32003R2326



Official Journal L 345 , 31/12/2003 P. 0027 - 0029


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2326/2003

tad-19 ta' Diċembru 2003

li jistabbilixxi, għas-sena ta' sajd 2004, il-prezzijiet gwida u l-prezzijiet tal-produzzjoni tal-Komunità għal ċerti prodotti tas-sajd skond ir-Regolament (KE) Nru 104/2000

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akKwakultura [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 26(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ta' l-Kummissjoni,

Billi:

(1) L-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdu illi għandhom Ikunu ffissati gwida ta' prezzijiet u prezz tal-produzzjoni tal-Komunità għal kull sena ta' sajd biex jkunu stabbiliti l-livelli tal-prezzijiet sabiex jkunu mqiegħda fis-suq ċertu prodotti tas-sajd.

(2) L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jeħtieg illi l-gwida ta' prezzijiet tkun iffissata għal kull prodott u għal kull grupp ta' prodott mniżżel fl-Aness I u II ta' dak ir-Regolament.

(3) A bażi tad-data kurrenti disponibbli fuq il-prezzijiet tal-prodotti konċernati u fuq il-kriterja msemmija fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-gwida ta' l-prezzijiet għandha tiżdied, tinzamm, jew titnaqqas għas-sena tas-sajd 2004 skond l-ispeċi.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jeħtieġ li l-prezz tal-produzzjoni tal-Komunità jiġi iffisat għal kull prodott mniżżel fl-Aness III tar-Regolament. Madankollu, huwa biżżejjed li jiġi stabbilit il-prezz tal-produzzjoni tal-Komunità ta' wieħed biss mill-prodotti mniżżla fl-Aness III tar-Regolament (KEE) Nru 104/2000, billi l-prezz tal-prodotti l-oħra jista' jiġi kkalkolat permezz ta' fatturi ta' konverżjoni stabbiliti mir-Regolament ta' l-Kummissjoni (KE) Nru 3510/82 [2].

(5) A bażi ta' l-kriterji stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni inċiż tal-Artikolu 18(2) u fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz tal-produzzjoni tal-Komunità għas-sena tas-sajd 2004 għandu jiżdied.

(6) Stante l-urġenza tal-kwistjoni huwa importanti li jsir eċċezzjoni in kwantu il-perjodu ta' sitt gimgħat imsemmi fil-paragrafu 1(3) tal-Protokoll fuq l-irwol tal-parlamenti nazzjonali ta' l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat ta' Amsterdam,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena ta' sajd mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2004, il-gwida tal-prezzijiet kif provdut fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandu jkun kif imniżżel fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għas-sena tas-sajd mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2004, il-prezzijiet tal-produzzjoni tal-Komunità kif provdut fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandu jkun kif imniżżel fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1ta' Jannar 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 2003.

F'isem il-Kunsill

Il-President

G. Alemanno

[1] ĠU L 17, tal-21.01.00, pġ. 22.

[2] ĠU L 368, tat-28.12.1982, pġ. 27; Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolamenti (KEE) Nru 3899/92 (ĠU L 392, tal-31.12.1992, pġ. 24).

--------------------------------------------------

ANNESS I

L-Anness | Prodotti skond l-ispeċi mniżżla fl-anness I u II ta' Regolament (KE) Nru 104/2000 | Preżentazzjoni Kummerċjali. | Gwida ta' prezzijiet (EUR/tunnellata metrika) |

GĦ | 1.Arringa ta' l-ispeċi Clupea harengus | Ħuta sħiħa | 267 |

2.Sardina ta' l-ispeċi Sardina pilchardus | Ħuta sħiħa | 581 |

3.Mazzola (Squalus acanthias) | Ħuta sħiħa jew imnaddfa bir-ras | 1112 |

4.Gattarell (Scyliorhinus spp.) | Ħuta sħiħa jew imnaddfa bir-ras | 759 |

5.Salamun raġel fl-istaġun tal-bajd. (Sebastes spp.) | Ħuta sħiħa | 1177 |

6.Merluzz ta' l-ispeċi Gadus morhua | Ħuta sħiħa jew imnaddfa bir-ras. | 1631 |

7.Saithe (Pollachius virens) | Ħuta sħiħa jew imnaddfa bir-ras | 766 |

8.Bakkaljaw (Melanogrammus aeglefinus) | Ħuta sħiħa jew imnaddfa bir-ras | 998 |

9.Whiting (Merlangius merlangus) | Ħuta sħiħa jew imnaddfa bir-ras | 923 |

10.Linarda (jew ling) (Molva spp.) | Ħuta sħiħa jew imnaddfa bir-ras | 1214 |

11.Kavall ta' l-ispeċi Scomber scombrus | Ħuta sħiħa | 308 |

12.Kavall ta' l-ispeċi Scomber japonicus | Ħuta sħiħa | 311 |

13.Inċova (Engraulis spp.) | Ħuta sħiħa | 1245 |

14.Barbun tat-Tbajja' (Pleuronectes platessa) | Ħuta sħiħa jew imnaddfa bir-ras mill- 1.1.2004 to tat- 30.4.2004 | 1079 |

Ħuta sħiħa jew imnaddfa bir-ras mill- 1.5.2004 to tal- 31.12.2004 | 1499 |

15.Merluzz ta' l-ispeċi Merluccius merluccius | Ħuta sħiħa jew imnaddfa bir-ras | 3731 |

16.Megrim (Lepidorhombus spp.) | Ħuta sħiħa jew imnaddfa bir-ras | 2442 |

17.Barbun. (Barbun) | Ħuta sħiħa jew imnaddfa bir-ras | 877 |

18.Barbun ta' l-għajn komuni. (Platichthys flesus) | Ħuta sħiħa jew imnaddfa bir-ras | 530 |

19.Alonga jew tonn tax-xewka twila. (Thunnus alalunga) | Ħuta sħiħa | 2265 |

Ħuta mnaddfa bir-ras | 2515 |

20.L-ispeċi fil-familji sepidae u sepiolidae (Sepia officinalis and Rossiamacrosoma) | Sħaħ | 1637 |

21.Xkatlu/Petriċa (Lophius spp.) | Ħuta sħiħa jew imnaddfa bir-ras | 2926 |

Mingħajr ras | 5898 |

22.Gamblu tar-ramel | Sempliċiment mgħollija fl-ilma | 2391 |

23.Gambli ta' Nofsinhar (Pandalus borealis) | Sempliċiment mgħollija fl-ilma | 6411 |

Frisk jew imkessħin | 1639 |

24.Granċ ta' l-ikel (Cancer pagurus) | Sħaħ | 1766 |

25.Awwista tan-Norveġja (Nephrops norvegicus) | Sħaħ | 5337 |

Denbijiet | 4279 |

26.L-ispeċi fil-ġeneru Solea (Lingwata Komuni) | Ħuta sħiħa jew imnaddfa bir-ras | 6748 |

II | 1.Greenland halibut (Reinhardtius hippoglossoides) | Prodotti ffriżati, F' Pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti | 1956 |

2.merluzz ta' l-ġeneru Merluccius spp. | Iffriżat, sħaħ, ġol-pakketti oriġinali li jkun l-istess prodotti | 1258 |

Iffriżat, sħaħ, ġol-pakketti oriġinali li jkun l-istess prodotti | 1499 |

3.Pagru. (l-ispeċi tal-ġeneru tad-denċi l-ispeċi tal-ġeneru tad-denċi u Pagellus spp.) | Iffriżat, bil-lott, ġol-pakketti oriġinali li jkun l-istess prodotti | 1586 |

4.Pixxispad (Pixxispad) | Iffriżat, sħaħ, ġol-pakketti oriġinali li jkun l-istess prodotti | 4019 |

5.L-ispeċi fil-familji sepidae u sepiolidae (Sepia (Sepiola rondeletti) officinalis)(Rossia macrosoma) | Prodotti ffriżati, f' Pakketti oriġinali li jkun fihom l- istess prodotti | 2006 |

6.L-ispeċi fil-familja octopodidae (l-ispeċi fil-familja octopodidae spp.) | Prodotti ffriżati f' Pakketti oriġinali li jkunu fihom l-istess prodotti | 2119 |

7.L-ispeċi fil-familji loliginidae u ommastrephidae (Loligo spp.) | Prodotti ffriżati, f' Pakketti oriġinali li jkunu fihom l-istess prodotti | 1168 |

8.L-ispeċi fil-familji loliginidae u ommastrephidae (Ommastrephes sagittatus) | Prodotti ffriżati, f' Pakketti oriġinali li jkunu fihom l-istess prodotti | 961 |

9.Illex arġentinus | Prodotti ffriżati, f' Pakketti oriġinali li jkunu fihom l-istess prodotti | 848 |

10.Gamblin ta' l-familja Penaeidae, | | |

—Gambli ta' l-ispeċi fil-familja Parapenaeus longirostris | Prodotti ffriżati, f' Pakketti oriġinali li jkunu fihom l-istess prodotti | 4035 |

—Speċi oħra fil-familja Penaeidae | Prodotti ffriżati,f' Pakketti oriġinali li jkunu fihom istess prodotti | 8142 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Prodotti tal-ispeċI mniżżla fll-Aness III mar-Regulation (KE) No 104/2000 | speċifikazzjonijiet kumerċjali | Prezz tal-produttur tal-Komunità (EUR/tunnellata metrika) |

Tonn tal-pinen sofor (Thunnus albacares) | Sħiħ, jiżen aktar minn 10 kg il-wieħed. | 1219 |

Il-prezzijiet tal-produttur tal-Komunità tal-prodotti l-oħra mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandu jkun determinat permezz ta' fatturi ta' konverżjoni msemmija fir-Regolament (KEE) Numru 3510/82.

--------------------------------------------------