Official Journal L 313 , 28/11/2003 P. 0025 - 0026
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2084/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2000 li jipprojbixxi l-bejgħ, il-fornitura u l-esportazzjoni lill-Burma/il-Mjanmar ta' tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna jew terroriżmu, u l-iffriżar ta' fondi ta' ċerti persuni li għandhom x'jaqsmu ma’ funzjonijiet importanti tal-gvern f'dak il-pajjiż IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 li jipprojbixxi l-bejgħ, il-fornitura u l-esportazzjoni lill-Burma/il-Mjanmar ta' tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna jew terroriżmu, u l-iffriżar ta' fondi ta' ċerti persuni li għandhom x'jaqsmu ma’ funzjonijiet importanti tal-gvern f'dak il-pajjiż [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1211/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu, Billi: (1) L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1081/2000 jelenka l-awtoritajiet kompetenti għal liema huma attribwiti funzjonijiet speċifiċi rigwardanti l-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament. (2) L-Irlanda talbet li tiġi inkluża awtorità oħra, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1081/2000 huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-ġurnata meta jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Novembru 2003. Għall-Kummissjoni Christopher Patten Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 122, ta' l-24.5.2000, p. 29. [2] ĠU L 169, tat-8.7.2003, p. 24. -------------------------------------------------- ANNESS L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1081/2000 huwa emendat kif ġej: Id-dettalji ta' l-indirizz taħt l-Intestatura "L-Irlanda" jiġu sostitwiti bis-segwenti: "(a) Għat-talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 4 rigward l-Artikolu 1 u l-Anness I: Licensing Unit(Mr Michael Greene)Department of Enterprise, Trade and Employment Kildare Street Dublin 2 Tel. (353-1) 631 24 46 Fax (353-1) 676 61 54 e-mail: greenem@entemp.irlgov.ic (b) Għat-talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 4 rigwardanti l-Artikolu 1 u l-Anness II: Department of Foreign Affairs Bilateral Economic Relations Section 76-78 Harcourt Street Dublin 2 Tel. (353-1) 408 24 92 Central Bank and Financial Services Authority of Ireland Financial Markets Department PO Box 559 Dame Street Dublin 2 Tel. (353-1) 434 40 00 Fax (353-1) 671 65 61" --------------------------------------------------