32004D0025



Official Journal L 006 , 10/01/2004 P. 0038 - 0039


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-22 ta’ Diċembru 2003

li temenda d-Deċiżjoni 2002/657/KE fir-rigward tat-tqegħid tal-limiti minimi meħtieġa ta’ prestazzjoni (MRPLs) għal ċerti residwi f’ikel li joriġina mill-annimali

(notifikata taħt dokument numru K(2003) 4961)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/25/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti mill-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KE [1], kif l-aħħar emendata bir-Rgeolament (KE) Nru 806/2003 [2], u b’mod partikolari t-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1) Il-presenza ta’ residwi fi prodotti ta’ oriġini mill-annimali hija kwistjoni ta’ tħassib għas-saħħa pubblika. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE tat-12 ta’ Awissu 2002 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE li tikkonċerna l-prestazzjoni ta’ metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati [3], kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/181/KE [4], tipprovdi għal proċedura biex jiġu progressivament stabbiliti limiti għall-prestazzjoni minima meħtieġa (MRPLs) ta’ metodi analitiċi wżati biex jiskopru sustanzi li l-użu tagħhom mhux awtorizzat jew huwa speċifikament projbit fil-Komunità.

(2) Bħala riżultat ta’ l-iskoperta ta’ residwi mis-sustanza farmakoloġikament attiva malachite green li l-użu tagħha fi prodotti veterinarji mediċinali għal annimali jipproduċu ikel mhux awtorizzat fil-Komunità, u l-metabolit tagħha leucomalachite green fi prodotti ta’ l-akwakultura, il-livell li għandu jiġi fissat għall-MRPL armonizzat għal dik is-sustanza ġie miftiehem b’konsultazzjoni mal-Laboratorji ta’ Referenza tal-Komunità, il-Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza u l-Istati Membri.

(3) Huwa meħtieġ li jiġu provduti livelli armonizzati għall-kontroll ta’ dik is-sustanza biex jiġi żgurat l-istess livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur fil-Komunità.

(4) Id-Deċiżjoni 2002/657/KE għandha għalhekk tiġi hekk emendata.

(5) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2002/657/KE hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-metodi analitiċi wżati għall-iskoperta tas-sustanzi li ġejjin jikkonformaw mal-limiti minimi meħtieġa ta’ prestazzjoni (MRPLs) stipulati fl-Anness, kontra l-matriċi msemmija f’dak l-Anness:

(a) chloramphenicol;

(b) metaboliti nitrofuran;

(ċ) medroxyprogesterone;

(d) malachite green."

2. L-Anness II li jinsab mad-Deċiżjoni 2002/657/KE, huwa emendat kif stipulat fl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 125, 23.05.96, p. 10.

[2] ĠU L 122, 16.05.03, p. 1.

[3] ĠU L 221, 17.08.02, p. 8.

[4] ĠU L 71, 15.03.03, p. 17.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE hija emendata kif ġej:

Fl-Anness II, ir-ringiela li ġejja hija miżjuda:

"Substanza u/jew metabolit | Matriċi | MRPL |

Is-somma ta' malachite green u leucomalachite green | Laħam ta' prodotti mill-akwakutura | 2 µg/kg" |

--------------------------------------------------