32003R2198



Official Journal L 328 , 17/12/2003 P. 0020 - 0020


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2198/2003

tas-16 ta’ Diċembru 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 464/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 2201/96 dwar arranġamenti ta’ għajnuna għall-pruna

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ prodotti proċessati mill-frott u l-ħaxix [1] kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 453/2002 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 6c(7) tiegħu,

billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 464/1999 [3] jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Numru 2201/96 fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ għajununa għall-pruna.

(2) Biex wieħed jagħmel is-sistema ta’ prezz minimu aktar rigoruża, għandu jkun speċifikat li l-kontenut ta’ skart m’għandux jitqies meta jiġI kkalkulat il-prezz li għandhom iħallsu dawk li jipproċessaw..

(3) Il-mekkaniżmi ta’ kontroll għall-produzzjoni tal-pruna għandhom jitjiebu billi jiġu ċċarati r-regolu għall-kontrolli tal-materja prima mill-Istati Membri.

(4) Regolament (KE) No 464/1999 għandu għalhekk ikun emendat.

(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti Proċessati minn Frott u Ħaxix,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 464/1999 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L- Artikolu 2

Biex tikkwalifika għall-ħlas ta’ għajnuna li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 6a tar-Regolament (KE) Numru 2201/96, il-pruna jrid ikollha l-karatteristiċI stabbiliti f’L-Anness I (B) u kienu miksuba minn għanbaqar mnixxfa li jkollhom il-karatteristiċi stabbiliti f’L-Anness I (A) li għalihom tħallas prezz minumu sħiħ fuq il-bażi ta’ kwantitajiet miksuba b’xejn mill-iskart."

2. L-Artikolu 6 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L- Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex ikunu sodisfatti, partikolarment billi jiċċekkjaw ir-rekords dwar l-istokk, li l-kwantitajiet globali mqiegħda fis-suq jew miżmum bħala stokk minn kull min jipproċessa, jaqblu mal-kwantitajiet li għalihom tħallset l-għajnuna."

3. Punt 3 tat-Taqsima I ta’ l-Anness I(B) huwa mibdul b’dan li ġej:

"3. L-ammonti tal-pruna għandhom jiġu ċċekkjati minn min jipproċessa meta jaslu fil-post tiegħu, fil-preżenza ta’ rappreżentant ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi, u għandhom ikunu gradadi skond il-qies sakemm ma jkunux maħsuba għall-użu industrijali."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29.

[2] ĠU L 72, ta' l-14.3.2002, p. 9.

[3] ĠU L 56, ta' l-4.3.1999, p. 8.

--------------------------------------------------