull sena. Kemm jista' jkun possibli, dawn l-approprjazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fl-Artikolu li juru l-ħidma li tagħha jkunu l-aktar reletati.

1. Spejjeż tal-verifika

2. Nefqa tal-missjoni li tintnefaq mill-kmandant tal-ħidma u l-istaff tiegħu/tagħha biex jingħataw il-kontijiet tal-ħidma lill-Kumitat Speċjali

3. Indennitajiet għal danni u spejjeż li jirriżultaw minn pretensjonijiet u azzjonijiet li għandhom jitħallsu minn ATHENA

4. Spejjeż bankarji (spejjeż komuni dejjem ikunu nklużi fil-parti ġenerali tal-budget ta' kull sena)

5. Spejjeż skond kull deċiżjoni biex jinħażen materjal li jkun inkiseb komunement għal ħidma (billi dawn l-ispejjeż huma attribwiti għall-parti ġenerali tal-budget ta' kull sena, għandha tkun indikata rabta(konnessjoni) ma' ħidma speċifika)

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

L-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali relattivi għall-fażi preparatorja ta' ħidma responsabbli minnha ATHENA

Spejjeż inkrementali tat-trasport u l-akkomodazzjoni neċessarji għal missjonijiet u preparamenti esploratorji minn forzi militari bil-għan ta' ħidma militari speċifika ta' l-Unjoni.

Servizzi mediċi: l-ispiża ta' l-evakwazzjonijiet mediċi għall-emerġenza (Medevac) ta' persuni li jieħdu sehem f'missjonijiet u preparamenti esploratorji minn forzi militari bil-għan ta' ħidma militari speċifika ta' l-Unjoni, meta trattament mediku ma jistax ikun ipprovdut fit-teatru.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

III-A Spejjeż komuni tal-pjan operazzjonali relattivi għall-fażi attiva ta' l-operazzjonijiet li dejjem hija responsabbli minnhom ATHENA

Għal kull ħidma militari ta' l-Unjoni, ATHENA se tieħu r-responsabbiltà ta' l-ispejjeż inkrementali bħala spejjeż komuni tal-pjan operazzjonali, meħtieġa għall-ħidma mfissra hawn taħt.

1. Spejjeż inkrementali għall-kwartieri (mifruxa jew fissi) għal ħidmiet jew eserċizzji mmexxija mill-UE

Kwartieri (HQ) : kwartieri tal-komponent, forza u ħidma;

Kwartieri ta' ħidma(OHQ) :

il-kwartieri statiċi u barra miż-żona tal-kmandant tal-ħidma, responsabbli li jistabbilixxi, iniedi, iżomm u jsaħħaħ forza ta' l-UE.

Id-definizzjoni ta' l-ispejjeż komuni applikabbli għal OHQ għal ħidma, għandha tgħodd ukoll għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u ATHENA sakemm jaġixxu direttament għal dik il--ħidma;

Kwartieri tal-Forza (FHQ) : il-kwartieri ta' forza ta' l-UE mifruxa fiż-żoni ta' l-operazzjonijiet (tal-ħidmiet);

Kwartieri tal-Komponent (CCHQ) : il-kwartieri tal-kmandant tal-komponent ta' l-EU mifrux għall-ħidma (i.e. kmandanti ta' l-ajru, ta' l-art, marrittimi u funzjonijiet oħra speċifiċi li jitqiesu neċessarji biex jinnominaw, u dan jiddependi fuq in-natura tal-ħidma);

spejjeż tat-trasport : Trasport lejn u mit-teatru ta' l-operazzjonijiet biex jifrex, iżomm u jsaħħaħ l-FHQ u CCHQ; Spejjeż tat-trasport li jintnefqu mill-OHQ neċessarji għal ħidma;

amministrazzjoni : uffiċċju addizzjonali u tagħmir għall-akkomodazzjoni, servizz ta' appalti u ħtiġijiet, spejjeż ta' manutenzjoni tal-bini;

persunal mikri lokalment : persunal pajżan, konsulenti internazzjonali u personal (nazzjonali u eżiljat) mikri lokalment meħtieġa għat-tmexxija ta' ħidma ħafna aktar mill-kondizzjonijiet normali tal-pjan operazzjonali (inkluż kull ħlas għall-kumpens tas-sahra);

komunikazzjoni : nefqa kapitali għax-xiri u l-użu ta' komunikazzjoni addizzjonali u tagħmir ta' l-IT u spejjeż għal servizzi mogħtija (kera u manutenzjoni ta' modems, linji tat-telefon, satphones, cryptofax, linji tas-sigurtà, provvisti ta' l-internet, linji tad-data, networks għaż-żona lokali);

Trasport/vjaġġi (esklużi spejjeż "per diem") fi ħdan iż-żona ta' l-operazzjonijiet ta' HQ : nefqa relatata mat-trasport ta' vetturi u transport ieħor b'mezzi oħra u spejjeż tat-tagħbija, inkluż vjaġġi bi tkattir nazzjonali u viżitatur; spejjeż inkrementali ta' karburanti ħafna aktar milli kellhom iqumu l-operazzjonijiet normali; kera ta' vetturi addizzjonali; spejjeż ta' vjaġġi uffiċjali bejn il-lokalità operazzjonali u Brussel u/jew laqgħat organizzati mill-UE; spejjeż ta' l-assigurazzjoni tal-parti terza imponuti minn xi pajjiżi fuq organizzazzjonijiet internazzjonali li jmexxu l-operazzjonijiet fit-territorju tagħhom;

infrastruttura ta' l-alloġġjar u kwartieri : nefqa għall-akkwist, kiri jew restawrar ta' faċilitajiet ta' HQ meħtieġa fit-teatru (kiri ta' bini, xeltrijiet (postijiet ta' kenn, kampijiet) jekk ikun meħtieġ;

informazzjoni pubblika : spejjeż relatati ma' kampanji ta' informazzjoni u biex tkun informata l-midja f'OHQ u FHQ, skond l-istrateġija ta' l-informazzjoni żviluppata mill-HQ tal-pjan operazzjonali HQ;

rappreżentazzjoni u ospitalità : spejjeż rappreżentattivi; spejjeż fuq livell ta' HQ neċessarju għat-tmexxija tal-ħidma.

2. Spejjeż inkrementali li jintnefqu biex ikun ipprovdut appoġġ lill-forza bħala ħaġa sħiħa

L-ispejjeż t'hawn taħt imfissra huma dawk li jintnefqu wara firxa tal-forza tal-lokalità tagħha:

infrastruttura : nefqa meħtieġa assolutament għall-forza bħala ħaġa waħda sħiħa biex ittemm il-missjoni tagħha (ajruport komuni wżat, ferrovija, portijiet, toroq, provvista tad-dawl u l-ilma);

tagħmir addizzjonali essenzali : il-kiri jew ix-xiri waqt il-ħidma ta' tagħmir speċifiku imprevvist essenzali għall-eżekuzzjoni tal-ħidma, deċiż mill-kmandant tal-ħidma u approvat mill-Kumitat Speċjali, sakemm it-tagħmir mixtri ma jintbagħatx lura fl-aħħar tal-missjoni;

għelm ta' identifikazzjoni : marki speċifiċi ta' identifikazzjoni, karti ta' l-identità ta' l-"Unjoni Ewropea", għeliem, medalji, bnadar bil-kuluri ta' l-Unjoni Ewropea jew Forza oħra jew għelm ta' identifikazzjoni HQ (esklużi ħwejjeġ, kpiepel jew uniformijiet);

servizzi mediċi : l-ispiża ta' evakwazzjonijiet mediċi għall-emerġenza(Medevac) meta ma jistax ikun pprovdut trattament mediku fit-teatru.

3. Spejjeż inkrementali li jintnefqu mir-rikors ta' l-UE għall-assi komuni u s-setgħat tan-NATO disponibbli għal ħidma mmexxija mill-UE

L-ispiża għall-Unjoni Ewropea ta' l-applikazzjoni għall-ażil ta' waħda mill-ħidmiet militari tagħha ta' l-arranġamenti bejn l-UE u n-NATO relatati biex jeħilsu, jikkontrollaw u jroddu jew ireġġgħu lura l-assi komuni u s-setgħat tan- NATO disponibbli għal ħidma mmexxija mill-UE

III-B Spejjeż komuni tal-pjan operazzjonali relattivi għall-fażi attiva ta' ħidma speċifika, responsabbli minn ATHENA meta l-Kunsill hekk jiddeċiedi

Spejjeż tat-Trasport : Trasport għal u mit-teatru tal-ħidmiet biex jifrex, jappoġġa u jsaħħaħ il-forzi neċessarji għall-ħidma;

Infrastruttura ta' l-alloġġjar u kwartieri : nefqa għal akkwist, kirja jew restawrar ta' bini fit-teatru (kiri ta' bini, xeltrijiet (postijiet ta' kenn), kampijiet), kemm ikun bżonn għall-forzi mifruxa tal-ħidma.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Spejjeż komuni tal-pjan operazzjonali relattivi għat-tmiem ta' ħidma, responsabbli minnhom ATHENA

Spejjeż li jintnefqu biex tinstab id-deskrizzjoni finali għat-tagħmir u l-infrastruttura iffinanzjati komunement għall-ħidma

Spejjeż inkrementali biex jitniżżlu l-kontijiet għall-ħidma. L-ispejjeż komuni eleġibbli għandhom ikunu determinati skond l-Anness III, filwaqt li jinżamm l-għan għall-fatt li l-istaff meħtieġ biex iniżżel il-kontijiet jappartjeni għall-kwartieri ta' dik il-ħidma, ukoll wara li ta' l-aħħar ikun waqqaf l-attivitajiet.

--------------------------------------------------