32004D0096



Official Journal L 028 , 31/01/2004 P. 0026 - 0029


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Jannar 2004

li tawtorizza temporanjament lill-Istati Membri li jipprovdu derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta’pjani ta’ Vitis L., minbarra frott, li joriġinaw fl-Isvizzera

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 122)

(2004/96/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi perikolużi għall-pjanti u l-prodotti tal-pjani u kontra t-tferrix tagħhom fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/116/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba magħmula minn Franza,

Billi:

(1) Skond id-Direttiva 2000/29/KE, pjanti tal-Vitis L., minbarra frott, li joriġinaw f’pajjiżi terzi m’għandhomx fil-prinċipju jiġu introdotti fil-Komunità.

(2) Bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 97/159/KE [3], 1999/166/EC [4], 2000/189/KE [5], 2001/5/KE [6], 2001/836/KE [7] u 2003/69/EC [8], derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE fir-rigward tal-pjanti tal-Vitis L., minbarra frott, li joriġinaw fl-Isvizzera ġew awtorizzati għal perjodi limitati u suġġetti għal kondizzjonijiet speċifiċi.

(3) Iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw dawk id-derogi għadhom validi, u ma hemm ebda informazzjoni ġdida li tagħti lok għar-reviżjoni tal-kondizzjonijiet speċifiċi.

(4) L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu awtorizzati li jipprovdu għal derogi, għal perjodu limitat u suġġetti għal kondizzjonijiet speċifiċi, u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE [9], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [10], u kull miżuri ta’ implimentazzjoni magħmulin taħta.

(5) Dik l-awtorizzazzjoni għall-provvista ta’ derogi għandha tiġi mitmuma jekk jiġi stabbilit li l-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ma jkunux suffiċjenti biex jipprevjenu l-introduzzjoni ta’ organiżmi perikolużi fil-Komunità jew ma jkunux ġew imħarsa.

(6) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri huma b’dan awtorizzati li jipprovdu għal derogi mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, fir-rigward tal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt 15 tat-Taqsima A ta’ l-Anness III li jinsab ma’ dik id-Direttiva għall-pjanti tal-Vitis L., minbarra frott, li joriġinaw fl-Isvizzera (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "il-pjanti").

L-awtorizzazzjoni għall-provvista ta’ derogi, kif provdut fil-paragrafu 1 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "l-awtorizzazzjoni"), għandha tkun suġġetta, b’żieda mal-ħtiġiet stipulati fl-Annessi I u II li jinsabu mad-Direttiva 2000/29/KE, għall-kondizzjonijiet prevvisti fl-Anness, u għandhom jgħoddu biss għal pjanti li huma introdotti fil-Komunità bejn l-1 ta’ Frar u t-30 ta’ Marzu 2004.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, qabel it-30 ta’ Novembru tas-sena ta’ importazzjoni fl-:

(a) l-informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta’ pjanti importati skond din id-Deċiżjoni; u

(b) rapport dettaljat tekniku ta’ l-ispezzjonijiet uffiċjali msemmija fil-punt 6 ta’ l-Anness.

Kull Stat Membru li fih blanzuni mill-pjanti huma mlaqqma ma’ ħażniet ta’l-għeruq u li fihom il-pjani mlaqqma jinżergħu wara l-importazzjoni, għandu jipprovdi wkoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, qabel it-30 ta’ Novembru tas-sena ta’l-importazzjoni, b’rapport dettaljat tekniku ta’l-ispezzjonijiet uffiċjali imsemmija fit-tieni nċiż tal-punt 9 ta’ l-Anness.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-kunsinni kollha ntrodotti fit-territorju tagħhom skond din id-Deċiżjoni li sussegwentement instabu li ma kienux jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-28 Jannar 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1.

[2] ĠU L 321, tas-6.12.2003, p. 36.

[3] ĠU L 62, ta’ l-4.3.1997, p. 36.

[4] ĠU L 55, tat-3.3.1999, p. 16.

[5] ĠU L 59, ta’ l-4.3.2000, p. 18.

[6] ĠU L 2, tal-5.1.2001, p. 22.

[7] ĠU L 312, tad-29.11.2001, p. 27.

[8] ĠU L 26, tal-31.1.2003, p. 72.

[9] ĠU L 93, tas-17.4.1968, p. 15.

[10] ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Kondizzjonijiet speċifiċi li jgħoddu għall-pjanti tal-Vitis L., minbarra frott, li joriġinaw fl-Isvizzera li jibbenefikaw mid-deroga prevvista fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni

1. Il-pjanti għandhom ikunu materjal ta’ propagazzjoni fil-forma ta’ blanzuni reqdin li għandhom ikunu:

(a) tal-varjetajiet li ġejjin:

- Amigne,

- Carminoir,

- Chasselas blanc,

- Cornalin,

- Diolinoir,

- Gamaret,

- Garanoir,

- Humagne blanc,

- Humagne rouge,

- Paien jaune,

- Petite Arvine,

- Pinot noir Valais,

- Sylvaner;

(b) maħżuna f’mixtliet tal-ħażniet, fejn ikunu uffiċjalment reġistrati. Il-listi tal-mixtliet reġistrati għandhom jkunu disponibbli għall-Istati Membri li jagħmlu użu mid-derogi u lill-Kummissjoni, l-aktar tard sa l-1 ta’ Frar 2004. Dawn il-listi għandhom jinkludu l-isem/ismijiet tal-varjetajiet, in-numru ta’ fillieri miżrugħa ma’ dawn il-varjetajiet, in-numru ta’ pjanti f’kull filliera għal kull waħda minn dawn il-mixtliet, sal-limitu li jitqiesu adattati biex jintbagħtu lejn il-Komunità fl-2004, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni;

(ċ) ippakkjati kif imiss u l-ippakkeġġjar ikun jintgħaraf permezz ta’ markar, li jippermetti l-identifikazzjoni tal-mixtla reġistrata u tal-varjetà;

(d) intiżi biex jiġu mlaqqma fil-Komunità, fil-fondi msemmija fil-punt 7, fuq ħażniet ta’ għeruq prodotti fil-Komunità.

2. Il-pjanti għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat pitosanitarju maħruġ fl-Isvizzera skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/29/KE, fuq il-bażi ta’ l-eżami stabbilit fiha, b’mod partikolari l-ħelsien mill-organiżmi perikolużi li ġejjin:

- Daktulosphaira vitifoliae (Fitch),

- Xylophilus ampelinus (Panagopoulos) Willems et al.,

- Grapevine Flavescence dorée MLO.

Iċ-ċertifikat għandu jiddikjara wkoll taħt "Dikjarazzjoni addizzjoniali", l-indikazzjoni "Din il-kunsinna tikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/96/KE".

3. L-organizzazzjonijiet uffiċjali tal-protezzjoni tal-pajnti ta’ l-Isvizzera għandha tassigura l-identità tal-blanzuni miż-żmien tal-ħsad kif imsemmi fil-paragrafu (b) tal-punt 1 saż-żmien li jitgħabbew għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

4. Il-pjanti għandhom jiddaħħlu permezz ta’ punti ta’ dħul li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru u maħsuba għall-finijiet ta’ din id-deroga minn dak l-Istat Membru; dawn il-punti ta’ dħul u l-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli uffiċjali imsemmi fid-Directive 2000/29/KE inkarigat f’kull punt għandu jiġi notifikat bil-quddiem fi żmien biżżejjed mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u għandhom jinżammu disponibbli fuq talba lill-Istati Membri l-oħra. F’dawk il-każi fejn l-introduzzjoni fil-Komunità iseħħ fi Stat Membru li ma jkunx dak l-Istat Membru li jagħmel użu mid-deroga, l-imsemmija korpi responsabbli uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ introduzzjoni għandhom jinfurmaw u jikkooperaw ma’ l-imsemmija korpi responsabbli uffiċjali ta’ l-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga biex jassiguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni jkunu mħarsa.

5. Qabel l-introduzzjoni fil-Komunità, l-importatur għandu jkun uffiċjalment infurmat bil-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 1 sa 10; l-imsemmi importatur għandu jinnotifika d-dettalji ta’ kull introduzzjoni suffiċjentement bil-quddiem lill-korpi responsabbli uffiċjali fl-Istati Membri bl-introduzzjoni, u l-Istati Membri, mingħajr dewmien għandhom jibgħatu d-dettalji tan-notifikazzjoni lill-Kummissjoni, billi jindikaw:

(a) it-tip ta’ materjal;

(b) il-varjetà u l-kwantità;

(ċ) id-data dikjarata ta’ introduzzjoni u l-konferma tal-punt tad-dħul;

(d) l-ismijiet, l-indirizzi u l-lokalitajiet tal-fondi msemmija fil-punt 7 fejn il-blanzuni għandhom jiġu mlaqqma u/jew fejn il-pjanti mlaqqma għandhom jiġu sussegwentement miżrugħa.

L-importatur għandu jinforma lill-korpi uffiċjali konċernati b’kull tibdil fid-dettalji ta’ hawn fuq minnufih malli jkunu magħrufa.

l-Istati Membri konċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-dettalji ta’ hawn fuq, u d-dettalji ta’ kull bidla għalihom mingħajr dewmien.

6. L-ispezzjonijiet inkluż l-ittestjar, kif xieraq, meħtieġ skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/29/KE u skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni presenti għandhom isiru mill-korpi responsabbli uffiċjali, imsemmija fl-imsemmija Direttiva; minn dawn l-ispezzjonijiet, għandha titwettaq il-verifika tas-saħħa tal-pjanti mill-Istat Membru li jagħmel użu ta’ din id-deroga u fejn xieraq, b’kooperazzjoni ma’l-imsemmija korpi ta’ l-Istat Membru li fih il-blanzuni għandhom ikunu mlaqqma. B’żieda matul l-imsemmija ispezzjoni tas-saħħa tal-pjanti dak l-Istat/i Membru/i għandhom ukoll jispezzjonaw għal kull organiżmi perikolużi oħra. Sub-kampjuni għandhom jinżammu disponibbli għal eżami sussegwenti mill-Istati Membri l-oħra.

Mingħajr preġudizzju għall-monitoraġġ imsemmi fit-tielet inċiż tat-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 21, l-ewwel possibbiltà ta’ l-imsemmija Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sa liema limitu l-ispezzjonijiet imsemmija fit-tielet inċiż tat-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 21, it-tieni possibbiltà, ta’ l-imsemmija Direttiva għandha tiġi ntegrata fil-programm ta’ spezzjoni skond it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ l-Artikolu 21 ta’ dik id-Direttiva.

7. Il-blanzuni għandhom jitlaqqmu fuq il-ħażniet ta’ l-għeruq u l-pjanti mlaqqma sussegwentement miżrugħa biss f’postijiet:

(a) li għalihom l-ismijiet, l-indirizzi u l-lokazzjonijiet ikunu ġew notifikati mill-persuna li jkollha l-ħsieb li tuża l-blanzuni mportati skond din id-Deċiżjoni, lill-imsemmija korpi responsabbli uffiċjali ta’ l-Istat Membru li fih ikunu jinsabu l-postijiet; u

(b) uffiċjalment reġistrati u approvati għall-finijiet ta’ din id-deroga.

F’dawk il-każi fejn il-post tat-tilqim jew taż-żriegħi ikun jinsab fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru li jagħmel użu minn din id-deroga, l-imsemmija korpi responsabbli uffiċjali ta’ l-Istat Membru li jagħmel użu minn din id-deroga, fil-mumenti li jirċievi l-imsemmija notifikazzjoni bil-quddiem mil-importatur, għadu jinforma lill-imsemmija korpi responsabbli uffiċjali ta’l-Istat Membru li fih il-blanzuni għandhom jiġu mlaqqma jew miżrugħa billi jagħti l-ismijiet, l-indirizzi u l-kokalità tal-postijiet fejn il-pjani għandhom jitlaqqmu jew jinżergħu.

8. L-imsemmija korpi responsabbli uffiċjali għandhom jassiguraw li kull blanzun li ma jintużax skond il-punt 7 għandu jiġi distrutt taħt il-kontroll ta’ l-imsemmija korpi responsabbli uffiċjali. Għandhom jinżammu rekords disponibbli lill-Kummissjoni dwar in-numri ta’ pajnti distrutti.

9. Fil-fondi msemmija fil-punt 7:

(a) il-blanzuni li jkunu nstbu ħielsa mill-organiżmi perikolużi msemmija fil-punt 6 jistgħu mbagħad jintużaw għat-tilqim u l-pjanti mlaqqma għandhom jinżergħu u jitkabbru f’għelieqi li jkunu proprjetà tal-fondi msemmija fil-punt 7, u għandhom jibqgħu fuq il-post, sakemm jitneħħew għal destinazzjoni barra l-Komunità kif imsemmija fil-punt 10;

(b) il-pjanti mlaqqma għandhom ikunu, fil-perjodu ta’ tkabbir wara l-importazzjoni, viżwalment spezzjonati mill-imsemmija korpi responsabbli uffiċjali ta’ l-Istat Membru li fih jinċergħu l-pjanti mlaqqma, fi żminijiet xierqa, għall-presenza ta’ xi organiżmi perikolużi jew għal sinjali jew sintomi kawżati minn xi organiżmi perikolużi inklużi dawk ta’ Daktulosphaira vitifoliae (Fitch); bħala riżultat ta’ dik l-ispezzjoni viżwali xi organiżmi perikolużi li jkunu kkawżaw xi sinjali jew sintomi għandhom jiġu identifikati permezz ta’ proċedura xierqa ta’ ittestjar;

(ċ) kull pjanta mlaqqma li ma tkunx instabet ħielsa, matul l-imsemmija spezzjonijiet jew ittestjar imsemmija fl-inċiżi preċedenti, minn organiżmi perikolużi elenkati taħt il-punt 2, jew mod ieħor ta’ tħassib ta’ kwarantina, għandhom ikunu distrutti minnufih taħt il-kontroll ta’l-imsemmija korpi responsabbli.

10. Kull pjanta mlaqqma li tirriżulta minn tilqim suċċessiv billi jintużaw il-blanzuni msemmija fil-paragrafu (a) tal-punt 1 għandhom jiġu rilaxxati biss fl-2004 jew l-2005 bħala pjanti mlaqqma lejn destinazzjoni barra l-Komunità. L-imsemmija korpi responsabbli uffiċjali għandhom jassiguraw li kull pjanta mhux hekk mibgħuta tiġi uffiċjalment distrutta. Għandhom jinżammu rekords disponibbli għall-Komunità ta’ l-ammonti ta’pjanti mlaqqma b’suċċess, ta’ pjanti uffiċjalment distrutti u ta’pjanti mibjugħa, kif ukoll tal-pajjiż ta’ destinazzjoni tal-pjanti mibjugħa.

--------------------------------------------------