32003R2295



Official Journal L 340 , 24/12/2003 P. 0016 - 0034


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2295/2003

tat-23 ta’ Diċembru 2003

li jdaħħal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 fuq ċerti standards tal-marketing għall-bajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards tal-marketing għall-bajd [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 5(3), 6(5), 7(1)(d), 10(3), 11(2), 20(1) u 22(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet imsemmija fih għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/4/KE tat-30 Jannar 2002 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ stabbilimenti li jrabbu tiġieġ għall-bajd koperta mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE [3], u b’mod partikolari l-punti 2.1 u 2.3 ta’l-Anness tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 reċentement għadda mminn għadd ta’ emendi radikali. Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1274/91 tal-15 ta’ Mejju 1991 li jdaħħal regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards stabbiliti għall-marketing tal-bajd [4] għandhom jiġu emendati biex iqisu dawn il-bidliet. Fl-interessi taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, ir-Regolament (KEE) Nru 1274/91 għandu jiġi rrevokat u ssostitwit b’Regolament ġdid.

(2) Kemm l-iżviluppi teknoloġiċi kif ukoll id-domanda tal-konsumatur issa jitolbu li l-prodotti jiġu rintraċċjati aħjar kif ukoll li l-bajd jiġi kkonsenjat, magħżul skond il-qies u ppakkjat aktar malajr.

(3) Madankollu, ċerti produtturi huma kapaċi jiggarantxxu li l-bajd tagħhom jinżamm f’ċerta temperatura kostanti li jagħmilha possibli li dan jingħata eżenzjoni mill-ħtieġa ġenerali li jinġabar kuljum jew li jiġi kkonsenjat fil-każ ta’ bajd maħsub biex jiġi imbollat bid-data ta’ meta jkun inbied jew imbollat bħala bajd tal-grad "extra" kif previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90. It-termini perentorji applikabbli għall-ġbir u l-konsenja għandhom għalhekk jiġu stabbiliti u r-regoli li għandhom jiġu applikati f’dan il-każ għandhom jiġu speċifikati.

(4) Biex jiġi ggarantit li l-bajd ikun rintraċċjabbli u jiġi żgurat li l-oriġini u l-metodu tal-produzzjoni tiegħu jiġu vverifikati, kull bajda għandha tiġi wkoll imbollata bin-numru distintiv ta’l-azjenda tal-produzzjoni, b’konformità mad-Direttiva tal-Kummissjoni KE Nru 2002/4, fil-post tal-produzzjoni (fl-azjenda) jew mhux aktar tard mill-ewwel ċentru ta’l-imballar li fih il-bajd jintbagħat. Madankollu, l-imbollar fil-post tal-produzzjoni għandu jkun obbligatorju meta l-bajd ikun sa jitlaq mit-territorju tal-pajjiż tal-produzzjoni, minbarra meta l-produttur ikollu kuntratt esklussiv maċ-ċentru ta’l-ippakkjar. Kull kontenitur għandu b’mod obbligatorju jkun immarkat bin-numru distintiv ta’ l-azjenda tal-produzzjoni.

(5) Biex jiġi ggarantit lill-konsumatur li l-karatteristiċi tal-kwalità għall-bajd frisk, imsejjaħ ukoll bajd tal-grad A, ikunu jistgħu jiġu vverifikati u applikati, u li ċertu bajd jista’ jiġi ggarantit "extra frisk", għandhom jiġu stabbiliti kriterji ta’ standard għoli għal kull grad ta’ kwalità, arranġamenti b’mod speċjali iebsa għandhom jiġu imposti fuq il-ġbir u t-tqassim ta’ wara, u l-bajd għandu jingħażel u jiġi mbollat bin-numru distintiv ta’l-azjenda tal-produzzjoni u, meta approprjat, id-data tal-bidien.

(6) Huma biss l-impriżi li l-fond u t-tagħmir tekniku tagħhom ikunu adattati għall-iskala ta’l-operazzjonijiet tagħhom u li għalhekk jippermettu l-maniġġ approprjat tal-bajd li għandhom jiġu awtorizzati biex jagħżlu l-bajd skond il-kwalità u skond il-piż. Biex tiġi evitata konfużjoni u titħaffef l-identifikazzjoni tal-konsenji tal-bajd, kull kollettur u kull ċentru ta’l-imballar għandu jingħata numru distintiv tar-reġistrazzjoni bbażat fuq sistema uniformi ta’ kodifika.

(7) Bajd ta’ kwalità ordinarja, li l-karattersitiċi tiegħu ma jippermettux li jiġi inkluż fil-grad ‘bajd frisk’, għandu jiġi ttrattat bħala bajd tat-tieni kwalità u mqiegħed fil-grad fejn suppost. Fil-prattika, dan il-bajd ikun maħsub l-aktar għal konsenja diretta għall-industrija ta’l-ikel, inklużi l-impriżi ta’l-industrija ta’l-ikel approvati skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/437/KEE ta’l-20 ta’ Ġunju 1989 fuq problemi ta’ iġjene u ta’ saħħa li jeffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-bajd [5]. Jekk il-pakki li jkun fihom dan il-bajd ikunu ttikkettjati bid-deskrizzjoni ta’ hawn fuq, f’każi bħal dawn m’hemmx għalfejn ikollhom il-marka distintiva li kieku kienet tidentifikahom bħala bajd tal-grad B. Dan l-imbollar għandu wkoll jelimina kwalunkwe konfużjoni, kemm aċċidentali jew apposta, ma’l-imbollar previst fil-każ ta’ bajd mhux tajjeb għall-kosnum uman, li jista’ jiġi kkonsenjat lil industrija mhux ta’l-ikel.

(8) B’żieda mad-data obbligatorja ta’ kemm l-anqas li jista’ jżomm l-bajd tal-grad B u d-data ta’l-imballaġġ għall-bajd tal-grad B biex jintuża fuq il-pakki tal-bajd u d-data ta’l-klassifika fil-każ ta’ bejgħ sfuż, tista’ tingħata informazzjoni relevanti addizzjonali lill-konsumaturi bl-indikazzjoni volontarja fuq il-bajd jew fuq il-pakki tal-bajd ta’ data sa meta għandu jinbiegħ jew id-data sa meta jkun fl-aħjar kondizzjoni jew/u id-data ta’ meta jkun inbied. Il-perjodu minimu ta’ kemm iżomm għandu jiġi abbinat mal-kriterji tal-kwalità applikabbli għall-bajd.

(9) Biex il-konsumaturi jiġu salvagwardjati kontra pretensjonijiet li jistgħu jsiru bl-intenzjoni qarrieqa biex jinkisbu prezzijiet ogħla minn dawk li jġib bajd ta’ tiġieġ imrobbija fil-batteriji jew bajd ta’ grad normali, jeħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji minimi ta’ trobbija li għandhom jiġu rrispettati, minbarra t-trobbija organika, li hija koperta bir-Regolament (KEE) Nru 2092/91. Reġistrazzjoni rigoruża b’mod speċjali, proċeduri ta’ żamma ta’ rekords u monitoraġġ għandhom jiġu stabbiliti, b’mod partikolari fil-każ ta’l-użu volontarju ta’ indikazzjonijiet rigward id-data ta’ meta nbied il-bajd, it-tip ta’għalf tat-tjur u r-reġjun ta’l-oriġini.

(10) Taħt l-Artikolu 7(1) tar-Regolamenti (KEE) Nru 1907/90, lista ta’ pajjiżi terzi li joffru garanziji speċjali dwar -lekwivalenza ma’l-istandards Komunitarji għall-metodi tat-trobbija għandhom isiru.

(11) L-istrixxi u t-tikketti għandhom jippermettu li l-pakki u l-kontenut tagħhom jiġiu identifikati. Attenzjoni speċjali għandha tingħata għal pakki kbar u żgħar li fihom bajd industrijali, min-naħa l-waħda, u bajd ta’ grad ‘extra’ min-naħa l-oħra.

(12) Ċentri ta’l-imballaġġ għandu jkollhom l-għażla li jerġgħu jimballaw il-bajd meta l-pakki jkunu tħassru, meta negozjant ikun jixtieq ibiegħ il-bajd f’ismu jew meta l-bajd f’pakki kbar ikun jeħtieġ li jarġa’ jiġi mballat f’pakki żgħar. F’dawn il-każi l-oriġini u kemm ikollu żmien il-bajd għandhom jingħataw fl-avviżi li jkun hemm fuq l-istrixxi, fuq it-tikketti u fuq il-pakki. Dawn l-avviżi għandhom jindikaw li l-bajd ikun ġie magħżul u mballat mill-ġdid. Iż-żmien żejjed li jkun ittieħed għall-imballaġ mill-ġdid jagħmilha essenzali li tiġi pprojbita l-indikazzjoni ‘extra’ fil-każ ta’ bajd imballat mill-ġdid.

(13) Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni unformi tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet rigward spezzjonijiet, inklużi l-arranġamenti speċjali biex jiġi mmonitorjat l-użu tad-data ta’ meta l-bajd ikun inbied u l-indikazzjonijiet ta’ tipi partikolari ta’ trobbija tat-tjur, l-għalf tat-tjur użat u l-oriġini tal-bajd, għandu jkun hemm skambju kontinwu ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(14) L-ispezzjoni effettiva tal-konformità ma’l-istandards tal-marketing jeħtieġ li jiġi eżaminat numru suffiċjenti ta’ bajd magħżul biex ikun jifforma kampjun rappreżentattiv tal-lott iċċekkjat. B’konformità mad- dispożizzjonijiet fir-Regolament (KEE) Nru 1907/90 li jirregola u jistabbilixxi bejgħ sfuż, il-parametri għat-teħid tal-kampjuni għandhom jiġu estiżi wkoll għal dan il-bejgħ.

(15) Minħabba li l-metodi użati għall-klassifika tal-bajd bil-kwalità u l-piż m’humiex preċiżi għalkollox, marġini ta’ tolleranza għandhom ikunu permessi. Minħabba li l-ħażna u l-kondizzjonijiet ta’ trasport jistgħu wkoll jeffettwaw il-kwalità u l-piż tal-lott, it-tolleranzi għandhom jiġu differenzati skond l-istadju tal-marketing. Biex jiġi ffaċilitat il-marketing u l-iċċekkjar tal-bajd magħżul skond il-kwalità u l-piż meta jkun ġo pakki kbar, medja ta’ piż nett minimu għandha tiġi stabbilita għal kull grad ta’ piż.

(16) Il-kwalità tal-bajd magħżul teħżien matul il-ħażna jew it-trasport. Ir-riskju li dan jeħżien, inkluża l-kontaminazzjoni b’mikrobi, jista’ jitnaqqas konsiderevolment billi jiġu imposti restrizzjonijiet iebsa fuq l-użu ta’ ċerti materjali ta’l-imballaġġ. Għandhom għalhekk jiġu stabbiliti ħtiġiet stretti rigward il-kondizzjonijiet li fihom il-bajd jinħażen, jinġarr u jiġi mballat.

(17) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Il-KAPITOLU I

IL-ĠBIR TAL-BAJD U Ċ-ĊENTRI TA’L-IMBALLAĠĠ

Artikolu 1

Il-ġbir tal-bajd

1. Bajd li jkun imbollat bid-data ta’ meta nbied u li jkun maħsub għall-marketing bħala ta’ grad "extra" għandu jiġi kkonsenjat mill-produttur esklussivament liċ-ċentri ta’l-imballaġġ jew miġbur mingħand il-produttur miċ-ċentru ta’l-imballaġġ b’dan il-mod:

(a) dakinhar li attwalment jinbied, fil-każ ta’ bajd li għandu jiġi mbollat bid-data ta’ meta nbied taħt l-Artikolu 12;

(b) kull jum utli, fil-każ ta’ bajd maħsub għall-marketing bħala"extra" taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90;

(ċ) jum utli u ieħor le, fil-każ ta’ bajd miżmum fir-razzett f’temperatura ambjentali miżmuma artifiċjalment għal mhux anqas minn 18 °C.

2. Bajd mhux kopert mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jitwassal mill-produtturi lil, jew jinġabar mill-produtturi mill-azjendi msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 bil-mod li ġej:

(a) kull tielet jum utli;

(b) kull ġimgħa, fil-każ ta’ bajd miżmum ffl-azjenda f’temperatura ambjentali miżmuma artifiċjalment ta’ mhux anqas minn 18 °C.

3. Il-kolletturi kollha għandhom jikkonsenjaw il-bajd liċ-ċentri ta’l-imballaġġ mhux aktar tard mill-jum utli li jiġi wara dak li fih jiġi riċevut.

4. Qabel jitlaq mill-post tal-produzzjoni, kull kontenitur għandu jiġi identifikat permezz ta’:

(a) l-isem, l-indirizz u n-numru distintiv ta’l-azjenda tal-produzzjoni kif previst fid-Direttiva 2002/4/KE, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "numru distintiv tal-produttur";

(b) in-numru tal-bajd u l-piż tiegħu;

(ċ) id-data u l-perjodu ta’ meta nbied;

(d) id-data ta’ meta ntbagħat.

Din l-informazzjoni għandha tintwera fuq il-kontenitur u fuq id-dokumenti li jmorru miegħu; dawn id-dokumenti għandhom jinżammu miċ-ċentru ta’l-imballaġġ għal talanqas sitt xhur.

Fil-każ ta’ ċentri ta’l-imballaġġ ipprovduti b’bajd mhux imballat mill-entitajiet tal-produzzjoni tagħhom, li jkun jinsabu fl-istess post, l-identifikazzjoni fuq il-kontenituri tista’ ssir fiċ-ċentru ta’l-imballaġġ.

ĊENTRI GĦALL-IMBALLAĠĠ TAL-BAJD

Artikolu 2

Attivitajiet taċ-ċentri ta’l-imballaġġ

1. Iċ-ċentri ta’l-imballaġġ għandhom jagħżlu, jimballaw u jimbollaw il-bajd u l-pakki mhux aktar tard mit-tieni jum utli li jiġi wara dak li fih il-bajd ikun ġie riċevut.

Madankollu, l-ewwel subparagrafu m’għandux jgħodd meta l-bajd riċevut mingħand il-produtturi ma jiġix ikkonsenjat lil ċentri oħra ta’l-imballaġġ mhux aktar tard minn jum utli li jiġi wara dak li fih jiġi riċevut.

Barra minn hekk l-imballaġġ u l-imbollar tal-pakki għandu jsir fi żmien tlett ijiem oħra, jekk il-bajd jiġi mballat f’ċentru ta’l-imballaġġ differenti minn dak li jkun għażlu u mbollah. F’każi bħal dawn,l-Artikolu 1(4) għandu jgħodd.

2. Meta d-data ta’ meta nbied tkun indikata fuq bajd li jkun ġie pprovdut minn entitajiet tal-produzzjoni li jkunu fl-istess post taċ-ċentru ta’l-imballaġġ u li ma jkunx imballat f’kontenituri, il-bajd għandu jingħażel u jiġi mballat fid-data ta’ meta jkun inbiedjew, jekk id-data ta’ meta jkun nbiedtaħbat f’jum mhux utli, fl-ewwel jum utli li jiġi wara.

Artikolu 3

Ħtiġiet għall-approvazzjoni

1. Huma biss impriżi u produtturi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu li għandhom jiġu approvati bħala kolletturi jew ċentri ta’l-imballaġġ fis-sens ta’l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90.

2. Il-fondi tal-kolletturi u ċ-ċentri ta’l-imballaġġ għandhom ikunu:

(a) ta’ daqs superfiċjali adattat għall-iskala ta’l-operazzzjonijiet tagħhom:

(b) mibnijin u mgħammra b’tali mod li:

- joffru ventilazzjoni u dawl adegwat,

- ikunu jistgħu jitnaddfu u jiġu diżinfettati kif għandu jkun,

- il-bajd ikun protett minn varjazzjonijiet qawwija fit-temperatura ta’ barra;

(ċ) irriservat għall-maniġġ u l-ħażna tal-bajd; iżda, parti mill-fond tista’ jintuża għall-ħażna ta’ prodotti oħra bil-kondizzjoni li dawn ma jagħtux irwejjaħ barranija lill-bajd;

3. It-tagħmir tekniku taċ-ċentri ta’l-imballaġġ għandu jiżgura l-maniġġ tajjeb tal-bajd u jinkludi b’mod partikolari:

(a) tagħmir tad-dawl adattat sorveljat il-ħin kollu minn impjegati biex jippermetti li l-kwalità ta’ kull bajda tiġi eżaminata għaliha weħida;

(b) apparati biex ikejlu l-għoli ta’l-ispazju ta’l-arja;

(ċ) tagħmir biex jagħżel il-bajd skond il-piż;

(d) miżien approvat wieħed jew aktar biex jiżen il-bajd;

(e) tagħmir għall-imbollar tal-bajd, fejn jintużaw l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90.

Meta jintuża tagħmir tad-dawl kif imsemmi f’(a) fl-ewwel subparagrafu, l-klassifika u l-klassifika, it-tagħmir għandu jinkludi lampa tal-bajd indipendenti. Fil-każ ta’ sistemi awtomatizzati bħal dawn, l-awtorità lokali kompetenti ta’ l-Istat Membru tista’ tirrinunzja l-ħtieġa li l-magna tkun sorveljata mill-impjegati l-ħin kollu, basta arranġament dwar il-kontroll tal-kwalità ibbażati fuq it-teħid ta’ kampjuni jitwaqqaf għall-bajd li jintbagħat.

4. Il-fond u t-tagħmir tekniku għandhom jinżammu ndaf u jaħdmu sew u jkunu ħielsa minn irwejjaħ estranji.

Artikolu 4

Għoti ta’l-approvazzjoni

1. Kwalunkwe talba għal approvazzjoni ta’ kollettur jew għal ċentru ta’l-imballaġġ għandha titressaq quddiem l-awtorità kompetenti lokalita’l-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu l-fond tal-kollettur jew iċ-ċentru jkun qiegħed.

2. L-awtorità lokali kompetenti għandha tagħti liċ-ċentru ta’l-imballaġġ numru distintiv b’kodiċi inizjali kif ġej:

BE | Il-Belġju | AT | Awstrija | CZ | Ir-Repubblika Ċeka |

DK | Id-Danimarka | PT | Il-Portugall | EE | L-Estonja |

DE | Il-Ġermanja | FI | il-Finlandja | CY | Ċipru |

GR | Il-Greċja | SE | L-Isvezja | LV | Il-Latvja |

ES | Spanja | UK | Ir-Renju Unit | LT | Il-Litwanja |

FR | Franza | | | HU | L-Ungerija |

IE | L-Irlanda | | | MT | Malta |

IT | L-Italja | | | PL | Il-Polonja |

LU | Il-Lussemburgu | | | SI | L-Islovenja |

NL | L-Olanda | | | SK | l-Islovakkja |

3. Huma biss ċentri ta’l-imballaġġ approvati li jistgħu jiġu awtorizzati jimballaw bajd tal-grad A mmarkat "extra" jew li jindikaw id-data ta’ meta nbied b’konformitàma’l-Artikolu 12.

Il-KAPITOLU II

GRADI TA’ BAJD

Artikolu 5

Karatteristiċi ta’ bajd tal-grad A

1. Bajd tal-grad A għandu jkollu dawn il-karattersitiċi minimi li ġejjin:

—il-qoxra u r-rita: | normali, nodfa, bla ħsara |

—spazju ta'l-arja: | għoli li ma jaqbiżx is-6 mm, meta jkun wieqaf; madankollu, fil-każ ta' bajd biex jitqiegħed fis-suq bħala "extra" jista' jaqbeż l-4 mm; |

—abjad: | ċar, limpidu, ta' konsistenza bħal ġelatina, ħieles min kull materjal barrani; |

—isfar: | meta mqiegħed quddiem dawl jidher biss bħala dell, mingħajr konini li jidhru ċari, li meta jiġi mdawwar ma jitbigħedx wisq miċ-ċentru tal-bajda, ħieles minn materja barranija ta' kull xorta, |

—iċ-ċellula tan-nisel: | żvilupp li ma jidhirx bil-għajn; |

—ir-riħa: | ħieles min irwejjaħ barranija |

2. Bajd tal-grad A m’għandux jiġi maħsul, jew imnaddaf b’xi mezz ieħor, qabel jew wara l-klassifika.

Għalhekk, bajd maħsul b’konformità ma’l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90, anke meta dan jaderixxi tal-kriterji applikabbli għall-bajd tal-grad A, ma jistax jitqiegħed fis-suq bħala bajd tal-grad A u għandu jiġi mbollat ‘bajd maħsul’.

3. Bajd tal-grad A m’għandux jiġi ttrattat għall-preservazzjoni jew jiġi mkessaħ ġo fondi jew impjanti fejn it-temperatura tinżamm artifiċjalment għal anqas minn 5 °C. Iżda bajd li jkun inżamm f’temperatura taħt il-5 °C matul il-ġarr ta’ mhux aktar minn 24 siegħa jew f’fondi ta’ bejgħ bl-imnut jew fl-annessi tagħhom ma jiġix ikkunsidrat bħala mkessaħ, basta l-kwantità maħżuna f’dawn l-annessi ma’ tkunx taqbeż il-ħtiġiet għal tlett ijiem ta’ bejgħ bl-imnut fil-fondi in kwistjoni.

B’hekk, il-bajd imkessaħ b’konformità ma’l-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 ma jistax jitqiegħed fis-suq bħala bajd tal-grad A, anke meta dan jaderixxi mal-kriterji applikabbli għal bajd tal-grad A. Dan għandu jitqiegħed fis-suq bħala "bajd imkessaħ".

Artikolu 6

Bjad tal-grad B

Bajd tal-grad B għandu jkun bajd li ma jkunx jaderixxi mal-ħtiġiet applikabbli għall-bajd tal-grad A. Dan jista’ jiġi mgħoddi biss lil impriżi ta’l-industrija ta’l-ikel approvati b’konformità ma’l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/437/KEE jew lil impriżi industrijali mhux ta’l-ikel.

Artikolu 7

Il-klassifika ta’ bajd tal-grad A

1. Bajd tal-grad A u "bajd maħsul" għandu jingħażel skond il-piż kif ġej:

—XL-kbir ħafna | 73 g u iżjed, |

—L-kbir: | minn 63 g sa 73 g, |

—M-medju: | min 53 g sa 63 g, |

—S-żgħir: | taħt it-53 g. |

2. Fuq pakki l-klassifika skond il-piż għandha tiġi indikata permezz ta’l-ittri jew it-termini korrispondenti kif stabbiliti fil-paragrafu 1 jew permezz ta’ taħlita tat-tnejn, li tista’ tiġi miżjuda minn varjazzjonijiet ta’ piż korrispondenti. Ebda suddiviżjoni ta’ varjazzjonijiet ta’ piż imsemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħu jsiru billi fuq pakki jintużaw ilwien, simboli, marki kummerċjali, jew indikazzjonijiet oħra.

3. Meta bajd tal-grad A ta’ qisien differenti jiġi mballat flimkien fl-istess pakk skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90, il-piż totali nett tal-bajd għandu jingħata fi grammi u l-indikazzjoni "Bajd ta’ qisien differenti" jew termini ekwivalenti għandhom ikunu jidhru.

4. Meta bajd tal-grad A jiġi kkunsinjat lill-industrija taħt din id-denominazzjoni, l-klassifika skond il-piż mhix obbligatorja u l-konsenja ssir b’konformità mal-kondizzjonijiet taħt l-Artikolu 1 paragrafu (4).

Il-KAPITOLU III

L-IMBOLLAR TAL-BAJD U TAL-PAKKI TAL-BAJD

TAQSIMA 1

Regoli applikabbli għas-suq tal-Komunità

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet ġenerali fuq l-imbollar

1. L-imbollar previst fl-Artikolu 7 l-Artikolu 10(1) u (2)(c) u Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandu jiġi applikat fil-jum tal-klassifika u l-imballaġġ.

Madankollu, il-marki li jindikaw in-numru distintiv tal-produttur, id-data ta’ meta nbied, kif it-tiġieġ tal-bajd jiġu mitmugħa u l-oriġini reġjonali tal-bajd jistgħu jiġu imbollati mill-produttur.

2. Il-marki imbollati fuq il-bajd u applikati fuq il-pakketti għandhom ikunu jidhru u jinqraw b’mod faċli, b’konformità ma’l-Artikoli minn 7 sa10 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90.

Il-prodott użat għall-imbollar għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rigward materjali koloranti li jistgħu jintużaw fl-ikel maħsub għall-konsum uman.

3. Il-marki distintivi għall-bajd tal-grad A u l-"bajd maħsul" għandu jkollhom:

(a) il-marka distintiva tal-grad A, li għandha tkun ċirku ta’ dijametru ta’ mill-anqas 12mm madwar il-marka distintiva għall-klassi ta’ piż li tikkonsisti mill-ittra jew l-ittri indikati fl-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament, talanqas ta’ għoli ta’ 2 mm;

(b) in-numru distintiv tal-produuttur, li jikkonsisti mill-kodiċijiet u l-ittri previsti fid-Direttiva 2002/4/KE, talaqnas ta’ għoli ta’ 2 mm;

(ċ) in-numru taċ-ċentru ta’l-imballaġġ f’ittri jew f’ċifri talanqas ta’ għoli ta’ 2 mm:

(d) id-dati, murija b’ittri u fiġuri ta’ għoli talanqas ta’ 2 mm, b’konformità mat-termini mogħtija f l-Anness I, segwiti mill-jum u x-xahar kif stabbilit fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.

4. Il-marka distintiva tal-grad għandha tkun ċirku ta’ djametru ta’ mill-anqas 12mm madwar l-ittra B ta’ għoli talanqas ta’ 5mm.

Din il-marka m’għandhiex tkun obbligatorja meta l-bajd jiġi kkonsenjat direttament lill-industrija ta’l-ikel, basta din id-destinazzjoni tkun immarkata b’mod ċar fuq il-pakki li fihom ikun.

5. Meta bajd jiġi kkonsenjat min produttur lil ċentru ta’l-imballaġġ li jkun fi Stat Membru ieħor, dan għandu jkun imbollat bin-numru distintiv tal-produttur qabel iħalli l-post tal-produzzjoni. Madankollu, meta l-produttur u ċ-ċentru ta’l-imballaġġ ikunu ffirmaw kuntratt esklussiv ta’ konsenja għal operazzjonijiet sub-kuntrattati f’dak l-Istat Membru li jeħtieġ li dawn jikkonformaw ma’ dawn it-termini perentorji u l-istandards ta’l-imbollar, l-Istat membru li fit-territorju tiegħu jkun qiegħed il-post tal-produzzjoni jista’ jikkonċedi eċċezzjoni għal din il-ħtieġa, fuq talba ta’l-operaturi u bi ftehim minn qabel ma’l-Istat Membru fejn ikun qiegħed iċ-ċentru ta’l-imballaġġ. F’dawn il-każi, kopja tal-kunttratt oriġinali, iċċertifikat mill-operaturi, għandha tmur mal-konsenja. L-awtoritajiet ta’l-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 29(2)(e) għandhom jiġu informati li tkun saret eċċezzjoni.

Artikolu 9

Indikazzjoni ta’ kemm l-anqas li jista’ jżomm

1. Id-data ta’ kemm l-anqas li jista’ jżomm imsemmija fl-Artikolu 10(1)(e) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandha tkun imbollata waqt l-imballaġġ b’konformità ma’l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [6] u għandu jkun fiha wieħed mit-termini spjegati fil-punt 1 ta’ l-Anness I.

Għal dan il-għan, id-data għandha tintwera b’konformità ma’l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2000/13/KE fl-ordni u skond ir-regoli spjegati hawn taħt:

(a) il-jum espress b’numri minn 1 sa 31,

(b) ix-xahar, espress b’numri min 1 sa 12 jew b’mhux aktar minn erba’ ittri ta’l-alfabett.

2. Id-data sa meta l-anqas li jista’ jżomm għandha tkun id-data li fiha l-bajd tal-grad A jew il-bajd maħsul iżomm il-karatteristiċi tiegħu imfissra fl-Artikolu 5(1) meta jkun maħżun kif suppost. Din għandha tiġi stabbilita għal mhux aktar minn 28 jum wara li jkun inbied. Meta perjodu ta’ bidien jiġi indikat b’konformità ma’l-Artikolu 1(4)(c), id-data ta’ kemm l-anqas li jista’ jżomm għandha tiġi stabbilita mill-ewwel jum ta’ dak il-perjodu

3. Pakki kbar, u pakki żgħar anke meta jkunu f’pakki kbar, għandu jkollhom fuq il-faċċata ta’ barra b’tipa li tidher u tinqara b’mod faċli indikazzjoni li tagħti parir lil konsumaturi biex iżommu l-bajd imkessaħ wara li jinxtara.

4. Fil-każ ta’ xiri ta’ bajd sfuż, indikazzjoni ekwivalenti għal dik imsemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi applikata b’tali mod li tkun tidher u ċara u inekwivokabbli mill-konsumatur.

Artikolu 10

Indikazzjoni tad-data ta’l-imballaġġ

L-indikazzjoini tad-data ta’l-imballaġġ imsemmija fl-Artikolu 10(1)(e) li tista’ tiġi indikata b’mod mhux obbligatorju b’konformità ma’l-Artikolu 10(2)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandu jkun fiha wieħed jew aktar mit-termini spjegati fil-punt 2 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament, segwit miż-żewġ settijiet ta’ ittri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’l-Artikolu 9(1) of ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Sa liema data l-bejgħ hu rakkomandat

1. B’żieda ma’l-inqas data li jista’ jżomm u/jew id-data ta’l-imballaġġ, id-data rakkomandata għall-bejgħ tista’ tiġi imbollata mill-operatur fil-waqt ta’l-imballaġġ fuq il-bajd jew fuq il-pakki li fihom ikun qiegħed jew fuq it-tnejn.

2. Id-data rakkomandata sa meta għandu jinbiegħ m’għandhiex taqbeż l-iskadenza massima ta’ 21 jum wara l-bidien b’konformità ma’l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/371/KE [7].

Madankollu, fil-każ ta’ bajd imkessaħ mibgħut lid-dipartimenti Franċiżi barranin u maħsub għall-bejgħ bl-imnut hemmhekk b’konformità ma’l-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 id-data rakkomandata sa meta għandu jinbiegħ tista’ tiġi estiża għal 40 jum.

3. Meta perjodu ta’ bidien jiġi indikat b’konformità ma’l-Artikolu 1(4)(ċ), id-data rakkomandata sa meta għandu jinbiegħ għandha tiġi stabbilita mill-ewwel jum ta’ dak il-perjodu.

4. Għall-imbollar tad-dati msemmija f’dan l-Artikolu fuq il-bajd u l-pakki, għandhom jintużaw wieħed jew aktar mit-termini msemmija fl-Anness I.

5. Id-dati msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu indikati b’konformità mat-tieni subparagrafu ta’l-Artikolu 9(1).

Artikolu 12

Indikazzjoni tad-data tal-bidien

1. Id-data tal-bidien tista’ tiġi mbollata fuq il-pakki mill-operatur waqt l-imballaġġ. F’dan il-każ, id-data tal-bidien għandha wkoll tiġi mbollata fuq il-bajd li jkun fil-pakki.

Meta d-data tal-bidien tkun indikata, ir-regoli stabbiliti fil-paragrafi 2, 3u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jgħoddu.

2. Meta l-bajd jiġi pprovdut liċ-ċentru ta’l- imballaġġ f’kontenituri, il-bajd kollu f’kontenitur wieħed li għandu jiġi mbollat bid-data tal-bidien għandu jiġi magħżul u mballat mingħajr waqfien. Id-data tal-bidien għandha tiġi mbollata fuq il-bajd matul jew wara l-klassifika.

3. Meta ċentru ta’l-imballaġġ jiġi pprovdut b’bajd li ma jkunx f’kontenituri mill-entitajiet tal-produzzjoni tiegħu li jkunu qegħdin fl-istess post, il-bajd għandu jkun:

- imbollat bid-data tal-bidien fid-data tal-bidien; iżda, bajd li nbied fi ġranet mhux utli jista’ jiġi mbollat fl-ewwel jum utli li jiġi wara, flimkien ma bajd li nbied f’dak il-jum, bid-data ta’l-ewwel jum mhux utli,

- ikklassifikat u imballat b’konformità ma’l-Artikolu 2, u

- ikkonsenjat lil ċentri oħra ta’l-imballaġġ jew lill-industrija ta’l-ikel fil-jum tal-bidien jew, jekk il-jum tal-bidien jaħbat f’jum mhux utli, fl-ewwel jum utli li jiġi wara.

4. Jekk iċ-ċentri ta’l-imballaġġ jiġu pprovduti b’bajd minn produtturi barranija li fuqu ma jkunx hemm ħsieb li tiġi indikata d-data tal-bidien, dan il-bajd għandu jinħażen u jiġi mmaniġġat separatament.

Artikolu 13

Indikazzjoni ta’metodi għat-trobbija tat-tjur

1. Meta bajd u pakki tal-bajd ikunu sa jiġu mbollati b’:

- il-metodu tat-trobbija tat-tjur imsemmi fl-Artikolu 7 and l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90, ebda termini oħra minbarra dawk spjegati fl-Anness II ma jistgħu jintużaw, u fi kwalunkwe każ biss jekk il-kondizzjonijiet relevanti stabbiliti fl-Anness III ikunu ġew osservati,

- il-metodu organiku tat-trobbija tat-tjur previst fir-Regolament (KEE) Nru 2092/91, huwa biss il-kodiċi fil-punt 2.1 ta’l-Anness mad-Diretiva 2002/4/KE u t-termini spjegati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 li jistgħu jintużaw.

It-termini spjegati fl-Anness II jistgħu jiġu miżjuda b’indikazzjonijiet li jsemmu l-karattersitiċi partikolari tal-metodu rispettiv tat-trobbija.

Fuq il-bajd, dawn it-termini jistgħu jiġu miżjuda man-numru distintiv tal-produttur.

2. Fil-każ ta’ bejgħ ta’ bajd sfuż u ta’ bajd imballat minn qabel, it-tifsira tan-numru distintiv tal-produttur tista’ tiġi spjegata fuq il-kontenitur jew fuq avviż separat.

3. Pakki li jkun fihom bajd iddestinat għal impriżi ta’l-industija ta’l-ikel approvati b’konformitaà mad-Direttiva89/437/KEE jistgħu jiġu mmarkati bl-indikazzjonijiet spjegati fl-Anness II basta l-bajd jiġi prodott f’impriżi tat-tjur li jikkonformaw mal-ħtiġiet korrispondenti kif stabbilit fl-Anness III.

4. Il-paragrafu 1 għandu jgħodd mingħajr preġudizzju għal miżuri tekniċi nazzjonali li jmorru oltre l-ħtiġiet minimi stabbiliti fl-Anness III, li jistgħu jgħoddu biss għal produtturi ta’l-Istati Membri kkonċernati u bil-kondizzjoni li jkunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja u konformi ma’l-istandards komuni ta’ marketing għall-bajd.

Artikolu 14

Indikazzjoni dwar kif jingħalfu t-tiġieġ tal-bajd

1. Meta bajd tal-grad A jew "bajd maħsul" u l-imballaġġ tiegħu ma jagħtux indikazzjoni dwar kif it-tiġieġ tal-bajd jingħalfu, il-ħtiġiet minimi stabbilti fl-Anness IV għandhom jgħoddu.

2. Pakki kbar li jkun fihom bajd u pakki żgħar imbollati bl-indikazzjoni dwar kif jingħalfu t-tiġieġ għandu jkollhom l-istess indikazzjonijiet. Fil-każ ta’ bejgħ ta’ bajd sfuż, l-indikazzjonijiet jistgħu jintużaw biss jekk bajd individwali jiġi hekk imbollat.

3. Il-paragrafu 1 għandu jgħodd mingħajr preġudizzju għal miżuri tekniċi nazzjonali li jmorru oltre l-ħtiġiet minimi stabbiliti fl-Anness IV, li jistgħu jgħoddu biss għal produtturi ta’l-Istati Membri kkonċernati u bil-kondizzjoni li jkunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja u konformi ma’l-istandards komuni ta’ marketing għall-bajd.

Artikolu 15

Indikazzjoni dwar l-oriġini tal-bajd

1. Pakki tal-bajd grad A u "bajd maħsul" jistgħu jagħtu indikazzjoni ta’l-oriġini tal-bajd jew ikollhom il-kliem: "oriġini tal-bajd: ara l-kodiċi fuq il-bajda".

2. Biex jiġi indikat l-oriġini tal-bajd grad A, bajd maħsul jew pakki żgħar li fihom bajd bħal dan b’konformità ma’l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90, termini jew simboli jistgħu jintużaw li jirreferu għall-Istati Membri jew għal reġijun amministrattiv jew ta’ xi xorta oħra stabbilita mill-awtorità kompetenti ta’l-Istat Membru fejn il-bajd ikun ġie prodott.

Fil-każ ta’ bajd sfuż dawn l-indikazzjonijiet ta’l-oriġini tal-bajd jistgħu jintużaw biss jekk bajd individwali jiġi mbollat bit-termini u s-simboli korrispondenti.

3. Pakki kbar li fihom bajd jew pakki żgħar imbollati bit-termini jew is-simboli msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkollhom l-istess termini u simboli.

TAQSIMA II

Imbollar tal-bajd importat

Artikolu 16

Indikazzjonijiet fuq bajd importat

1. Bajd tal-grad A importat mill-Lituwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka u n-Norveġja għandu jkun imbollat bil-pajjiż ta’l-oriġini bin-numru distintiv tal-produttur skond il-pattijiet u l-kondizzjonijiet spjegati fl-Artikolu 8.

2. Bajd importat minn pajjiżi terzi minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu imbollati b’mod ċar u li jinqara fil-pajjiż ta’l-oriġini bil-kodiċi ta’l-ISO tal-pajjiż ta’l-oriġini preċedut minn: "mhux skond l-istandards tal-KE".

3. Pakki tal-bajd tal-grad A importati minn pajjiżi terzi għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet stabbilti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90.

L-indikazzjoni tad-data ta’ kemm l-inqas li jżomm u d-data ta’l-imballaġġ imsemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandu jkun fih wieħed jew aktar mit-termini spjegati fil-punt 2 ta’l-Anness għal dan ir-Regolament, segwiti minn żewġ settijiet ta’ numri jew ittri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’l-Artikolu 9(1).

4. Il-metodu tat-trobbija tat-tjur għandu jkun indikat fuq il-pakki tal-bajd grad A importati mil-Lituwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka u n-Norveġja skond il-pattijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament għall-Istati Membri.

Fuq pakki ta’ bajd grad A importat minn pajiżi terzi li ma jkunux dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-metodu tat-trobbija tat-tjur għandu jiġi indikat bħala "metodu tat-trobbija mhux speċifikat".

5. Strixxi u tikketti għandhom jitwaħħlu fuq il-pakketti u l-bajd għandu jarġa’ jiġi kklassifikat u imballat skond l-istess pattijiet u kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għall-Istati Membri.

Il-KAPITOLU IV

STRIXXI, KLASSIFIKA U IMBALLAR MILL-ĠDID TAL-BAJD

Artikolu 17

Strixxi u tikketti għal bajd tal-grad A

1. L-istrixxi u t-tikketti previsti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għal bajd tal-grad A u għal bajd maħsul għandhom ikunu bojod u l-indikazzjonijiet għandhom ikunu stampati bl-iswed fuq dawn l-istrixxi u t-tikketti b’konformità ma’l-Artikoli 10 u 15 u r-Regolament (KEE) Nru 1907/90.

2. Id-deroga msemmija fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandha tgħodd fil-każ ta’ kwantitajiet ta’ kuljum ta’ anqas minn 3600 bajda kull konsenja u 360 bajda kull xerrej. L-isem, l-indirizz u n-numru taċ-ċentru ta’l-imballaġġ, in-numru ta’ bajd, il-kwalità u l-gradi ta’ piż, id-data minima ta’ kemm iżomm u l-metodu tat-trobbija tat-tjur għandhom jiġu indikati fuq id-dokumenti li jmorru magħhom.

Artikolu 18

Strixxi u tikketti għal bajd maħsub għall-industrija ta’l-ikel

1. Il-bajd li ġej għandu jitqiegħed fis-suq f’pakki bi strixxa jew tikketta safra li ma tkunx tista’ tintuża aktar ġaladarba l-pakk ikun infetaħ:

(a) bajd imsemmi fl-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 u mhux tal-gradi A jew B;

(b) bajd tal-grad A li ma jkunx għadu jikkonforma mal-karattersitiċi ta’dak il-grad li ma jkunx ġie kklassifikat mill-ġdid;

(ċ) bajd tal-klassi B.

2. L-istrixxi u t-tikketti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jindikaw b’mod ċar u li jinqara:

(a) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz ta’l-impriża li tkun bagħtet il-bajd;

(b) in-numru u l-piż nett tal-bajd imballat;

(ċ) l-immarkar "BAJD GĦALL-INDUSTRIJA TA’L-IKEL" b’ittri ta’ għoli ta’ 2ċm, b’lingwa Komunitarja waħda jew aktar.

Artikolu 19

Strixxi u tikketti għal bajd industrijali

1. Bajd industrijali fis-sens ta’l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandu jitqiegħed fis-suq f’pakki bi strixxa jew tikketta ħamra.

1. 2. L-istrixxi u t-tikketti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jindikaw:

(a) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz ta’l-impriża li għaliha l-bajd ikun maħsub;

(a) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz ta’l-impriża li tkun bagħtet il-bajd;

(ċ) l-immarkar "BAJD INDUSTRIJALI" b’ittri kapitali suwed ta’ għoli ta’ 2 ċm, u l-immarkar "mhux tajjeb għall-konsum uman" b’ittri suwed ta’ għoli ta’ 0,8 cm high, b’lingwa Komunitarja waħda jew iżjed.

Artikolu 20

Bajd imbollat bħala "extra"

1. Strixxi jew tikketti kif imsemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolamenti (KEE) Nru 1907/90 għandhom ikunu stampati jew imwaħħla b’tali mod li xejn mill-informazzjoni fuq il-pakk ma titgħatta mill-pożizzjoni ta’l-istrixxa jew tat-tikketta.

It-terminu "extra" għandu jiġi stampat fuq l-istrixxa jew it-tikketta bil-korsiv għall-inqas ta’ għoli ta’ 1 ċm segwit mit-terminu ‘sa’ u ż-żewġ settijiet ta’ċifri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’l-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament waqt li jindika s-seba’ jum mill-imballaġġ jew id-disa’ jum mill-bidien.

Meta d-data ta’l-imballaġġ tkun indikata fuq il-pakki, l-indikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tista’ tiġi ssostitwita bil-kliem "extra sas-seba’ jum wara l-imballaġġ".

Meta d-data tal-bidien tiġi indikata fuq il-pakki, l-indikazzjoni msemmija hawn fuq tista’ tiġi ssostitwita bil-kliem "extra sad-disa’ jum mill-bidien".

It-terminu "extra" jista’ jiġi segwit mill-kelma "frisk".

2. Meta l-istrixxa jew it-tikketta msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx tista’ titneħħa mill-pakk, il-pakk għandu jitneħħa miż-żona tal-bejgħ mhux aktar tard mis-seba’ jum wara l-imballaġġ jew id-disa’ jum wara l-bidien u l-bajd għandu jarġa’ jiġi imballat.

3. Pakki kbar li jkun fihom pakki żgħar immarkati "extra" għandhom jiġu mmarkati b’ittri kapitali ta’ għoli ta’ 2 ċm għoli "PAKK LI FIH PAKKI IŻGĦAR ‘EXTRA" b’lingwa Komunitarja waħda jew aktar..

Artikolu 21

Imballar mill-ġdid

1. Minbarra fil-każ previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90, bajd tal-grad A imballat u maħsul jista’ jarġa’ jiġi mballat f’pakki oħra akbar jew iżgħar biss miċ-ċentri ta’l-imballaġġ. Kull pakk għandu jkun fih biss bajd ta’ lott wieħed.

2. L-istrixxa jew it-tikketta fuq pakki kbar għandu jkollhom b’ittri li jidhru u jinqraw ċar talanqas din l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz ta’l-impriża li tkun imballat mill-ġdid jew li giegħlet li jkun imballat mill-ġdid il-bajd;

(b) in-numru distintiv taċ-ċentru ta’l-imballaġġ li jkun raġa imballa l-bajd; the distinguishing number of the imballaġġ centre which has repacked the eggs;

(ċ) in-numru distintiv taċ-ċentru ta’l-imballaġġ li jkun imballa l-bajd għall-ewwel darba jew, fil-każ ta’ bajd importat, il-pajjiż ta’l-oriġini;

(d) il-kwalità u l-klassifika skond il-piż;

(e) in-numru ta’ bajd imballat;

(f) id-data minima oriġinali ta’ kemm mistenni li jżomm, u taħt din il-kliem "bajd imballat mill-ġdid";

(g) it-tip ta’ trobbija tat-tjur;

(h) referenza għat-tkessiħ, li tindika b’mod ċar bl-alfabett Latin, fil-każ ta’ bajd imkessaħ għall-konsenja lid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra l-pajjiż.

3. Pakki żgħar li jkun fihom bajd imballat mill-ġdid għandu jkollhom biss, b’ċifri li jidhru u jinqraw ċar, il-partikolaritajiet previsti fil-paragrafu 2. Barra minn hekk, pakki żgħar jista’ jkollhom id-distintiv kummerċjali ta’l-impriża li tkun imballat mill-ġdid il-bajd jew li tkun qabbdet lil min jimballah mill-ġdid. Il-kelma "extra" m’għandhiex tintuża.

4. L-Artikolu 2 and l-Artikolu 8(1) għandhom jgħoddu.

Artikolu 22

Klassifika mill-ġdid

1. Bajd li jkun ġie kklassifikat mill-ġdid b’konformità ma’l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 jista’ jitqiegħed fis-suq f’pakki li fihom kien qabel il-klassifika mill-ġdid. Jekk dan jiġIi mballat mill-ġdid, kull pakk jista’ jkollu biss il-bajd ta’ lott wieħed.

2. L-istrixxa jew it-tikketta safra jew ħamra fuq pakki kbar għandu jkollha b’ċifri suwed ċari u li jinqraw talanqas l-informazzjoni prevista fl-Artikoli 18 u 19, flimkien ma’l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz ta’l-impriża li tkun ikklassifikat mill-ġdid il-bajd jew li tkun giegħlet li jintgħażel mil-ġdid.

3. Fuq pakketti żgħar li jkun fihom bajd ikklassifikat mil-ġdid, il-marki li ma jkunux applikabbli iżjed għandhom jitgħattew. Barra minn hekk, pakki żgħar jista’ jkollhom id-distintiv kummerċjali ta’l-impriża li tkun ikklassifikat il-bajd mill-ġdid jew li tkun ġiegħlet li jintgħażel mill-ġdid.

Artikolu 23

L-użu mill-ġdid tal-pakki għall-klassifika mill-ġdid

1. Jekk il-pakki oriġinali jintużaw għall-klassifika mill-ġdid u għall-imballar mill-ġdid, dawn għandhom jitqiesu bħala użati mill-ġdid fis-sens ta’l-Artikolu 36(2).

2. Il-marki fuq l-istrixxi u t-tikketti ta’ pakki kbar li jintużaw mill-ġdid b’konformità ma’l-Artikolu 36(2) għandhom ikunu jinksew kollha kemm huma minn strixxi jew tikketti ġodda jew jiġu magħmula illeġibbli b’xi mod ieħor.

3. Pakki kbar jista’ jkollhom marka waħda jew aktar li jidhru fuq l-istrixxi u t-tabelli li bihom ikunu marbuta. Barra minn hekk, pakki kbar jista’ jkollhom il-marka distintiva ta’l-impriża li tkun imballat il-bajd mill-ġdid jew tkun ġiegħlet li jiġi imballat mill-ġdid.

Il-KAPITOLU V

SPEZZJONI TA’L-AZJENDA

Artikolu 24

Spezzjoni ta’l-azjenda

1. Produtturi, ċentri ta’l-imballaġġ, kolletturi, grossisti u, fejn jgħodd l-Artikolu 14, fabbrikanti u provedituri ta’ għalf għal tiġieġ tal-bajd, għandhom jiġu spezzjonati talanqas darba fis-sena bix jiġi żgurat li jkunu jikkonformaw ma’l-istandards.

2. Entitajiet tal-produzzjoni u ċentri ta’l-imballaġġ li jkunu jimmarkaw kif previst fl-Artikolu 12 għandhom jiġu spezzjonati talanqas darba kull xahrejn.

3. Verifiki dwar indikazzjonijiet rigward dati tal-bidien, dwar kif tiġieġ tal-bajd ikunu jingħalfu u l-oriġini reġjonali msemmija fl-Artikoli 12, 14 u15 jistgħu jiġu ddelegati lil korpi nnominati mill-Istati Membri li jistgħu jipprovdu assigurazzjonijiet ta’l-indipendenza meħtieġa vis-a-vis il-produtturi kkonċernati u li jikkonformaw mal-kriterji preżenti spjegati fl-Istandard Ewropew EN/45011.

Dawn il-korpi għandhom ikunu liċenzati u sorveljati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri involuti.

L-ispejjeż tal-verifiki li jsiru minn dawn il-korpi għandhom jitħallsu mill-operatur li juża l-marki msemmija hawn fuq.

Il-KAPITOLU VI

REKORDS

Artikolu 25

Rekords miżmuma mill-produtturi

1. Il-produtturi għandhom iżommu rekord ta’:

(a) l-informazzjoni fuq il-metodi tat-trobbija tat-tiġieġ, li tispeċifika għal kull metodu ta’ trobbija użat:

- id-data tat-tqegħid, l-età waqt it-tqegħid u n-numru tat-tiġieġ tal-bajd,

- id-data ta’l-eliminazzjoni u n-numru ta’ tiġieġ eliminati,

- il-produzzjoni ta’kuljum ta’ bajd,

- in-numru jew il-piż tal-bajd mibjugħ kull jum b’konfomità ma’l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/90 jew ikkonsenjat kuljum b’mezzi oħra u, fil-każ ta’l-aħħar:

- l-ismijiet u l-indirizzi tax-xerrejja u n-numru ta’l-azjenda;

(b) informazzjoni dwar kif it-tiġieġ tal-bajd jingħalfu, f’każi fejn bajd tal-grad A u l-pakki tagħhom ikollhom din l-indikazzjoni, li tispeċifika:

- il-kwantità u t-tip ta’l-għalf provdut u/jew imħallat fil-post,

- id-data tal-konsenja,

- l-isem tal-fabbrikant jew il-proveditur,

- in-numru u l-età tat-tiġiġ tal-bajd u n-numru tal-bajd prodott u kkonsenjat.

- id-data ta’ meta ntbagħat,

- l-ismijiet u l-indirizzi tax-xerrejja u n-numru ta’l-azjenda;

2. Meta d-data tal-bidien tkun indikata, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tiġi rreġistrata separatament.

Meta jintużaw bosta metodi ta’ trobbija f’azjenda waħda, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) għandha tinqasam skond il-gaġġa, b’konformità mad-Directtiva 2002/4/KE.

3. Il-produtturi għandhom, iżommu l-informazzjoni elenkata f’(a) u (b) talanqas għal sitt xhur wara li jtemmu l-attività tagħhom jew wara li l-qatgħa tagħhom tkun inqerdet.

Artikolu 26

Rekords miżmuma miċ-ċentri ta’l-imballaġġ

1. Iċ-ċentri ta’l-imballaġġ għandhom jirreġistraw separatament, skond il-metodu tat-trobbija u skond il-jum:

(a) il-kwantitajiet ta’ bajd li jirċievu, maqsum skond il-produttur, waqt li jingħata l-isem, l-indirizz u n-numru distintiv tal-produttur u d-data jew il-perjodu tal-bidien;

(b) il-kwantitajiet ta’ bajd mhux ikklassifikat ikkonsenjat lil ċentri oħra ta’l-imballaġġ, inklużi n-numri distintivi ta’ dawk iċ-ċentri u d-data jew il-perjodu tal-bidien;

(d) il-kwalità u l-klassifika skond il-piż ta’ dan il-bajd;

(b) il-kwantitajiet ta’ bajd ikklassifikat riċevut minn ċentri oħra ta’l-imballaġġ, inklużi n-numri distintivi ta’ dawk iċ-ċentri u d-data jew il-perjodu tal-bidien;

(e) in-numru u/jew il-piż tal-bajd ikkonsenjat, bil-grad ta’ piż, id-data ta’l-imballaġġ u d-data sakemm jista’ jżomm, u skond ix-xerrej, bl-isem u l-indirizz ta’dan ta’l-aħħar.

2. Iċ-ċentri ta’l-imballaġġ għandhom, jaġġornaw ir-rekords tan-nisel fiżiku ta’ kull ġimgħa.

2. Meta bajd tal-grad A u bajd maħsul u pakki jkollhom indikazzjoni dwar kif it-tiġieġ tal-bajd ikunu jingħalfu, id-data tal-bidien u/jew l-oriġini reġjonali, iċ-ċentri ta’l-imballaġġ li jużaw dawn il-marki għandhom iżommu rekords separati skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

3. Madankollu, minflok ma jżommu rekords tal-bejgħ u l-konsenji, dawn għandhom iżommu fajls tal-fatturi u l-ordnijiet tal-konsenji mmarkati kif indikat fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. Dawn ir-rekords u l-fajls għandhom jinżammu talanqas għal sitt xhur.

Artikolu 27

Rekords li jinżammu minn operaturi oħra

1. Fil-każ tal-bajd imsemmi fl-Artikoli 13, 14 u 15, il-kolletturi u l-grossisti għandhom ikunu meħtieġa li jżommu rekords dwar tranżazzjonijiet ta’ xiri u bejgħ u rekords fiżiċi ta’l-istokk talanqas għal sitt xhur.

Il-kolletturi għandhom ikunu f’qagħda li jagħtu xhieda fil-każ ta’ dan il-bajd dwar:

(a) id-data u l-kwantitajiet tal-ġabriet;

(i) l-isem, l-indirizz u n-numru distintiv tal-produtturi;

(ċ) id-dati u l-kwantitajiet tal-konsenji għall-istazzjonijiet ta’l-imballaġġ relevanti.

Il-grossisti (inklużi n-negozjati li ma jimmaniġġawx bajd fiżikament) għandhom ikunu f’qagħda li jagħtu xhieda rigward dan il-bajd:

(a) id-dati u l-kwantitajiet kemm tax-xiri kif ukoll tal-bejgħ,

(e) l-ismijiet u l-indirizzi tal-provedituri jew tar-riċevituri.

Barra minn hekk, dawk il-grossisti li fiżikament jimmaniġġaw dan il-bajd għandhom iżommu rekords ta’ kull ġimgħa ta’l-istokk fiżiku.

Minflok li jżommu rekords speċifiċi tal-bejgħ u x-xiri, il-kolletturi u l-grossisti jistgħu jżommu fajls u fatturi u ordnijiet tal-konsenji mmarkat kif indikat fl-Artikoli 13, 14 u 15.

2. Il-fabbrikanti ta’l-għalf u l-provedituri għandhom iżommu kontijiet tal-konsenji tagħhom lill-produtturi msemmija fl-Artikolu 25(1)(b) li juru l-komposizzjoni ta’l-għalf ipprovdut.

Dawn għandhom iżommu dawn ir-rekords talanqas għal sitt xhur wara l-jintbagħat.

3. Ir-rekords u l-kontijiet kollha msemmija fl-Artikoli 25 u 26 u f’dan l-Artikolu għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ma’l-ewwel talba ta’l-awtoritajiet kompetenti.

Il-KAPITOLU VII

IL-KONFDENZALITà U R-RAPPURTAĠĠ TA’L-INFORMAZZJONI

Artikolu 28

Kunfidenzalità

1. l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw it-trattament konfidenzali ta’l-informazzjoni provduta taħt l- l-Artikoli 12, 13, 14 u 15, skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [8] safejn il-persuni naturali jkunu kkonċernati.

2. Id-data mdaħħla fir-reġistri fil-kontijiet u f’rekords oħra tista’ tintuża biss għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 29

Rappurtaġġ, konsultazzjoni u skambju ta’ informazzjoni

1. Qabel l-1 ta’ April ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’mezzi elettronċi dwar il-medja tan-numru ta’ tiġieġ tal-bajd li jkun hemm [9] fl-azjendi, għal kull tip ta’ trobbija ta’ tjur.

2. Qabel l-1ta’ Jannar 2004, kull Stat Membru għandu jgħarraf lil-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi dwar il-miżuri li jkun ħa biex jimplimenta dan ir-Regolament, b’mod partikolari:

(a) il-lista tal-postijiet al-produzzjoni rreġistrati skond id-Direttiva 2002/4/KE li tindika l-isem, l-indirizz u n-numru distintiv ta’ kull wieħed;

(b) il-lista taċ-ċentri ta’l-imballaġġ approvati skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1907/90 u l-Artikolu 4(2) u (3)ta’ dan ir-Regolament li jindika l-isem, l-indirizz u n-numru distintivta’ kull wieħed;

(ċ) il-metodi tal-monitoraġġ applikati għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 12, 13, 14, 15 u 16 (2) ta’ dan ir-Regolament:

(ċ) il-metodi tekniċi nazzjonali applikati għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 13(4) u 14(3) ta’ dan ir-Regolament:

(e) il-lista ta’l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jagħmlu l-verifiki previsti minn dan ir-Regolament, flimkien ma’l-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji relevanti l-oħra tagħhom;

(f) l-isem, l-indirizz u d-dettalji relevanti l-oħra ta’l-awtorità kompetenti relevanti għall-iskambju ta’l-informazzjoni kif previst minn dan ir-Regolament.

3. Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u tagħmilha disponibbli għall-Istati Membri mill-1ta’ Lulju 2005. Sa dik id-data l-Istati Membri għandhom jibagħtu d-data tagħhom proprja lill-Istati Membri l-oħra kollha.

It-tibdil kollu fil-listi, fil-metodi tal-monitoraġġ u fil-miżuri tekniċi msemmija fil-paragrafu 2 għandu jiġi mgħarraf lill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi fil-bidu ta’ kull sena kalendarja.

4. Il-verifiki li jsiru fl-Istat Membru għandhom jiġu diskussi fuq bażi regolari skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 [10].

5. Fi kwalunkwe waqt u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja biex tiġi stmata l-kompatibilità tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 2(d) ta’ dan l-Artikolu mal-liġi Komunitarja u l-konformità tagħhom ma’l-istandard tal-marketing tal-bajd.

Artikolu 30

Notifika ta’ deċiżjonijiet għal klassifika mill-ġdid

Kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu lott ta’ bajd minn Stat Membru ieħor jiġi kklassifikat mill-ġdid għandu jiżgura li d-deċiżjoni biex jikklassifika mill-ġdid tiġi kkomunikata lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 29(2)(f) fi żmien tlett ijiem utli.

Il-KAPITOLU II

SPEZZJONI TAL-BAJD

Artikolu 31

Verifiki fuq it-teħid ta’ kampjuni

1. L-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandu jgħodd biss jekk il-verifika tkun saret skond il-paragrafi minn 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

2. Meta l-bajd ikun f’pakki kbar li ma jkunx fihom pakki żgħar, talanqas dawn in-numri ta’ bajd għandhom jiġu vverifikati bħala kampjuni:

Numru ta’ bajd fil-lott | Numru ta’ bajd li għandu jiġi vverifikat |

% tal-lott | Numru minimu ta’ bajd |

sa 180 | 100 | — |

minn 181 sa 1 800 | 15 | 180 |

minn 1 801 sa 3 600 | 10 | 270 |

minn 3 601 sa 10 800 | 5 | 360 |

minn 10 801 sa 18 000 | 4 | 540 |

minn 18 001 sa 36 000 | 3 | 720 |

minn 36 001 sa 360 000 | 1,5 | 1080 |

aktar minn 360 000 | 0,5 | 5400 |

3. Meta l-bajd ikun f’pakki żgħar, kemm jekk ikun kif ukoll jekk ma jkunx f’pakki kbar, talanqas dawn in-numri li ġejjin ta’ bajd għandu jiġu vverifikati bħala kampjuni:

Numru ta’ bajd fil-lott | Perċentwal ta’ pakki żgħar ivverifikati | Numru ta’ bajd li għandu jiġi vverifikat |

sa 180 | 100 | 100 |

minn 181 sa 1 800 | 15 | 100 |

minn 1 801 sa 3 600 | 10 | 100 |

minn 3 601 sa 10 800 | 5 | 100 |

minn 10 801 sa 18 000 | 4 | 100 |

minn 18 001 sa 36 000 | 3 | 100 |

minn 36 001 sa 360 000 | 1,5 | 100 |

aktar minn 360 000 | 0,5 | 100 |

4. Fil-każ ta’ lottijiet ta’ aktar minn 18000 bajda, il-bajd li għandu jiġi vverifikat għandu jiġi magħżul talanqas minn 20 % tal-pakki l-kbar.

Fil-każ ta’ lottijiet ta’ aktar minn 18000 bajda, il-bajd li għandu jiġi vverifikat għandu jiġi magħżul talanqas minn10 % tal-pakki l-kbar u talanqas minn għaxar pakki kbar.

5. Fil-każ ta’ bajd mhux imballat espost jew imqiegħed għall-bejgħ fil-kummerċ bl-imnut, 100 % tal-bajd sa 180 bajda u 15 % tal-bajd għal kwantitajiet akbar, b’minimu ta’ 180 bajda, għandhom jiġi vverifikati bħala kampjuni.

Artikolu 32

Strixxi tal-verifika

1. Wara l-verifika u wara xi korrezzjonijiet neċessarji fil-lott għall-konformità mar-Regolament (KEE) Nru 1907/90, fuq talba tas-sid tal-lott l-ispettur jista’ jwaħħal nal-pakk strixxa li jkollha t-timbru uffiċjali u dawn il-partikolaritajiet li ġejjin:

(a) “Ivverifikat fi (data) fi (post); ”

(b) l-identifikazzjoni ta’l-ispettur.

2. L-istrixxa tal-verifika għandha tkun bajda stampata bl-aħmar. Jekk pakk ikun ġie ssiġillat qabel il-verifika, dan għandu jarġa’ jiġi ssiġillat permezz ta’l-istrixxa tal-verifika, li tista, jekk ikun approprjat, titwaħħal fuq l-istrixxa jew it-tikketta oriġinali.

3. Wara li pakki żgħar immarkati "extra" jkunu ġew ivverifikati, l-istrixxa tal-verifika għandha tinkludi l-partikolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-kelma "extra" miktuba bil-korisiv ta’ għoli ta’ ċentimetru.

Artikolu 33

Tollerenza ta’ difetti fil-kwalità

1. It-tolleranzi li ġejjin għandhom jitħallew waqt il-verifika ta’ lottijiet ta’ bakd tal-grad A u ta’ bajd maħsul:

(a) fiċ-ċentru ta’l-imballaġġ, qabel ma jintbagħat: 5 % tal-bajd b’difetti fil-kwalità,

(b) fl-istadji l-oħra ta’ tqegħid fis-suq: 7 % tal-bajd b’difetti fil-kwalità.

Madankollu, waqt il-verifika ta’ bajd imqiegħed fis-suq bħala "extra" ebda tolleranza ma titħalla għall-għoli ta’l-ispazju ta’l-arja kemm waqt il-ħin ta’l-imballaġġ jew waqt l-importazzjoni.

2. Meta l-lott ivverifikat ikun fih anqas minn 180 bajda, il-perċentwali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rdoppjati.

Artikolu 34

Tolleranza għall-piż tal-bajd

Minbarra fil-każ previst fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90, waqt il-verifika ta’ bajd tal-grad A u ta’ bajd maħsul għandha titħalla tolleranza fir-rigward tal-piż għal kull bajda. Dawn il-lottijiet jista’ jkun fihom mhux aktar minn 10 % tal-bajd ta’ gradi ta’ piż li jkunu viċin ta’ dak immarkat fuq il-pakk, iżda mhux aktar minn 5 % tal-bajd tal-grad ta’ bajd inferjuri li jmiss.

Meta l-lott ivverifikat ikun fih anqas minn 180 bajda, il-perċentwali ta’ hawn fuq għandhom jiġu rdoppjati..

Il-KAPITOLU IX

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali fuq il-pakki u fuq il-ħażna tal-bajd

Artikolu 35

Piż nett minimu tal-bajd għal kull pakk kbir

Pakki kbar ta’ bajd tal-grad A u bajd maħsul ikklassifkat bil-piż għandu jkollhom dawn il-piżijiet netti li ġejjin:

—XL-kbir ħafna | 7,3 kg/100 bajda, |

—L-kbir: | 7,3 kg/100 bajda, |

—M-medju: | 7,3 kg/100 bajda, |

—S-żgħir: | 7,3 kg/100 bajda, |

Artikolu 36

Kwalità tal-pakki

1. Il-pakki, inkluż il-materjal ġewwieni ta’l-ippakkjar, għandhom ikun tali li jipproteġu kontra l-iskossi, xotti, ndaf u fi stat tajjeb, u magħmula minn materjali li jipproteġu l-bajd minn irwejjaħ barranin; u mir-riskju ta’ deterjorazzjoni fil-kwalità.

2. Pakki kbar li jintużaw biex jinġarr u jintbagħat il-bajd, inkluż il-materjal ġewwieni ta’l-ippakkajr, ma jistgħux jerġgħu jintużaw jekk ma jkunux bħallikieku ġodda u jilħqu l-istandards tekniċi u l-ħtiġiet dwar l-iġjene tal-paragrafu 1. Pakki kbar li jerġgħu jintużaw ma jistax ikollhom xi marki ta’ qabel li jistgħu jġibu konfużjoni.

3. Pakki żgħar ma jistgħux jerġgħu jintużaw.

Artikolu 37

Kondizzjonijiet tal-ħażna u l-ġarr

1. Matul il-ħażna fil-fond tal-produttur u matul il-ġarr mingħand il-produttur għal għand il-kollettur jew iċ-ċentru ta’l-imballaġġ, il-bajd għandu jinżamm f’temperatura li tkun l-aktar waħda adattata biex tiżgura l-aħjar konservazzjoni tal-kwalità tiegħu.

2. Il-bajd għandu jinħażen ġo postijiet xotti u ndaf, ħielsa minn irwejjaħ barranin.

3. Matul il-ġarr u l-ħażna, il-bajd għandu jinżamm nadif u xott f’postijiet ħielsa minn irwejjaħ barranija u protett sewwa minn skossi u mill-effett tad-dawl u minn varjazzjonijiet qawwija wisq fit-temperatura.

TAQSIMA 2

Tħassir tad- dispożizzjonijiet finali

Artikolu 38

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru. 1274/91 huwa b’hekk imħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b’mod konformi mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 39

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. Dan għandu jgħodd mill-1ta Jannar 2004. Madankollu, l-Artikolu 4(2) għandu jgħodd mill-1 ta’ Mejju 2004 fir-rigward tal-kodiċijiet inizjali ĊŻ KEE, CY, LV, LT, HU, MT, PL, SI u SK bla ħsara għar-ratifika tat-Trattat ta’l-Adeżjoni.

3. Madankollu, in-numru distintiv taċ-ċentri ta’l-imballaġġ approvati qabel il-31 ta’Diċembru 2003 jistgħu jibqgħu jintużaw sal-31 ta’ Diċembru 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, 6.07.1990, p. 5. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2052/2003 (ĠU L 305, 22.11.03, p. 1).

[2] ĠU L 198, tal-22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 806/2003 (ĠU L 122, tad-16.5.1991, p. 1).

[3] ĠU L 30, tal-31.1.2002, p. 44.

[4] ĠU L 121, tat-16.5.1991, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 326/2003 (ĠU L 47, tat-21.2.2003, p. 31).

[5] ĠU L 212, tal-22.7.1989, p. 87. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[6] ĠU L 109, tas-6.05.2000, p. 29.

[7] ĠU L 168, tal-2.7.1994, p. 34.

[8] ĠU L 8, tat-12.1.2001, p. 1.

[9] Il-medja tan-numru ta’ kemm ikun hemm tiġieġ tal-bajd = (numru ta’ tiġieġ imqiegħda – numru ta’ ġimgħat ta’ bidien): 52.

[10] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 49.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

1. Data ta’ kemm lanqas li jista’ jservi

fuq il-bajd | fuq il-pakki |

cons. pref. | Consúmase preferentemente antes del … |

Mindst holdbar til or M.H. | Mindst holdbar til … |

Mind. haltbar or M.H.D. | Mindestens haltbar bis … |

Ανάλωση πριν από | Ανάλωση κατά προτίμηση πριν από … |

Best before or B.B. | Best before … |

à cons. de préf. av. or DCR | À consommer de préférence avant le … |

entro | da consumarsi preferibilmente entro … |

Tenm. houdb. tot or THT | Tenminste houdbaar tot … |

Cons. pref | A consumir de prefêrencia antes de … |

parasta ennen | parasta ennen … |

bäst före | Bäst före … |

2. Data ta’l-imballaġġ:

fuq il-bajd | fuq il-pakki |

emb. | Embalado el: … |

Pakket | Pakket den: … |

Verp. | Verpackt am: … |

Συσκευασία | Ημερομηνία συσκευασίας: … |

Imballat jjew imb. | Data ta’l-imballaġġ: … |

Emb. le | Emballé le: … |

Imb. | data d’imballaggio: … |

Verp. | Verpakt op: … |

Emb. | Embalado em: … |

Pakattu | Pakattu: … |

förp. Den | Förpackat den: … |

3. Data sa meta huwa rrakkomandat li jinbiegħ

vender antes

Sidste salgsdato

Verkauf bis

Πώληση

Biegħ sa

à vend. préf. av. or DVR [2]

racc.

Uiterste verkoopdatum or Uit. verk. dat

Vend. de pref. antes de

viimeinen myyntipäivä

sista försäljningsdag

4. Data ta’ meta nbied

Puesta

Læggedato

Gelegt am

Ωοτοκία

Inbied

Pondu le

Dep.

Gelegd op

Postura

munintapäivä

värpta den

[2] Jekk jintuża t-terminu T.Q., it-tifsira ta’l-abbrevjazzjoni għandha tintwera b’mod ċar fuq il-pakkett.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Termini msemmija fl- msemmija fl-Artikolu 13 għall-indikazzjoni tat-tipi ta' produzzjoni tal-bajd:: (a) fuq il-pakki; (b) fuq il-bajd

Kodiċi | 1 | 2 | 3 |

| |

ES | (a) | Huevos de gallinas camperas | Huevos de gallinas criadas en el suelo | Huevos de gallinas criadas en jaulas |

(b) | Camperas | Suelo | Jaula |

DA | (a) | Frilandsæg | Skrabeæg | Buræg |

(b) | Frilandsæg | Skrabeæg | Buræg |

DE | (a) | Eier aus Freilandhaltung | Eier aus Bodenhaltung | Eier aus Käfighaltung |

(b) | Freiland | Boden | Käfig |

EN | (a) | Bajd minn tiġieġ li jirgħu barra | Bajd tar-razzett | Bajd tat-tiġieġ tal-gaġeġ |

(b) | Tiġieġ li jirgħu | Razzett | Gaġġa |

FR | (a) | Œufs de poules élevées en plein air | Œufs de poules élevées au sol | Œufs de poules élevées en cage |

(b) | Plein air | Sol | Cage |

GR | (α) | Αυγά ελεύθερης βοσκής | Αυγά αχυρώνα | Αυγά κλωβοστοιχίας |

(β) | Ελεύθερης βοσκής | Αχυρώνα | Κλωβοστοιχία |

IT | (a) | Uova da allevamento all'aperto | Uova da allevamento a terra | Uova da allevamento in gabbie |

(b) | Aperto | A terra | Gabbia |

NL | (a) | Eieren van hennen met vrije uitloop | Scharreleieren | Kooieieren |

(b) | Vrije uitloop | Scharrel | Kooi |

PT | (a) | Ovos de galinhas criadas ao ar livre | Ovos de galinhas criadas no solo | Ovos de galinhas criadas em gaiolas |

(b) | Ar livre | Solo | Gaiola |

FIN | (a) | Ulkokanojen munia | Lattiakanojen munia | Häkkikanojen munia |

(b) | Ulkokanan | Lattiakanan | Häkkikanan |

SV | (a) | Ägg från utehöns | Ägg från frigaende höns inomhus | Ägg från burhöns |

(b) | Frigående (alt. Frig.) ute | Frigående (alt. Frig.) inne | Burägg |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Ħtiġiet minimi li għandhom jintlaħqu minn azjendi tat-tjur għad-diversi metodi ta’ produzzjoni tal-bajd

1. (a) "Bajd minn tiġieġ li jirgħu barra" għandu jkun prodott minn azjendi li jissodisfaw talanqas il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 4 tad- Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE [1] b’seħħ mid-dati msemmija f’dak l-Artikolu, u li fih:

- it-tiġieġ ikollhom aċċess kontinwu matul il-jum għal meded fl-apert, minbarra fil-każ ta’ restrizzjonijiet temporanji imposti minn awtoritajiet veterinarji,

- il-meded fl-apert li għalihom it-tiġieġ ikollhom aċċess ikunu l-akatar miksija bil-ħaxix u ma jintużawx għal skopijiet oħra minbarra ġonna, boskijiet u mergħat tal-bhejjem jekk dan jiġi awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti,

- il-meded fl-apert għandhom jissodisfaw talanqas il-kondizzjonijiet speċifkati fl-Artikolu 4(1)(3)b)(ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE li permezz tagħhom id-densità massima ta’l-istokk ma tkunx akbar minn 2500 tiġieġa għal kull ettaru ta’ art disponibbli għat-tiġieġ jew tiġieġa għal kull 4m2 fil-każijiet kollha; iżda, meta għallinqas 10m2 għal kull tiġieġa jkunu disponibbli u fejn tintuża r-rotazzjoni u t-tiġieġ jingħataw aċċess indaqs għaż-żona kollha matul il-ħajja tal-qatgħa, kull reċint użat għandu f’kull ħin jiżgura talanqas 2,5m2 għal kull tiġieġa,

- il-meded fl-apert ma jestendux lilhinn minn raġġ ta’ 150m mill-eqreb fetħa tal-bini; madankollu estensjoni ta’ 350 m mill-eqreb fetħa tal-bini tkun permissibbli basta numru bizzejjed ta’ postijiet tal-kenn u misqjiet fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni jkunu mqassma f’distanzi ndaqs matul il-medda għall-apert kollha kemm hi talanqas b’erba postijiet tal-kenn kull ettaru.

(b) "Bajd tar-razzett" għandu jkun prodott f’azjendi li jissodisfaw talanqas il-kondizzjonijiet speċifikati fl- l-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/74/KE b’seħħ mid-dati msemmija f’dak l-Artikolu.

(ċ) "Bajd minn tiġieġ fil-gaġeġ" għandu jiġi prodott f’azjendi tat-tjur li jissodisfaw talanqas:

- il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/74/KE sal-31 ta’ Diċembru 2011, jew

- il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 1999/74/KE.

2. Sad-dati speċifikati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/74/KE msemmija fil-punt 1 (a) u(b), ħtiġiet minimi msemmija fl-Anness II(ċ) u (d) tar-Regolament (KEE) Nru 1274/91 applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) [2] Nru jkomplu jgħoddu fil-każ fejn dawk minbarra sistemi mibnija ġodda jew mibnija mill-ġdid ikunu għadhom ma nġabux konformi ma’ dan l-Artikolu.

3. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi għal azjendi b’anqas minn 350 tiġieġa tal-bajd jew li jrabbu tiġieġ tal-bajd għat-tagħmir b’relazzjoni mal-punt 1(a) (b) rigward l-obbligazzjonijiet imsemmija fit-tieni sentenza tal-punt (d) u l-punti 2, 3(a)(i) u (b)(i) ta’l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 1999/74/KE.

[1] ĠU L 203, tat-3.8.1999, p. 53.

[2] ĠU L 220, tal-15.8.2001, p. 24.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Ħtiġiet minimi rigward l-indikazzjoni dwar kif tiġieġ tal-bajd jingħalfu

Referenza tista’ ssir għal ċereali bħala ingredjent ta’l-għalf biss meta dawn ikunu jikkostitwixxu talanqas 60 % bil-piż tal-formola ta’l-għalf li jingħata, li tista’ tinkludi mhux aktar minn 15 % tal-prodotti li joħorġu miċ-ċereali.

Madankollu, meta ssir referenza għal ċereali speċifiċi, kull wieħed għandu jikkostitwixxi talanqas 30 % tal-formola ta’l-għalf użat fil-każ ta’ wieħed miċ-ċereali msemmija u għal talanqas 5 % meta jissemmew bosta ċereali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

Tabella tal-korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1274/91 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 37(1) |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3(4)(a) |

L-Artikolu 4 | L-Artikolu 4 |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 6 | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 7 | — |

L-Artikolu 8 | L-Artikolu 7 |

L-Artikolu 9 | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 10 | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 11 | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 12(1), (2) u (3) | — |

L-ewwel inċiż ta'l-Artikolu 12(4) | L-Artikolu 17(2) |

L-Artikolu 13 | — |

L-Artikolu 14 | L-Artikolu 9 |

L-Artikolu 15 | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 16 | L-Artikolu 11 |

L-Artikolu 17 | L-Artikolu 12 |

L-Artikolu 18 | L-Artikolu 13 |

L-Artikolu 18a | L-Artikolu 28 |

L-Artikolu 18b | — |

L-Artikolu 18c | L-Artikolu 14 |

L-Artikolu 19 | L-Artikolu 15 |

L-Artikolu 20 | L-Artikolu 29 |

L-Artikolu 21 | L-Artikolu 17 |

L-Artikolu 22 | L-Artikolu 18 |

L-Artikolu 23 | L-Artikolu 19 |

L-Artikolu 24 | L-Artikolu 20 |

L-Artikolu 25 | L-Artikolu 22 |

L-Artikolu 26 | L-Artikolu 21 |

L-Artikolu 27 | L-Artikolu 23 |

L-Artikolu 28 | — |

L-Artikolu 29 | L-Artikolu 31 |

L-Artikolu 30 | L-Artikolu 32 |

L-Artikolu 31 | L-Artikolu 33 |

L-Artikolu 32 | L-Artikolu 34 |

L-Artikolu 33 | L-Artikolu 35 |

L-Artikolu 34 | L-Artikolu 30 |

L-Artikolu 35 | L-Artikolu 29(2) |

L-Artikolu 36 | L-Artikolu 38 |

L-Artikolu 37 | L-Artikolu 39 |

L-Artikolu 38 | — |

L-Anness I | L-Anness I |

L-Anness II | L-Anness II |

L-Anness III | L-Anness III |

L-Anness IV | L-Anness IV |

--------------------------------------------------