32003R2329



Official Journal L 345 , 31/12/2003 P. 0043 - 0044


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2329/2003

tat-22 ta' Diċembru 2003

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 37, flimkien ma' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Il-Komunità u r-Repubblika tal-Możambik innegozzjaw u bdew Ftehim dwar is-Sajd u hekk taw lis-sajjieda tal-Komunità opportunitajiet ta' sajd fl-ibħra fuq liema Możambik għandha sovranità jew ġurisdizzjoni fil-qasam tas-sajd.

(2) Barra dan, dak il-Ftehim isemmi koperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fis-settur tas-sajd bil-għan li jiggarantixxi l-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi, kif ukoll sħubija bejn impriżi bl-iskop li jkunu żviluppati attivitajiet ekonomiċi fil-qasam tas-sajd u attivitajiet relatati, fl-interess komuni.

(3) Dak il-ftehim għandu jkun approvat.

(4) L-allokazzjoni ta' l-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri għandhom ikunu stabbiliti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Możambik (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim") huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-opportunitajiet ta' sajd imniżżlin fil-Protokoll tal-Ftehim għandhom ikunu allokati bejn l-Istati Membri hekk kif ġej:

(a)dgħajjes li jiġbdu li jkollhom friżer u huma tal-qiegħ maħsubin għas-sajd ta' gambli ta' l-ilma fond: | —Spanja | Il-Qabda Totali Ammissibbli (TAC) ta' 550 tunnellata metrika ta' gambli ta' l-ilma fond (295 tunnellata metrika ta' qabdiet ta' natura sekondarja, skond l-allokazzjoni bi speċi msemmija fil-Protokoll) |

—Greċja | TAC ta' 150 tunnellata metrika ta' gambli ta' l-ilma fond (80 tunnellata metrika ta' qabdiet ta' natura sekondarja skond l-allokazzjoni bi speċi msemmija fil-Protokoll) |

—L-Italja | TAC ta' 150 tunnellata metrika ta' gambli ta' l-ilma fond (80 tunnellata metrika ta' qabdiet ta' natura sekondarja skond l-allokazzjoni bi speċi msemmi fil-Protokoll) |

—Portugall | TAC ta' 150 tunnellata metrika ta' gambli ta' l-ilma fond (80 tunnellata metrika ta' qabdiet ta' natura sekondarja skond l-allokazzjoni bi speċi msemmi fil-Protokoll) |

(b)vapuri bi friżer li jistadu għat-tonn bit-tartarun: | —Spanja | 17-il bastiment |

—Franza | 18-il bastiment |

(ċ)bastimenti tal-linja kbar tal-wiċċ: | —Spanja | 8 bastimenti |

—Franza | Bastiment wieħed |

—Portugall | 5 bastimenti |

Jekk applikazzjonijiet għal liċenza minn dawn l-Istati Membri ma jkoprux l-opportunitajiet kollha ta' sajd stabbiliti mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra applikazzjonijiet għal liċenzja minn kull Membru Stat ieħor.

Artikolu 3

L-Istati Membri li għandhom il-bastimenti tagħhom jistadu skond dan il-Ftehim għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta' kull stokk maqbud fiz-zona ta' sajd ta' Mozambik skond Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 500/2001 ta' 14 ta' Marzu 2001 li jniżżel regoli dettaljati għal applikazzjoni ta' Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2847/93 dwar il-kontroll tal-qabdiet minn bastimenti tas-sajd tal-Komunità fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi u fil-baħar miftuħ [2].

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina il-persuna jew persuni li għandhom l-awtorità jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbot il-Komunità [3].

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara li jkun ippubblikat fl-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2003.

F'isem il-Kunsill

Il-President

A. Matteoli

[1] Opinjoni mogħtija fl-4 ta' Diċembru 2003 (għadha mhiex ippubblikata fl-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 73, 15.03.01, p. 8.

[3] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------