32003R2328



Official Journal L 345 , 31/12/2003 P. 0034 - 0042


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003

tat-22 ta' Diċembru 2003

li jintroduċi skema li tikkumpensa l-ispejjeż addizzjonali li ntefqu fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, mill-Madeira, mill-gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana u ta' Réunion, minħabba li huma reġjuni mbiegħda

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 u l-Artikolu 299(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Billi:

(1) Is-settur tas-sajd fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità jiffaċċjaw diffikultajiet, li huma aggravati b'mod partikolari minħabba l-ispejjeż biex dawn il-prodotti jiġu trasportati lejn is-swieq peress li dawn ir-reġjuni huma mbiegħda u iżolati.

(2) Bħala parti mill-politika tal-Komunità biex tassisti lill-aktar reġjuni mbiegħda, bid-Deċiżjonijiet 89/687/KEE [3], 91/314/KEE [4] u 91/315/KEE [5] il-Kunsill stabbilixxa programmi ta' soluzzjonijiet speċifiċi għan-natura iżolata u insulari tad-dipartimenti Franċiżi lil hinn mill-baħar (Poseidom), tal-gżejjer Kanari (Poseican) kif ukoll tal-Madeira u ta' l-Azores (Poseima), li jidħlu fil-qafas tal-politika komunitarja favur dawn ir-reġjuni u jiddefinixxu l-linji ġenerali tas-soluzzjonijiet li għandhom jiġu applikati biex tiġi kkunsidrata n-natura speċjali u l-kondizzjonijiet tagħhom.

(3) L-Artikolu 299(2) tat-Trattat jirrikonoxxi l-iżvantaġġi partikolari li jaffettwaw is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tar-reġjuni mbiegħda, li jsiru agħar minħabba li huma remoti u insulari. L-istess japplika għall-industrija tas-sajd.

(4) Ir-reġjuni konċernati qed jiffaċċjaw problemi speċifiċi ta' żvilupp, u b'mod partikolari, spejjeż addizzjonali li jintefqu fil-kumerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti minħabba li huma mbiegħda.

(5) Bil-għan li tinżamm il-kompetiTtività ta' ċerti prodotti tas-sajd meta mqabbla ma' dik ta' prodotti simili minn reġjuni Komunitarji oħra, il-Komunità Introduċiet, fl-1992 u fl-1993, miżuri li jikkumpensaw għal dawn l-ispejjeż addizzjonali fis-settur tas-sajd. Dawn il-miżuri ġew segwiti fl-1994 u fil-perjodu bejn l-1995 u l-1997 mill-adozzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru. 1503/94 [6] u (KE) Nru. 2337/95 [7] u fil-perjodu bejn l-1998 u l-2002 mill-adozzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru. 1587/98 [8] u (KE) Nru. 579/2002 [9]. Mill-2003, hu neċessarju li jsiru dispoSizzjonijiet għall-kontinwazzjoni ta' l-iskema li tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali għal ċerti prodotti tas-sajd fir-rigward ta' proċessar u kumerċjalizzazzjoni u, għalhekk, għandhom jiġu adottati miżuri sabiex jitkomplew dawn il-miżuri.

(6) Fir-reġjuni l-aktar imbiegħda ta' l-Unjoni Ewropea is-sajd artiġjanat u dak li jsir mix-xatt għandu importanza importanti fil-livell soċjo-ekonomiku.

(7) Għall-ġestjoni tajba ta' ħażna, għandhom jiġu razzjonalizzati l-isforzi tas-sajd, b'mod partikolari fid-dawl ta' studju ta' standard tekniku għoli li sar f'din iż-żona minn diversi istituzzjonijiet xjentifiċi fir-reġjuni l-aktar imbiegħda.

(8) F'dawn ir-reġjuni għandhom jiġu osservati r-regoli tal-Komunità dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' ħażniet, u b'mod partikolari fil-każ tad-dipartiment Franċiż ta' Guiana, ir-regola li tipprojbixxi sajd għal gamblu f'fond ta' inqas minn 30 metru.

(9) Biex jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni l-aktar imbiegħda kkonċernati, l-Istati Membri għandhom jitħallew jaġġustaw il-kwantitajiet u l-Kummissjoni għandha titħalla taġġusta l-ammonti u l-kwantitajiet stabbiliti għall-ispeċi varji mill-istess reġjun l-aktar imbiegħed jew bejn ir-reġjuni l-aktar imbiegħda ta' l-istess Stat Membru, biex jiġu kkunsidrati t-tibdiliet fil-kondizzjonijiet tas-swieq u l-karatteristiċi rispettivi tagħhom.

(10) Fejn l-aġġustament bejn speċi jew fir-reġjuni ta' l-istess Stat Membru ma jwassalx għal użu sħiħ ta' l-ammonti disponibbli, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tbiddel l-ammonti u l-kwantitatjiet stabbiliti għad-diversi speċi bejn ir-reġjuni l-aktar imbiegħda ta' diversi Stati Membri. F'dak il-każ, l-aġġustament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-iskala ta' allokazzjoni ta' l-ammonti disponibbli skond dan ir-Regolament fi snin sussegwenti.

(11) Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adotatti b'mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummisjoni [10],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament jintroduċi skema li tikkumpensa l-ispejjeż addizzjonali li ntefqu fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd imniżżla fl-Annessi I sa V, li ġejjin mill-Azores, mill-Madeira, mill-gżejjer Kanari u mid-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana u Réunion (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa bħala "il-kumpens") minħabba li dawn ir-reġjuni huma mbiegħda.

Artikolu 2

Destinatarji

Id-destinatarji tal-kumpens għandhom ikunu l-produtturi, is-sidien jew l-operaturi ta' bastimenti reġistrati fil-portijiet tar-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1 u li joperaw hemm jew assoċjazzjonijiet ta' dawn l-operaturi, u l-operaturi fis-settur ta' l-ipproċċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, jew assoċjazzjonijiet ta' dawn l-operaturi, li jonfqu spejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti kkonċernati minħabba li huma reġjuni mbiegħda.

Artikolu 3

Azores

Fil-każ ta' Azores, il-kumpens għandu jitħallas għall-podotti tas-sajd imniżżla fl-Anness I. L-ammonti ta' kumpens u l-kwantitajiet għar-reġjun għandhom ikunu kif ġej:

(a) 177 EUR għal kull tunnellata ta' tonn sa 10000 tunnellata fis-sena mogħtija lill-industrija lokali;

(b) 455 EUR 455 għal kull tunnellata ta' speċi destinati li jkunu mmexxija fis-suq bħala friski, sa 2000 tunnellata fis-suq;

(ċ) 148 EUR għal kull tunnellata ta' pelaġiċi żgħar u speċijiet li jinstab f'baħar fond mogħtija lill-industrija lokali jew lill-assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet ta' produtturi lokali għall-iffriżar jew għall-ipproċessar sa 1554 tunnellata fis-sena.

Artikolu 4

Madeira

Fil-każ ta' Madeira, il-kumpens għandu jitħallas għall-prodotti ta' sajd imniżżla fl-Anness II. L-ammonti tal-kumpens u l-kwantitajiet għar-reġjun għandhom ikunu kif ġej:

(a) 230 EUR għal kull tunnellata ta' tonn sa 4000 tunnellata fis-sena mogħtija lill-industrija lokali;

(b) 250 EUR għal kull tunnellata ta' aphanopus carbo sa 1600 tunnellata fis-sena;

(ċ) 1080 EUR għal kull tunnellata ta' prodotti ta' akkwakultura sa 50 tunnellata fis-sena.

Artikolu 5

Gżejjer Kanari

Fil-każ tal-gżejjer Kanari, il-kumpens għandu jitħallas għall-prodotti tas-sajd imniżżla fl-Anness III. L-ammonti ta' kumpens u l-kwantitajiet għar-reġjun għandhom ikunu dan li ġej:

(a) 950 EUR għal kull tunnellata ta' tonn ikkummerċjalizzat permezz ta' l-ajru, sa 1619 tunnellata fis-sena;

(b) 500 EUR għal kull tunnellata ta' tonn ikkummerċjalizzat permezz tal-baħar u mhux ikkondizzjonat, sa 453 tunnellata fis-sena;

(ċ) 250 EUR għal kull tunnellata ta' ħut qabbieżi kkummerċjalizzat permezz tal-baħar, sa 453 tunnellata fis-sena;

(d) 220 EUR għal kull tunnellata ta' ħut qabbieżi kkummeċjalizzat permezz tal-baħar u mhux ikkondizzjonati, sa 712 tunnellata fis-sena;

(e) 240 EUR għal kull tunnellata ta' sardin u kavall għal iffriżar, sa 347 tunnellata fis-sena;

(f) 268 EUR għal kull tunnellata ta' ċefalopodi u ta' speċijiet li jgħixu qrib qiegħ il-baħar, sa 8292 tunnellata fis-sena;

(g) 1300 EUR għal kull tunnellata ta' prodotti akwakulturi, sa 1157 tunnellata fis-sena.

Artikolu 6

Guiana

Fil-każ ta' Guiana, il-kumpens għandu jitħallas għall-prodotti tas-sajd imniżżla fl-Anness IV. L-ammonti tal-kumpens u l-kwantitajiet għar-reġjun għandhom ikunu kif ġej:

(a) 1100 EUR għal kull tunnellata ta' gambli li ġejjin minn sajd industrijali, sa 3300 tunnellata fis-sena;

(b) 1100 EUR għal kull tunnellata ta' ħut abjad frisk li ġej minn sajd artiġjanat, sa 100 tunnellata fis-sena;

(ċ) 257 EUR għal kull tunnellata ta' ħut abjad iffriżat li ġej minn sajd artiġjanat, sa 500 tunnellata fis-sena.

Artikolu 7

Réunion

Fil-każ ta' Réunion, il-kumpens għandu jitħallas għall-prodotti tas-sajd imniżżla fl-Anness V. L-ammonti tal-kumpens u l-kwantitajiet għar-reġjun għandhom ikunu 1400 EUR għal kull tunnellata ta' tonn, pixxispad, marlin, klieb il-baħar ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana, lampuki u klieb il-baħar, sa 618 tunnellata fis-sena.

Artikolu 8

Aġġustamenti ta' ammonti u kwantitajiet

1. L-Istati Membri jistgħu jbiddlu l-kwantitajiet stabbiliti għad-diversi speċi fil-qafas ta' l-Artikoli 3 sa 7 mingħajr ma jżidu l-ammonti provvduti bħala kumpens għat-tunnellati ta' speċi sakemm il-Kummissjoni ma ssib l-ebda oġġezzjoni f'perjodu ta' erba' ġimgħat min-notifika tat-talba għal aġġustament ġustifikata b'mod xieraq minn Stat Memrbu.

2. Il-Kummissjoni tista', wara li tirċievi informazzjoni mill-Istati Membri kkonċernati, taġġusta l-ammonti u l-kwantitajiet stabbiliti għad-diversi speċi, fid-dawl tal-karatteristiċi tagħhom u tal-kondizzjonijiet ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni, fid-disposizzjonijiet finanzjarji globali stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 7.

Dawn l-aġġustamenti jistgħu jsiru f'reġjun, bejn reġjuni li huma parti minn Stat Membru, jew bejn diversi Stati Membri.

3. Jekk isiru aġġustamenti bejn diversi Stati Membri, dan għandu jsir mingħajr preġudizzju għall-iskala ta' allokazzjoni ta' ammonti disponibbli u għandu jsir fil-limiti ta' ħruġ ta' flus annwali globali għall-iskema kif stabbilita mill-awtorità tal-budget.

4. L-aġġustament imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jikkunsidraw il-fatturi rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi bijoloġiċi ta' l-ispeċi, tibdil fl-ispejjeż addizzjonali u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-produzzjoni u tal-kumerċjalizzazzjoni.

Artikolu 9

Regoli dettaljati għal applikazzjoni

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2).

Artikolu 10

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandu jkun megħjun mill-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa "il-Kumitat").

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu taż-żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit bħala xahar.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċeduri interni tiegħu.

Artikolu 11

Finanzjament

Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu intervenzjoni maħsuba biex tistabbilizza s-swieq ta' l-agrikoltura fis-sens ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru. 1258/1999 [11]. Għandhom ikunu ffinanzjati mis-Sezzjoni ta' Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG).

Artikolu 12

Rappurtaġġ

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2006, il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Parlament Ewropew, lll-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament, akkumpanjat, jekk neċessarju, minn proposti għal aġġustamenti approprijati bżonnjużi biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Miżuri transitorji

It-talbiet lill-Kummissjoni għal aġġustamenti skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament (KE) Nru. 1587/98 li dwarhom għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu bla ħsara għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2003.

F'isem il-Kunsill

Il-President

A. Matteoli

[1] Opinjoni ta' l-4 ta' Diċembru 2003 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] Opinjoni tad-29 ta' Ottubru 2003 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 399, tat-30.12.89, pġ. 39.

[4] ĠU L 171, tad-29.06.91, pġ. 1.

[5] ĠU L 171, tad-29.06.91, pġ. 10.

[6] ĠU L 162, tat-30.06.94, pġ. 8.

[7] ĠU L 236, tal-05.10.95, pġ. 2.

[8] ĠU L 208, ta' l-24.07.98, pġ. 1.

[9] ĠU L 89, tal-05.04.02, pġ. 1.

[10] ĠU L 184, tas-17.07.99, pġ. 23.

[11] ĠU L 160, tas-26.06.99, pġ. 103.

--------------------------------------------------

ANNESS I

AZORES

(a) Tonn

Katsuwonus pelamis

Thunnus alalunga

Thunnus albacares

Thunnus obesus

Thunnus thynnus

(b) Speċijiet destinati għal kummerċjalizzazzjoni fi stat frisk

Phycis phycis

Beryx splendens

Pomatomus saltator

Sphyraena viridensis

Pagellus acame

Helicolenus dactylopterus dactylopterus

Cetrolabrus trutta

Labrus bergylta

Galeorhinus galeus

Pontinus kuhlii

Polyprion americanus

Coryphaena hippurus

Pseudocaranx dentex

Epigonus telescopus

Xiphias gladius

Serranus cabrilla

Serranus atricauda

Pagellus bogaraveo

Beryx decadactylus

Phycis blennoides

Seriola spp.

Loligo forbesi

Mora moro

Epinephelus guaza

Pagrus pagrus

Promethichthys prometeus

Lepidopus caudatus

Aphanopus carbo

Zeus faber, Zenopsis conchifer

Balistes carolinensis

Molva macrophthalma

Raja clavata

Scorpaena scrofa

Conger conger

Mullus surmelutus

Diplodus sargus

Sarda sarda

Sparisoma cretense

(ċ) Speċi pelaġiċi żgħar u tal-baħar fond

Scomber japonicus

Trachurus picturatus

Sardina pilchardus

Chaecon affinis

Aphanopus carbo

--------------------------------------------------

ANNESS II

MADEIRA

(a) Tonn

Thunnus alalunga

Thunnus albacares

Thunnus Thynnus

Thunnus obesus

Katsuwonus pelamis

(b) Scabbardfish sewda

Aphanopus carbo

(ċ) Prodotti ta' l-akwakultura

Sparus aurata

Pagrus Pagrus

Pagellus Bogaraveo

--------------------------------------------------

ANNESS III

GŻEJJER KANARI

(a) Tuna

Thunnus alalunga

Thunnus albacares

Thunnus thynnus thynnus

Thunnus obesus

(b) Ħut qabbieżi

Katsuwonus pelamis

(ċ) Sardin

Sardina pilchardus

(d) Kavall

Scomber spp.

(e) Ċefalopodi u speċi tal-qiegħ tal-baħar

Dentex dentex

Dentex gibbosus

Dentex macrophatalmus

Diplodus sargus

Diplodus cervinus

Lithognathus mormyrus

Pagellus acarne

Pagellus bogaraveo

Pagellus erythrinus

Sparus aurata

Sparus caeruleostictus

Sparus auriga

Sparus pagrus

Spondyliosoma cantharus

Merluccius merluccius

Merluccius senegalensis

Merluccius polli

Phycis phycis

Lepidorhombus boscii

Lophius piscatorius

Dicologlossa cuneata

Solea vulgaris

Solea senegalensis

Seppia Officinalis

Sepia bertheloti

Sepia orbignyana

Loligo vulgaris

Loligo forbesi

Octopus vulgaris

Todarodes sagittatus

Cynoglossus, spp

Allotheutis, spp.

(f) Prodotti ta' l-akkwakultura

Sparus aurata

Sparus pagrus

Dicentrarchus labrax

Seriola spp.

Solea senegalensis

--------------------------------------------------

ANNESS IV

GUIANA

(a) Gambli

Penaeus subtilis

Penaeus brasiliensis

Plesiopenaeus edwardsianus

Solenocra acuminata

(b) Ħut abjad li ġej minn sajd artiġjanat destinat bħala prodott frisk jew iffriżat

Cynoscion acoupa

Cynoscion virescens

Cynoscion steindachneri

Macrodon ancylodon

Plagioscion arenatus

Tarpon atlanticus

Megalopos atlanticus

Arius parkeri

Arius proops

Sphyrnidae

Carcharhinidae

Trachynotus cayennensis

Oligoplites saliens

Scomberomorus maculates

--------------------------------------------------

ANNESS V

RÉUNION

(a) Pixxispad

Xiphias gladius

(b) Tonn

Thunnus albacares

Thunnus alalunga

Thunnus obesus

Thunnus maccoyii

Euthynus spp.

Katsuwonus spp.

(ċ) Marlin/Makaire

Makaira mazara

Makaira indica

Tetrapterus audax

(d) Kelb il-baħar

Carcharinus longimanus

Isurus oxyrinchus

(e) Kelb il-baħar ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana

Isiophorus

(f) Lampuka

Coryphaena hippurus

--------------------------------------------------