32004D0160



Official Journal L 050 , 20/02/2004 P. 0065 - 0065


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-16 ta’ Frar 2004

li temenda d-Deċiżjoni 2003/71/KE dwar il-perjodu ta’ validità tagħha

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 394)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/160/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 tà Lulju 1991 li tniżżel il-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [1], u partikolarment l-Artikolu 18(7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 Diċembru 1997 li tniżżel il-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [2], u partikolarment l-Artikolu 22(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tniżżel ir-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum uman [3], u partikolarment l-Artikolu 8(4) tagħha,

Billi:

(1) L-okkorrenza ta’ anemija salmonide infettuża (ISA) fil-Gżejjer Faroe wasslet għall-addozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/71/KE tad-29 ta’ Jannar 2003 fuq ċertu miżuri protettivi fil-każi ta’ anemija salmonide infettuża fil-Gżejjer Faroe [4].

(2) Minkejja l-miżuri meħuda mill-Gżejjer Faroe, aktar każi ta’ ISA kienu notifikati minn dak l-iStat fl-2003, u allura mhux previst li l-marda tista’ tinqered malajr.

(3) Fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-marda fil-Gżejjer Faroe, il-miżuri protettivi li jinsabu fid-Deċiżjoni 2003/71/KE għandhom jibqgħu applikabbli sa Frar 2005.

(4) Id-Deċiżjoni 2003/71/KE għandha għalhekk tkun emendata biex testendi l-perjodu ta’ validità taghħa.

(5) Il-miżuri li jinsabu f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2003/71/KE, "1 ta’ Frar 2004" hija mibdula bi "31 ta’ Jannar 2005".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Frar 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1).

[2] ĠU L 24, 30.01.98, p. 9.

[3] ĠU L 18, 21.01.03, p. 11.

[4] ĠU L 26, tal-31.1.2003, p. 80. Id-Deċiżjoni hija emendata bid-Deċiżjoni 2003/392/KE (ĠU L 135, tat-3.6.2003, p. 27).

--------------------------------------------------