32003R1785



Official Journal L 270 , 21/10/2003 P. 0096 - 0113


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003

tad-29 ta’ Settembru 2003

dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 36 u t-tielet subparagrafu 37 (2) misjub fih,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2]

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Billi:

(1) L-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq komuni għall-prodotti agrikoli għandhom ikunu akkumpanjati mit-twaqqif ta’ politika agrikola komuni li tinkludi, b’mod partikolari l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli li jistgħu jieħdu diversi forom skond il-prodott.

(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-organiżżazzjoni komuni tas-suq tar-ross [4] ġiet emendata sostanzjalment diversi drabi. Peress li ser isiru emendi oħra, fl-interess taċ-ċarezza, dak ir-Regolament għandu jinbidel. Għaldaqstant ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 għalhekk għandu jiġi mħassar.

(3) Is-suq Ewropew tar-ross qiegħed fi żbilanċ serju. Il-volum ta’ ross maħzun fl-intervent publiku huwa kbir ħafna, ekwivalenti għal madwar kwart ta’ tal-produzzjoni tal-Komunità u dan mistenni jizdied fuq żmien twil. Dan l-iżbilanċ ġie kkawżat b’riżultat ta’ żieda tal-produzzjoni domestika, li stabiliżżat ruħha f’dawn l-aħħar snin, żieda fl-importazzjoni, kif ukoll bir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni bir-rifuzjonijiet skond il-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Dan l-iżbilanċ kiber iżjed u wisq probabli ser jilħaq livelli insostenibbli, fis-snin li ġejjin bħala riżultat ta’ żieda fl-importazzjoni minn pajjizi terzi dovut bl-implimentazzjoni tal-ftehim tal-EBA.

(4) Din il-problema għandha tkun solvuta billi tigi riveduta l-organizzazzjoni tas-suq komuni tar-ross, b’tali mod li jittieħed il-kontroll tal-produzzjoni, jitjieb l-ekwilibriju u l-fluwidità tas-suq u tissaħħah il-kompettività tal-agrikoltura tal-Komunità, filwaqt li jiġu segwiti l-għanijiet l-oħra ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat, kif ukoll jinżamm dħul xieraq għal-produtturi.

(5) Jidher li s-soluzzjoni l-iktar xierqa hija dik li jonqos b’mod sostananzjali l-intervent fuq il-prezz u jiġi maħluq, bħala kumpens, dħul bi ħlas għal kull razzett u għajnuna skond l-uċuħ tar-raba’ li tirrifletti x-xogħol tal-produzzjoni tar-ross f-żoni tradizzjonali ta’ produzzjoni. Dawn l-aħħar żewġ strumenti huma inkorporati fir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi li jsostnu direttament li jaqgħu taħt il-politika agrikola komuni kif ukoll jistabbilixxi skemi li jsostnu lil-bdiewa [5].

(6) Biex is-sistema ta’ l-intervent ma’ titħalliex issir żbokk fiha nnifisha, il-kwantità mixtrija mill-agenziji ta’ l-inervent għandha tiġi limitata għal 75000 tunnellata metrika fis-sena u l-intervent għandu jkun limitat għal erba xhur.

(7) Il-ħolqien ta’ suq tal-Komunità wieħed għar-ross jeħtieg l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ negozju fil-fruntieri barranin tal-Komunità. Sistema ta’ kummerċ li tikkumplimenta is-sistema ta’ l-intervent u li tinkludi dwana fuq l-importazzjoni b’applikazzjoni tal-kodiċi doganali komuni u rifuzjonijiet fuq l-esportazzjoni, għandha bħala principju tistabilizza is-suq tal-Komunità. Din is-sistema ta’ kummerċ għandha tkun mibnija fuq il-ftehim milħuq u aċċettat fin-negozjati kummerċjali multilaterali ta’ l-Uruguay Round.

(8) Biex jiġi eżaminat il-volum ta’ kummerċ fir-ross ma’ pajjizi terzi, għandhom isiru dispożiżżjonijiet għal skema ta’ licenza għall-importazzjoni u espertazzjoni bl-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà li jiżguraw li l-operazzjonijiet li għalihom ġew mitluba l-licenzi jitwettqu.

(9) Fil-parti l-kbira, d-dazji fuq il-prodotti agrikoli li jaqgħu taħt xi ftehim tal-Organiżżazzjoni Dinjija dwar il-kummerċ (WTO) huma stabbiliti fil-kodiċi doganali komuni. Madankollu għal xi prodotti tar-ross, l-introduzzjoni ta’ mekkanizmi oħra iġġib il-ħtieġa ta’ derogi.

(10) Biex ma jitħalliex jew biex jiġi oppost kull effett kuntrarju fuq is-suq tal-Komunità bħala konsegwenza ta’ l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli, l-importazzjoni ta’ wieħed jew iżjed minn dawn il-prodotti għandu jkun suġġett għal ħlas addizzjonali ta’ dwana fuq l-importazzjoni, jekk certi kondizzjonijiet jiġu milħuqa.

(11) Ikun xieraq, taħt ċerti kondizzjonijiet, li l-poter biex jinfetħu u jiġu amministrati il-kodiċijiet tal-kwoti kif jirriżultaw mill-ftehim internazzjonali konkluż skond it-Trattat jew minn atti oħra tal-Kunsill, jgħaddu għand il-Kummissjoni.

(12) Id-dispożizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni maħduma fuq id-differenza bejn il-prezzijiet ġewwa il-Komunità u dawk tas-suq dinji, u li jaqgħu fil-limiti imwaqqfa mill-ftehim tal-WTO fuq l-agrikoltura [6], għandhom jservu sabiex tigi mħarsa il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-kummerċ internazzjonali tar-ross. Dawn ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni huma bla ħsara għal kull limitu li hemm fuq il-kwantità u l-valur.

(13) Il-moniteraġġ tal-limiti li hemm fuq il-valur għandhom jiġu żgurati fiż-żmien meta jkunu qegħdin jiġu ffissati r-rifużjonijiet permezz tal-monitoraġġ tal-pagamenti taħt ir-regoli tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (EAGGF). Il-monitoraġġ jista’ jiġi mħaffef bl-iffissar bil-quddiem obbligotarju tar-rifuzjinijiet fuq l-esportazzjoni, waqt li tingħata l-possibilità, f’każ ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni diferenzati, ta’ bidla fid-destinazzjoni speċifika f’żona ġeografika li għaliha tapplika rata unika ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni. F’każ ta’ bidla fid-destinazzjoni, ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni li għanda tapplika għad-destinazzjoni attwali għandha tiġi mħallsa b’limitu għall-ammont applikabbli għad-destinazzjoni ffissata bil-quddiem.

(14) Jassigura it-talba bil-limiti ta’ kwantita li teħtieġ l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ moniteraġġ rijabli u affettiva. Għal dak il-għan, il-permess ta’ rifuzjonijiet ta’ l-esportazzjoni għandhom ikunu suġġett għal-liċenzja ta l-esporazzjoni. Ir-rifuzjonijiet ta’ l-esportazzjoni għandhom permessi għal-limiti disponibbli, li jiddependi fuq is-sitwazzjoni partikolari ta’ kull prodott ikkonċernat. Eċċezzjonijiet għal dik ir-regola tista tiġi permessa biss fil-kas ta’ prodott ipproċessat li mhux imnizzel fl-Anness I tat-Trattat, li għalih limitio ta’ volum ma japplikawx, u fil-kas ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna ta’ l-ikel li huma ezentati min kull limitazzjoni. Għandhom isiru dispożizzjonijiet għal derogi mill-monitoraġġ strett tar-regoli ta’ l-amministrazzjoni fejn ikun hemm ċans kbir li prodotti esportati li jkunu qed jibbenefikaw minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma jaqbżux il-limiti tal-kwantità stabbilita.

(15) (15)Safejn ikun hemm bżonn biex taħdem sewwa, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex jirregolaw jew, meta s-sitwazzjoni tas-suq hekk titlob, li jipprojbixxu l-użu ta’ arranġamenti ta’ proċessar ta’ oġġetti għall-ipproċessar intern u estern.

(16) Is-sistema tad-dazji tippermetti l-eliminazzjoni tal-miżuri protettivi l-oħra kollha mal-fruntieri esterni tal-Komunità. Il-mekkaniżmu tas-suq intern u doganali jista’, f’każi eċċezzjonali, jirriżulta mhux adegwat. F’dawn il-każi, sabiex is-suq tal-Komunità ma jitħalliex mingħajr difiża kontra tfixkil li jista’ jirriżulta, il-Komunità trid tkun f’sitwazzjoni li tieħu dawk il-miżuri meħtieġa mingħajr dewmien. Dawn il-miżuri għandhom jaqblu ma’ l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim tal-WTO.

(17) Meta tiġi kkunsidrata l-influwenza tal-prezz dinji tas-suq fuq il-prezz intern, għandu jkun hemm dispozizzjonijiet għall miżuri xierqa li għandhom jittieħdu sabiex jiġi stabilizzat is-suq intern.

(18) Il-ħidma tajba ta’ suq wieħed mibni fuq prezzijiet komuni tkun mxekkla bl-għotja ta’ għajnuna nazzjonali. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw l-għajnuna li jista’ jgħati Stat għandhom japplikaw għal prodotti koperti minn din l-organiżżazzjoni tas-suq komuni.

(19) Sabiex jittieħed akkont tal-bżonnijiet speċifici għall-provvista ta’ l-aktar reġjuni fil-Komunità kif ukoll tad-differenzi fil-prezzijiet tal-prodotti li jistgħu jiirizultaw mill-ispejjeż tat-trasport u tal-bejgh ta’ dawn il-prodotti, huwa rakkomandabbli li l-Komunità tiffissa sussidju għal-kunsinni minn Stati Membri li jkunu qegħdin f’waħda mis-sitwazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 23(2) tat-Trattat, intiżi li jiġu kkunsmati f’dawk ir-regunijiet u b’mod partikolari fid-dipartiment Franciż barrani ta’ Rèunion.

(20) Hekk kif is-suq komuni tar-ross jinsab fi żvilupp kontinwu, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iżommu lil xulxin infurmati b’informazzjoni rilevanti fuq dawn l-izviluppi.

(21) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċizjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [7].

(22) Minħabba l-bżonn li jiġu solvuti problemi prattiċi u speċifiċi, il-Kummissjoni għandha jkollha l-awtorità li tadotta dawk il-miżuri meħtieġa f’każi ta’ emerġenza.

(23) L-infiq li jsir mill-Istati Membri bħala riżultat tal-obligazzjonijiet tagħhom bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu finanzjati mill-Komunità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [8].

(24) L-organiżżazzjoni komuni tas-suq fis-settur tar-ross għandha tieħu kont propju u simultanju tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 33 u 131 tat-Trattat.

(25) Il-bidla mill-arranġamenti taħt ir-regolament (KE) Nru 3072/95 u r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3073/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 li jistabbilixxi l-livell stabbilit ta’ kwalità tar-ross [9] għal dawk previsti f’dan ir-regolament jistgħu jgħatu lok għall-diffikultajiet, li mhumiex koperti b’dan ir-regolament. Biex tkun tista’ tgħeleb dawn id-diffikultajiet, Il-Kummissjoni għandha titħalla tadotta miżuri transitorji.

(26) Sabiex ma jkunx hemm tkixkil serju tas-suq tar-ross bil-fosdqa fl-aħħar xhur tas-sena tas-suq 2003/2004, jeħtieg li jiġi limitat id-dħul mill-agenziji tal-intervent għall-ammont ċert iffissat bil-quddiem.

(27) Dispożizzjonijiet għandhom isiru għall-applikazzjoni ta’ l-organizzazzjoni ġdida tas-suq komuni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Il-KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet introduttorji

L-Artikolu 1

L-organiżżazzjonijiet komuni tas-suq tar-ross għandha tinkludi skema għal suq intern u kummerċ ma’ pajjiżi terzi u għandha tinkludi dawn il-prodotti:

Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni |

| |

(a) | 1006 10 21 sa 1006 10 98 | Ross fil-fosdqa (bil-fosdqa jew mhux irfinut) |

1006 20 | Ross (ismar) maħruġ mill-fosdqa |

1006 30 | Ross parzjalment mitħun jew mitħun, kemm jekk illusrat jew igglassat |

(b) | 1006 40 00 | Ross miksur |

(ċ) | 1102 30 00 | Dqiq tar-ross |

1103 19 50 | Ross xgħir u smida |

1103 20 50 | Boċċi tar-ross |

1104 19 91 | Xrar tal-ħabb tar-ross |

1104 19 99 | Habb tar-ross irrumblat |

1108 19 10 | Lamtu tar-ross |

L-Artikolu 2

1. Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, il-kliem "ross bil-fosdqa", "ross maħruġ mill-fosdqa", "ross parzjalment mitħun", "ross mitħun", "ħabb tar-ross tond", "ħabb tar-ross medju", "ħabb tar-ross twil A jew B" u "ross miksur" huma definiti f’L-Anness I.

L-Anness II jipprovdi d-definizzjoniet tal-ħabb u ħabb miksur li m’humiex ta’ kwalità’ mhux mittiefsa.

2. Il-Kummissjoni, filwaqt li timxi skond il-proċedura ta’ l-Arikolu 26(2):

(a) għandha tiffissa ir-rati ta’ konverżjoni għar-ross fl-istadji varji ta’ l-ipproċessar, il-prezz ta’ l-ipproċċessar u l-valur tal-prodotti derivati;

(b) tista’ tibdel id-definizzjonijiet li jinsabu fil-paragrafu 1.

L-Artikolu 3

Is-sena tas-suq għall-prodotti li jinsabu fl-Artikolu 1 għandha tibda mill-ewwel ta’ Settembru u tispiċċa fl-ewwel ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara.

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jgħodd mingħajr preġudizzju għall-miżuri previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabilixxu regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u skemi ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti uċuħ tar-raba’ [10].

Il-KAPITOLU II

IS-SUQ INTERN

L-Artikolu 5

1. Sussidju jista’ jiġi iffissat għal kunsinni lid-dipartiment Franciż barrani ta’ Rèunion li huma maħsuba għall-konsum hemmhekk, ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 1006 (minbarra il-kodiċi 1006 10 10) li jiġu mill-Istati Membri u li huma inklużi f’waħda mis-sitwazzjonijiet msemmijja fl-Artikolu 23(2) tat-Trattat.

Dak is-sussidju għandu jiġi iffisat, billi jittieħdu in konsiderazzjoni il-ħtiġijiet tal-provvisti tas-suq ta’ Rèunion, fuq il-bażi tad-differenzi bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet tal-prodotti rilevanti mqiegħdha fuq is-suq dinji u il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet ta dawk il-prodotti mqiegħdha fuq is-suq tal-Komunità, u, jekk meħtieġ, il-prezz ta’ dawk il-prodotti mwassla Rèunion.

2. L-ammont tas-sussidju għandu jiġi iffissat perjodikament. Madankollu, fejn il-bżonn hekk jeħtieg, il-Kummissjoni, tista’, fl-intervall, wara talba ta’ Stat Membru, jew minn rajha, tibdel dan l-ammont.

L-ammont tas-sussidju jista’ jiġi iffissat minn proċedura ta’ offerti.

3. Il-Kummisjoni għandha tadotta regoli iddettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skond il-proċedura misjuba fl-Artikolu 26(2).

L-ammont ta’ sussidju għandu jigi iffissat skond il-proċedura misjuba fl-Artikolu 26(2).

L-Artikolu 6

1. Il-prezz ta’ l-intervent tar-ross bil-fosdqa huwa ta’ 150 EUR/t. Il-prezz ta’ l-intervent għandu jiġi iffissat għall-kwalità standard hekk kif definit fl-Anness III.

2. Il-prezz ta’ l-intervent huwa dak fl-istadju ta’ l-ingrossa, mwassal fil-maħżen, qabel jiġi mħott. Din għandha tgħodd għaċ-ċentri ta’ intervent kollha nominati mill-Kummissjoni. Il-lista ta’ ċentri ta’ intervent għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni mal-Istati Membri ikkonċernati u għandha tinkludi ċentri ta’ intervent partikolari f’żoni fejn jibqa’ iż-żejjed u li għandhom post sufficjenti u apparat tekniku u li qegħdin f’sitwazzjoni favorevoli f’dak li għandu x’jaqsam it-trasport.

3. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msejħa fl-Artikolu 26(2).

L-Artikolu 7

1. Matul il-perjodu minn l-1 April sa 31 Lulju u sa limitu ta 75000 tunnellata metrika fis-sena, l-aġenziji ta’ intervent għandhom jixtru il-kwantitajiet ta’ ross bil-fosdqa offruti lilhom sakemm l-offerti iħarsu l-kondizzjonijiet, b’mod partikolari fejn għandu x’jaqsam il-kwantità u l-kwalità, li jiġu determinati.

2. Jekk il-kwalità tar-ross bil-fosdqa offrut huwa differenti mill-kwalità standard għal-liema il-prezz ta’ l-intervent ġie iffissat, il-prezz ta’ l-intervent għandu jiġi irranġat billi jiġu applikati żidiet jew tnaqqis fil-prezz. Biex jigi żgurat li l-produzzjoni tiġi orjentata fuq ċerti varjetajiet, żidiet jew tnaqqis fil-prezz li jiġu applikati lill-prezz ta’ l-intervent jistgħu jiġu iffissati.

3. Taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu determinati, l-aġenziji ta’ intervent għandhom joffru għall-bejgħ, biex jiġi esportat lill-pajjiżi terzi jew għall-fornitura lis-suq intern, ross bil-fosdqa mixtri skond paragrafu 1.

4. Il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-akkwist u t-tqassim mill-aġenziji ta’ intervent u regoli oħra li għandhom x’jaqsmu mal-intervent, huma stabbiliti mill-Kummissjoni.

5. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura misjuba fl-Artikolu 26(2).

L-Artikolu 8

1. Miżuri specjali jistgħu jittieħdu sabiex:

- ma titħalliex applikazzjoni fuq skala kbira ta’ l-Artikolu 7 f’ċerti regjuni tal-Komunità,

- tagħmel tajjeb għal nuqqas ta’ ross bil-fosdqa wara xi disastru naturali.

2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura misjuba fl-Artikolu 26(2).

L-Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dettaljata lill-Kummissjoni, maqsuma skond il-varjeta’, fuq dawk iz-zoni li jingħataw għar-ross, fuq il-produzzjoni, fuq il-ġbir u fuq il-ħażniet miżmuma mill-produtturi u mill-proċessaturi. Din l-informazzjoni għandha tkun mibnija fuq sistema li tipprovdi għal dikjarazzjonijiet mġielgħa mill-produtturi u mill-proċessaturi mwaqqfa, amministrati u mmoniterjati mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-prezzijiet tar-ross fiż-żoni ta’ produzzjoni prinċipali.

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u speċjalment sistema ta’ komunikazzjoni ta’ prezzijiet għandhom jiġu adottati skond il-proċedura misjuba fl-Artikolu 26(2).

Il-KAPITOLU III

IL-KUMMERĊ MA’ PAJJIŻI TERZI

L-Artikolu 10

1. L-Importazzjoni ġol-Komunità’ jew l-esportazzjoni minn hemm, ta’ kull prodott fil-lista li tinsab fl-Artikolu 1 għandu, bla ħsara, jkun suġġett għall-liċenza ta’ l-importazzjoni jew esportazzjoni.

Il-liċenzi għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kull applikant, irrispettivament mill-post fejn hu stabilit fil-Komunità’ u mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 13, 14 u 15.

Il-liċenza ta’ importazzjoni jew esportazzjoni huma validi ġol-Komunità’ kollha. Dawn il-liċenzi għandhom jinħargu bla ħsara billi tingħata garanzija li l-prodotti huma importati u esportati matul iż-żmien ta’ validita tal-liċenza. Ħlief fil-każi ta’ forza maġġuri, il-garanzija tintilef kollha jew in parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, f’dak il-perjodu.

2. Iż-żmien ta’ validita tal-liċenza u regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura misjuba fl-Artikolu 26(2).

Taqsima I

dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti importati

L-Artikolu 11

1. Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, id-dazju fuq l-importazzjoni fuq il-prodotti fil-lista li tinsab fl-Artikolu 1 għandhom ikinu dawk issettjati fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Minkejja dak li jingħad fil-paragrafu 1, id-dazju fuq l-import fuq:

(a) ross maħruġ mill-fosdqa li jaqa’ taħt il-kodiċi 1006 20 għandu jitqies ugwali għall-prezz ta’ l-intervent, miżjud bi:

(i) 80 % f’każ ta’ ross maħruġ mill-fosdqa li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1006 20 17 u 1006 20 98;

(ii) 88 % f’każ ta’ ross maħruġ mill-fosdqa li jaqa’ taħt il-kodiċi NM għajr 1006 20 17 jew 1006 20 98;

naqas il-prezz ta’ l-importazzjoni,

u

(b) ross mitħun li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1006 30 għandu jitqies ugwali għall-prezz ta’ l-intervent, miżjud bi persentaġġ li għandu jiġi ikkalkolat u naqas il-prezz ta’ l-importazzjoni.

Madankollu, id-dazju fuq l-importazzjoni ikkalkolat skond dan il-paragrafu m’għandux jaqbeż ir-rata ta’ dazju tat-Tariffa Doganali Komuni.

Il-persentaġġ msemmi f’punt (b) għandu jiġi ikkalkolat billi jiġi aġġustat il-persentaġġ xieraq msemmi f’punt (a) b’referenza għar-rata ta’ konverżjoni, il-prezzijiet tal-proċess, u l-valur tal-prodotti derivati, u wara billi jiżdied ammont għall-protezzjoni ta’ l-industrija.

3. Minkejja dak li jingħad fil-paragrafu 1, l-ebda dazju fuq id-dwana m’għandu jiġi impost fuq prodotti importati fid-dipartiment Franciż barrani ta’ Rèunion, maħsuba biex jiġu kkunsmati hemmhekk ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-koniċi NM 1006 10, 1006 20 u 1006 40 00;

4. Regoli dettalji għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura misjuba fl-Artikolu 26(2).

L-Artikolu 12

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(2), biex ma jitħalliex jew biex jiġi oppost kull effett kuntrarju fuq is-suq tal-Komunità’ bħala konsegwenza ta’ l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti stabbiliti fil-lista fl-Artikolu 1, l-importazzjoni ta’ wieħed jew iżjed minn dawn il-prodotti bir-rata ta’ dazju stabilita’ f’Artiklou 11 hi bla ħsara għall-ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjoni addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu determinati mill-Kommissjoni skond paragrafu 3, jintlaħqu, kemm-il darba l-importazzjoni ma tidhirx li ser ixxekkel is-suq komuni, jew fejn l-effetti huma sproporzjonati għall-għanijiet maħsuba.

2. L-importazzjoni magħmula bi prezzijiet taħt il-livell notifikat mill-Kummissjoni lill-Organiżżazzjoni tal-Kummerċ Dinji ("il-prezz tal-bidu") hu bla ħsara għall-dazju fuq l-importazzjoni addizzjonali.

Jekk il-volum ta’ l-importazzjoni, f’xi sena fejn l’effetti kuntrarji msemmija fil-paragrafu 1 ifeġġu jew ikun hemm iċ-ċans li jfeġġu, jgħaddu l-livell mibni fuq l-opportunitajiet tad-dħul fis-suq mfisser bħala l-importazzjoni bħala persentaġġ tal-konsum domestku matul it-tlett snin ta’ qabel (il-volum tal-bidu), dazju fuq l-importazzjoni addizjonali jista’ jiġi mġiegħel.

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni li għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni biex jiġi imponut dazju fuq l-importazzjoni addizzjonali, għandu jiġi determinat skond il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni cif tal-kunsinna li tkun qed tiġi kkunsidrata

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni cif għandhom jiġu eżaminati għal dak il-għan kontra il-prezzijiet rappreżentativi għall-prodott fuq is-suq dinji jew fuq is-suq ta’ l-importazzjoni tal-Komunità għal dak il-prodott.

3. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msejħa fl-Artikolu 26(2). Dawn ir-regoli dettaljati għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari il-prodotti li fuqhom japplikaw id-dazji fuq l-importazzjoni addizzjonali.

L-Artikolu 13

1. Il-kodiċi tal-kwoti fuq l-importazzjoni li jinsabu fl-Artikolu 1 kif jirriżultaw minn xi ftehim milħuq skond l’L-Artikolu 300 tat-Trattat jew minn xi att ieħor tal-Kunsill għandħom jinfetħu u jiġu amministrati mill-Kummissjoni taħt ir-regoli dettaljati adottati skond il-proċedura msejħa fl-Artikolu 26(2).

2. Il-kodiċi tal-kwoti għandħom jiġu amministrati bl-applikazzjoni ta’ xi wieħed mis-sistemi jew xi għaqda tagħhom min li ġejjin:

(a) sistema mibnija fuq l-ordni kronoloġiku tad-dħul tal-applikazzjonijiet ("il-prinċipju ta’ min jiġi l-ewwel jisserva l-ewwel"),

(b) sistema ta’ distribuzzjoni in proporzjon għall-kwantitajiet mitluba meta daħlu l-applikazzjonijiet. (billi tintuża s-sistema ta’ "metodu ta eżaminazzjoni simultaneja"),

(ċ) metodu fejn jittieħdu in konsiderazzjoni skemi tradizzjonali ta’ kummerċ (billi tintuża s-sistema ta’ "dħul ġdid/tradizzjonali").

Sistemi xierqa oħra jistgħu jiġu adottati. Dawn għandhom jevitaw diskriminazzjoni mhux xierqa bejn l-operaturi ikkonċernati.

3. Is-sistema ta’ amministrazzjoni adottat għandu, meta approprjat, jgħati il-piż meħtieġ lill-bżonnijiet tal-provvista (jew fornitura) tas-suq tal-Komunità u l-bżonn li jiġi mħares l-bilanċ fis-suq.

4. Ir-regoli dettaljati mesemmija fil-paragrafu 1, għandhom jipprovdu għall-kodiċi tal-kwoti ta’ kull sena, jekk meħtieġ imferrxa fuq sena sħiħa, għandhom jistabilixxu s-sistema ta’ amministrazzjoni li se jiġi użatu, meta approprjat, għandu jinkludi:

(a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott,,

(b) rikonoxximent għad-dokument użat biex jiġu ivverifikati il-garanziji msemmija f’punt (a),

(ċ) il-kondizzjonijiet meta il-liċenzi ta importazzjoni għandhom joħorġu u ż-żmien ta’ validita.

Taqsima II

dispożizzjonijiet li japplikaw għall-esportazzjoni

L-Artikolu 14

1. Safejn hu meħtieġ sabiex il-prodotti li ġejjin ikunu jistgħu jiġu esportati fuq il-bażi ta’ kwotazzjonijiet jew prezzijiet għal dawk il-prodotti mqiegħedha fuq is-suq dinji u fil-limitu ta’ xi ftehim magħmul skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew prezzijiet u l-prezzijiet ġol-Komunità’ jistgħu jiġu koperti b’rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni:

(a) il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li se jiġu esportati mingħajr dewmien;

(b) il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li se jiġu esportati fil-forma ta’ merkanzija msemmija f l-Anness IV.

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni msemmija f’punt (b) ma jistgħux ikunu iżjed għoljin minn dawk applikabbli għal dawk il-prodotti esportati mingħajr iktar ipproċessar.

2. Is-sistema li għandha tiġi adottata għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati b’rifużjoni għandha tkun sistema li:

(a) hija l-iktar indikata għan-natura tal-prodott u s-sitwazzjoni mqiegħedha fis-suq in kwistjoni, jitħalla l-iktar użu effiċjenti possibli tar-riżorsi disponibbli, meta jittieħed akkont ta’ l-effiċjenza u l-istruttura ta’ l-esportazzjonijiet tal-Komunità’, mingħajr ma ssir diskriminazzjoni bejn operaturi kbar jew żgħar;

(b) huwa l-inqas tqil amministrivament għal-operaturi, meta jittieħed akkont tal-ħtiġijiet ta’ l-amministrazzjoni;

(ċ) ma jħallix id-diskriminazzjoni bejn l-operaturi kkonċernati.

3. Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għandom jkunu l-istess għall Komunità’ kollha. Jistgħu ivarjaw skond id-destinazzjoni, fejn s-sitwazzjoni tas-suq dinji jew il-ħtiġijiet ta’ swieq partikolari hekk jeħtieġu. Ir-rifużjonijiet għandhom jiġu stabiliti skond il-proċedura mesemmija fl-Artikolu 26(2). Ir-rifużjonijiet jistgħu jiġu stabiliti:

(a) f’intervalli regolari;

(b) b’sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt għal prodotti li fuqhom saru xi dispożizzjonijiet fl-imgħoddi.

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni stabiliti f’intervalli regolari, jistgħu, jekk huma meħtieġ, jiġu mibdula fl-intervall mill-Kummissjoni jekk issir talba jew minn xi Stat Membru jew b’inizzjattiva proprja.

4. meta jkunu qed jiġu stabiliti r-rifużjonijiet għandu jittieħed akkont ta’ dawn li ġejjin:

(a) s-sitwazzjoni preżenti u t-tendenzi tal-futur fejn għandu x’jaqsam:

(i) Prezzijiet u disponibblità ta’ ross u ross miksur fis-suq tal-Komunità’,

(ii) Prezzijiet u disponibblità ta’ ross u ross miksur fis-suq dinji;

(b) l-għanijiet ta’ l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq tar-ross, li għandhom jiżguraw bilanċ u l-iżvilupp naturali tal-prezzijiet u l-kummerċ f’dan is-suq;

(ċ) l-limiti li jirriżultaw minn xi ftehim magħmul skond l-Artikolu 300 tat-Trattat;

(d) il-ħtieġa li jiġi evitat taqlib fis-suq tal-Komunità’;

(e) l-aspetti ekonomiċi ta’ l-esportazzjonijiet proposti;

(f) Il-Prezzijiet l-iktar favorevoli fil-pajjiżi terzi għal importazzjoni minn pajjiżi terzi, fejn għandhom x’jaqsmu prodotti msemija fl-Artikolu (1)(a) u (b).

L-Artikolu 15

1. Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjonijiet fuq prodotti msemmija fl-Artikolu 1 esportati mingħajr iktar ipproċessar, jingħataw permess biss malli ssir l-applikazzjoni u wara l-presentazzjoni ta’ liċenza ta’ l-esportazzjoni.

2. Ir-rifużjoni applikabbli għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 esportati mingħajr iktar ipproċessar għandha tkun dik applikabbli fil-ġurnata ta’ l-applikazzjoni għall-liċenza u, f’każ rifużjoni differenzata, dik applikabbli fl-istess ġurnata:

(a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza

u, fejn xieraq

(b) għad-deskrizzjoni attwali jekk differenti mid-deskrizzjoni kif tidher fuq il-liċenza. F’dak il-każ l-ammont applikabbli ma jistax jaqbeż l’ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza.

Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex jiġi evitat kul abbuż tal-flessibilta prevista f’dan il-paragrafu.

3. L-iskop tal-paragrafi 1 u 2 jista’ jiġi mwessa biex japplika għal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li huma esportati fil-forma ta’ merkanzija msemmija fl-Anness IV skond il-proċedura stabilita f’L-artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93 [11]. Regoli dettaljati ta’ implementazzjoni għandhon jiġu adottati skond dik il-proċedura.

4. Derogi mill-paragrafi 1 u 2 jistgħu jingħataw f’każi ta’ prodotti fuq liema ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni huma mħallsa taħt operazzjonijiet għall-għajnuna bl-ikel, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

L-Artikolu 16

1. Ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jistgħu jiddaħlu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2) Madankollu, fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’, tirranġa l-ammonti korrettivi.

2. L-ewwel subparagrafu jista’ jiġi applikat għal prodotti msemija fl-Artikolu 1 li huma esportati fil-forma ta’ merkanzija msemmija fl-Anness IV.

L-Artikolu 17

1. Ir-rifużjoni fuq il-prodotti msemmi fl-Artikolu 1(a) u (b) għandhom jitħallsu wara li jitressqu provi li:

(a) il-prodotti ġew kollha miksuba fil-Komunità’ fis-sens ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [12], ħlief fejn japplika paragrafu 6 ta’ dak l-Artikolu;

(b) il-prodotti ġew esportati kollha mill-Komunità’;

(ċ) F’każ ta’ rifużjoni differenzata, li tkun waslet fid-destinazzjoni indikata fil-liċenza jew destinazzjoni oħra għal-liema ġiet iffissata rifużjoni, mingħajr preġudizzju għal punt (b) tal-paragrafu 2. Madankollu, eċċezzjonijiet jistgħu isiru għal din ir-regola skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2), sakemm kondizzjonijiet jiġu stabbiliti li joffru garanziji ekwivalenti.

Dispożizzjonijiet addizzjonali jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

2. L’ebda rifużjoni ma tingħata fuq ross importat minn pajjiżi terzi u ri-esportat lill-pajjiżi terzi, kemm-il darba l-esportatur ma jressaqx provi li:

(a) il-prodott li se jiġi esportat u il-prodott li kien jiġi importat qabel huma l-istess ħaġa; u

(b) id-dazji inġabru meta l-merkanzija ġiet rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa.

F’dawn il-każi ir-rifużjoni fuq kull-prodott għandha tkun l-istess għad-dazji miġbura fuq l-importazzjoni fejn dawk id-dazji huma inqas għar-rifużjoni applikabbli. Fejn id-dazji miġbura fuq l-importazzjoni huma iżjed mir-rifużjoni applikabbli, dawk id-dazji għandhom jgħoddu.

L-Artikolu 18

L-osservanza tal-limiti fuq il-volumi li toħroġ minn xi ftehim milħuq skond l-Artikolu 300 tat-Trattat għandu jkun aċċertat a bażi tal-liċenzi fuq l-esportazzjoni maħruġa għall-perjodu previst li japplika għall-prodotti interessati. Għal dak li għandu x’jaqsam mat-tħaris ta’ l-obbligazzjonijiet taħt il-ftehim tat-WTO fuq l-Agrikoltura, it-tmiem ta’ perjodu ta’ referenza ma jaffetwax il-validita tal-liċenzi ta’ esportazzjoni.

L-Artikolu 19

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din it-taqsima, inkluż dispożizzjonijiet fuq ir-ridistribuzzjoni tal-ammonti li jistgħu jiġu esportati u li ma ġewx allokati jew użati, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). Dawn ir-regoli dettaljati jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kwalità tal-prodotti eliġibbli għal-rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

l-Anness IV għandu jiġi mibdul skond il-procedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

Taqsima III

Dispożizzjonijiet komuni

L-Artikolu 20

1. Sa fejn meħtieġ għall-ħidma tajba ta’ l-organiżżazzjoni tas-suq tar-ross, il-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat jista’ ma jħallix l-uzu sħiħ jew in parti ta’ arranġamenti ta’ proċessi il-ġewwa jew il-barra ta’ prodotti li jinsabu fl-Artikolu 1.

2. B’deroga minn paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 isseħħ b’urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità huwa mfixkel jew jista’ jkun mfixkel mill-arranġamenti ta’ proċessi il-ġewwa jew il-barra, il-Kummissjoni għandha fuq talba ta’ xi Stat Membru jew b’inizjattiva propja, tiddeċiedi fuq il-miżuri neċessarji skond il-proċedura msemmija f’Artiklou 26(2). Il-Kunsill u l-Istati Membri għandhon jiġu avżati b’dawn il-miżuri, li m’għandhomx ikunu validi għal iktar minn sitt xhur, u li għandhom effett ummedjat. Jekk il-Kummisjoni tirċievi talba minn xi Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fuqha fi żmien ġimgħa mit-talba.

3. Miżuri meħuda mill-Kummissjoni jistgħu jiġu referuti lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien ġimgħa mid-data minn meta jkunu ġew notifikati. Il-Kunsill, permezz ta’ maġġoranza kwalifikata, jista’ jikkonferma, jibdel jew iħassar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Jekk il-Kunsill ma jkunx ħa miżuri fi żmien tlett xhur mid-data tad-deċiżjoni li tkun ġiet riferita lilu, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tittieħed li hija mħassra.

L-Artikolu 21

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tagħha għandhom jgħoddu għall-klassifikazzjoni tal-kodiċi tal-prodotti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament. In-nomenklatura tal-kodiċi hekk kif toħrog mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż id-definizzjonijiet msemmija f’L-Anness I, għandhom ikunu inkorporati fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Salv kif inhu altrimenti previst f’dan ir-Regolament jew f’xi dispożizzjonijiet adottati wara, dan li ġej huwa kummerċ projbit ma’ pajjiżi terzi:

(a) l’imposizzjoni ta’ ħlas li għandu effett ekwivalenti għal dazju;

(b) l’applikazzjoni ta’ kull restrizzjoni ekwivalenti li għandha effett ekwivalenti.

L-Artikolu 22

1. Fejn il-kwotazzjonijiet jew prezzijiet mqiegħedha fis-suq dinji ta’ wieħed jew iżjed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jilħqu livell li jxekklu jew jheddu il-provvista tas-suq tal-Komunità u din is-sitwazzjoni jidher li se tippersisti u tmur għal-agħar, miżuri xierqa jistgħu jittieħdu. Dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu bħala salvagwardji f’każi ta’ emergenza estrema.

2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura misjuba fl-Artikolu 26(2).

L-Artikolu 23

1. Jekk, minħabba l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, is-suq tal-Komunità’ f’wieħed jew iżjed minn wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 huwa affetwat, jew mhedded minn, tfixkil serju li x’aktarx iqiegħed fi stat ta’ periklu serju t-twettiq tal-għanijiet ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat, miżuri xierqa jistgħu jiġu applikati f’kummerċ ma’ pajjizi lI mhumiex membri tal-WTO sakemm jieqaf dan it-tfixkil jew theddid.

2. Jekk i-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 isseħħ, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta xi Stat Membru jew b’inizjattiva propja, tiddeċiedi fuq miżuri alternativi. L-Istati Membri għandhom jiġu mgħarrfa b’dawk il-miżuri li huma ta’ applikazzjoni immedjata. Jekk il-Kummisjoni tirċievi talba minn xi Stat Membru, hi għandha tieħu deċiżjoni fir-rigward fi żmien tlett ijiem utli minn din it-talba.

3. Miżuri meħudin mill-Kummissjoni jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem utli mill-ġurnata min meta ġew notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mingħajr dewmien. Tista’, permezz ta’ maġġoranza kwalifikata, tbiddel jew tħassar il-miżura in kwistjoni fi żmien xhar minn meta din tkun ġiet riferita lill-Kunsill.

4. Dispożizzjonijiet adottatti taħt dan l-artikolu għandhom jiġu aplikati wara li jiġu kkunsidrati l-obbligi konkluzi f’xi ftehim skond l-Artikolu 300(2) tat-Trattat.

Il-KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Artikolu 24

Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, l-Artikoli 87, 88 and 89 tat-Trattat għandhom jgħoddu għal produzzjoni jew kummerċ ta’ xi prodott imsemmi fl-Artikolu 1.

L-Artikolu 25

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jibgħatu lil xulxin kull informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni ta dan ir-Regolament u biex jitħarsu l-obbligi internazzjonali dwar ir-ross.

2. Regoli dettaljati biex jistabilixxu liema informazzjoni hija neċessarja kif ukoll għal-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

L-Artikolu 26

1. Il-Kummisjoni għandha tiġi mgħejuna mill-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali, istitwita b’L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 ta’ 29 Settembru 2003 fuq l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq taċ-cereali [13], hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "il-Kumitat".

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE għandu jkun ta’ xhar.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu stess ta’ proċedura.

L-Artikolu 27

Il-Kumitat jista’ jqis kull mistoqsija magħmula lilu mill-President jew taħt inizjattiva propja jew b’xi talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

L-Artikolu 28

Miżuri li huma kemm neċessarji kif ukoll ġustifikabbli, f’emerġenza, biex jinstab tarf ta’ xi problema prattika u partikolari, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmijja fl-Artikolu 26(2).

Dawn il-miżuri jkunu jistgħu jidderogaw minn ċerti partijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda għal dak iż-zmien biss li huwa strettament meħtieġ.

L-Artikolu 29

Ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u d-dispożizzjonijiet adottati bl-implimentazzjoni tiegħu għandhom jgħoddu għall-infiq neċessarju li sar mill-Istati Membri biex jaqdu d-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament.

L-Artikolu 30

Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat b’tali manjiera illi jingħata qies xieraq fl-istess ħin tal-għanijiet dikjarati fl-Artikoli 33 u 131 tat-Trattat.

Il-KAPITOLU V

REGOLI TRANSITORJI U FINALI

L-Artikolu 31

1. Ir-regolmenti (KE) Nru 3072/95 u (KE) Nru 3073/95 huma mħassra.

Riferenza għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftehmu bħala riferenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korellazzjoni fl-Anness V.

2. Miżuri transitorji jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura misjuba fl-Artikolu 26(2).

L-Artikolu 32

1. Fiż-zmien bejn l-1 ta’ April 2004 u l-31 ta’ Lulju 2004, il-kwantitajiet li għandhom jinxtraw mill-aġenziji ta’ intervent skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 għandu jkun limitat għal 100000 tunnellata metrika.

2. Il-Kummissjoni, a bażi tal-kontijiet li jirreflettu s-sitwazzjoni tas-suq, tista’ tbiddel il-kwantità’ msemmija fil-paragrafu 1. Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2) għandha tgħodd.

3. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura misjuba fl-Artikolu 26(2).

L-Artikolu 33

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba ġurnata mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2. Għandu jibda jseħħ mis-sena tas-suq 2004/2005.

Madankollu, l-Artikoli 9 u 32 għandhom jgħoddu mill-1 ta’ April 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessita’ tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 29 Settembru 2003.

F’isem il-Kunsill

G. Alemanno

Il-President

[1] Opinjoni mwassla fil-5 Ġunju 2003 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU C 208, tat-3.9.2003, p.

[3] Opinjoni mwassla fil-2 Lulju 2003 (għadha mhux publikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18. Regolament kif imbiddel mir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 411/2002 (ĠU L 62, tal-5.3.2002, p. 27).

[5] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[6] ĠU L 336, tat-23.12.94, p. 22.

[7] ĠU L 184, tas-17.07.99, p. 23.

[8] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 103.

[9] ĠU L 329, tat-30.12.95, p. 33.

[10] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[11] ĠU L 318, ta’ l-20.12.93, p. 18. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, tal-25.11.00, p. 15).

[12] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17).

[13] Ara paġna 78 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Definizzjonijiet

kif msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1)

1. (a) ross bil-fosdqa: jiġifieri ross li żamm il-qoxra wara li ndires.

(b) ross maħruġ mill-fosdqa: jiġifieri ross bil-fosdqa li tneħħietlu biss il-qoxra.Eżempji ta’ ross li jaqgħu taħt din id-definizzjoni huma dawk bid-deskrizzjoni kummerċjali ta’ "ross ismar", "ross cargo", "loonzain" u "ross sbramato".

(ċ) Ross parzjalment mitħun: jiġifieri ross bil-fosdqa li minnu tneħħiet il-qoxra, parti miż-żerriegħa u l-parti kollha jew parti mis-saff ta’ barra tal-pericarp, iżda mhux is-saffi ta’ ġewwa.

(d) ross kompletament mitħun: jiġifieri ross bil-fosdqa li minnu tneħħiet il-qoxra, l-parti kollha tas-saff ta’ barra u ta’ ġewwa tal-pericarp, iż-żerriegħa kollha fil-każ tal-long grain jew medium grain rice u almenu parti fil-każ ta round grain rice, iżda fejn marki bojod lonġitudinali jistgħu jibqgħu fuq mhux iżjed minn 10 % tal-ħabba.

2. (a) ħabb tar-ross tond: jiġifieri ross, li l-ħabba tiegħu huwa mhux itwal minn 5,2 mm u ta’ ratio tat-tul/wisgħ ta’ inqas minn 2.

(b) qamħ tar-ross medju: jiġifieri ross, li l-ħabba tiegħu huwa itwal minn 5,2 mm iżda mhux iżjed minn 6,0 mm u ta’ ratio tat-tul/wisgħ mhux ikbar minn 3.0

(ċ) ħabb tar-ross twil: jiġifieri

(i) ħabb tar-ross twil A, ross, li l-ħabba tiegħu huwa itwal minn 6,0 mm u ta’ ratio tat-tul/wisgħa huwa ikbar minn 2 iżda inqas minn 3;

(ii) ħabb tar-ross twil B, ross, li l-ħabba tiegħu huwa itwal minn 6,0 mm u ta’ ratio tat-tul/wisgħa huwa daqs jew minn 3.

(d) Kejl tal-ħabb: jiġifieri il-kejl tal-ħabb meħuda fuq ross mitħun bis-sistemi li ġejjin:

(i) bit-teħid ta’ kampjun rappresentattiv tal-lott;

(ii) tgħarbel il-kampjun sabiex iżżomm biss ħabb sħiħ, inkluż ħabb mhux misjur;

(iii) tagħmel żewġ qisien ta’ 100 ħabba kull waħda u tieħu l-medja;

(iv) tesprimi ir-riżultat f’millimetri, mdawwar sa punt deċimali wieħed.

3. ross miksur: jiġifieri fdal tal-ħabb li mhux itwal minn tlett kwarti tat-tul medju ta’ ħabba sħiħa.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Definizzjonijiet ta’ ħabb u ħabb miksur li m’humiex imħassra

msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1)<0Ħ

A. Ħabb sħiħ

ħabb li minnu tneħħirt biss parti mit-tarf, irrispettivament mill-karatteritiċi prodotti f’kull stadju tat-taħna.

B. ħabb ikklippjat

ħabb li minnu tneħħa t-tarf intier.

Ċ. ħabb miksur jew fdal

Ħabb li minnu tneħħiet parti mill-volum ikbar mit-tarf: ħabb miksur jinkludi:

- ħabb kbir miksur (biċċiet ta’ ħabb ta’ tul mhux inqas minn nofs ħabba, iżda li ma jiffurmawx ħabba sħiħa),

- ħabb miksur medju (biċċiet ta’ ħabb ta’ tul mhux inqas minn kwart tat-tul ta’ ħabba iżda iżgħar minn l-inqas qies ta’ "ħabb kbir miksur"),

- ħabb miksur fin (biċċiet ta’ ħabb inqas minn kwart tat-tul ta’ ħabba iżda li hu kbir wsq biex jgħaddi minn passatur b’toqob ta’ 1,4 mm),

- fdal (biċċiet jew fdal ta’ ħabb li jistgħu jgħaddu minn passatur b’toqob ta’ 1,4 mm); ħabb maqsum (biċċiet prodotti b’qasma lonġitudinali fil-ħabba) jaqgħu taħt din id-definizzjoni.

D. Ħabb aħdar

Ħabb li għadu mhux misjur.

E. Ħabb li juri malformazzjoni naturali

Malformazzjoni naturali tfisser malformazzjoni, kemm jekk ġejja minn oriġini ereditarja jew le, mqabbla mal-karatteristiċi morfoloġiċi tipiċi tal-varjetà.

F. ħabb bajdani

ħabb li mill-inqas tlett-kwarti tal-wiċċ jidher opak u abjad ħafna.

G. ħabb immarkat bl-aħmar

Ħabb li juri marki lonġitudinali ħomor ta’ intensità u skali differenti, dovuti għal fdal tal-perikarp.

H. Ħabb kollu tikek

Ħabb li juri b’mod ċar ċirku żgħir ta’ kolor skur ta’ daqs bejn wieħed u ieħor regolari; ħabb kollu tikek jinkludi dawk li juru marki suwed żgħar fuq il-wiċċ biss, il-marki u t-tikek ma jurux awrejoli sofor jew skuri.

I. Ħabb imtabba’

Ħabb li għadda, fuq pari żgira mill-wiċċ, bidla ċara fil-kulur naturali, it-tebgħat jistgħu jkunu ta’ kulur differenti (suwed, ħomor, kannella. Jekk il-kulur tat-tebgħa huwa mmarkat biżżejjed (iswed, roża, ħamrani-kannella) u li jidher mill-ewwel u jekk ikopru arja ta’ mhux inqas minn nofs dik ta’ ħabba, il-ħabb għandhu jitqies bħala ħabb isfar.

J. ħabb isfar

Ħabb li għadda, totalment jew parzjalment, mhux bi tnixxif, bidla fil-kulur naturali u ħa xejra safra jew oranġju fl-isfar.

K. ħabb ambra

Ħabb li għadda, mhux bi proċess ta’ tnixxif, minn bidla uniformi żgħira fil-kulur fuq-il-wiċċ kollu; din tbiddel il-kulur tal-ħabb għal isfar ambra ċar.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Definizzjoni ta’ kwalità standard ta’ ross bil-fosdqa

ross bil-fosdqa ta’ kwalità standard għandu:

(a) jkun ta kwalità b’saħħitha u neguzzjabbli, mingħajr riħa;

(b) jkollu kontenut ta’ ndewwa ta’ massimu ta’ 13 %;

(ċ) ikollu total ta’ ross mitħun ta’ 63 % bil-piż f’ħabb sħiħ (b’tolleranza ta’ qamħ ikklipjat) li jkollu persentaġġ bil-piz tal-ħabba tar-ross sħiħa u mitħuna ta’ kwalità mhux mittiefsa:

—ħabb bajdani tar-ross bil-fosdqa taħt il-kodiċi NM NM 1006 10 27 u NM 1006 10 98: | 1,5 % |

—ħabb bajdani tar-ross bil-fosdqa taħt il-kodiċi NM li m'humiex NM 1006 10 27 u NM 1006 10 98: | 2,0 % |

—ħabb immarkat bl-aħmar: | 1,0 % |

—ħabb kollu tikek: | 0,50 % |

—ħabb mtebba': | 0,25 % |

—ħabb isfar: | 0,02 % |

—ħabb ambra: | 0,05 %. |

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

ex0403 | xorrox tal-butir, baqta tal-ħalib u krema, yogurt, kephir u ħalib ieħor fermentat jew qares u krema, b'togħmiet differenti jew miżjud bi frott, lewż jew kokotina kemm ikkonċentrata jew le jew li jinkludi zokkor jew prodotti oħra li jagħmluh ħelu: |

040310 | – Yogurt: |

04031051 sa04031099 | – – B'togħmiet differenti jew miżjud bi frott, lewż jew kokotina |

040390 | – oħrajn: |

04039071 sa04039099 | – – B'togħmiet differenti jew miżjud bi frott, lewż jew kokotina |

ex1704 | Ħlewwiet biz-zokkor (li jinkludi ċikkulata bajda), li ma jkunx fihom kokotina: |

17049051 sa17049099 | – – oħrajn |

ex1806 | Ċikkulata u xogħol ieħor ta' l-ikel li jkun il-kokotina, ħlief għall-merkanzija tas-subinċiż 1806 10, 1806 20 70, 1806 90 60, 1806 90 70 u 1806 90 90 |

ex1901 | Estratti tax-xgħir; xogħol ta' l-ikel magħmul mit-tqiq, smida, lamtu jew estratti tax-xgħir, li ma jkunx fihom kokotina jew li jkun fih inqas minn 40 % bil-piż ta' kokotina totalment mhux ibbażati fuq xaħam, u li m'huma speċifikati jew inklużi mkien; xogħol ta' l-ikel ta' merkanzija ta' l-intestatura 0401 to 0404, li ma jkunx fiha kokotina jew li jkun fiha inqas minn 5 % bil-piż ta' kokotina totalment m'hux ibbażati fuq xaħam, u li m'huma speċifikati jew inklużi mkien: |

19011000 | – Preparazzjonijiet għat-trabi, mibjugħa bl-imnut |

19012000 | – Taħlit u għaġina għal-preparazzjoni ta' xogħol tal-furnara ta' l-intestatura Nru 1905 |

190190 | – oħrajn: |

19019011 sa19019019 | – – Estratti tax-xgħir |

– – oħrajn: |

19019099 | – – – oħrajn: |

ex1902 | Għaġin, kemm jekk imsajjar jew mimli (b'laħam jew sustanzi oħra) jew ippreparat mod ieħor, bħall-spagetti, imqarrun, tarja, lasanja, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, kemm jekk ippreparati jew le: |

19022091 | – – – Imsajra |

19022099 | – – – oħrajn |

190230 | – Għaġin ieħor |

19024090 | – – oħrajn |

1904 | Ikel ippreparat miksub b'ċereajli minfuħa jew inkaljati jew prodotti taċ-ċerejali (bħal, corn f lakes); ċereali (ħlief qamħirrun (qamħ)) fil-forma ta' qamħ jew fil-forma ta' xrar, jew ħabb maħdum (ħlief dqiq u smida), imsajjar minn qabel, jew ippreparat mod ieħor, mhux speċifikat x'imkien ieħor jew inkluż |

ex1905 | ħobż, ħelu msgħmul mill-għaġina, kejkijiet, gallettini and xogħol ieħor tal-furnar, kemm jekk ikollhom il-kokotina jew le; ostji, cachets vojta tajba għal użu farmaċewtiku, wejfer użati biex tissiġilla, ross karti u prodotti simili: |

19059020 | ostji, cachets vojta tajba għal użu farmaċewtiku, wejfer użati biex tissiġilla, ross karti u prodotti simili |

ex2004 | Ħaxix ieħor ippreparat jew ippreservat bil-ħall, jew aċidu, iffriżat, ħlief prodotti ta' l-intestatura Nru 2006: |

– Patata: |

– – oħrajn: |

20041091 | – – – fil-forma ta' dqiq, smida jew xrar |

ex2005 | Ħaxix ieħor ippreparat jew ippreservat bil-ħall, jew aċidu, iffriżat, ħlief prodotti ta' l-intestatura Nru 2006: |

– Patata: |

20052010 | – – fil-forma ta' dqiq, smida jew xrar |

ex2101 | Estratti, essenzi u kkonċentrati, tal-kafe, te jew preparazzjonijiet maté bi bażi tagħhom Prodotti bi bażi ta' kafe, te jew maté; ċikwejra nkaljata jew sostituti ta' kafe nkaljata, u estratti, essenzi u kkonċentrati, tagħhom: |

210112 | – – Preparazzjoni bi bażi ta' dawn l-estratti, essenzi jew bi bażi ta' kafe: |

21011298 | – – – oħrajn |

210120 | – Estratti, essenzi u kkonċentrati, ta' te jew maté,u preparazzjonijiet bi bażi tagħhom Estratti, essenzi u kkonċentrati, jew bi bażi ta' te jew maté: |

21012098 | – – – oħrajn |

210500 | ġelat u silġ ieħor li jittiekel, kemm jekk ikun fih il-kokotina jew le |

2106 | Preparazzjonijiet ta' l-ikel mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor: |

– oħrajn: |

21069010 | – – Fondues tal-Ġobon |

– – oħrajn: |

21069092 | – – – li ma jkunx fihom xaħam tal-ħalib, sukrosju, isoglukosju, glukosju jew lamtu jew li jkun fihom, meta peżati, inqas minn 1,5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrosju jew isoglukosju, 5 % glukosju jew lamtu |

21069098 | – – – oħrajn |

ex3505 | Dextrini jew lamtijiet oħra modifikati (per eżempju, lamtijiet le ġew ġelatinati minn qabel); kolol bażati fuq il-lamtu, jew fuq dextrini jew lamtijiet oħra modifikati, ħlief lamtijiet bin-Nru 3505 10 50 |

ex3809 | aġenti, trasportaturi tal-kulur li jaċċeleraw il-kulur jew l-iffissar tal-kulur tal-ikel jew prodotti oħra u preparazzjonijiet (per eżempju, taħwir u sustanzi biex jiffissaw il-kulur) tat-tip użati fl-industrija tat-tessuti, karta, ġilda jew simili, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor: |

380910 | – b'bażi ta sustanzi ta' amylaceous |

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

Tabella tal-korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 3072/95 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 u 2 |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 4 | L-Artikolu 7 |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 6 | — |

— | L-Artikolu 4 |

L-Artikolu 7 | — |

L-Artikolu 8a | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 8b | L-Artikolu 7 |

L-Artikolu 8ċ | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 8d | L-Artikolu 9 |

L-Artikolu 8e | — |

L-Artikolu 9 | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 10 | L-Artikolu 5 |

— | L-Artikolu 9 |

L-Artikolu 11 | L-Artikolu 11 |

L-Artikolu 12 | L-Artikolu 12 |

L-Artikolu 13 | L-Artikoli 14, 15, 16, 17, 18 u 19 |

L-Artikolu 14 | L-Artikolu 20 |

L-Artikolu 15 | L-Artikolu 21 |

L-Artikolu 16 | L-Artikolu 22 |

L-Artikolu 17 | L-Artikolu 23 |

L-Artikolu 18 | — |

L-Artikolu 19 | L-Artikolu 24 |

— | — |

L-Artikolu 21 | L-Artikolu 25 |

L-Artikolu 22 | L-Artikolu 26 |

L-Artikolu 23 | L-Artikolu 27 |

— | L-Artikolu 28 |

L-Artikolu 24 | L-Artikolu 30 |

L-Artikolu 25 | L-Artikolu 31 |

L-Artikolu 26 | L-Artikolu 29 |

— | L-Artikolu 32 |

L-Artikolu 27 | L-Artikolu 33 |

l-Anness A | l-Anness I |

— | — |

l-Anness B | l-Anness IV |

l-Anness Ċ | l-Anness V |

Regolament (KE) Nru 3073/95 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | l-Anness III |

l-Anness | l-Anness II |

--------------------------------------------------