32003R1782



Official Journal L 270 , 21/10/2003 P. 0001 - 0069


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003

tad-29 ta’ Settembru 2003

li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001

WERREJ

TITOLU I AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

TITOLU II DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Kapitolu 1 'Cross compliance'

Kapitolu 2 Modulazzjoni u dixxiplina finanzjarja

Kapitolu 3 Sistema konsultattiva għall-irziezet

Kapitolu 4 Amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll

Kapitolu 5 Disposizzjonjiet ġenerali oħra

TITOLU III SKEMA TA' PAGAMENT UNIKU

Kapitolu 1 Disposizzjonjiet ġenerali

Kapitolu 2 Iffissar ta' l-ammont

Kapitolu 3 Drittijiet għall-pagament

Sezzjoni 1 Drittijiet għall-pagament ibbażati fuq iż-żona

Sezzjoni 2 Drittijiet għall-pagament suġġetti għall-kondizzjonijiet speċjali

Kapitolu 4 Użu ta' l-art taħt l-iskema ta' pagament uniku

Sezzjoni 1 Użu ta' l-art

Sezzjoni 2 Drittijiet ta' art imwarrba ('Set-aside entitlements')

Kapitolu 5 Implimentazzjoni reġjonali u mhux obbligatorja

Sezzjoni 1 Implimentazzjoni reġjonali

Sezzjoni 2 Implimentazzjoni parzjali

Sezzjoni 3 Esklużjonijiet mhux obbligatorji

Sezzjoni 4 Transizzjoni mhux obbligatorja

TITOLU IV SKEMI OĦRA TA' GĦAJNUNA

Kapitolu 1 'Premium' speċjali ta' kwalità għall-qamħ ta' l-Awstralja

Kapitolu 2 'Premium' għall-prodotti ta' proteini ('protein crop')

Kapitolu 3 Pagament speċifiku għar-ross

Kapitolu 4 Pagament għaż-żoni għall-ġewż

Kapitolu 5 Għajnuna għall-prodotti ta' enerġija ('energy crops')

Kapitolu 6 Għajnuna għal-lamtu tal-patata

Kapitolu 7 'Premium' għall-prodotti tal-ħalib u pagamenti addizzjonali

Kapitolu 8 Għajnuna reġjonali speċifika għall-prodotti li jinħartu

Kapitolu 9 Għajnuna għaż-żrieragħ

Kapitolu 10 Pagament għaż-żoni tal-prodotti li jinħartu

Kapitolu 11 'Premiums' għan-nagħaġ u mogħoż

Kapitolu 12 Pagamenti għaċ-ċanga u l-vitella

Kapitolu 13 Għajnuna għal-legum taż- żerriegħa

TITOLU V REGOLI TRANSITORJI U FINALI

Anness I Lista ta' skemi ta' appoġġ li jissodisfaw il-kriterja mniżżla fl-Artikolu 1

ANNESS II Limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 12(2)

ANNESS III Kondizzjonjiet statutarji ta' amministrazzjoni msemmija fl-Artikoli 3 u 4

ANNESS IV Kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikolu 5

ANNESS V Skemi ta' appoġġ kompatibbli msemmija fl-Artikolu 26

L-ANNESS VI Lista ta' pagamenti diretti fir-rigward tal-pagament uniku msemmi fl-Artikolu 33

Anness VII Kalkulazzjoni ta' l-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 37

ANNESS VII Limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41

ANNESS IX Lista ta' prodotti li jinħartu msemmija fl-Artikolu 66

ANNESS X Żoni tradizzjonali għall-produzzjoni tal-qamħ ta' l-Awstralja msemmija fl-Artikolu 74

ANNESS XI Lista ta' speċi ta' żrieragħ msemmija fl-Artikolu 99

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikoli 36, 37 u 299(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Billi:

(1) Għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet komuni għall-pagamenti diretti taħt il-varji skemi ta’ appoġġ għad-dħul fl-isfond tal-politika agrikola komuni.

(2) Il-pagament sħiħ ta’ għajnuna diretta għandu jkun marbut ma’ l-osservanza tar-regoli relatati ma’ l-art agrikola, mal-produzzjoni u ma’ l-attività agrikola. Dawk ir-regoli għandhom iservu biex jinkorporaw fl-organizzazzjonijiet tas-suq komuni ‘standards’ dwar l-ambjent, sigurtà ta’ l-ikel, saħħa u benesseri ta’ l-annimali u kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba. Jekk dawk in-normi bażiċi mhumiex milħuqa, l-Istati Membri għandhom jirtiraw l-għajnuna diretta totalment jew parzjalment fuq il-bażi ta’ kriterji li huma proporzjonali, oġġettivi u gradwali. Dan l-irtirat għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-sanzjonijiet stabbiliti issa jew fil-futur taħt dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità jew nazzjonali.

(3) Biex ikun evitat l-abbandun ta’ art agrikola u biex ikun żgurat li tkun miżmuma f’kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba, għandhom jiġu stabbiliti ‘standards’ li jistgħu jkollhom jew le il-bażi f’dispożizzjonijiet ta’ l-Istati Membri. Hu għalhekk xieraq li jkun stabbilit qafas Komunitarju li fih l-Istati Membri jistgħu jadottaw ‘standards’ wara li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi taż-żona konċernata, inklużi l-ħamrija u l-kondizzjonijiet klimatiċi, sistemi eżistenti ta’ biedja (użu ta’ l-art, newba ta’ l-uċuh tar-raba’ (‘crop rotation’), prattiċi ta’ l-irziezet) u strutturi ta’ l-irziezet.

(4) Billi l-mergħa permanenti għandha effett pożittiv ambjentali, hu xieraq li jkunu adottati miżuri biex jinkoraġixxu ż-żamma ta’ mergħat permanenti eżistenti biex tiġi evitata konverżjoni massiva f’art li tinħarat.

(5) Biex jiġi milħuq bilanċ aħjar bejn għodod tal-politika ntenzjonati biex jippromovu agrikoltura sostenibbli u dawk intenzjonati biex jippromovu żvilupp rurali, għandha tiġi ntrodotta sistema ta’ riduzzjoni progressiva tal-pagamenti diretti fuq bażi Komunitarja obbligatorja għas-snin 2005 sal-2012. Il-pagamenti diretti kollha, ‘il fuq minn ċerti ammonti, għandhom ikunu mnaqqsa b’ċertu persentaġġ kull sena. L-iffrankar li jkun sar għandu jkun użat biex jiffinanzja miżuri taħt l-iżvilupp rurali u għandu jkun allokat bejn l-Istati Membri skond kriterji oġġettivi li jridu jiġu definiti. Madankollu, hu xieraq li jkun stabbilit li ċertu persentaġġ mill-ammonti għandu jibqa’ fl-Istati Membri fejn ġew ġenerati. Sa l-2005, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw il-modulazzjoni kurrenti fuq bażi mhux obbligatorja taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett skond il-politika komuni agrikola [4].

(6) Bil-ħsieb li jkun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-politika agrikola komuni (sottotitolu 1a) jirrispettaw il-limiti annwali mniżżla fil-perspettivi finanzjarji, hu xieraq li jkun ipprovdut mekkaniżmu finanzjarju biex, fejn hu neċessarju, ikunu aġġustati l-pagamenti diretti. Aġġustament ta’ appoġġ dirett għandu jkun iffissat meta l-previżjonijiet jindikaw li sottotitolu 1a, b’marġinu ta’ sigurtà ta’ EUR 300 miljun, ġie maqbuż f’sena ta’ stima partikolari.

(7) Minħabba l-aġġustamenti strutturali riżultanti mill-abolizzjoni ta’ l-intervent tas-segala, hu xieraq li jkunu pprovduti miżuri transitorji għal ċerti reġjuni li jipproduċu s-segala ffinanzjati minn parti mill-ammonti ġenerati mill-modulazzjoni.

(8) Biex il-bdiewa jkunu megħjuna jilħqu livelli ta’ agrikoltura moderna u ta’ kwalità għolja, hu neċessarju li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema komprensiva li toffri pariri lill-irziezet kummerċjali. Is-sistema konsultattiva għall-irziezet għandha tgħin lill-bdiewa jsiru iktar konxji ta’ kurrenti materjali u proċessi tal-biedja relatati ma’ l-ambjent, sigurtà ta’ l-ikel, saħħa u benesseri ta’ l-annimali mingħajr bl-ebda mod ma tkun affettwata l-obbligazzjoni u r-responsabbiltà tagħhom li jirrispettaw dawk il-livelli.

(9) Biex tkun faċilitata l-introduzzjoni tas-sistema konsultattiva għall-irziezet, għandu jkun previst perjodu ta’ żmien għall-Istati Membri biex jistabilixxu s-sistema. Id-dħul tal-bdiewa fis-sistema għandu jkun fuq bażi volontarja bi priorità għal dawk il-bdiewa li jirċievu iktar minn ċertu ammont fis-sena bħala pagamenti diretti. Minħabba n-natura tas-sistema li toffri pariri lill-bdiewa, ikun xieraq li l-informazzjoni miksuba matul din l-attività konsultattiva tkun trattata b’mod kunfidenzali, ħlief fil-każ ta’ ksur serju tal-liġi tal-Komunità jew nazzjonali.

(10) L-Istati Membri, skond l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [5], għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jissodisfaw lilhom infushom li l-operazzjonijiet finanzjati mit-taqsima "Garanzija" ("Guarantee") tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) huma verament imwettqa u eżegwiti korrettament, u li jimpedixxu u jagħtu każ ta’ l-irregolarijiet.

(11) Biex tkun imtejba l-effikaċja u l-utilità tal-mekkaniżmi ta’ amministrazzjoni u kontroll, hu neċessarju li tkun adattata s-sistema stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 tas-27 ta’ Novembru 1992 li jistabilixxi sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi Komunitarji ta’ għajnuna [6] bil-għan li jkunu nklużi l-iskema ta’ pagament uniku, l-iskemi ta’ appoġġ għall-qamħ ta’ l-Awstralja, prodotti tal-proteini, prodotti ta’ l-enerġija, ross, lamtu tal-patata, ġewż, ħalib, żrieragħ, żrieragħ tal-legum u għajnuniet reġjonali speċifiċi kif ukoll kontrolli fuq l-applikazzjoni tar-regoli dwar ‘cross compliance’, modulazzjoni u s-sistema konsulttativa għall-irziezet. Għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-possibilità li jkunu nklużi, iktar ‘il quddiem, skemi oħra ta’ għajnuna.

(12) Minħabba kontroll effettiv u biex tkun evitata s-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet doppji għall-għajnuna lill-aġenziji ta’ pagament differenti fi Stat Membru wieħed, kull Stat Membru għandu jistabilixxi sistema waħda li tirreġistra l-identità tal-bdiewa li jkunu ssottomettew applikazzjonijiet għall-għajnuna suġġetti għas-sistema integrata.

(13) Il-komponenti varji tas-sistema integrata huma ntenzjonati għall-amministrazzjoni u kontroll iktar effettivi. Għalhekk, f’każ ta’ skemi Komunitarji mhux trattati f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jużaw is-sistema, bil-kondizzjoni li ma jaġixxu bl-ebda mod kontra d-dispożizzjonijiet konċernati.

(14) Minħabba l-komplessità tas-sistema u n-numru kbir ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna li jridu jiġu pproċessati, huwa neċessarju li jintużaw ir-riżorsi tekniċi u l-metodi ta’ amministrazzjoni u kontroll xierqa. B’riżultat ta’ dan, is-sistema integrata, f’kull Stat Membru, għandha tinkludi ‘data base’ kompjuterizzat, sistema ta’ identifikazzjoni għall-biċċiet ta’ art agrikoli, applikazzjonijet għall-għajnuna għall-bdiewa, sistema armonizzata ta’ kontroll u, fl-iskema ta’ pagament uniku, sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni tad-drittijiet għall-pagament.

(15) Biex id-‘data’ miġbura tista’ tiġi proċessata u użata għall-verifikazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, huwa neċessarju li jkunu stabbiliti ‘data bases’ kompjuterizzati ta’ prestazzjoni għolja li jagħmluha possibli b’mod partikolari li jiġu mwettqa ‘cross-checks’.

(16) L-identifikazzjoni ta’ biċċiet ta’ art agrikola hi element kruċjali fl-applikazzjoni korretta ta’ l-iskemi marbuta ma’ l-‘area’ tas-superfiċje. L-esperjenza wriet li l-metodi eżistenti għandhom ċerti nuqqasijiet. Għalhekk, għandu jkun hemm dispożizzjoni għat-twaqqif ta’ sistema ta’ identifikazzjoni, fejn neċessarju, bl-għajnuna ta’ ‘remote sensing’.

(17) Għall-skopijiet ta’ simplifikazzjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jagħmlu dispożizzjonijiet għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni waħda għal skemi differenti ta’ għajnuna u biex l-applikazzjoni annwali tiġi mibdula b’applikazzjoni permanenti suġġetta biss għall-konferma annwali.

(18) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw ammonti li jsiru disponibbli b’riżultat ta’ tnaqqis fil-pagamenti taħt modulazzjoni għal ċerti miżuri addizzjonali fl-isfond ta’ l-appoġġ għall-iżvilupp rurali pprovdut taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) [7].

(19) Billi l-ammonti li jsiru disponibbli b’riżultat tal-‘cross compliance’ mhumiex prevedibbli biżżejjed fil-bogħod biex jintużaw għall-miżuri addizzjonali fl-isfond tal-appoġġ għall-iżvilupp rurali, dawk l-ammonti għandhom jiġu mqiegħda fit-Taqsima "Garanzija" tal-FAEGG, ħlief għal ċertu persentaġġ li għandu jinżammmilll-Istati Membri.

(20) Pagamenti pprovduti taħt skemi Komunitarji ta’ appoġġ għadhom jiġu magħmula mill-awtoritajiet kompetenti lill-benefiċjarji, b’mod sħiħ, mingħajr preġudizzju għat-tnaqqis ipprovdut f’dan ir-Regolament, u fi żmien il-perjodu preskritt.

(21) L-iskemi ta’ appoġġ taħt il-politika agrikola komuni jipprovdu għal appoġġ permezz ta’ dħul dirett b’mod partikolari bil-għan li jiġi żgurat livell ta’ għajxien imparzjali għall-Komunità agrikola. Dan l-għan hu relatat mill-qrib mal-manteniment taż-żoni rurali. Biex tkun evitata l-misallokazzjoni tal-fondi tal-Komunità, l-ebda pagamenti m’għandhom isiru lill-bdiewa li artifiċjalment ħolqu l-kondizzjonijiet mitluba biex jinkisbu tali pagamenti.

(22) Skemi komuni ta’ appoġġ għandhom jiġu adattati skond l-iżviluppi, jekk hu neċessarju fi żmien perjodi qosra. Il-benefiċjarji għalhekk, ma jistgħux iserħu fuq il-fatt li l-kondizzjonijiet għall-għajnuna mhux ser jiġu mibdula u għandhom ikunu ppreparati għar-reviżjoni possibli ta’ l-iskemi fid-dawl ta’ l-iżviluppi tas-suq.

(23) Minħabba l-implikazzjonijiet sinifikanti li l-pagamenti ta’ appoġġ dirett għandhom fuq il-‘budget’ u biex l-impatt tagħhom ikun jista’ jiġi eżaminat aħjar, l-iskemi tal-Komunità għandhom ikunu suġġetti għall-evalwazzjoni xierqa.

(24) Tkabbir fil-kompetittività tal-agrikoltura tal-Komunità u l-promozzjoni tal-kwalità ta’ l-ikel u ta’ livelli ambjentali neċessarjament iġibu magħhom tnaqqis fil-prezzijiet istituzzjonali tal-prodotti agrikoli u żjieda fil-prezz tal-produzzjoni għall-azjendi agrikoli fil-Komunità. Biex jinkisbu dawn l-għanijiet u biex ikun hemm promozzjoni ta’ agrikoltura sostenibbli u orjentata iktar lejn is-suq, hi neċessarja li tkun kompletata il-bidla mill-appoġġ lill-produzzjoni għall-appoġġ lill-produttur billi tiġi ntrodotta sistema ta’ dħul separat għal kull razzett. Waqt li l-imsemmija separazzjoni ma tbiddilx l-ammont attwali li jitħallas lill-bdiewa, iżżid b’mod sinifikanti l-effikaċja tad-dħul f’forma ta’ għajnuna. Hu għalhekk xieraq li l-pagament uniku lir-razzett ikun suġġett għall-kondizzjoni li jkun hemm ‘cross-compliance’ ma’ l-ambjent, sigurtà ta’ l-ikel, saħħa u benesseri ta’ l-annimali, kif ukoll il-manteniment tar-razzett f’kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba.

(25) Tali sistema għandha tgħaqqad flimkien numru ta’ pagamenti diretti eżistenti li jirċievi bidwi minn skemi varji f’pagament uniku, determinat fuq il-bażi ta’ drittijiet preċedenti, fi żmien perjodu ta’ referenza, aġġustat biex jittieħed kont ta’ l-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri ntrodotti fl-isfond ta’ l-Aġenda 2000 u tal-bidliet fl-ammonti ta’ għajnuna magħmula b’dan ir-Regolament.

(26) Peress illi l-benefiċċji f’termini ta’ simplifikazzjoni amministrattiva ser jiżdiedu jekk ħafna setturi jiġu nklużi, l-iskema għandha tkopri, fl-ewwel stadju, il-prodotti kollha inklużi taħt ir-reġim tal-prodotti li jinħartu kif ukoll il-legum taż-żerriegħa, żrieragħ, ċanga u nagħaġ. Il-pagamenti reveduti għar-ross u qamħ ta’ l-Awstralja kif ukoll il-pagament fis-settur tal-ħalib hekk kif ir-riforma tiġi implimentata totalment, għandhom ukoll ikunu ntegrati fl-iskema. Pagamenti għall-patata tal-lamtu u għalf niexef għandhom ukoll ikunu nklużi fl-iskema, waqt li għandhom jinżammu pagamenti separati għall-industrija ta’ l-ipproċessar.

(27) Miżuri speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti għall-qanneb, biex ikun żgurat li prodotti illegali ma jistgħux jiġu moħbija qalb il-prodotti tar-raba’ li għandhom dritt għall-pagament uniku, u b’mod tali li jaffettwaw ħażin l-organizzazzjoni tas-suq komuni tal-qanneb. Dispożizzjonijiet għandhom għalhekk jiġu magħmula biex il-pagamenti jingħataw biss għal żoni miżrugħa b’varjetajiet ta’ qanneb u li joffru ċerti garanziji a rigward ta’ kontenut ta’ sustanza psikotropika. Ir-referenzi għall-miżuri speċifiċi pprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u tal-qanneb imkabbra għall-ħjut [8] għandhom jiġu adattati f’dan ir-rigward.

(28) Biex il-bdiewa jitħallew liberi li jagħżlu x’jipproduċu fuq l-art tagħhom, inkluż prodotti li għadhom jirċievu appoġġ mhux separat, u b’hekk tiżdied l-orjentazzjoni tas-suq, il-pagament uniku m’għandux ikun kondizzjonat mill-produzzjoni ta’ prodott speċifiku. Madankollu, biex ikunu evitati distorzjonijiet tal-kompetizzjoni xi prodotti għandhom jiġu esklużi mill-produzzjoni fuq art eliġibbli.

(29) Biex ikun stabbilit l-amont li l-bidwi għandu dritt għalih taħt l-iskema l-ġdida, hu xieraq li ssir referenza għall-ammonti mogħtija lilu matul il-perjodu ta’ referenza. Biex jittieħed kont ta’ sitwazzjonijiet speċifiċi, għandha tiġi stabbilita riserva nazzjonali. Din ir-riserva tista’ ukoll tintuża biex tiffaċilita l-partiċipazzjoni ta’ bdiewa ġodda fl-iskema. Il-pagament uniku għandu jkun stabbilit fuq livell ta’ razzett.

(30) L-ammont totali li għalih għandu dritt razzett għandu jinqasam f’partijiet (drittijiet għall-pagament) u għandu jintrabat ma’ ċertu numru ta’ ettari eliġibbli li jrid jiġu definiti, biex ikun faċilitat it-trasferiment tad-drittijiet ta’ ‘premium’. Biex ikunu evitati trasferimenti spekulattivi li jwasslu għall-akkumulazzjoni ta’ drittijiet ġhall-pagament mingħajr bażi agrikola li tikkorrispondi magħhom, meta tingħata l-għajnuna, ikun xieraq li tkun ipprovduta rabta bejn id-drittijiet u ċerti numru ta’ ettari eliġibbli, kif ukoll il-possibilità li jiġu limitati t-trasferimenti ta’ drittijiet ġo reġjun. Dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti għall-għajnuna mhux direttament marbuta ma’ żona wara li jittieħed kont tas-sitwazzjoni partikolari tat-trobbija tan-nagħaġ u l-mogħoż.

(31) Biex ikun żgurat li l-livell totali ta’ appoġġ u drittijiet ma jaqbżux ir-restrizzjonijiet kurrenti tal-‘budget’ fuq livell Komunitarju jew nazzjonali u, fejn applikabbli, fuq livell reġjonali, hu xieraq li jkunu pprovduti limiti nazzjonali kalkulati bħala s-somma tal-fondi kollha mogħtija f’kull Stati Membru għall-pagament ta’ l-għajnuniet taħt l-iskemi ta’ appoġġ rilevanti, matul il-perjodu ta’ referenza u wara li jittieħed kont ta’ l-aġġustamenti li jsiru iktar tard. Tnaqqis proporzjonali għandu jkun applikabbli jekk il-limitu jiġi maqbuż.

(32) Biex jinżammu l-benefiċċji tal-kontroll tal-produzzjoni ta’ l-art imwarrba, waqt li jissaħħu l-benefiċċji ambjentali tagħha taħt l-iskema ġdida ta’ appoġġ, għandhom jinżammu l-kondizzjonijiet ta’ l-art imwarrba għall-art li tinħarat.

(33) Biex ikun hemm flessibilità fil-mod li bih jintlaqgħu sitwazzjonijiet speċifiċi, l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jiddefinixxu ċertu bilanċ bejn drittijiet individwali għall-pagament u medji reġjonali jew nazzjonali u bejn pagamenti eżistenti u l-pagament uniku. Deroga speċifika għall-projbizzjoni fuq il-kultivazzjoni ta’ frott u ħaxix inkluża l-patata tal-mejda għandha tiġi pprovduta biex f’każ ta’ reġjonaliżmu, ikun evitat li dan iwassal għal tħarbit fil-produzzjoni waqt li jkun minimizzat xi effett fuq id-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Barraminhekk, biex jittieħed kont tal-kondizzjonijiet agrikoli speċifiċi tiegħu, hu xieraq li tkun ipprovduta l-possibilità li Stat Membru jitlob perjodu transitorju biex jimplimenta l-iskema ta’ pagament uniku waqt li jkompli jirrispetta l-limiti tal-‘budget’ iffissati għall-iskema ta’ pagament wieħed. ransitorju u biex ikun żgurat ir-rispett lejn l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, hu xieraq li l-Kummissjoni tkun tista’ tieħu l-miżuri neċessarji biex tlaħħaq ma’ tali sitwazzjonijiet.

(34) Fil-każ ta’ implimentazzjoni mhux obbligatorja jew transitorja, biex ikunu protetti t-tamiet leġittimi tal-bdiewa, hu xieraq li tkun iffissata data sa meta l-Istati Membri jridu jiddeċidu li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku. Barraminhekk, biex tkun żgurata l-kontinwazzjoni tar-reġim kurrenti, għandhom jiġu stabbiliti ċerti kondizzjonijiet għad-dritt għall-għajnuna, waqt li l-awtorità biex ikunu pprovduti regoli ta’ implimentazzjoni titħalla f’idejn il-Kummissjoni.

(35) Biex jinżamm ir-rwol tal-produzzjoni tal-qamħ ta’ l-Awstralja fiż-żoni tradizzjonali ta’ produzzjoni waqt li tissaħħaħ l-għajnuna li tingħata lill-qamħ ta’ l-Awstralja li jirrispetta ċerti kondizzjonijiet minimi ta’ kwalità, hu xieraq li jitnaqqas, matul il-perjodu transitorju, is-suppliment kurrenti speċifiku għall-qamħ ta’ l-Awstralja fiż-żoni transitorji u li tkun abolita l-għajnuna speċjali f’żoni stabbiliti. Għandha biss tkun eliġibbli għal dik l-għajnuna dik il-kultivazzjoni li tipproduċi qamħ ta’ l-Awstralja tajjeb għall-użu fil-manifattura tas-smid u prodotti ta’ l-għaġin.

(36) Biex jissaħħaħ ir-rwol tal-prodotti li fihom ħafna proteini u biex ikun hemm inċentiv biex tiżdied il-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti, hu xieraq li jkun ipprovdut pagament supplimentari lill-bdiewa li jipproduċu dawn il-prodotti. Biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ l-iskema l-ġdida, ċerti kondizzjonijiet għad-dritt għall-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti. Għandha tkun preskritta żona massima garantita u tnaqqis proporzjonali applikat jekk iż-żona massima garantita tiġi maqbuża.

(37) Biex jinżamm ir-rwol tal-produzzjoni tar-ross fiż-żoni tradizzjonali ta’ produzzjoni, hu xieraq li jkun ipprovdut pagament supplimentari għall-produtturi tar-ross. Biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ l-iskema l-ġdida, ċerti kondizzjonijiet għad-dritt għall-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti..

(38) arranġamenti ġodda ta’ appoġġ għall-ġewż biex ikun evitat l-għajbien potenzali tal-produzzjoni tal-ġewż f’żoni tradizzjonali u l-konsegwenzi negattivi ambjentali, rurali, soċjali u ekonomiċi sussegwenti. Biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ l-arranġamenti l-ġodda, ċerti kondizzjonijiet għad-dritt għall-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti, inklużi d-densità minima tas-siġar u d-daqs tal-‘plot’. Biex ikunu jistgħu jlaħħqu ma’ bżonnijiet speċifiċi, l-Istati Membri għandu jkollhom dritt jipprovdu għajnuna addizzjonali.

(39) Biex ikun evitat li l-‘budget’ ikun maqbuż, għandha tkun preskritta żona massima garantita u tnaqqis proporzjonali applikat jekk Istati Membri li jaqbżu ż-żona tagħhom. Biex tkun żgurata applikazzjoni bilanċjata madwar il-Komunità, din iż-żona għandha tkun allokata b’mod proporzjonali maż-żoni tal-produzzjoni tal-ġewz fl-Istati Membri. -L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jallokaw iż-żoni fit-territorju tagħhom. Żoni suġġetti għall-pjan ta’ titjib m’għandhomx ikunu eliġibbli għall-għajnuna taħt l-iskema l-ġdida sakemm jiskadi dan il-pjan.

(40) Biex issir kapitalizzazzjoni mis-suċċess tal-pjanijiet ta’ titjib fir-rigward tal-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-prodotti pprovduti, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi d-dritt għall-għajnuna mill-Komunità u għall-għajnuna nazzjonali jkun suġġett għall-kondizzjoni li jkun hemm sħubija f’organizzazzjonijiet ta’ produtturi. Biex ikun evitat taħwid, trid tkun żgurata transizzjoni lejn l-iskema l-ġdida mingħajr diffikultajiet.

(41) Preżentament, l-appoġġ lejn prodotti ta’ enerġija jikkonsisti fil-possibilità li jitkabbru prodotti industrijali fuq art imwarrba. Il-prodotti ta’ enerġija jgħoddu l-akbar numru ta’ prodotti mhux ta’ l-ikel fuq art imwarrba. Għandha tkun stabbilita għajnuna speċifika għall-prodotti ta’ enerġija bl-għan li tiżdied is-sostituzzjoni tal-dijossidu karboniku. Għandha tkun preskritta żona massima garantita u tnaqqis proporzjonali applikat jekk iż-żona massima garantita tiġi maqbuża. L-arranġamenti għandhom ikunu reveduti wara li perjodu preskritt jieħu in kunsiderazzjoni l-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-Komunità rigward il-‘biofuels’.

(42) Biex tinżamm il-produzzjoni tal-lamtu f’żoni tradizzjonali ta’ produzzjoni u biex ikun rikonoxxut ir-rwol tal-produzzjoni tal-patata fiċ-ċiklu agronomiku, hu xieraq li jkun ipprovdut pagament supplimentari lill-produtturi tal-lamtu tal-patata. Barraminnhekk, minħabba li s-sistema tal-pagament lill-produtturi tal-lamtu tal-patata ser tkun parzjalment inkluża fis-sistema tal-pagament uniku, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 li jistabilixxi sistema ta’ kwoti li għandha x’taqsam mal-produzzjoni tal-lamtu tal-patata [9] għandha tkun emendata.

(43) L-inklużjoni ta’ prodotti li jinħartu, ċanga u nagħaġ testendi l-iskema tal-pagament uniku għall-‘premiums’ li huma mħallsa fir-reġjuni l-iktar ‘il bogħod u fil-Gżejjer Eġej, biex ikun hemm iktar simplifikazzjoni u biex ikun evitat li jitħalla qafas legali u amministrattiv għal numru limitat ta’ bdiewa f’dawk iż-żoni. Madankollu, biex jinżamm ir-rwol ta’ ċerti tipi ta’ prodotti f’dawn ir-reġjuni tal-Komunità, hu xieraq li jkun ipprovdut li l-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li m’għandhomx għalfejn jinkludu dawk il-pagamenti fl-iskema tal-pagament uniku. L-istess possibilità għandha tapplika għall-pagamenti supplimentari f’ċerti reġjuni ta’ l-Isvezja u l-Finlandja kif ukoll għall-għajnuna liż-żrieragħ. F’dawn il-każi, il-kontinwazzjoni tar-reġimi kurrenti titlob li jkunu stabbiliti ċerti kondizzjonijiet għad-dritt għall-għajuna, waqt li titħalla f’idejn il-Kummissjoni l-awtorità biex tipprovdi regoli ta’ implimentazzjoni.

(44) Biex tkun faċilitata it-transizzjoni bejn ir-reġimi kurrenti tal-pagamenti għall-prodotti li jinħartu u ‘premiums’ għall-bhejjem u l-iskema l-ġdida tal-pagament uniku, ikun xieraq li jkunu pprovduti xi arranġamenti fil-pagamenti diretti kurrenti f’dawk is-setturi.

(45) L-attività agrikola fl-Azores tiddependi ħafna fuq il-prodotti tal-ħalib. Hu għalhekk rakkomandat li jiġġeddu u jiġu estiżi l-miżuri fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 tat-28 Ġunju 2001 li jintroduċu ċerti miżuri speċifiċi għall-ċerti prodotti agrikoli għall-Azores u Madejra [10] u li jkun hemm deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tal-organizzazzjoni tas-suq komuni għall-ħalib u prodotti tal-ħalib rigward il-limitazzjoni tal-produzzjoni għall-perjodu totali ta’ sitt snin ta’ ‘marketing’ li jibdew mill-1999/2000 biex jittieħed kont tal-livell ta’ żvilupp u l-kondizzjonijiet għall-produzzjoni lokali. Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni, din il-miżura ser tippermetti li s-settur fl-Azores ikompli jkun ristrutturat mingħajr ma jkun hemm interferenza mas-suq tal-ħalib u mingħajr ma jkun hemm effett sinifikanti fuq il-ħidma soda ta’ l-iskema tat-taxxi (‘levy’) fuq livell Portugiż jew Komunitarju.

(46) L-applikazzjoni ta’ l-iskema tal-pagament uniku ‘de facto’ ser timplika illi l-programm ta’ konverżjoni ta’ art li preżentament tinħarat għat-trobbija estensiva tal-bhejjem fil-Portugall stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1017/94 [11] sar bla skop. Ir-Regolament (KE) Nru 1017/94 għandu għalhekk jiġi mħassar bid-dħul fis-seħħ ta’ l-iskema tal-pagament uniku.

(47) Bħala riżultat tal-bidliet imsemmija hawn fuq u d- dispożizzjonijiet il-ġodda, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92, (KE) Nru 1577/96 tat-30 ta’ Lulju 1996 li jintroduċu miżuri speċifiċi rigward ċerti legum taż-żerriegħa [12] u (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta’ May 1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti prodotti li jinħartu [13] għandhom jiġu mħassra. Ir-Regolament (KE) Nru 1259/1999 ukoll għandu jiġi mħassar, ħlief għal ċerti dispożizzjonijiet li jipprovdu reġimi temporanji u mhux obbligatorji.

(48) Id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw pagamenti diretti fir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru No 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru 1971 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ [14], Nru 2019/93 tad-19 ta’ Lulju 1993 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-iżgħar mill-Gżejjer Eġej rigward ċerti prodotti agrikoli [15], (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [16], (KE) Nru 1452/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għad-dipartimenti Franċiżi ta’ barra ‘il pajjiż [17], (KE) Nru 1454/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Gżejjer Kanari [18] u (KE) Nru 2529/2001 tat-19 ta’ Diċembru 2001 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u l-mogħoż [19] effettivament tilfu l-iskop tagħhom u għandhom għalhekk jiġu mħassra.

(49) Fiż-żmien li fih jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-Komunità tikkonsisti fi 15-il Stat Membru. Jekk jittieħed kont tal-fatt li, skond it-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda ser issir fl-1 ta’ Mejju 2004, dan ir-Regolament għandu jkun addattat, sad-data ta’ l-adeżjoni, skond il-proċeduri pprovduti mill-istess Trattat biex jagħmluh applikabbli għall-Istati Membri ġodda.

(50) Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta’ implimetazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [20],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

It-TITOLU I AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

- regoli komuni fuq pagamenti diretti taħt skemi ta’ appoġġ għad-dħul fl-isfond tal-politika agrikola komuni li huma ffinanzjati mit-Taqsima "Garanzija" tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), ħlief dawk ipprovduti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999;

- appoġġ għad-dħul għall-bdiewa);

- skemi ta’ appoġġ qamħ ta’ l-Awstralja, prodotti tal-proteini, ross, ġewż, prodotti ta’ l-enerġija, lamtu tal-patata, ħalib, żrieragħ, prodotti li jinħartu, laħam tan-nagħaġ u mogħoż, ċanga u vitella u legum taż-żerriegħa.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(a) "bidwi" ifisser persuna naturali jew legali, jew grupp ta’ persuni naturali jew legali, hu x’inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li l-ażjenda tiegħu tinsab f’territorju tal-Komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 299 tat-Trattat, u li jeserċita attività agrikola,

(b) "ażjenda" tfisser il-‘units’ kollha ta’ produzzjoni immexxija minn bidwi li jinsab fit-territorju ta’ l-istess Stat Membru,

(ċ) "attività agrikola" tfisser il-produzzjoni, trobbija jew tkabbir ta’ prodotti agrikoli inklużi l-ħsad, produzzjoni tal-ħalib, trobbija ta’ annimali u ż-żamma ta’ annimali għal skop ta’ biedja, jew il-manteniment ta’ l-art f’kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba kif stabbilit taħt l-Artikolu 5,

(d) "pagament dirett" ifisser pagament mogħti direttament lill-bdiewa taħt skema ta’ appoġġ għad-dħul imniżżla fl-Anness I,

(e) "pagamenti f’sena kalendarja partikolari" jew "pagament fil-perjodu ta’ referenza" ifissru pagamenti mogħtija jew li ser jingħataw għas-sena jew snin konċernati, inklużi l-pagamenti kollha għal perjodi oħra li jibdew f’dik is-sena kalendarja jew snin kalendarji,

(f) "prodotti agrikoli" ifissru l-prodotti mniżżla fl-Anness I tat-Trattat, inkluż il-qoton, imma bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd.

It-TITOLU II DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Il-KAPITOLU 1 ’CROSS COMPLIANCE’

Artikolu 3

Kondizzjonijiet prinċipali

1. Bidwi li jirċievi pagamenti diretti għandu jirrispetta l-kondizzjonijiet amministrattivi statutarji msemmija fl-Anness III, skond il-kalendarju mniżżel f’dak l-Anness, u l-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbilita taħt l-Artikolu 5.

2. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jipprovdu lill-bidwi lista ta’ kondizzjonijiet amministrattivi statutarji u l-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba li jrid jiġu rispettati.

Artikolu 4

Kondizzjonijiet amministrattivi statutarji

1. Il-kondizzjonijiet amministrattivi statutarji msemmija fl-Anness III għandhom ikunu stabbiliti mil-leġislazzjoni tal-Komunità fl-oqsma li ġejjin:

- saħħa tal-pubbliku, ta’ l-annimali u l-pjanti,

- ambjent,

- benesseri ta’ l-annimali.

2. L-atti msemmija fl-Anness III għandhom japplikaw fl-isfond ta’ dan ir-Regolament fil-verżjoni kif emendata minn żmien għal żmien u, fil-każ tad-Direttivi kif implementati fl-Istati Membri.

Artikolu 5

Kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraaw li l-art agrikola kollha, speċjalment art li m’għadiex tintuża għall-skopijiet ta’ produzzjoni, tinżamm f’kondizzjoni agrikola and ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, il-kondizzjonijiet minimi għall-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba fuq il-bażi tal-qafas stabbilit fl-Anness IV, wara li jittieħed kont tal-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni konċernati, inklużi l-kondizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi, sistemi tal-biedja eżistenti, użu ta’ l-art, newba ta’ l-uċuh tar-raba’, prattiċi tal-biedja, u strutturi ta’ l-irziezet. Dan hu mingħajr preġudizzju għall-‘istandards’ li jirregolaw il-prattiċi agrikoli tajba kif applikati fil-kuntest tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 u tal-miżuri agri-ambjentali applikati ‘il fuq mil-livell ta’ referenza ta’ prattiċi agrikoli tajba.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-art li kienet b’mergħa permanenti fid-data mniżżla fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żona ta’ l-2003 tinżamm taħt mergħa permanenti.

Madankollu Stat Membru jista’, f’ċirkustanzi ġustifikati, jidderoga mill-ewwel subparagrafu, sakemm jieħu azzjoni biex ma jħallix li jkun hemm tnaqqis sinifikanti fl-‘area’ totali tiegħu ta’ mergħa permanenti.

L-ewwel subparagrafu ma japplikax għal art b’ mergħa permanenti li ser tingħata għat-tisġir, jekk tali tisġir hu kompatibbli ma’ l-ambjent u bl-esklużjoni ta’ msaġar tas-siġar tal-Milied u speċi li jikbru malajr kultivati għal perjodu qasir.

Artikolu 6

Tnaqqis jew esklużjoni mill-pagamenti

1. Fejn il-kondizzjonijiet amministrattivi statutarji jew il-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba mhumiex osservati, bħala riżultat ta’ azzjoni jew ommissjoni direttament attribwita lill-bidwi individwali, l-ammont totali ta’ pagamenti diretti li ser jingħataw fis-sena kalendarja li fiha seħħ in-nuqqas ta’ osservanza, u wara l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 10 u 11, għandhom jitnaqqsu jew jiġu kanċellati skond ir-regoli dettaljati stabbiliti taħt l-Artikolu 7.

2. It-tnaqqis u l-esklużjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss jekk in-nuqqas ta’ osservanza tirrigwarda:

(a) attività agrikola, jew

(b) art agrikola ta’ l-ażjenda, inklużi l-biċċiet ta’ art li ġew imwarrba.

Artikolu 7

Regoli dettaljati għat-tnaqqis jew esklużjoni

1. Regoli dettaljati għat-tnaqqis u esklużjonijiet msemmija fl-Artikolu 6 għadhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2). F’dan il-kuntest, għandu jittieħed kont tas-severità, miżura, permanenza u repetizzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza misjuba kif ukoll tal-kriterji mniżżla fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.

2. Fil-każ ta’ negliġenza, il-persentaġġ ta’ tnaqqis m’għandux jaqbeż il-5 % u, fil-każ ta’ nuqqas repetittiv ta’ osservanza, il-15 %.

3. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza intenzjonali, il-persentaġġ ta’ tnaqqis m’għandux bħala prinċipju jkun inqas minn 20 % u jista’ jwassal anke għall-esklużjoni totali minn waħda jew iktar mill-iskemi varji ta’ għajnuna u japplika għal sena kalendarja waħda jew iktar.

4. F’kull każ, l-ammont totali ta’ tnaqqis u esklużjonijiet għal sena kalendarja waħda m’għandux ikun iktar mill-ammont totali imsemmi fl-Artikolu 6(1).

Artikolu 8

Reviżjoni

Sa mhux aktar tard milll-31 ta’ Diċembru 2007, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport fuq l-applikazzjoni tas-sistema tal-‘cross compliance’ akkumpanjat, jekk ikun neċessarju, bi proposti xierqa prinċipalment bil-ħsieb li tiġi emendata l-lista ta’ kondizzjonijiet statutarji amministrattivi mniżżla fl-Anness III.

Artikolu 9

Ammonti riżultanti mill-‘cross compliance’

L-ammonti riżultanti mill-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu għandhom jitqiegħdu fit-taqsima "Garanzija" tal-FAEGG. Stat Membru jista’ jżomm 25 % ta’ dawn l-ammonti.

Il-KAPITOLU 2 MODULAZZJONI U DIXXIPLINA FINANZJARJA

Artikolu 10

Modulazzjoni

1. L-ammonti kollha ta’ pagamenti diretti li ser jingħataw lill-bidwi f’sena kalendarja partikolari fi Stat Membru partikolari għandhom jiġu mnaqqsa għal kull sena sa l-2012 bil-persentaġġi li ġejjin:

- 2005: 3 %,

- 2006: 4 %,

- 2007: 5 %,

- 2008: 5 %,

- 2009: 5 %,

- 2010: 5 %,

- 2011: 5 %,

- 2012: 5 %.

2. L-ammonti riżultanti mill-applikazzjoni tat-tnaqqis ipprovdut fil-paragrafu 1, wara li jkunu mnaqqsa l-ammonti totali msemmija fl-Anness II, għandhom ikunu disponibbli bħala appoġġ Komunitarju addizzjonali għall-miżuri taħt programmi ta’ żvilupp rurali iffinanzjati mit-taqsima "Garanti" tal-FAEGG skond ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

3. L-ammont li jikkorrispondi għal punt wieħed fil-mija għandu jkun allokat lill-Istat Membru fejn l-ammonti korrispondenti ġew iġġenerati. Il-bqija ta’ l-ammonti għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri konċernati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

- żona agrikola,

- impjieg agrikolu,

- il-prodott gross domestiku (GDP) ‘per capita’ kalkulat f’kapaċità ta’ akkwist.

Madankollu, kull Stat Membru għandu jirċievi mill-inqas 80 % ta’ l-ammonti totali li l-modulazzjoni iġġenerat f’dak l-Istat Membru.

4. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, jekk fi Stat Membru l-proporzjoni tas-segala bħala parti mill-produzzjoni totali tiegħu taċ-ċereali taqbeż il-5 % bħala medja matul il-perjodu 2000-2002 u l-proporzjon tiegħu tal-produzzjoni totali Komunitarja tas-segala taqbeż il-50 % matul l-istess perjodu, mill-inqas 90 % ta’ l-ammonti ġenerati mill-modulazzjoni fl-Istat Membru konċernat għandhom jerġgħu jiġu allokati lil dak l-Istat Membru, sa l-2013 inkluża.

F’tali każ, mingħajr preġudizzju għall-possibilità pprovduta fl-Artikolu 69, mill-inqas 10 % ta’ l-ammont allokat lill-Istat Membru konċernat għandu jkun disponibbli għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fir-reġjuni li jipproduċu s-segala.

Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu, "ċereali" ifissru ċ-ċereali msemmija fl-Anness IX.

5. Il-paragafu 1 ma japplikax għall-pagamenti diretti mogħtija lill-bdiewa fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra ‘il pajjiż, fl-Azores u Madejra, fil-Gżejjer Kanari u Eġej.

Artikolu 11

Dixxiplina finanzjarja

1. Mill-‘budget’ tal-2007 ‘il quddiem, bil-ħsieb li jkun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-politika agrikola komuni preżentament taħt is-sottotitolu 1a (miżuri ta’ ‘marketing’ u għajnuna diretta) jirrispettaw il-limiti annwali mniżżla fid-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill fit-18 ta’ Novembru 2002, konċernanti l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li jiltaqa’ fi Brussel fl-24 u l-25 ta’ Ottubru 2002, aġġustament tal-pagamenti diretti għandu jsir meta l-previżjonijiet jindikaw illi l-ammonti pprovduti taħt sottotitolu 1a meta jittieħed kont ta’ marġinu ta’ EUR 300 miljun inqas mill-ammonti previsti u qabel l-applikazzjoni tal-modulazzjoni pprovduta fl-Artikolu 10(2), ser ikunu maqbuża f’sena ta’ stima partikolari. Dan hu mingħajr preġudizzju għall-perspettivi finanzjarji għall-2007-2013.

2. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni preżentata mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena kalendarja li fiha japplikaw l-aġġustament msemmija fil-paragrafu 1, għandu jiffissa dawn l-aġġustamenti sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja li fiha japplikaw l-aġġustamenti.

Artikolu 12

Ammont addizzjonali ta’ għajnuna

1. Ammont addizzjonali ta’ għajnuna għandu jingħata lill-bdiewa li qed jirċievu pagamenti diretti taħt dan ir-Regolament.

L-ammont addizzjonali ta’ għajnuna għandu jkun daqs l-ammont riżultanti mill-applikazzjoni tal-persentaġġi ta’ tnaqqis għal dik is-sena kalendarja taħt l-Artikolu 10 għall-ewwel EUR 5000 jew inqas ta’ pagamenti diretti.

2. L-ammonti totali ta’ għajnuna addizzjonali li jistgħu jingħataw fi Stat Membru f’sena kalendarja m’għandhomx ikunu ogħla mil-limiti mniżżla fl-Anness II. Fejn hu neċessarju, l-Istati Membri għandhom jipproċedu għall-aġġustament lineari ta’ persentaġġ ta’ ammonti addizzjonali ta’ għajnuna biex jirrispettaw il-limiti mniżżla fl-Anness II.

3. L-ammont addizzjonali ta’ għajnuna m’għandux ikun suġġett għat-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 10.

4. Mill-‘budget’ tal-2007 ‘il quddiem, il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2), għandha tirrevedi l-limiti mniżżla fl-Anness II biex tieħu kont tal-bidliet strutturali ta’ l-azjendi.

Il-KAPITOLU 3 SISTEMA KONSULTATTIVA GĦALL-IRZIEZET

Artikolu 13

Sistema konsultattiva għall-irziezet

1. Sa l-1 ta’ Jannar 2007, l-Istati Membri għandhom jistabilixxu sistema biex jagħtu pariri lill-bdiewa fuq it-tmexxija ta’ l-art u tar-razzett (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa s-"sistema konsultatttiva għall-irziezet") imħaddma minn awtorità jew awtoritajiet nominati apposta jew minn entitajiet privati.

2. L-attività konsultatttiva għandha mill-inqas tkopri l-kondizzjonijiet amministrattivi statutarji u l-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fil-Kapitolu I.

Artikolu 14

Kondizzjonijiet

1. Il-bdiewa jistgħu jipparteċipaw fis-sistema konsultattiva għall-irziezet fuq bażi voluntarja.

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-bdiewa li jirċievu aktar minn EUR 15000 f’pagamenti diretti kull sena.

Artikolu 15

Obbligi ta’ entitajiet privati approvati u awtoritajiet nominati

Mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni nazzjonali rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet privati u l-awtoritajiet nominati msemmija fl-Artikolu 13 ma jikxfux informazzjoni personali jew individwali u ‘data’ miksuba minnhom matul l-attività konsultattiva tagħhom lill-persuni oħra għajr il-bidwi li jmexxi l-ażjenda konċernata, ħlief għal xi irregolarità jew ksur ta’ liġi misjuba waqt l-attività tagħhom u li huma koperti b’obbligu stabbilit fi-liġi tal-Komunità jew nazzjonali li tiġi nfurmata awtorità pubblika, b’mod partikolari fil-każ ta’ reat kriminali.

Artikolu 16

Reviżjoni

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tissottomentti rapport dwar l-applikazzjoni tas-sistema konsultattiva għall-irziezet, akkumpanjat, jekk ikun neċessarju, bi proposti xierqa bil-ħsieb li tiġi magħmula obbligatorja.

Il-KAPITOLU 4 SISTEMA INTEGRATA TA’ AMMINISTRAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 17

Ambitu

Kull Stat Membru għandu jistabilixxi sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa is-"sistema integrata".

Is-sistema integrata għandha tapplika għall-iskemi ta’ appoġġ stabbiliti taħt it-Titoli III and IV ta’ dan ir-Regolament u taħt l-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999.

Sa fejn hu neċessarju, għandha tapplika wkoll għall-amministrazzjoni u l-kontroll tar-regoli mniżżla fil-Kapitoli 1, 2 u 3.

Artikolu 18

Elementi tas-sistema integrata

1. Is-sistema integrata għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) ‘data base’ kompjuterizzat,

(b) sistema ta’ identifikazzjoni tal-biċċiet ta’ art agrikola,

(ċ) sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament kif imsemmija fl-Artikolu 21,

(d) applikazzjonijiet għall-għajnuna,

(e) sistema integrata ta’ kontroll,

(f) sistema waħda biex tkun irreġistrata l-identità ta’ kull bidwi li jissottomentti applikazzjoni għall-għajnuna.

2. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 67, 68, 69, 70 u 71, is-sistema integrata għandha tinkludi sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ l-annimali stabbilita skond id-Direttiva 92/102/KEE [21] u r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 [22].

Artikolu 19

’Data base’ kompjuterizzat

1. Id-’data base’ kompjuterizzat għandu jirreġistra, għal kull ażjenda agrikola, id-‘data’ miskuba mill-applikazzjonjiet għall-għajnuna.

Dan id-’data base’ għandu, b’mod partikolari, permezz ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, jippermetti konsultazzjoni diretta u immedjata, tad-‘data’ relatata mas-snin kalendarji jew ta’ ‘marketing’ mis-sena 2000 ‘il quddiem.

2. L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu ‘data bases’ deċentralizzati bil-kondizzjoni illi dawn, u l-proċeduri amministrattivi għar-reġistrazzjoni u l-assessjar tad-‘data’, huma disinjati b’mod omoġenju madwar it-territorju ta’ l-Istat Membru u huma kompatibbli wieħed ma’ l-ieħor biex ikunu jistgħu jsiru ‘cross-checks’.

Artikolu 20

Sistema ta’ identifikazzjoni għall-biċċiet ta’ art agrikoli

Is-sistema ta’ identifikazzjoni għall-biċċiet ta’ art agrikoli għandha tkun stabbilita fuq il-bażi ta’ mapep u dokumenti tar-reġistru ta’ l-artijiet jew referenzi kartografiċi oħra. Għandu jsir użu minn sistemi tekniċi ta’ informazzjoni ġeografika kompjuterizzata, inkluż preferibbilment ‘orthoimagery’ ta’ l-arju jew ta’ l-ispazju, b’garanzija ta’ ‘standard’ ta’ preċiżjoni omoġenja, ekwivalenti mill-inqas għall-kartografija bi skala ta’ 1:10000.

Artikolu 21

Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament

1. Is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament għandha tkun stabbilita b’mod li jista’ ikun hemm verifikazzjoni tad-drittjiet u ‘cross-checks’ ma’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u s-sistema ta’ identifikazzjoni tal-biċċiet ta’ art agrikoli.

2. Is-sistema għandha tippermetti, permezz ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, konsultazzjoni diretta u immedjata tad-‘data’ relatata mill-inqas ma’ l-aħħar tlett snin kalendarji konsekuttivi u/jew snin ta’ ‘marketing’.

Artikolu 22

Applikazzjonijiet għall-għajnuna

1. Kull sena, bidwi għandu jissottometti applikazzjoni għall-pagamenti diretti suġġetti għas-sistema integrata, li tindika, fejn hu applikabbli:

- il-biċċiet kollha ta’ art agrikoli ta’ l-ażjenda,

- in-numru u l-ammont tad-drittjiet ta’ pagament,

- xi informazzjoni oħra pprovduta minn dan ir-Regolament jew mill-Istat Membru konċernat.

2. Stat Membru jista’ jiddeċidi li l-applikazzjoni għall-għajnuna biżżejjed jekk tinkludi bidliet rigward l-applikazzjoni għall-għajnuna sottomessa fis-sena ta’ qabel. Stat Membru għandu jqassam formoli stampati minn qabel ibbażati fuq iż-żoni determinati fis-sena ta’ qabel u jagħti materjal grafiku li jindika l-lokalità ta’ dawk iż-żoni.

3. Stat Membru jista’ jiddeċidi li applikazzjoni waħda għall-għajnuna għandha tkopri wħud mill-iskemi, jew l-iskemi kollha mniżżla fl-Anness I jew skemi ta’ appoġġ oħra.

Artikolu 23

Kondizzjonijiet ta’ eliġibilità

1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kontrolli amministrattivi dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna inkluża verifikazzjoni taż-żona eliġibbli u tad-drittijiet għall-pagament korrispondenti.

2. Il-kontrolli amministrattivi għandhom ikunu msaħħa b’sistema ta’ kontrolli fuq il-post biex tkun ivverifikata ż-żona eliġibbli għall-għajnuna. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddisinjaw pjan kampjun għall-azjendi agrikoli.

L-Istati Membri jistgħu jużaw metodi tekniċi ta’ ‘remote sensing’ bħala mezz biex iwettqu kontrolli fuq il-post ta’ biċċiet ta’ art agrikoli.

3. Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità responsabbli biex tikkoordina l-kontrolli msemmija f’dan il-Kapitolu.

Fejn l-Istat Membru jiddelega ċerti aspetti tax-xogħol li jrid jiġi mwettaq f’dan il-Kapitolu lill-aġenziji jew ditti speċjalizzati, l-awtorità nominata għandha żżomm kontroll fuq, u responsabbilità għal dak ix-xogħol.

Artikolu 24

Tnaqqis u esklużjonijiet

1. Mingħajr preġudizzju għat-tnaqqis u l-esklużjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, fejn jinstab illi l-bidwi mhux qiegħed joqgħod għall-kondizzjonijiet ta’ eliġibilità relevanti għall-għoti ta’ l-għajnuna kif ipprovdut f’dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999, il-pagament jew il-pagament parzjali mogħti jew li ser jingħata u li għalih intlaqgħu l-kondizzjonijiet ta’ eliġibilità għandu jkun suġġett għat-tnaqqis u esklużjonijiet stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) ta’ dan ir-Regolament.

2. Il-persentaġġ ta’ riduzzjoni għandu jkun iggradat skond is-severità, il-miżura, il-permanenza u r-repetizzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza misjuba u jista’ jwassal għall-esklużjoni totali minn waħda jew iktar mill-iskemi ta’ għajnuna għal sena kalendarja jew iktar.

Artikolu 25

Kontrolli fuq ‘cross compliance’

1. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fuq il-post biex jivverifikaw jekk il-bidwi hux qiegħed joqgħod għall-obbligi msemmija fil-Kapitolu 1.

2. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mis-sistemi eżistenti tagħhom ta’ amministrazzjoni u kontroll biex jiżguraw osservanza tal-kondizzjonjiet amministrattivi statutarji u l-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fil-Kapitolu 1.

Dawn is-sistemi, u prinċipalment is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali stabbilita skond id-Direttiva 92/102/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1760/2000, għandhom ikunu kompatibbli, fis-sens ta’ l-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament, mas-sistema integrata.

Artikolu 26

Kompatibilità

Biex ikunu applikati l-iskemi ta’ appoġġ imsemmija fl-Anness V, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-proċeduri ta’ amministrazzjoni u kontroll applikati għal dawn l-iskemi huma kompatibbli mas-sistema integrata fl-aspetti li ġejjin:

(a) id-‘data base’ kompjuterizzat;

(b) is-sistemi ta’ identifikazzjoni għall-biċċiet ta’ art agrikoli;

(ċ) kontrolli ammnistrattivi..

Għal dan il-għan, dawn is-sistemi għandhom ikunu stabbiliti b’mod li jippermettu, mingħajr problemi jew konflitti, tħaddim komuni tad-‘data’, jew il-bdil tad-‘data’ bejniethom.

L-Istati Membri jistgħu, biex ikunu applikati skemi ta’ appoġġ oħra tal-Komunità jew nazzjonali barra minn dawk mniżżla fl-Anness V, jinkorporaw fil-proċeduri tagħhom ta’ amministrazzjoni u kontroll wieħed jew iktar mill-komponenti tas-sistema integrata.

Artikolu 27

Informazzjoni u kontrolli

1. Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata regolarment dwar l-applikazzjoni tas-sistema integrata.

Għandha torganizza bdil ta’ opinjonijiet fuq dan is-suġġett ma’ l-Istati Membri.

2. Wara li jinfurmaw lill-awtoritajiet konċernati minn qabel, rappreżentanti awtorizzati maħtura mill-Kummissjoni jistgħu jwettqu:

- kull eżami jew kontroll relatat mal-miżuri meħuda biex tkun stabbilita u tiġi implimentata s-sistema integrata,

- kontrolli għand l-aġenziji u d-ditti speċjalizzati msemmija fl-Artikolu 23(3).

Uffiċjali ta’ l-Istati Membri konċernati jistgħu jieħdu sehem f’tali kontrolli. Il-poteri biex jkunu mwettqa kontrolli msemmija hawn fuq m’għandhomx jolqtu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet legali nazzjonali li jirriżervaw ċerti atti għall-uffiċjali nominati b’mod speċifiku mill-liġi nazzjonali. Ir-rappreżentanti awtorizzati B’mod partikolari, ir-rappreżentanti awtorizzati maħtura mill-Kummissjoni m’għandhomx jipparteċipaw fi żjarat fid-djar ta’ jew f’interrogazzjonijiet formali tas-suspettati taħt il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru. Madankollu, għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni miksuba minn tali żjarat jew interrogazzjonijiet.

3. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbilitajiet ta’ l-Istati Membri għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tas-sistema integrata, il-Kummissjoni tista’ titlob l-għajnuna ta’ entitajiet jew persuni speċjalizzati biex tiffaċilita t-twaqqif, l-‘monitoring’ u l-użu tas-sistema integrata, b’mod partikolari bil-ħsieb li tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri pariri tekniċi, jekk jitolbuhom.

Il-KAPITOLU 5 DISPOSIZZJONJIET ĠENERALI OĦRA

Artikolu 28

Pagament

1. Ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, pagamenti taħt l-iskemi ta’ appoġġ imniżżla fl-Anness I għandhom jingħataw b’mod sħiħ lill-benefiċjarji.

2. Il-pagamenti għandhom isiru darba fis-sena fil-perjodu bejn l-1 ta’ Diċembru sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja ta’ wara.

Madankollu, l-ammont addizzjonali ta’ għajnuna pprovdut fl-Artikolu 12 għandu jitħallas sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja ta’ wara s-sena kalendarja konċernata.

3. B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2), il-Kummissjoni tista’:

(a) testendi d-data tal-pagament għall-pagamenti pprovduti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 136/66/KEE tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq għaż-żjut u x-xaħmijiet [23];

(b) tipprovdi għall-ħlasjiet bil-quddiem;

(ċ) suġġett għas-sitwazzjoni tal-‘budget’, tawtorizza lill-Istati Membri, iħallsu pagamenti qabel l-1 ta’ Diċembru fir-reġjuni fejn, minħabba kondizzjonijiet eċċezzjonali, il-bdiewa qed iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet finanzjarji severi:

- sa 50 % tal-pagamenti,

jew

- sa 80 % tal-pagamenti fil-każ fejn il-ħlasijiet bil-quddiem ġew diġa’ pprovduti.

Artikolu 29

Restrizzjonijiet tal-pagament

Mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjonijiet speċifiċi fi skemi individwali ta’ appoġġ, m’għandu jsir l-ebda pagament lill-benefiċjarji li jinstabu li ħolqu artifiċjalment il-kondizzjonjiet mitluba biex jakkwistaw tali pagamenti bl-intenzjoni li jiksbu vantaġġ kontra l-għanijiet ta’ dik l-iskema ta’ appoġġ.

Artikolu 30

Reviżjoni

L-iskemi ta’ appoġġ imniżżla fl-Anness 1 għandhom jiġu applikati mingħajr preġudizzju għall-possibilità ta’ reviżjoni f’kull mument fid-dawl ta’ l-iżviluppi tas-suq u s-sitwazzjoni tal-’budget’.

Artikolu 31

Evalwazzjoni

Biex tkun imkejla l-effikaċja tagħhom, pagamenti taħt skemi ta’ support imniżżla fl-Anness I għandhom ikunu suġġetti għall-evalwazzjoni biex ikun eżaminat l-impatt tagħhom fir-rigward ta’ l-għanijiet tagħhom u biex ikunu analizzati l-effetti tagħhom fis-swieq rilevanti.

Artikolu 32

Interventi taħt ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999

L-iskemi ta’ appoġġ imniżżla fl-Anness I għandhom ikunu ikkunsidrati bħala "intervent" kif imsemmija fl-Artikolu 1(2)(b) u fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999.

It-TITOLU III SKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU

Il-KAPITOLU 1 DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 33

Eliġibilità

1. Il-bdiewa għandu jkollhom aċċess għall-iskema ta’ pagament uniku jekk:

(a) ġew mogħtija pagament fil-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 38 taħt mill-inqas waħda mill-iskemi ta’ appoġġ imsemmija fll-Anness VI, jew

(b) irċevew l-azjenda jew parti mill-azjenda, permezz ta’ wirt jew wirt antiċipat, minn bidwi li ssodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a), jew

(ċ) irċevew dritt għall-pagament mir-riżerva nazzjonali jew permezz ta’ trasferiment.

2. Fil-każ li bidwi kien mogħti pagament dirett fil-perjodu ta’ referenza biddel l-istatus legali jew id-denominazzjoni tiegħu f’dak il-perjodu jew mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel is-sena ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku, għandu jkollu aċċess għall-iskema ta’ pagament uniku taħt l-istess kondizzjonijiet tal-bidwi li kien imexxi l-azjenda fil-bidu.

3. Fil-kaz ta’ inkorporazzjonijiet matul il-perjodu ta’ referenza jew mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel is-sena ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku, il-bidwi li qiegħed imexxi l-azjenda l-ġdida għandu jkollu aċċess għall-iskema ta’ pagament uniku taħt l-istess kondizzjonijiet tal-bdiewa li kienu jmexxu l-azjendi oriġinali.

Fil-każ ta’ qsim matul il-perjodu ta’ referenza jew mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel is-sena ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku, il-bdiewa li qegħdin imexxu l-azjendi għandu jkollhom aċċess, ‘pro rata’, għall-iskema ta’ pagament uniku taħt l-istess kondizzjonijiet tal-bidwi li kien imexxi l-azjenda oriġinali.

Artikolu 34

Applikazzjoni

1. Fl-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tibgħat lill-bdiewa msemmija fl-Artikolu 33(1)(a) formola ta’ applikazzjoni li tindika:

(a) l-ammont imsemmi fil-Kapitolu 2 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ l-"ammont ta’ referenza");

(b) in-numru ta’ ettari msemmija fl-Artikolu 43;

(ċ) in-numru u l-valur tad-drittijiet għall-pagament kif definiti fil-Kapitolu 3.

2. Il-bdiewa għandhom japplikaw għall-iskema ta’ pagament uniku sa data stabbilita mill-Istati Membri, imma mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju.

Madankollu, il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2), tista’ tippermetti li d-data tal-15 ta’ Mejju tiġi postposta f’ċerti żoni fejn minħabba kondizzjonjiet klimatiċi eċċezzjonali d-dati normali mhumiex applikabbli.

3. Ħlief fil-każ ta’ ‘force majeure’ u ċirkostanzi eċċezzjonali fis-sens ta’ l-Artikolu 40(4), l-ebda drittijiet m’għandhom jiġu allokati lill-bdiewa msemmija fl-Artikolu 33(1)(a) u (b) u lil dawk li jirċievu drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali, jekk ma japplikawx għall-iskema ta’ pagament uniku sal-15 ta’ Mejju ta’ l-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku.

L-ammonti li jikkorrispondu ma’ dawk id-drittjiet mhux allokati għandhom imorru lura fir-riżerva nazzjonali msemmija fl-Artikolu 42 u għandhom ikunu disponibbli għar-riallokazzjoni sa data ffissata mill-Istat Membru imma mhux aktar tard mill-15 ta’ Awissu ta’ l-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku.

Artikolu 35

Domandi doppji

Iż-żona li tikkorrispondi man-numru ta’ ettari eliġibbli kif definiti fl-Artikolu 44(2) u li fir-rigward tagħha tiġi sottomessa applikazzjoni għall-pagament uniku tista’ ukoll tkun is-suġġett ta’ applikazzjoni għal xi pagament dirett ieħor kif ukoll għall-għajnuna oħra mhux inkluża f’dan ir-Regolament, ħlief kif ipprovdut x’imkien ieħor.

Artikolu 36

Pagament

1. Għajnuna taħt l-iskema ta’ pagament uniku għandha titħallas fir-rigward ta’ drittijiet għall-pagament kif definiti fil-Kapitolu 3, akkumpanjati b’numru ugwali ta’ ettari eliġibbli kif definiti fl-Artikolu 44(2).

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li jħalltu pagamenti taħt l-iskema ta’ pagament uniku ma’ pagamenti taħt xi skema oħra ta’ appoġġ.

Il-KAPITOLU 2 IFFISSAR TA’ L-AMMONT

Artikolu 37

Kalkulazzjoni ta’ l-ammont ta’ referenza

1. L-ammont ta’ referenza għandu jkun l-medja ta’ tlett snin ta’ l-ammonti totali ta’ pagamenti, li bidwi ġie mogħti taħt l-iskemi ta’ appoġġ imsemmija fl-Anness VI, kalkulati u aġġustati skond l-Anness VII, f’kull sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 38.

2. B’deroga mill-paragrafu 1, meta bidwi jibda attività agrikola fil-perjodu ta’ referenza, il-medja għandha tkun ibbażata fuq il-pagamenti li ġie mogħti fis-sena kalendarja jew fis-snin kalendarji li matulhom eżerċita l-attività agrikola.

Artikolu 38

Perjodu ta’ referenza

Il-perjodu ta’ referenza għandu jinkludi s-snin kalendarji 2000, 2001 u 2002.

Artikolu 39

Applikazzjoni tal-modulazzjoni u ‘cross-compliance’ kif stabbiliti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1259/1999

Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 matul il-perjodu ta’ referenza, l-ammonti msemmija fl-Anness VII għandhom ikunu dawk li kienu ser jingħataw qabel l-applikazzjoni ta’ l-imsemmi Artikolu.

Artikolu 40

Każijiet ta’ tbatija

1. B’deroga mill-Artikolu 37, bidwi illi l-produzzjoni tiegħu kienet milquta ħazin matul il-perjodu ta’ referenza minħabba każ ta’ ‘force majeure’ jew ċirkostanzi eċċezzjonali li ġraw qabel jew waqt il-perjodu ta’ referenza għandu dritt jitlob li l-ammont ta’ referenza jkun kalkulat fuq il-bażi tas-sena jew snin kalendarji fil-perjodu ta’ referenza li ma kienux milquta minn każ ta’ ‘force majeure’ jew ċirkustanzi eċċezzjonali.

2. Jekk il-perjodu ta’ referenza kollu kien milqut b’każ ta’ ‘force majeure’ jew ċirkustanzi eċċezzjonali, l-Istat Membru għandu jikkalkula l-ammont ta’ referenza fuq il-bażi tal-perjodu 1997 sa 1999. F’dan il-każ, il-paragrafu 1 għandu japplika ‘mutatis mutandis’.

3. Każ ta’ ‘force majeure’ jew ċirkustanzi eċċezzjonali, bi prova rilevanti għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, għandhom ikunu notifikati bil-miktub lill-awtorità kompetenti mill-bidwi konċernat fi żmien terminu perentorju ffissat minn kull Stat Membru.

4. ’Force majeure’ jew ċirkustanzi eċċezzjonali jiġu rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti f’każi ta’, per eżempju:

(a) il-mewt tal-bidwi;

(b) inkapaċità professjonali tal-bidwi li tieħu fit-tul;

(ċ) diżastru naturali sever li jolqot ħazin l-art agrikola ta’ l-azjenda;

(d) il-qerda aċċidentali tal-bini fejn jinżammu l-bhejjem ġo l-azjenda;

(e) epiżutija li tolqot parti mill-bhejjem jew il-bhejjem kollha tal-bidwi.

5. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw, ‘mutatis mutandis’, għall-bdiewa li, matul il-perjodu ta’ referenza, kienu taħt obbligi agri-ambjentali skond ir-Regolamenti (KEE) Nru 2078/92 [24] u (KE) Nru 1257/1999.

Fil-każ fejn l-obbligi jolqtu kemm il-perjodu ta’ referenza kif ukoll il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, skond kriterji oġġettivi u b’mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jevitaw distorzjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni, ammont ta’ referenza skond ir-regoli dettaljati li jrid jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta’ l-Artikolu 144(2).

Artikolu 41

Limitu

1. Għal kull Stat Membru, is-somma ta’ l-ammonti ta’ referenza m’għandiex tkun ogħla mil-limitu nazzjonali msemmi fl-Anness VIII.

2. Fejn ikun neċessarju, Stat Membru għandu jipproċedi għat-tnaqqis ta’ persentaġġ lineari ta’ l-ammonti ta’ referenza biex jiżgura rispett tal-limitu tiegħu.

Artikolu 42

Riżerva nazzjonali

1. L-Istati Membri, wara xi riduzzjoni possibli taħt l-Artikolu 41(2), għandhom jipproċedu għat-tnaqqis ta’ persentaġġ lineari ta’ l-ammonti ta’ referenza biex jikkostitwixxu riżerva nazzjonali. Dan it-tnaqqis m’għandux ikun ogħla minn 3 %.

2. Ir-riżerva nazzjonali għandha wkoll tinkludi d-differenza bejn il-limitu imsemmi fl-Anness VIII u s-somma ta’ l-ammonti ta’ referenza li ser jingħataw lill-bdiewa taħt l-iskema ta’ pagament uniku, qabel it-tnaqqis fil-paragrafu 1 it-tieni sentenza.

3. L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jagħtu, bi priorità, ammonti ta’ referenza lill-bdiewa li jibdew l-attività agrikola tagħhom qabel il-31 ta’ Diċembru 2002, jew fit-2002 imma mingħajr ma jirċievu xi pagament dirett f’dik is-sena, skond kriterji oġġettivi u b’mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jevitaw distorzjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni.

4. L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jistabilixxu, skond kriterji oġġettivi u b’mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jevitaw distorzjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni, ammonti ta’ referenza għall-bdiewa li jsibu rwieħom f’sitwazzjoni speċjali, li għandha tkun definita mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

5. L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jistabilixxu, skond kriterji oġġettivi u b’mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jevitaw distorzjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni, ammonti ta’ referenza għall-bdiewa f’żoni suġġetti għar-ristrutturazzjoni u/jew programmi ta’ żvilupp relatati ma’ forma jew oħra ta’ intervent pubbliku biex ikun evitat l-abbandun ta’ art u/jew biex jikkompensaw żvantaġġi speċifiċi għall-bdiewa f’dawk iż-żoni.

6. Meta japplikaw il-paragrafi 3 sa 5 l-Istati Membri jistgħu jżidu il-valur tal-’unit’, fil-limitu tal-medja reġjonali tal-valur tad-drittijiet, u/jew in-numru ta’ drittjiet allokati lill-bdiewa.

7. L-Istati Membri għandhom jipproċedu għal tnaqqis lineari tad-drittijiet f’każ li r-riżerva nazzjonali tagħhom mhix biżżejjed biex tkopri l-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4.

8. Ħlief fil-każ ta’ trasferiment b’eredità attwali jew antiċipata u b’deroga mill-Artikolu 46, id-drittijiet stabbiliti permezz tar-riżerva nazzjonali m’għandhomx jiġu trasferiti għall-perjodu ta’ ħames snin mill-allokazzjoni tagħhom.

B’deroga mill-Artikolu 45(1), kull dritt li ma ntużax matul kull sena tal-perjodu ta’ ħames snin għandu jerġa’ lura immedjatament fir-riżerva nazzjonali.

9. B’deroga mill-Artikolu 33 u 43, f’każ ta’ bejgħ jew kera għal sitt snin jew iktar ta’ l-azjenda jew parti minnha jew tad-drittijiet għall-‘premium’ fil-perjodu ta’ referenza jew mhux aktar tard mid-29 ta’ Settembru 2003, parti mid-drittijiet li ser jiġu allokati lill-venditur jew lill-kerrej jistgħu jerġgħu lura fir-riżerva nazzjonali taħt kondizzjonijiet li ser jiġu definiti mill-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

Il-KAPITOLU 3 DRITTIJIET TA’ PAGAMENT

Sezzjoni 1 Drittijiet għall-pagament ibbażati fuq iż-żoni

Artikolu 43

Determinazzjoni tad-drittijiet għall-pagament

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 48, bidwi għandu jirċievi dritt ġħall-pagament għal kull ettaru li jiġi kalkulat bid-diviżjoni ta’ l-ammont ta’ referenza bil-medja ta’ tlett snin tan-numru ta’ ettari kollha li fil-perjodu ta’ referenza taw id-dritt għall-pagamenti diretti mniżżla fl-Anness VI.

In-numru totali ta’ drittjiet għall-pagament għandu jkun ugwali għan-numru medju ta’ ettari fuq imsemmi.

Madankollu, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 37(2), in-numru totali ta’ drittijiet għall-pagament għandu jkun ugwali għan-numru medju ta’ ettari ta’ l-istess perjodu użat biex ikunu stabbiliti l-ammonti ta’ referenza u l-Artikolu 42(6) għandu japplika għal dawn id-drittijiet għall-pagament.

2. In-numru ta’ ettari msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi wkoll:

(a) fil-każ ta’ għajnuniet għall-lamtu tal-patata, għalf niexef u żrieragħ imniżzla fl-Anness VII, in-numru ta’ ettari li l-produzzjoni tagħhom ingħatat l-għajnuna fil-perjodu ta’ referenza kif kalkulat fil-punti B, D u F ta’ l-Anness VII;

(b) iż-żona kollha għall-għalf fil-perjodu ta’ referenza.

3. Għall-iskop tal-paragrafu 2(b) ta’ dan l-Artikolu, "żona għall-għalf" tfisser iż-żona ta’ l-azjenda li matul is-sena kalendarja hi disponibbli, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 [25], għat-trobbija ta’ l-annimali inklużi żoni użati għal iktar minn skop wieħed u żoni li kienu suġġetti għall-kultivazzjoni mħallta. Iż-żona għall-għalf m’għandhix tinkludi:

- bini, imsaġar, għadajjar, mogħdijiet,

- żoni użati għall-prodotti oħra eligibbli għall-għajnuna tal-Komunità jew għall-prodotti permanenti jew prodotti ta’ ortikultura,

- żoni li jikkwalifikaw għas-sistema ta’ appoġġ ipprovduta għall-produtturi ta’ ċerti prodotti li jinħartu, użati għall-iskema ta’ għajnuna għall-għalf niexef jew suġġetti għall-iskema ta’ art imwarrba tal-Komunità.

4. Id-drittijet għall-pagament għal kull ettaru m’għandhomx jiġu modifikati ħlief jekk ipprovdut mod ieħor.

Artikolu 44

Użu ta’ drittijet għall-pagament

1. Kull dritt għall-pagament akkumpanjat b’ettaru eliġibbli għandu jagħti dritt għall-pagament ta’ l-ammont iffissat mid-dritt ta’ pagament.

2. "Ettaru eliġibbli" ifisser kull żona agrikola ta’ l-azjenda meħuda minn art li tinħarat u mergħa permanenti ħlief żoni kkultivati bi prodotti permanenti, foresti jew żoni użati għall-attivitajiet mhux agrikoli.

3. Il-bidwi għandu jiddikjara l-biċċiet ta’ art li jikkorrispondu ma’ l-ettaru eliġibbli li jakkumpanja kull dritt għall-pagament. Ħlief fil-każ ta’ ‘force majeure’ jew ċirkustanzi eċċezzjonali, dawn il-biċċiet ta’ art għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi għal mill-inqas perjodu ta’ 10 xhur, li jibdew minn data ffissata mill-Istat Membru, imma mhux qabel l-1 ta’ Settembru tas-sena kalendarja ta’ qabel is-sena meta ġiet sottomessa l-applikazzjoni għall-partiċipazzjoni fl-iskema unika ta’ pagament.

4. L-Istati Membri jistgħu, f’ċirkustanzi ġustifikati, jawtorizzaw lill-bidwi jimmodifika d-dikjarazzjoni tiegħu bil-kondizzjoni li jirrispetta n-numru ta’ ettari li jikkorrispondu mad-drittijet tiegħu għall-pagament u l-kondizzjonijiet għall-għoti tal-pagament uniku fiż-żona konċernata.

Artikolu 45

Drittijiet għall-pagament mhux użati

1. Kull dritt għall-pagament li ma ntużax għall-perjodu ta’ tlett snin għandu jiġi allokat lir-riżerva nazzjonali.

2. Madankollu, drittijiet għall-pagament mhux użati m’għandhomx imorru lura fir-riżerva nazzjonali f’każ ta’ ‘force majeure’ jew ċirkustanzi eċċezzjonali fis-sens ta’ l-Artikolu 40(4).

Artikolu 46

Trasferiment ta’ drittijiet għall-pagament

1. Drittijiet għall-pagament jistgħu jiġu trasferiti biss lill-bidwi ieħor stabbilit fl-istess Stat Membru ħlief fil-każ ta’ trasferiment b’wirt attwali jew antiċipat.

Madankollu, anke fil-każ ta’ wirt attwali jew antiċipat, drittijiet għall-pagament jistgħu jintużaw biss fl-Istat Membru fejn id-drittijiet għall-pagament kienu stabbiliti.

Stat Membru jista’ jiddeċidi li dritt għall-pagament jista’ biss jiġi trasferit jew użat fl-istess reġjun.

2. Drittijiet għall-pagament jistgħu jiġu trasferiti permezz ta’ bejgħ jew trasferiment definittiv ieħor bl-art jew mingħajr. B’kuntrast, kera jew tipi ta’ operazzjonijiet simili għandhom biss jiġu permessi jekk id-drittijiet għall-pagament li ġew trasferiti huma akkumpanjati mit-trasferiment ta’ numru ekwivalenti ta’ ettari eliġibbli.

Ħlief fil-każ ta’ ‘force majeure’ jew ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 40(4), bidwi jista’ jitrasferixxi d-drittijiet tiegħu għall-pagament mingħajr art biss wara li uża, fis-sens ta’ l-Artikolu 44, mill-inqas 80 % tad-drittijiet tiegħu għall-pagament matul mill-inqas sena kalendarja waħda jew, wara li volontarjament ċeda lir-riżerva nazzjonali d-drittijiet għall-pagament kollha li ma użax fl-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku.

3. Fil-każ ta’ bejgħ tad-drittijet għall-pagament, bl-art jew mingħajr, l-Istati Membri jistgħu, waqt li jaġixxu skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità, jiddeċidu li parti mid-drittijiet għall-pagament mibjugħa għandhom imorru lura fir-riżerva nazzjonali jew li l-valur tal-‘unit’ tagħhom jiġi mnaqqas favur ir-riżerva nazzjonali, skond kriterja ffissati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

Sezzjoni 2 Drittijiet għall-pagament suġġetti għall-kondizzjonijiet speċifiċi

Artikolu 47

Pagamenti li jagħtu dritt għall-drittijiet għall-pagament suġġetti għall-kondizzjonijiet speċjali

1. B’deroga mill-Artikoli 43 u 44, l-ammonti li ġejjin li jirriżultaw minn pagamenti mogħtija fil-perjodu ta’ referenza għandhom ikunu inklużi fl-ammont ta’ referenza taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 48 u fil-punt C ta’ l-Anness VII:

(a) il-‘premium’ ta’ ‘deseasonalisation’ ipprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999;

(b) il-’premium’ għall-qtil ipprovdut fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999;

(ċ) il-‘premium’ speċjali għall-ifrat irġiel u l-‘premium’ għall-baqra ‘suckler’, fejn il-bidwi kien eżenti mill-kondizzjoni tar-rata ta’ ‘stocking’ skond l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, sakemm il-bidwi ma applikax għall-pagament għall-estensjoni msemmi fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament;

(d) pagamenti addizzjonali pprovduti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 ġew imħallsa bi żjieda għall-għajnuna ipprovduta taħt (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu;

(e) l-għajnuniet ipprovduti taħt l-iskema ta’ għajnuna għan-nagħaġ u l-mogħoż:

- fis-snin kalendarji 2000 u 2001, fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2467/98 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1323/90 [26],

- fis-sena kalendarja 2002, fl-Artikoli 4, 5 u 11(1) u fl-ewwel, it-tieni u r-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001.

2. Mill-2007 ‘il quddiem u b’deroga mill-Artikoli 33, 43 u 44, l-ammonti li jirriżultaw mill-‘premimu’ għall-prodotti tal-ħalib u mill-pagamenti addizzjonali, ipprovduti fl-Artikoli 95 u 96 u li ser jingħataw fl-2007 għandhom jiġu nklużi fl-iskema ta’ pagament uniku taħt il-kondizzjonijiet ipprovduti fl-Artikoli 48 sa 50.

Artikolu 48

Determinazzjoni tad-drittjiet għall-pagament suġġetti għall-kondizzjonijiet speċjali

Fejn bidwi ġie mogħti pagamenti msemmija fl-Artikolu 47, imma ma kellhux ettari kif imsemmija fl-Artikolu 43 fil-perjodu ta’ referenza, jew id-dritt għal kull ettaru jirriżulta f’ammont ogħla minn EUR 5000, il-bidwi għandu dritt, rispettivament, għad-dritt għall-pagament:

(a) ugwali għall-ammont ta’ referenza li jikkorrispondi għall-pagamenti diretti li ġie mogħti fil-perjodu medju ta’ tlett snin;

(b) għal kull EUR 5000 jew frazzjon ta’ l-ammont ta’ referenza li jikkorrispondi għall-pagamenti diretti li ġie mogħti fil-perjodu medju ta’ tlett snin.

Artikolu 49

Kondizzjonijiet

1. Ħlief kif ipprovdut mod ieħor f’din it-taqsima, id-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw għad-drittjiet għall-pagament suġġetti għall-kondizzjonijiet speċjali.

2. B’deroga mill-Artikoli 36(1) u 44(1), bidwi li għandu tali drittijiet għall-pagament u għal liema ma kellux ettari fil-perjodu ta’ referenza, għandu jkun awtorizzat mill-Stat Membru jidderoga mill-obbligazzjoni li jipprovdi numri eliġibbli ta’ ettari ekwivalenti għan-numru ta’ drittijiet bil-kondizzjoni li jżomm mill-inqas 50 % ta’ l-attività agrikola eserċitata fil-perjodu ta’ referenza espressa f’’units’ ta’ bhejjem (‘livestock units’) (LU).

Fil-każ ta’ trasferiment ta’ drittijet għall-pagament, min jitrasferixxi jista’ jibbenefika minn din id-deroga biss jekk id-drittijiet għall-pagament suġġetti għad-deroga jiġu kollha trasferiti.

3. Id-drittijiet għall-pagament determinati skond l-Artikolu 48 m’għandhomx ikunu mibdula.

Artikolu 50

’Premium’ għall-prodotti tal-ħalib u pagamenti addizzjonali

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 48 u b’deroga mill-Artikoli 37 u 43, bidwi għandu jirċievi ammont supplimentari għal kull dritt li jirriżulta mid-diviżjoni ta’ l-ammonti li għandhom jingħataw taħt l-Artikoli 95 u 96 bin-numru ta’ drittijiet li jipposjedi fl-2007 ħlief drittijiet għal art imwarrba.

Il-valur tal-‘unit’ ta’ kull dritt għall-pagament li jipposjedi fl-2007 għandu jiżdied b’dan l-ammont supplimentari.

2. F’każ fejn ma jipposjedi l-ebda dritt, l-Artikoli 48 u 49 għandhom japplikaw ‘mutatis mutandis’. F’dan il-każ, għall-iskopijiet ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 48, it-terminu "ettari" għandu jfisser ettari eliġibbli li bidwi jipposjedi fl-2007.

Il-KAPITOLU 4 UŻU TA’ L-ART TAĦT L-ISKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU

Sezzjoni 1 Użu ta’ l-art

Artikolu 51

Użu agrikolu ta’ l-art

Il-bdiewa jistgħu jużaw il-biċċiet ta’ art dikjarati skond l-Artikolu 44(3) għal kull attività agrikola ħlief għall-prodotti permanenti u l-produzzjoni ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel [27], fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti mill-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel proċessati [28] u għall-patata li mhix maħsuba għall-fabbrikzzjoni tal-lamtu tal-patata u li għaliha tingħata l-għajnuna taħt l-Artikolu 93 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 52

Produzzjoni tal-qanneb

1. Fil-każ ta’ produzzjoni tal-qanneb li taqa’ fil-KodiċI NM 5302 10 00, il-varjetajiet użati għandu jkollhom kontenut ta’ ‘tetrahydrocannabinol’ li ma jaqbiżx il-0,2 % u l-produzzjoni għandha tkun koperta b’kuntratt jew obbligu kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu sistema biex jivverifikaw il-kontenut ta’ ‘tetrahydrocannabinol’ fil-prodotti mkabbra f’mill-inqas 30 % taż-żoni kkultivati bil-qanneb imkabbar għall-fibra u li għalihom il-kuntratt jew l-obbligu ġew konklużi. Madankollu, jekk Stat Membru jintroduċi sistema ta’ approvazzjoni minn qabel għal tali kultivazzjoni, il-minimu għandu jkun 20 %.

2. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2), l-għoti ta’ pagamenti għandu jkun magħmul suġġett għall-użu ta’ ċerti varjetajiet ta’ żrieragħ ċertifikati u għal dikjarazzjoni taż-żoni kkultivati bil-qanneb imkabbar għall-fibra.

Sezzjoni 2 Drittijiet ta’ art imwarrba (‘Set-aside entitlements’)

Artikolu 53

Determinazzjoni tad-drittijiet ta’ art imwarrba

1. B’deroga mill-Artikoli 37 u 43 ta’ dan ir-Regolament, fejn fil-perjodu ta’ referenza bidwi kien suġġett għall-obbligu li jwarrab parti mill-art ta’ l-azjenda tiegħu skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, l-ammont medju ta’ tlett snin li jikkorrispondi għall-pagament obbligatorju ta’ l-art imwarrba kalkulat u aġġustat skond l-Anness VII u l-ammont medju ta’ tlett snin ta’ ettari mwarrba b’mod obbligatorju m’għandhomx ikunu nklużi fid-determinazzjoni tad-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament.

2. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, il-bidwi għandu jirċievi dritt għal kull ettaru (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "dritt ta’ l-art imwarrba") li jiġi kalkulat bid-diviżjoni tal-ammont medju ta’ tlett snin ta’ art imwarrba bin-numru medju ta’ tlett snin ettari ta’ art imwarrba, kif imsemmi fil-paragrafu 1.

In-numru totali ta’ drittijiet ta’ l-art imwarrba għandu jkun ugwali għan-numru medju ta’ ettari mwarrba b’mod obbligatorju.

Artikolu 54

Użu ta’ drittijiet ta’ l-art imwarrba

1. Kull dritt ta’ l-art imwarrba akkumpanjat b’ettaru eliġibbli għad-dritt ta’ art imwarrba għandu dritt għall-pagament ta’ ammont iffissat mid-dritt ta’ l-art imwarrba.

2. B’deroga mill-Artikolu 44(2), "ettaru eliġibbli għal dritt ta’ l-art imwarrba" ifisser kull żona agrikola meħuda minn art li tinħarat, ħlief għal żoni li fid-data pprovduta għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żona għall-2003 kienu kkultivati bi prodotti permanenti, imsaġar, użati għal attivitajiet mhux agrikoli jew b’mergħa permanenti.

Madankollu, iż-żoni li ġejjin jistgħu jingħaddu bħala mwarrba, bħala riżultat ta’ applikazzjoni magħmula wara t-28 ta’ Ġunju 1995:

- żoni mwarrba skond l-Artikoli 22 sa 24 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, li la huma użati għal xi skop agrikolu u lanqas użati għal xi skop li jħalli l-qliegħ ħlief għal xi skopijiet aċċettati għall-art oħra mwarrba taħt dan ir-Regolament, jew

- żoni ta’ tisġir skond l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

3. Il-bdiewa għandhom iwarrbu mill-produzzjoni ettari eliġibbli għad-drittijiet ta’ l-art imwarrba.

4. Żoni mwarrba m’għandhomx ikun inqas minn 0,1 ettaru fid-daqs u 10 metri fil-wisa’. Għall-raġunijiet ambjentali ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw żoni ta’ mill-inqas 5 metri fil-wisa’ u 0,05 ettari fid-daqs.

5. L-Istati Membri jistgħu, fuq termini li għandhom jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2), jidderogaw mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, sakemm jieħdu azzjoni biex jimpedixxu żjieda sinifikanti fiż-żona agrikola totali eliġibbli għad-drittijiet ta’ l-art imwarrba.

6. B’deroga mill-Artikoli 36(1) u 44(1), drittijiet ta’ l-art imwarrba għandhom jiġu mitluba qabel kull dritt ieħor.

7. L-obbligu ta’ twarrib għandu jkompli japplika fir-rigward tad-drittijiet ta’ l-art imwarrba li jiġu trasferiti.

Artikolu 55

Eżenzjoni mit-twarrib

Bidwi m’għandux ikun suġġett għall-obbligu msemmi fl-Artikolu 54 jekk:

(a) l-azjenda tiegħu kollha hi mmexxija fir-rigward tat-totalità tal-produzzjoni tagħha skond l-obbligi stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet riferiti fih għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel [29];

(b) l-art imwarrba hi użata biex ikunu pprovduti materjali għall-manifattura fil-Komunità ta’ prodotti li mhumiex primarjament maħsuba għall-konsum tal-bniedem jew ta’ l-annimal, sakemm jiġu applikati sistemi effettivi ta’ kontroll.

Artikolu 56

Użu ta’ l-art imwarrba

1. L-art imwarrba għandha tinżamm f’kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba kif stabbilit taħt l-Artikolu 5.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55, m’għandhix tintuża għal skopijiet agrikoli u m’għandhix tipproduċi xi prodott għal skopijiet kummerċjali.

2. Tista’ tkun suġġetta għan-newba ta’ l-uċuh tar-raba’.

3. Jekk il-kwantità ta’ prodotti sekondarji għall-użu ta’ għalf jew ikel li x’aktarx ser tkun disponibbli bħala riżultat tal-kultivazzjoni taż-żrieragħ taż-żejt fuq art imwarrba taħt l-Artikolu 55(b), fuq il-bażi tal-kwantitajiet previsti koperti minn kuntratti magħmula mal-bdiewa, ser taqbeż l-miljun tunnellata kull sena espressa f’ekwivalenti ta’ sojja għall-ikel, biex tali kwantità tkun limitata għal miljun tunnellata, l-ammont tal-kwantità pprovduta taħt kull kuntratt, li jista’ jintuża għall-għalf jew ikel, għandu jiġi mnaqqas.

4. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jħallsu għajnuna nazzjonali sa 50 % ta’ l-ispejjeż biex jiġu stabbiliti prodotti multiannwi għall-‘bio-mass production’ fuq art imwarrba.

Artikolu 57

Applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra

Ħlief jekk ipprovdut mod ieħor f’din it-taqsima, id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw għad-drittijiet ta’ l-art imwarrba.

Il-KAPITOLU 5 IMPLIMENTAZZJONI REĠJONALI U MHUX OBBLIGATORJA

Sezzjoni 1 Implimentazzjoni reġjonali

Artikolu 58

Allokazzjoni reġjonali tal-limitu msemmi fl-Artikolu 41

1. Stat Membru jista’ jiddeċidi, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awissu 2004, li japplika l-iskema ta’ pagament uniku pprovduta fil-Kapitoli 1 sa 4 fuq livell reġjonali taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din it-taqsima.

2. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skond kriterji oġġettivi.

L-Istati Membri b’inqas minn tlett miljun ettaru eliġibbli jistgħu jiġu kkunsidrati bħala reġjun wieħed.

3. L-Istati Membri għandhom jissubdividu l-limitu msemmi fl-Artikolu 41 bejn ir-reġjuni skond kriterji oġġettivi.

Artikolu 59

Reġjonalizzazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku

1. F’każijiet ġustifikati u skond kriterji oġġettivi l-Istat Membru jista’ jiddividi l-ammont totali tal-limitu reġjonali stabbilit taħt l-Artikolu 58 jew parti minnu bejn il-bdiewa kollha li l-azjendi tagħhom jinsabu fir-reġjun konċernat, inklużi dawk li ma jilħqux il-kriterju ta’ eliġibilità stabbilit fl-Artikolu 33.

2. F’dan il-każ ta’ diviżjoni ta’ l-ammont totali tal-limitu reġjonali, il-bdiewa għandhom jirċievu drittjiet, li l-valur tal-’unit’ tagħhom hu kkalkulat bid-diviżjoni tal-limitu reġjonali stabbilit taħt l-Artikolu 58 bin-numru ta’ ettari eliġibbli, fis-sens ta’ l-Artikolu 44(2), stabbilit fuq livell reġjonali.

3. Fil-każ ta’ diviżjoni parzjali ta’ l-ammont totali tal-limitu reġjonali, il-bdiewa għandhom jirċievu drittijiet li l-valur tal-‘unit’ tagħhom hu kkalkulat bid-diviżjoni tal-parti korrispondenti tal-limitu reġjonali stabbilit taħt l-Artikolu 58 bin-numru ta’ ettari eliġibbli, fis-sens ta’ l-Artikolu 44(2), stabbilit fuq livell reġjonali.

Fil-każ li l-bidwi għandu wkoll dritt jirċievi drittijiet fuq il-bqija tal-limitu reġjonali, il-valur tal-‘unit’ reġjonali ta’ kull wieħed mid-drittijiet tiegħu, ħlief għad-drittijiet ta’ l-art imwarrba, għandu jiżdied b’ammont li jikkorrispondi ma’ l-ammont ta’ referenza diviż bin-numru ta’ drittijiet tiegħu stabbilit skond il-paragrafu 4.

L-Artikoli 48 u 49 għandhom japplikaw ‘mutatis mutandis’.

4. In-numru ta’ drittijiet għal kull bidwi għandu jkun ugwali għan-numru ta’ ettari li huwa jiddikjara skond l-Artikolu 44(2) fl-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku, ħlief fil-każ ta’ ‘force majeure’ jew ċirkustanzi eċċezzjonali fis-sens ta’ l-Artikolu 40(4).

Artikolu 60

Użu ta’ l-art

1. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla pprovduta fl-Artikolu 59, il-bdiewa jistgħu, b’deroga mill-Artikolu 51 u skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, jużaw ukoll il-biċċiet ta’ art dikjarati skond l-Artikolu 44(3) għall-produzzjoni ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u għall-patata oħra li mhix maħsuba għall-manifattura tal-lamtu tal-patata u li għaliha tingħata għajnuna taħt l-Artikolu 93 ta’ dan ir-Regolament, iżda mhux għall-prodotti permanenti.

2. L-Istat Membru għandu jistabilixxi n-numru ta’ ettari li jistgħu jintużaw skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi jissubdividu, skond kriterji oġġettivi, in-numru medju ta’ ettari li kienu użati għall-produzzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 fuq livell nazzjonali matul il-perjodu ta’ tlett snin 2000-2002 bejn ir-reġjuni definiti skond l-Artikolu 58(2). In-numru medju ta’ ettari fuq livell nazzjonali u n-numru ta’ ettari fuq livell reġjonali għandhom ikunu ffissati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) fuq il-bażi tad-‘data’ komunikata mill-Istat Membru.

3. Fil-limitu stabbilit għar-reġjun konċernat skond il-paragrafu 2, bidwi jista’ jagħmel użu mill-għażla msemmija fil-paragrafu 1:

(a) fil-limitu tan-numru ta’ ettari li uża għall-produzzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 fl-2003;

(b) fil-każ ta’ l-applikazzjoni, ‘mutatis mutandis’, ta’ l-Artikoli 40 u 42(4), fil-limitu tan-numru ta’ ettari li għandhom jiġu stabbiliti skond kriterji oġġettivi u b’mod li jkun żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u biex ikunu evitati d-distorzjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni.

4. Fil-limitu tan-numru ta’ ettari li jibqgħu disponibbli wara l-applikazzjoni tal-paragrafu 3, il-bdiewa għandhom jitħallew jipproduċu l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 f’numru ta’ ettari li mhumiex dawk l-ettari li jaqgħu taħt il-paragrafu 3 fil-limitu tan-numru ta’ ettari wżati għall-produzzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 fl-2004 u/jew 2005, u prijorità għandha tingħata lill-bdiewa li diġà pproduċew il-prodotti fl-2004 fil-limitu tan-numru ta’ ettari wżati fl-2004.

Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71, l-2004 u l-2005 għandhom jiġu mibdula, rispettivament, bis-sena ta’ qabel is-sena ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku u bis-sena ta’ applikazzjoni nnifisha.

5. Biex ikunu stabbiliti l-limiti individwali msemmija fil-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri għandhom jużaw, fejn hi disponibbli, id-‘data’ individwali tal-bidwi, jew xi prova oħra pprovduta mill-bidwi għas-sodisfazzjon tagħhom.

6. In-numru ta’ ettari li għalihom l-awtorizzazzjoni ġiet stabbilita skond il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, m’għandu fl-ebda każ jaqbeż in-numru ta’ ettari eliġibbli kif definiti fl-Artikolu 44(2) dikjarati fl-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku.

7. L-awtorizzazzjoni għandha tintuża, fir-reġjun konċernat, mad-dritt għall-pagament korrispondenti.

8. Sa mhux aktar tard mill-2007, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun neċessarju, bi proposti xierqa, fuq il-konsegwenzi possibli ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu mill-Istati Membri, fir-rigward ta’ l-iżviluppi strutturali u tas-suq.

Artikolu 61

Art mimlija ħaxix għall-mergħa

Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 59, l-Istati Membri, skond kriterji oġġettivi, jistgħu wkoll jistabilixxu, fil-limitu reġjonali jew parti minnu, valuri differenti għal kull ‘unit’ ta’ drittijiet li għandhom jiġu allokati lill-bdiewa msemmija fl-Artikolu 59(1), għall-ettari konsistenti f’art mimlija ħaxix għall-mergħa fid-data pprovduta għall-applikazzjonijiet ta’ għajnuna għaż-żona għall-2003 u għal kull ettaru ieħor eliġibbli jew b’mod alternattiv għall-ettari b’mergħa permanenti fid-data pprovduta fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żona għall-2003 u għal kull ettaru ieħor eliġibbli.

Artikolu 62

’Premium’ għall-prodotti tal-ħalib u pagamenti addizzjonali

B’deroga mill-Artikolu 47(2), l-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li l-ammonti li jirriżultaw mill-‘premium’ għall-prodotti tal-ħalib u pagamenti addizzjonali, ipprovduti fl-Artikoli 95 u 96, għandhom ikunu jkunu nklużi, parzjalment jew b’mod sħiħ, fl-iskema ta’ pagament uniku mill-2005 ‘il quddiema. Drittijiet stabbiliti taħt dan il-paragrafu għandhom jiġu mibdula b’dan il-mod.

L-ammont ta’ referenza għal dawk il-pagamenti għandu jkun ugwali għall-ammonti li ser ikunu mogħtija skond l-Artikoli 95 u 96 kalkulati fuq il-bażi tal-kwantità ta’ referenza individwali għall-ħalib disponibbli ġo l-azjenda fil-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ inklużjoni, parzjalment jew b’mod sħih, ta’ dawk il-pagamenti fl-iskema ta’ pagament uniku.

L-Artikoli 48 sa 50 għandhom japplikaw ‘mutatis mutandis’.

Artikolu 63

Kondizzjonijiet għad-drittijiet stabbiliti taħt din it-taqsima

1. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 59, drittijiet stabbiliti taħt din it-taqsima jistgħu biss jiġu trasferiti jew użati fl-istess reġjun jew bejn reġjuni fejn id-drittijiet għal kull ettaru huma l-istess.

2. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 59, b’deroga mill-Artikolu 53, kull bidwi fir-reġjun konċernat għandu jirċievi drittijiet ta’ l-art imwarrba.

In-numru ta’ drittijiet ta’ l-art imwarrba għandu jkun stabbilit bil-multiplikazzjoni ta’ l-art eliġibbli tal-bidwi fis-sens ta’ l-Artikolu 54(2) dikjarata fl-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku bir-rata ta’ art imwarrba (‘set-aside rate’).

Ir-rata ta’ art imwarrba hi kalkulata bil-multiplikazzjoni tar-rata bażika obbligatorja ta’ art imwarrba (‘basic rate of compulsory set-aside’) ta’ 10 % bil-proporzjon, fir-reġjun konċernat, bejn l-art li ngħatawlha fil-perjodu ta’ referenza pagamenti għaż-żoni tal-prodotti li jinħartu msemmija fl-Anness VI u l-art eliġibbli fis-sens ta’ l-Artikolu 54(2) fil-perjodu ta’ referenza.

Il-valur ta’ drittijiet ta’ l-art imwarrba għandu jkun il-valur reġjonali għad-drittijiet ta’ pagament kif stabbilit skond l-Artikolu 59(2) jew, jekk ikun il-każ, l-Artikolu 59(3) l-ewwel subparagrafu.

Dawk il-bdiewa li jiddikjaraw inqas minn numru ta’ ettari fis-sens ta’ l-Artikolu 54(2) meħtieġa biex ikunu prodotti numru ta’ tunnellati ugwali għal 92 tunnellati ta’ ċereali kif definiti fl-Anness IX fuq il-bażi tal-produzzjoni determinata skond il-pjan ta’ reġjonalizzazzjoni applikabbli fir-reġjun konċernat fis-sena ta’ qabel is-sena ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku diviżi bil-proporzjon msemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, m’għandhomx jirċievu drittijiet ta’ l-art imwarrba.

3. B’deroga mill-Artikoli 43(4) u 49(3), l-Istati Membri, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awissu 2004, u waqt li jaġixxu skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità, jistgħu wkoll jiddeċidu li d-drittijiet taħt din it-taqsima għandhom ikunu suġġetti għall-tibdil progressiv skond passi stabbiliti minn qabel u kriterji oġġettivi.

4. Ħlief jekk ipprovdut mod ieħor f’din it-Taqsima, id-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw.

Sezzjoni 2 Implimentazzjoni parzjali

Artikolu 64

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awissu 2004, Stat Membru jista’ jiddeċidi li japplika, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, l-iskema ta’ pagament uniku pprovduta fil-Kapitoli 1 sa 4 taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

2. Skond l-għażla magħmula minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2), għandha tiffissa limitu għal kull wieħed mill-pagamenti diretti msemmija rispettivament, fl-Artikoli 66, 67, 68 u 69.

Dan il-limitu għandu jkun ugwali għall-komponent ta’ kull tip ta’ pagament dirett fil-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41, multiplikat bil-persentaġġi ta’ tnaqqis applikati mill-Istati Membri skond l-Artikoli 66, 67, 68 u 69.

L-ammont totali tal-limiti ffissati għandu jkun imnaqqas mil-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

3. Sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku mill-Istati Membri kollha jew l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun neċessarju, bi proposti xierqa, fuq il-konsegwenzi possibbli ta’ l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ l-għażliet ipprovduti fit-Taqsimiet 2 u 3, fir-rigward ta’ żviluppi strutturali u tas-suq.

Artikolu 65

Iffissar tad-drittijiet taħt din it-taqsima

1. Biex id-drittijiet jiġu allokati lill-bdiewa, wara xi tnaqqis possibli taħt l-Artikolu 41, il-komponent ta’ l-ammont ta’ referenza li jirriżulta minn kull wieħed mill-pagamenti diretti msemmija rispettivament, fl-Artikoli 66, 67, 68 u 69 għandu jiġi mnaqqas bil-persentaġġ stabbilit mill-Istati Membri fil-limitu ffissat fl-Artikoli 66, 67, 68 u 69.

2. Ħlief kif ipprovdut mod ieħor f’din it-Taqsima, id-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw għad-drittijiet stabbiliti fuq il-bqija ta’ l-ammont ta’ referenza.

Artikolu 66

Pagamenti għall-prodotti li jinħartu

Fil-każ ta’ pagamenti għall-prodotti li jinħartu, l-Istati Membri jistgħu:

(a) iżommu sa 25 % tal-komponent tal-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 41 li jikkorrispondi mal-pagamenti għaż-żoni tal-prodotti li jinħartu msemmija fl-Anness VI, ħlief għall-pagament obbligatorju ta’ l-art imwarrba.

F’dan il-każ u fil-limitu ffissat skond l-Artikolu 64(2), l-Istat Membru konċernat, fuq bażi annwali, għandu jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa.

Il-pagament addizzjonali jiġi mogħti lill-bdiewa li jipproduċu l-prodotti li jinħartu mniżżla fl-Anness IX u, fl-Istati Membri fejn il-qamħirrun mhux prodott tradizzjonali, għall-ħżin ta’ ħaxix għall-għalf għal kull ettaru, b’livell massimu sa 25 % tal-pagamenti għal kull ettaru msemmija fl-Anness VI mogħtija taħt il-kondizzjonijiet ipprovduti fil-Kapitolu 10 tat-Titolu IV.

jew, b’mod alternattiv

(b) iżommu sa 40 % tal-komponent tal-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 korrispondenti għall-pagament għas-suppliment għall-qamħ ta’ l-Awstralja msemmi fl-Anness VI.

F’dan il-każ u fil-limitu ffissat skond l-Artikolu 64(2), l-Istat Membru konċernat, fuq bażi annwali, għandu jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa.

Il-pagament addizzjonali għandu jkun mogħti lill-bdiewa li jipproduċu l-qamħ ta’ l-Awstralja mniżżel fl-Anness IX, għal kull ettaru, b’livell massimu sa 40 % tal-pagament supplimentari għal kull ettaru ta’ qamħ ta’ l-Awstralja msemmi fl-Anness VI mogħti jew li ser jingħata taħt il-kondizzjonijiet ipprovduti fil-Kapitolu 10 tat-Titolu IV.

Artikolu 67

Pagamenti għan-nagħaġ u mogħoż

L-Istati Membri jistgħu jżommu sa 50 % tal-komponent tal-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 li jikkorrispondi għall-pagamenti għan-nagħaġ u mogħoż msemmija fl-Anness VI.

F’dan il-każ u fil-limitu ffissat skond l-Artikolu 64(2), l-Istat Membru konċernat, fuq bażi annwali, għandu jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa.

Il-pagament addizzjonali għandu jingħata lill-bdiewa li jrabbu n-nagħaġ u l-mogħoż, b’livell massimu sa 50 % tal-pagamenti għan-nagħaġ u l-mogħoż mniżżla fl-Anness VI u li ser jiġu mogħtija taħt il-kondizzjonijiet ipprovduti fil-Kapitolu 11 tat-Titolu IV.

Artikolu 68

Pagamenti għaċ-ċanga u l-vitella

1. Fil-każ ta’ pagamenti għaċ-ċanga u l-vitella, l-Istati Membri jistgħu jżommu sa 100 % tal-komponent tal-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 li jikkorrispondi għall-‘premium’ għall-qtil ta’ l-għoġiela msemmi fl-Anness VI.

F’dan il-każ u fil-limitu ffissat skond l-Artikolu 64(2), l-Istat Membru konċernat, fuq bażi annwali, għandu jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa.

Il-pagament addizzjonali għandu jingħata għall-qtil tal-għoġiela b’livell massimu sa 100 % tal-‘premium’ għall-qtil tal-għoġiela imsemmi fl-Anness VI u li ser jingħata taħt il-kondizzjonijiet ipprovduti fil-Kapitolu 12 tat-Titolu IV.

2. L-Istati Membri jistgħu wkoll:

(a) (i) (i) iżommu sa 100 % tal-komponent tal-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 li jikkorrispondi mal-‘premium’ għall-baqra ‘suckler’ imsemmi fl-Anness VI.

F’dan il-każ u fil-limitu ffissat skond l-Artikolu 64(2), l-Istat Membru konċernat, fuq bażi annwali, għandu jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa.

Il-pagament addizzjonali għandu jingħata għaż-żamma ta’ baqar ‘suckler’, b’livell massimu sa 100 % tal-‘premium’ għall-baqra ‘suckler’ imsemmi fl-Anness VI u li ser jingħata taħt il-kondizzjonijiet ipprovduti fil-Kapitolu 12 tat-Titolu IV;

u

(ii) iżommu sa 40 % tal-komponent tal-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 41 li jikkorrispondi mal-‘premium’ għall-qtil ta’ l-ifrat li mhumiex għoġiela, msemmi fl-Anness VI.

F’dan il-każ u fil-limitu ffissat skond l-Artikolu 64(2), l-Istat Membru konċernat, fuq bażi annwali, għandu jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa.

Il-pagament addizzjonali għandu jingħata għall-qtil ta’ frat li mhumiex għoġiela b’livell massimu sa 40 % tal-‘premium’ għall-qtil ta’ frat li mhumiex għoġiela, msemmi fl-Anness VI u li ser jingħata taħt il-kondizzjonijiet ipprovduti taħt il-Kapitolu 12 tat-Titolu IV;

jew b’mod alternattiv,

(b) (i) (i) iżommu sa 100 % tal-komponent tal-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 li jikkorrispondi għall-‘premium’ għall-qtil ta’ frat li mhumiex għoġiela, msemmi fl-Anness VI.

F’dan il-każ u fil-limitu ffissat skond l-Artikolu 64(2), l-Istat Membru konċernat, fuq bażi annwali, għandu jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa.

Il-pagament addizzjonali għandu jingħata għall-qtil ta’ frat li mhumiex għoġiela b’livell massimu sa 100 % tal-‘premium’ għall-qtil ta’ frat li mhumiex għoġiela, msemmi fl-Anness VI u li ser jingħata taħt il-kondizzjonijiet ipprovduti taħt il-Kapitolu 12 tat-Titolu IV;

jew, b’mod alternattiv,

(ii) iżommu sa 75 % tal-komponent tal-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 li jikkorrispondi mal-‘premium’ speċjali għall-irġiel imsemmi fl-Anness VI.

F’dan il-każ u fil-limitu ffissat skond l-Artikolu 64(2), l-Istat Membru konċernat, fuq bażi annwali, għandu jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa.

Il-pagament addizzjonali għandu jingħata b’livell massimu sa 75 % tal-‘premium’ speċjali għall-irġiel msemmi fl-Anness VI u li ser jingħata taħt il-kondizzjonijiet ipprovduti fil-Kapitolu 12 tat-Titolu IV.

Artikolu 69

Implimentazzjoni mhix obbligatorja għal tipi speċifiċi ta’ biedja u produzzjoni ta’ kwalità.

L-Istati Membri jistgħu jżommu sa 10 % tal-komponent tal-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 li jikkorrispondu ma’ kull settur msemmi fl-Anness VI. Fil-każ tal-prodotti li jinħartu u tas-setturi taċ-ċanga, tal-vitella, tan-nagħaġ u tal-mogħoż, għandu jittieħed kont ta’ din iż-żamma għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tal-persentaġġi massimi ffissati, rispettivament, fl-Artikoli 66, 67 u 68.

F’dan il-każ u fil-limitu ffissat skond l-Artikolu 64(2), l-Istat Membru konċernat, fuq bażi annwali, għandu jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa fis-settur jew setturi konċernati minn din iż-żamma.

lI-pagament addizzjonali għandu jingħata għal tipi speċifiċi ta’ biedja li huma importanti għall-protezzjoni u t-titjib ta’ l-ambjent jew biex jitjiebu l-kwalità u l-‘marketing’ tal-prodotti agrikoli taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

Sezzjoni 3 Esklużjonijiet mhux obbligatorji

Artikolu 70

Esklużjonijiet mhux obbligatorji ta’ xi pagamenti diretti

1. Stat Membru, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awissu 2004, jista’ jiddeċidi li jeskludi mill-iskema ta’ pagament uniku:

(a) wieħed jew aktar mill-pagamenti diretti mogħtija fil-perjodu ta’ referenza taħt:

- l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999,

- l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2358/71.

F’dan il-każ, l-Artikoli 64 u 65 għandhom japplikaw ‘mutatis mutandis’;

(b) il-pagamenti l-oħra kollha mniżżla fl-Anness VI mogħtija lill-bdiewa fil-perjodu ta’ referenza fid-Dipartimenti Franċiżi ta’ barra ‘il pajjiż, fl-Azores u Madejra, il-Gżejjer Kanari u Eġej u l-pagamenti diretti mogħtija fil-perjodu ta’ referenza taħt:

- l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93,

- l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001,

- l-Artikoli 13 u 22(2) sa (6) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001,

- l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, l-Artikoli 13(2) u 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001, u l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-pagamenti diretti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fil-limiti ffissati skond l-Artikolu 64(2) ta’ dan ir-Regolament, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti, rispettivament, fit-Titolu IV Kapitoli 3, 6 u 7 sa 13 ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, l-Artikoli 13 u 22(2) sa (4) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001.

L-ammont totali tal-limiti ffissati għandu jkun imnaqqas mill-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

Sezzjoni 4 Transizzjoni mhux obbligatorja

Artikolu 71

Perjodu transitorju mhux obbligatorju

1. Meta kondizzjonijiet speċifiċi agrikoli jinneċessitaw dan, Stat Membru, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awissu 2004, jista’ jiddeċidi li japplika l-iskema ta’ pagament uniku wara perjodu transitorju li jiskadi jew fil-31 ta’ Diċembru 2005 jew fil-31 ta’ Diċembru 2006.

Fil-każ fejn Stat Membru konċernat jiddeċidi li japplika l-iskema ta’ pagament uniku qabel it-tmiem tal-perjodu transitorju, għandu jiddeċidi dan sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awissu tas-sena kalendarja ta’ qabel is-sena kalendarja li fiha ser tapplika l-iskema ta’ pagament uniku.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 70(2) ta’ dan ir-Regolament, waqt il-perjodu transitorju, l-Istat Membru konċernat għandu japplika l-pagamenti diretti msemmija fl-Anness VI taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti, rispettivament, fit-Titolu IV Kapitoli 3, 6 u 7 sa 13 ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, l-Artikoli 13 u 22(2) sa (4) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001, u l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001, fil-limitu tar-restrizzjonijiet tal-‘budget’ li jikkorrispondu mal-komponent ta’ dawn il-pagamenti diretti fil-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 41, iffissat mill-Kummissjoni għal kull wieħed minn dawn il-pagamenti diretti, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

Fil-każ ta’ pagament għall-għalf niexef, l-Istati Membri għandhom jagħtu għajnuna taħt il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu definiti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2), fil-limiti tal-‘budget’ fuq imsemmija.

3. L-iskema ta’ pagament uniku għandha tapplika fl-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara s-sena kalendarja li fiha jiskadi l-perjodu transitorju.

F’dan il-każ, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 58(1), 63(3), 64(1) u 70 sa l-1 ta’ Awissu 2005 jew b’mod alternattiv l-2006 skond it-terminu perentorju deċiż taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4. Il-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) għandha tieħu l-miżuri neċessarji fil-każ li l-applikazzjoni ta’ dan il-perjodu transitorju tikkawża distorzjoni severa tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità u biex ikun żgurat li l-Komunità tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha.

It-TITOLU IV SKEMI OĦRA TA’ GĦAJNUNA

Il-KAPITOLU 1 ’PREMIUM’ SPEĊIFIKU TA’ KWALITÀ GĦALL-QAMĦ TA’ L-AWSTRALJA

Artikolu 72

Ambitu ta’ l-applikazzjoni

Għajnuna għandha tingħata lill-bdiewa li jipproduċu qamħ ta’ l-Awstralja li jaqa’ fil-kodici NM 1001 10 00, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

Artikolu 73

Ammont u eliġibilità

1. L-għajnuna għandha tkun ta’ EUR 40 għal kull ettaru.

2. L-għoti tal-pagamenti għandu jkun suġġett għall-użu ta’ ċerti kwantitajiet ta’ żrieragħ ċertifikati ta’ varjetajiet, rikonoxxuti fiż-żona ta’ produzzjoni, bħala li huma ta’ kwalità għolja għall-produzzjoni tas-smid jew l-għaġin.

Artikolu 74

’Areas’

1. L-għajnuna għandha tingħata għall-‘base areas’ nazzjonali fiż-żoni ta’ produzzjoni tradizzjonali mniżżla fl-Anness X.

Il-"base areas" huma dawn li ġejjin:

Il-Greċja | 617 000 ettaru |

Spanja | 594 000 ettaru |

Franza | 208 000 ettaru |

L-Italja | 1 646 000 ettaru |

L-Awstrija | 7 000 ettaru |

Il-Portugall | 118 000 ettaru |

2. Stat Membru jista’ jissubdividi l-‘base area’ tiegħu f’’sub-base areas’ skond kriterji oġġettivi.

Artikolu 75

Qbiż ta’ l-‘area’

1. Meta l-area li dwarha qed tintalab l-għajnuna teċċedi l-base area, l-area għal kull bidwi li dwarha qed tintalab l-għajnuna għandha titnaqqas proporzjonaliment f'dik is-sena.

2. Fejn Stat Membru jissubdividi l-‘base area’ tiegħu f’’sub-base areas’, it-tnaqqis ipprovdut fil-paragrafu 1 għandu japplika biss għall-bdiewa f’’sub-base areas’ fejn il-limitu tagħhom kien maqbuż. Dan it-tnaqqis għandu jkun magħmul meta, fl-Istat Membru konċernat, l-‘areas’ fis-‘sub-base areas’, li ma laħqux il-limiti tagħhom, reġgħu ġew imqassma lis-‘sub-base areas’ li fihom dawk il-limiti ġew maqbuża.

Il-KAPITOLU 2 ’PREMIUM’ GĦALL-PRODOTTI TAL-PROTEINI

Artikolu 76

Ambitu

Għajnuna għandha tingħata lill-bdiewa li jipproduċu prodotti tal-proteini taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

Prodotti tal-proteini jinkludu:

- piżelli li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 071310,

- favetta li taqa’ taħt il-kodiċi NM 071350,

- lupini ħelwin li jaqgħu tajt il-kodiċi NM ex12092950.

Artikolu 77

Ammont u eliġibilità

L-għajnuna għandha tkun ta’ EUR 55,57 għal kull ettaru ta’ prodotti tal-proteini maħsuda wara l-istadju ta’ maturità lattika.

Madankollu, prodotti mkabbra f’żoni li huma miżrugħa kompletament u li huma kkultivati skond ‘standards’ lokali, imma li ma jilħqux l-istadju ta’ maturità lattika minħabba kondizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat, għandhom jibqgħu eliġibbli għall-għajnuna sakemm, sa dan l-istadju ta’ tkabbir, iż-żoni in kwistjoni mhumiex użati għal xi skop ieħor.

Artikolu 78

Żona

1. Żonna massima garantita ta’ 1400000 ettaru li għaliha tista’ tingħata l-għajnuna hi stabbilita hawnhekk.

2. Fejn iż-żona li għaliha l-għajnuna hi mitluba taqbeż iż-żona massima garantita, iż-żona għal kull bidwi li għaliha hi mitluba l-għajnuna għandha titnaqqas propozjonalment f’dik is-sena skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

Il-KAPITOLU 3 PAGAMENT SPEĊIFIKU GĦAR-ROSS

Artikolu 79

Ambitu

Għajnuna għandha tingħata lill-bdiewa li jipproduċu r-ross, li jaqa’ taħt il-kodiċI NM 1006 10 taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

Artikolu 80

Ammont u eliġibilità

1. L-għajnuna għandha tingħata għal kull ettaru ta’ art miżrugħa bir-ross u fejn il-prodott hu miżmum mill-inqas sal-bidu tal-ħruġ tal-fjuri taħt kondizzjonijiet normali ta’ tkabbir.

Madankollu, prodotti li huma mkabbra f’żoni li huma kompletament miżrugħa u li huma kkultivati skond ‘standards’ lokali, imma li ma jilħqux l-istadju tal-ħruġ tal-fjuri minħabba kondizzjonijiet eċċezzjonali tal-klima rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat, għandhom jibqgħu eliġibbli għall-għajnuna sakemm, sa dan l-istadju ta’ tkabbir, iż-żoni in kwistjoni ma jintużawx għal xi skop ieħor.

2. L-għajnuna għandha tkun kif ġej, skond ir-rendiment fl-Istati Membri kkonċernati

| sena ta' ''2004/2005 u fil-każ ta' l-applikazzjonil-Artikolu 71 (EUR/ha) | sena ta' ''2005/2006 u (EUR/ha) |

Spanja | 1123,95 | 476,25 |

Franza:

—territorju metropolitan | 971,73 | 411,75 |

—il-Gujana Franċiża | 1329,27 | 563,25 |

Il-Greċja | 1323,96 | 561,00 |

L-Italja | 1069,08 | 453,00 |

Il-Portugall | 1070,85 | 453,75. |

Artikolu 81

’Areas’

Arja nazzjonali bażi (base area) għal kull Stat Membru li jipproduċi hija b'dan stabbilita. Iżda, għal Franza huma stabbiliti żewġ arji bażi. L-arji bażi għandhom ikunu kif ġej:

Spanja | 104 973 ettaru |

Franza:

—territorju metropolitan | 19 050 ettaru |

—il-Gujana FranċIża | 4 190 ettaru |

Il-Greċja | 20 333 ettaru |

L-Italja | 219 588 ettaru |

Il-Portugall | 24 667 ettaru |

Stat Membru jista’ jissubdividi il-‘base area’ jew ‘areas’ tiegħu f’’sub-base areas’ skond kriterji oġġettivi.

Artikolu 82

Qbiż ta’ l-‘areas’

1. Fejn fi Stat Membru l-‘area’ mogħtija għar-ross f’sena partikolari taqbeż l-‘base area’ indikata fl-Artikolu 81, l-‘area’ għal kull bidwi li għaliha hi mitluba l-għajnuna għandha titnaqqas ‘mod proporzjonali f’dik is-sena.

2. Fejn Stat Membru jissubdividi il-‘base area’ jew ‘areas’ tiegħu f’’sub-base areas’, it-tnaqqis ipprovdut fil-paragrafu 1 għandu japplika biss għall-bdiewa fis-‘sub-base areas’ fejn il-limiti tagħhom kienu maqbuża. Dan it-tnaqqis għandu jsir fejn, fl-Istat Membru konċernat, l-‘areas’ fis-‘sub-base areas’, li ma laħqux il-limiti tagħhom, reġgħu ġew imqassma lis-‘sub-base areas’ li fihom dawk il-limiti ġew maqbuża.

Il-KAPITOLU 4 PAGAMENT SEZZJONALI GĦALL-ĠEWŻ

Artikolu 83

Għajnuna tal-Komunità

1. Għajnuna tal-Komunità għandha tingħata lill-bdiewa li jipproduċu l-ġewż taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

Il-ġewż għandu jinkludi:

- lewż li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 080211 u 080212,

- ġellewż jew ‘filberts’ (corylus maxima) li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 080221 u 080222,

- ġewż (‘walnuts’) li jaqgħu taħt taħt il-kodiċi NM 080231 u 080232,

- pistaċċi li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 080250,

- ħarrub li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 12121010.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddistingwu l-għajnuna skond il-funzjoni tal-prodotti jew billi jżidu jew inaqqsu ż-żoni nazzjonali garantiti (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa l-"NGA") stabbiliti fl-Artikolu 84(3). Madankollu, f’kull Stat Membru, l-ammont totali ta’ għajnuna mogħtija f’sena partikolari m’għandux ikun ogħla mil-limitu msemmi fl-Artikolu 84(1).

Artikolu 84

’Żoni’

1. Stat Membru għandu jagħti l-għajnuna tal-Komunità fil-limitu kalkulat bil-multiplikazzjoni tan-numru ta’ ettari ta’ l-NGA tiegħu kif iffissat fil-paragrafu 3, bin-numru medju ta’ EUR 120,75.

2. Żona massima garantita hi ta’ 8000000 ettaru hi hawnhekk stabbilita.

3. Iż-żona massima garantita msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun diviża fl-NGA li ġejjin:

Il-Belġju | 100 ettaru |

Il-Ġermanja | 1 500 ettaru |

Franza | 17 300 ettaru |

Il-Greċja | 41 100 ettaru |

L-Italja | 130 100 ettaru |

Il-Lussemburgu | 100 ettaru |

Il-Pajjiż Baxxi | 100 ettaru |

L-Awstrija | 100 ettaru |

Il-Portugall | 41 300 ettaru |

Spanja | 568 200 ettaru |

ir-Renju Unit | 100 ettaru. |

4. Stati Membru jista’ jissubdividi l-NGA tiegħu f’’sub-areas’ skond kriterji oġġettivi, b’mod partikolari fuq livell reġjonali jew b’relazzjoni għall-produzzjoni.

Artikolu 85

Qbiż tas-‘sub-base areas’

Fejn Stat Membru jissubdividi l-NGA tiegħu f’’sub-base areas’ u ‘sub-base area’ waħda jew iktar tiġi maqbuża, l-‘area’ għal kull bidwi li għaliha hi mitluba l-għajnuna tal-Komunità għandha titnaqqas b‘mod proporzjonali f’dik is-sena għal dawk il-bdiewa fis-‘sub-base areas’ fejn il-limiti tagħhom ġew maqbuża. Dan it-tnaqqis għandu jsir meta, fl-Istat Membru konċernat, l-‘areas’ fis-‘sub-base areas’, li ma laħqux il-limiti tagħhom, reġgħu ġew imqassma lis-‘sub-base areas’ fejn dawk il-limiti ġew maqbuża.

Artikolu 86

Kondizzjonijiet għall-eliġibilità

1. Pagament ta’ l-għajnuna tal-Komunità għandu jiddependi, b’mod partikolari, mid-daqs minimu tal-‘plot’ u d-densità tas-siġar.

2. Żoni fi pjani ta’ titjib fis-sens ta’ l-Artikolu 14(b) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 1972 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u ħaxix [30] isiru eliġibbli għall-għajnuna taħt din l-iskema fl-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara s-sena li fiha jiskadi l-pjan ta’ titjib.

3. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti ta’ għajnuna tal-Komunità suġġett għas-sħubija tal-bdiewa f’organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikoli 11 jew 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

4. Jekk id- dispożizzjoni tal-paragrafu 3 hi applikata, l-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li l-pagament ta’ l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 isir lill-organizzazzjoni tal-produtturi għan-nom tal-membri tagħha. L-ammont ta’ għajnuna li tirċievi organizzazzjoni tal-produtturi għandu jitħallas lill-membri tagħha. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw organizzazzjoni tal-produtturi biex, bħala kumpens għas-servizzi pprovduti lill-membri tagħha, twettaq tnaqqis fl-ammont ta’ l-għajnuna tal-Kommunità sa massimu ta’ 2 %.

Artikolu 87

Għajnuna nazzjonali

1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali, bi żieda ma’ l-għajnuna tal-Komunità, sa massimu ta’ EUR 120,75 għal kull ettaru fis-sena.

2. L-għajnuna nazzjonali tista’ titħallas biss liż-żoni li jirċievu għajnuna tal-Komunità.

3. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti ta’ l-għajnuna nazzjonali suġġett għas-sħubija tal-bdiewa f’organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta taħt l-Artikoli 11 jew 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Il-KAPITOLU 5 GĦAJNUNA GĦALL-PRODOTTI TA’ ENERĠIJA

Artikolu 88

Għajnuna

Għajnuna ta’ EUR 45 għal kull ettaru fis-sena għandha tingħata għal żoni miżrugħa bi prodotti ta’ enerġija użati taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

Prodotti ta’ enerġija jfissru dawk il-prodotti pprovduti essenzalment għall-produzzjoni tal-prodotti ta’ enerġija li ġejjin:

- prodotti kkunsidrati ‘biofuels’ imniżżla fl-Artikolu 2, punt 2 tad-Direttiva 2003/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2003 fuq il-promozzjoni ta’ l-użu ta’ ‘biofuels’ jew kombusttibli oħra li jiġġeddu għat-trasport. [31],

- enerġija elettrika u termali prodotta mill-‘biomass’.

Artikolu 89

’Żoni’

1. Żona massima garantita ta’ 1500000 ettaru li għaliha tista’ tingħata l-għajnuna hi hawnhekk stabbilita.

2. Fejn iż-żona li għaliha hi mitluba l-għajnuna teċċedi ż-żona massima garantita, iż-żona għal kull bidwi li għaliha hi mitluba l-għajnuna għandha titnaqqas b’mod proporzjonali f’dik is-sena skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

Artikolu 90

Kondizzjonijiet għall-eliġibilità

L-għajnuna għandha tingħata biss fir-rigward ta’ żoni li l-produzzjoni tagħhom hi koperta minn kuntratt bejn il-bidwi u l-industrija ta’ l-ipproċessar, ħlief fil-każ ta’ ipproċessar imwettaq mill-bidwi nnifsu ġo l-azjenda.

Żoni li kienu suġġetti għall-applikazzjoni għal skema għall-prodotti ta’ enerġija m’għandhomx jingħaddu bħala li ġew imwarrba għall-iskopijiet tal-kondizzjoni ta’ l-art imwarrba (‘set-aside requirement’) indikata fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 u fl-Artikoli 54(2), 63(2) u 107(1) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 91

Reviżjoni tal-lista ta’ prodotti ta’ enerġija

Il-prodotti jistgħu jiżdiedu jew jitneħħew mill-Artikolu 88 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

Artikolu 92

Reviżjoni ta’ l-iskema għall-prodotti ta’ enerġija

Sal-31 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill fuq l-implimentazzjoni ta’ l-iskema, akkumpanjat, meta approprjat, bi proposti li jieħdu in kunsiderazzjoni l-implimentazzjoni ta’ l-inizjattiva tal-UE fuq il-‘biofuels’.

Il-KAPITOLU 6 GĦAJNUNA GĦALL-LAMTU TAL-PATATA

Artikolu 93

Għajnuna

Għajnuna għandha tkun stabbilita għall-bdiewa li jipproduċu patata maħsuba għall-manifattura tal-lamtu tal-patata. L-ammont tal-pagament japplika għall-kwantità ta’ patata meħtieġa biex tkun magħmula tunnellata ta’ lamtu. Għandha tkun:

- EUR 110,54 għas-sena ta’ ‘marketing’ 2004/2005 u fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71,

- EUR 66,32 mis-sena ta’ ‘marketing’ 2005/2006 ‘il quddiem.

Ghandha tkun aġġustata skond il-kontenut tal-lamtu tal-patata.

Artikolu 94

Kondizzjonijiet

L-għajnuna għandha tkun imħallsa biss fir-rigward tal-kwantità ta’ patata koperta minn kuntratti ta’ kultivazzjoni bejn il-produttur tal-patata u l-manifattur tal-lamtu fil-limitu tal-kwota allokata lil tali impriża, kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1868/94.

Il-KAPITOLU 7 ’PREMIUM’ GĦALL-PRODOTTI TAL-ĦALIB U PAGAMENT ADDIZZJONALI

Artikolu 95

’Premium’ għall-prodotti tal-ħalib

1. Mill-2004 sa l-2007, produtturi tal-ħalib għandhom jikkwalifikaw għall-‘premium’ għall-prodotti tal-ħalib. Għandu jingħata għal kull sena kalendarja, għal kull azjenda u għal kull tunnellata ta’ kwantità ta’ referenza individwali eliġibbli għall-‘premium’ u disponibbli fl-azjenda.

2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 u għat-tnaqqis li jirriżulta mil-applikazzjoni tal-paragrafu 4, il-kwantità ta’ referenza individwali għall-ħalib disponibbli fl-azjenda fil-31 ta’ Marzu tas-sena kalendarja konċernata, espressa f’tunnellati, għandha tkun multiplikata bi:

- EUR 8,15/t għas-sena kalendarja 2004,

- EUR 16,31/t għas-sena kalendarja 2005,

- EUR 24,49/t għas-snin kalendarji 2006 u 2007, u

fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 70, għas-snin kalendarji li ġejjin.

3. Kwantitajiet ta’ referenza individwali li kienu s-suġġett ta’ trasferimenti temporanji skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992, li jistabilixxi l-ġbir ta’ taxxa (‘levy’) addizzjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [32] jew l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa (‘levy’) fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [33] fil-31 ta’ Marzu tas-sena kalendarja konċernata għandhom, għal dik is-sena kalendarja, jiġu meqjusa disponibbli fl-azjenda tal-persuna li lilha qegħdin jiġu trasferiti.

4. Għall-iskop ta’ l-applikazzjoni tal-paragrafu 2, fejn, fil-31 ta’ Marzu ta’ sena kalendarja, is-somma tal-kwantitajiet ta’ referenza individwali kollha fi Stat Membru taqbeż is-somma korrispondenti tal-kwantitajiet totali ta’ dak l-Istat Membru kif imniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92, għall-perjodu ta’ 12-il xahar 1999/2000, l-Istat Membru konċernat, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, għandu jieħu l-passi neċessarji biex inaqqas b’dan il-mod l-ammont totali ta’ kwantitajiet ta’ referenza individwali eliġibbli għall-‘premium’ fit-territorju tiegħu.

Artikolu 96

Pagamenti addizzjonali

1. Mill-2004 sa l-2007, l-Istati Membri, fuq bażi annwali, għandhom jagħmlu pagamenti addizzjonali lill-produtturi fit-territorju tagħhom li jgħoddu l-ammonti globali għal kull sena mniżżla fil-paragrafu 2. Tali pagamenti għandhom jiġu magħmula skond kriterji oġġettivi u b’mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-produtturi u li jevitaw distorzjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni. Barraminnhekk, tali pagamenti m’għandhomx ikunu marbuta mal-varjazzjonijiet tal-prezzijiet tas-suq.

Supplimenti tal-‘premium’ għandhom biss jingħataw bħala ammont supplimentari għal kull ammont ta’ ‘premium’ kif stabbilit fl-Artikolu 95(2).

2. Pagamenti addizzjonali: EUR:

| 2004 | 2005 | 2006 u 2007 |

Il-Belġju | 12,12 | 24,30 | 36,45 |

Id-Danimarka | 16,31 | 32,70 | 49,05 |

Il-Ġermanja | 101,99 | 204,53 | 306,79 |

Il-Greċja | 2,31 | 4,63 | 6,94 |

Spanja | 20,38 | 40,86 | 61,29 |

Franza | 88,70 | 177,89 | 266,84 |

L-Irlanda | 19,20 | 38,50 | 57,76 |

L-Italja | 36,34 | 72,89 | 109,33 |

Il-Lussemburgu | 0,98 | 1,97 | 2,96 |

Il-Pajjiżi Baxxi | 40,53 | 81,29 | 121,93 |

L-Awstrija | 10,06 | 20,18 | 30,27 |

Il-Portugall | 6,85 | 13,74 | 20,62 |

Il-Finlandja | 8,81 | 17,66 | 26,49 |

L-Isvezja | 12,09 | 24,24 | 36,37 |

Ir-Renju Unit | 53,40 | 107,09 | 160,64 |

Artikolu 97

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandha tapplika d-definizzjoni "produttur" stabbilita fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003.

Il-KAPITOLU 8 GĦAJNUNA REĠJONALI SPEĊIFIKA GĦALL-PRODOTTI LI JINĦARTU

Artikolu 98

Għajnuna

Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 70, fil-Finlandja u fl-Isvezja tramuntana tat-62 parallel u xi żoni fil-qrib milquta minn kondizzjonijiet klimatiċi komparabbli li jagħmlu l-attività agrikola partikolarment diffiċli, bdiewa li jipproduċu ċ-ċereali, żrieragħ taż-żejt, żerriegħa tal-kittien, kittien u qanneb imkabbar għall-fibra għandhom jingħataw għajnuna speċifika ta’ EUR 24/t, multiplikata bil-produzzjoni determinata fil-pjan ta’ reġjonalizzazzjoni għar-reġjun konċernat fil-limitu ffissat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 64(2), li jikkorrispondi mal-komponent ta’ din l-għajnuna fil-limitu msemmi fl-Artikolu 41.

Fejn l-ammont totali ta’ l-għajnuna mitluba tabeż il-limitu ffissat, l-għajnuna għal kull bidwi għandha f’dik is-sena titnaqqas b’mod proporzjonali.

Il-KAPITOLU 9 GĦAJNUNA GĦAŻ-ŻRIERAGĦ

Artikolu 99

Għajnuna

1. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 70, l-Istati Membri għandhom jagħtu, fuq bażi annwali, l-għajnuniet iffissati fl-Anness XI għall-produzzjoni ta’ żrieragħ basiċi jew żrieragħ ċertifikati ta’ speċi waħda jew iktar imniżżla fl-Anness XI.

2. Fil-każ li ż-żona aċċettata għaċ-ċertifikazzjoni u li għaliha l-għajnuna għaż-żrieragħ hi mitluba hi wżata ukoll biex tintalab l-għajnuna taħt l-iskema ta’ pagament uniku, l-ammont ta’ għajnuna għaż-żerriegħa, ħlief fil-każ ta’ l-ispeċi msemmija fl-Anness XI punti 1 u 2, għandu jitnaqqas, imma mhux għal inqas minn żero, bl-ammont ta’ l-għajnuna ta’ l-iskema ta’ pagament uniku li ser jingħata f’sena partikolari għaż-żona konċernata.

3. L-ammont ta’ għajnuna mitluba m’għandhiex taqbeż limitu, iffissat mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 64(2), li jikkorrispondi mal-komponent ta’ l-għajnuniet għaż-żrieragħ għall-ispeċi konċernati fil-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 41.

Fejn l-ammont totali ta’ l-għajnuna mitluba taqbeż l-limitu ffissat, l-għajnuna għal kull bidwi għandha f’dik is-sena titnaqqas b’mod proporzjonali.

4. Il-varjetajiet ta’ ‘Cannabis sativa L.’ li għalihom l-għajnuna pprovduta f’dan l-Artikolu hi pagabbli għandha tiġi determinata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

Il-KAPITOLU 10 PAGAMENT GĦAŻ-ŻONI TAL-PRODOTTI LI JINĦARTU

Artikolu 100

Ambitu ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

1. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 66, l-Istati Membri, taħt il-kondizzjonijiet imniżzla f’dan il-Kapitolu u, ħlief jekk ipprovdut mod ieħor, għandhom jagħtu l-għajnuna magħżula minn dak l-Istat Membru konċernat skond dak l-Artikolu, lill-bdiewa li jipproduċu prodotti li jinħartu.

2. Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu:

- is-sena ta’ ‘marketing’ għandha tibda mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju,

- "prodotti li jinħartu" huma kkunsidrati li jfissru dawk imniżżla fl-Anness IX.

3. L-Istati Membri fejn il-qamħirrum mhux prodott tradizzjonali jistgħu jagħmlu l-ħżin ta’ ħaxix ta’ l-għalf eliġibbli għall-pagamenti għaż-żoni ta’ prodotti li jinħartu, taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-prodotti li jinħartu.

Artikolu 101

’Base areas’

Il-pagament għaż-żona għandu jkun iffissat għal kull ettaru u ddistingwit reġjonalment.

Il-pagament għaż-żona għandu jingħata għaż-żona kkultivata bi prodotti li jinħartu jew suġġetta għat-twarrib skond l-Artikolu 107 ta’ dan ir-Regolament u li ma taqbiżx in-numru totali ta’ ettari tal-‘base area’ jew ‘areas’ reġjonali kif iffissati fl-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/1999 [35], waqt li jittieħed kont ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1017/94.

Reġjun f’dan is-sens għandu jittieħed li jfisser Stat Membru jew reġjun fi Stat Membru, skond l-għażla ta’ l-Istat Membru konċernat. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 66 ta’ dan ir-Regolament, l-‘area’ jew ‘areas’ iffissati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2316/1999 għandhom jitnaqqsu bin-numru ta’ ettari li jikkorrispondu mad-drittijiet ta’ l-art imwarrba stabbiliti skond l-Artikoli 53 u 63(2) ta’ dan ir-Regolament fir-reġjun konċernat.

Artikolu 102

Qbiż tal-‘base areas’ u limitu

1. Meta s-somma taż-zoni li għalihom hi mitluba l-għajnuna taħt l-iskema għall-prodotti li jinħartu, inkluża l-art imwarrba pprovduta taħt dik l-iskema fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71, hi iktar mill-‘base area’, iż-żona eliġibbli għal kull bidwi għandha titnaqqas b’mod proporzjonali għall-pagamenti kollha mogħtija taħt dan ir-Regolament fir-reġjun in kwistjoni, matul l-istess sena ta’ ‘marketing’.

2. Is-somma tal-pagamenti mitluba m’għandhiex tkun ogħla mil-limitu ffissat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 64(2). Fejn l-ammont totali ta’ l-għajnuna mitluba jaqbeż il-limitu ffissat, l-għajnuna għal kull bidwi għandha f’dik is-sena titnaqqas b’mod proporzjonali.

3. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71, żoni li mhumiex suġġett ta’ applikazzjoni għall-pagament taħt dan il-Kapitolu imma li huma użati biex jappoġjaw applikazzjoni għall-għajnuna taħt il-Kapitolu 12 għandhom ukoll jittieħed kont tagħhom għall-kalkulazzjoni taż-żoni li għalihom qed tintalab l-għajnuna.

4. Jekk Stat Membru jagħmel il-ħzin ta’ ħaxix għall-għalf eliġibbli għall-pagamenti għaż-żoni ta’ prodotti li jinħartu, għandha tkun definita ‘base area’ separata.. Jekk il-‘base area’ għall-prodotti li jinħartu jew għall-ħżin ta’ ħaxix għall-għalf ma tintlaħaqx f’sena ta’ ‘marketing’ partikolari, il-bilanċ ta’ ettari għandu jkun allokat għall-istess sena ta’ ‘marketing’ lill-‘base area’ korrispondenti.

5. Fejn Stat Membru għażel li jistabbilixxi waħda jew iktar ‘base areas’ nazzjonali, jista’ jissubdividi kull ‘base area’ nazzjonali f’’sub-base areas’ skond il-kriterji oġġettivi li għandhom ikunu definiti mill-Istat Membru.

Għall-iskopijiet ta’ applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, il-‘base areas’ ta’ "Secano" u "Regadío" għandhom ikunu kkunsidrati bħala ‘base areas’ nazzjonali.

Fejn il-‘base area’ nazzjonali tiġi maqbuża, l-Istati Membru konċernat jista’, skond kriterji oġġettivi, jikkonċentra l-miżura applikabbli taħt il-paragrafu 1 totalment jew parzjalment fuq is-‘sub-base areas’ li qabżu l-‘base area’ nazzjonali.

L-Istati Membri li ddeċidew li japplikaw il-possibilitajiet ipprovduti f’dan il-paragrafu, għandhom jinnotifikaw lill-bdiewa u lill-Kummissjoni bl-għażliet tagħhom u bir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tagħhom sal-15 ta’ Settembru.

Artikolu 103

Pjan ta’ reġjonalizzazzjoni

Għandu japplika l-pjan ta’ reġjonalizzazzjoni stabbilit mill-Istati Membri skond l-artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Il-pjan ta’ reġjonalizzazzjoni jista’ jiġi revedut, skond kriterji oġġettivi, mill-Istati Membri konċernati fuq it-talba tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 104

Ammont bażiku

1. Il-pagament għaż-żona għandu jkun ikkalkulat bil-multiplikazzjoni ta’ l-ammont bażiku għal kull tunnellata bil-produzzjoni medja ta’ ċereali determinata fil-pjan ta’ reġjonalizzazzjoni għar-reġjun konċernat.

2. Il-kalkulazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun magħmula billi tintuża l-produzzjoni medja ta’ ċereali. Madankollu, fejn il-qamħirrun hu kkunsidrat separatament, il-produzzjoni tal ‘qamħirrun’ għandha tintuża għall-‘qamħirrun’ u l-produzzjoni taċ-‘ċereali l-oħra minbarra l-qamħirrun’ għandha tintuża għaċ-ċereali, żrieragħ taż-żejt, żrieragħ tal-kittien, kittien u qanneb imkabbar għall-fibra.

3. L-ammont bażiku għall-prodotti li jinħartu u, fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71, għall-art imwarrba għandu tkun iffissata għal EUR 63,00/t mis-sena ta’ ‘marketing’ 2005/2006 ‘il quddiem.

Artikolu 105

Suppliment għall-qamħ ta’ l-Awstralja

1. Suppliment għall-pagament taż-żona ta’:

- EUR 291/ettaru għas-sena ta’ ‘marketing’ 2005/2006,

- EUR 285/ettaru għas-sena ta’ ‘marketing’ 2006/2007 u ‘il quddiem,

għandhom jitħallsu għal żona kkultivata bil-qamħ ta’ l-Awstralja fiż-żoni tradizzjonali ta’ produzzjoni mniżzla fl-Anness X, suġġett għall-limiti li ġejjin:

Il-Greċja | 617 000 ettari |

Spanja | 594 000 ettari |

Franza | 208 000 ettari |

L-Italja | 1 646 000 ettari |

L-Awstrija | 7 000 ettari |

Il-Portugall | 118 000 ettari. |

2. Jekk it-total taż-żoni li għalihom jintalab suppliment għall-pagament taż-żona jkun akbar mil-limitu msemmi hawn fuq matul sena ta’ ‘marketing’, iż-żona għal kull bidwi li għaliha jista’ jitħallas s-suppliment għandha titnaqqas b’mod proporzjonali.

Madankollu, suġġett għall-limiti għal kull Stat Membru stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jqassmu ż-żoni indikati f’dak il-paragrafu bejn iż-żoni ta’ produzzjoni kif definiti fl-Anness X, jew, jekk neċessarju, bejn ir-reġjuni ta’ produzzjoni tal-pjan ta’ reġjonalizzazzjoni, skond il-miżura ta’ produzzjoni tal-qamħ ta’ l-Awstralja matul il-perjodu 1993 sa 1997. Fejn dan isir, jekk it-total taż-żoni f’reġjun fejn is-suppliment għall-pagament taż-żona mitlub hu akbar mil-limitu reġjonali korrispondenti matul sena ta‘ ‘marketing’, iż-żona għal kull bidwi f’dak ir-reġjun ta’ produzzjoni li għalih jista’ jitħallas is-suppliment għandha titnaqqas b’mod proporzjonali. It-tnaqqis għandu jsir meta, fi Stat Membru, iż-żoni fir-reġjuni li ma laħqux il-limiti reġjonali tagħhom, ġew imqassma lir-reġjuni fejn dawk il-limiti ġew maqbuża.

3. Fir-reġjuni fejn il-produzzjoni tal-qamħ ta’ l-Awstralja hi stabbilita sew, ħlief għal dawk ir-reġjuni mniżżla fl-Anness X, għajnuna speċjali ta’ EUR 46/ettaru għas-sena ta’ ‘marketing’ 2005/2006 għandha tingħata sal-limitu tan-numru ta’ ettari li ġejjin:

Il-Ġermanja | 10 000 ettaru |

Spanja | 4 000 ettaru |

Franza | 50 000 ettaru |

L-Italja | 4 000 ettaru |

Ir-Renju Unit | 5 000 ettaru. |

Artikolu 106

Kittien u qanneb

Għall-kittien u qanneb imkabbar għall-fibra, il-pagament għaż-żona għandu jkun magħmul biss, skond iċ-ċirkustanzi, fejn il-kuntratt jew l-obbligu ġew konklużi kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000.

Għall-qanneb imkabbar għall-fibra, il-pagament għaż-żona għandu wkoll ikun magħmul taħt il-kondizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 52.

Artikolu 107

Art imwarrba

1. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71, bdiewa li qed japplikaw għall-pagament għaż-żona għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu li jwarrbu parti mill-art ta’ l-azjenda tagħhom mill-produzzjoni u għandhom jirċievu kumpens għal dan l-obbligu.

2. L-obbligu ta’ kull bidwi applikant għall-pagament għaż-żona li jwarrab l-art għandu jkun iffissat bħala proporzjon taż-żona tiegħu miżrugħa bi prodotti li jinħartu u li għaliha qed ssir it-talba u li qed titwarrab skond dan il-Kapitolu.

Ir-rata bażika ta’ twarrib obbligatorju hi ffissata għal 10 % għas-snin ta’ ‘marketing’ 2005/2006 u 2006/2007.

3. L-art imwarrba tista’ tintuża għall-:

- produzzjoni ta’ materjali għall-manifattura fil-Komunità ta’ prodotti mhux maħsuba direttament għall-konsum tal-bniedem jew ta’ l-annimali, sakemm jiġu applikati sistemi ta’ kontroll effettivi;

- tkabbir ta’ prodotti tal-legum ġo azjenda agrikola, immexxija fit-totalità tal-produzzjoni tagħha, skond l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

L-Istati Membri huma awtorizzati li jħallsu għajnuna nazzjonali sa 50 % ta’ l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni ta’ prodotti multiannwali maħsuba għall-produzzjoni ‘bio-mass’ fuq art imwarrba.

4. Għandu jittieħed kont tal-kwantità ta’ prodotti sekondarji għall-użu ta’ l-għalf jew ikel li x’aktarx tkun disponibbli bħala riżultat tal-kultivazzjoni taż-żrieragħ taż-żejt fuq art imwarrba taħt il-paragrafu 3 l-ewwel inċiż fir-rigward tal-limitu ta’ miljun tunnellata msemmi fl-Artikolu 56(3).

5. Fejn produzzjonijiet differenti huma stabbiliti għall-art li tissaqqa u għall-art li ma tissaqqix, għal din ta’ l-aħħar għandu japplika il-pagament ta’ l-art imwarrba.

6. Il-bdiewa jistgħu jingħataw il-pagament ta’ l-art imwarrba fir-rigward ta’ art imwarrba volontarjament iktar mill-obbligu tagħhom. L-Istati Membri għandhom iħallu lill-bdiewa jwarrbu sa mill-inqas 10 % taz-żona kkultivata bi prodotti li jinħartu u li għaliha qed issir applikazzjoni ta’ pagament, u li qed titwarrab skond dan l-Artikolu. Persentaġġi ogħla jistgħu jiġu ffissati minn Stat Membru li jieħu in kunsiderazzjoni sitwazzjonijiet speċifiċi u biex jiżgura li l-art ta’ razzett tkun okkupata biżżejjed.

Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 66, dan il-paragrafu għandu japplika skond regoli dettaljati li għandhom jiġu addottati mill-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

7. Bdiewa li jagħmlu applikazzjoni għall-pagament għal żona ikbar miż-żona li hi meħtieġa biex ikunu prodotti 92 tunnellata ta’ ċereali, fuq il-bażi tal-produzzjoni determinata għar-reġjun tagħhom, mhumiex marbuta bl-obbligu li jwarrbu l-art. Il-paragrafu 6 għandu japplika għal dawn il-bdiewa.

8. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 108, żoni:

- imwarrba skond l-agri-ambjent (L-Artikoli 22 sa 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999), u li la huma użati għall-użu agrikolu u lanqas għal skopijiet li jħallu l-qliegħ, ħlief għal skopijiet aċċettati għall-art oħra mwarrba taħt dan ir-Regolament, jew

- li fihom sar tisġir (L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999),

li jistgħu jkunu kkunsidrati bħala li ġew imwarrba għall-iskopijiet tal-kondizzjoni ta’ l-art imwarrba indikata fil-paragrafu 1, bħala riżultat ta’ applikazzjoni magħmula wara t-28 ta’ Ġunju 1995, sa xi limitu għal kull azjenda ffissat mill-Istat Membru konċernat. Tali limitu għandu jkun stabbilit sa fejn hu neċessarju biex ikun evitat li ammont sproporzjonat tal-‘budget’ disponibbli relatat ma’ l-iskema in kwistjoni jkun ikkonċentrat fuq numru żgħir ta’ irziezet.

Madankollu, f’dawn iż-żoni, l-pagament għaż-żona speċifikat fl-Artikolu 104 ta’ dan ir-Regolament m’għandux jingħata u l-appoġġ mogħti taħt l-Artikolu 24(1) jew l-Artikolu 31(1), it-tieni inċiż tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għandu jkun limitat għall-ammont ugwali l-aktar l-aktar għall-pagament għaż-żona ta’ l-art imwarrba speċifikat fl-Artikolu 104 ta’ dan ir-Regolament.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li ma japplikawx l-iskema pprovduta f’dan il-paragrafu għall-applikant ġdid f’xi reġjun fejn hemm riskju kontinwu li l-‘base area’ reġjonali tinqabeż b’mod sinifikanti.

9. Żoni mwarrba m’għandhomx ikunu inqas minn 0,1 ettaru fid-daqs u 10 metri wiesa’. Għal raġunijiet ambjentali ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw żoni li jkunu mill-inqas 5 metri wiesa’ u 0,05 ettari fid-daqs.

Artikolu 108

Art eliġibbli

Applikazzjonijiet għall-pagamenti ma jistgħux ikunu magħmula fir-rigward ta’ art li, fid-data pprovduta fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-2003, kienet tintuża bħala mergħa permanenti, għall-prodotti permanenti jew għal skopijiet mhux agrikoli.

L-Istati Membri jistgħu, fuq il-bażi ta’ termini li għandhom jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2), jidderogaw mill-subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, sakemm jieħdu azzjoni biex jevitaw żjieda sinifikanti fiż-żona totali agrikola eliġibbli.

Artikolu 109

Żriegħ u applikazzjoni

Biex jikkwalifika għall-pagament għaż-żona, bidwi għandu jkun żera’ ż-żerriegħa sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ qabel il-ħsad rilevanti u sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju għandu jkun issottometta applikazzjoni.

Artikolu 110

Regoli ta’ implimentazzjoni

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 144(2) u b’mod partikolari:

- dawk relatati mat-twaqqif u l-amministrazzjoni tal-‘base areas’,

- dawk relatati mat-twaqqif ta’ pjanijiet ta’ reġjonalizzazzjoni,

- dawk relatati mal-ħżin tal-ħaxix għall-għalf,

- dawk relatati ma’ l-għoti tal-pagament għaż-żona,

- dawk relatati maż-żona minima eliġibbli għall-pagament; tali regoli għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni partikolari l-kondizzjonijiet ta’ ‘monitoring’ u l-effikaċja mixtieqa ta’ l-iskema in kwistjoni,

- dawk li jiddeterminaw, għall-qamħ ta’ l-Awstralja, l-eliġibilità għas-suppliment tal-pagament għaż-żona u l-kondizzjonijiet ta’ eliġibilità għall-għajnuna speċjali, u b’mod partikolari d-determinazzjoni tar-reġjuni li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni.

- dawk relatati ma’ l-art imwarrba, u b’mod partikolari dawk relatati ma’ l-Artikolu 107(3); dawk il-kondizzjonijiet għandhom jiddefinixxu l-legum għall-għalf li jista’ jiġi mkabbar fuq art imwarrba u, fir-rigward ta’ l-ewwel inċiż ta’ l-ewwel paragrafu ta’ dak il-paragrafu, jistgħu jinkludi t-tkabbir ta’ prodotti mingħajr kumpens.

Skond l-istess proċedura, il-Kummissjoni tista’:

- jew tagħmel l-għoti tal-pagamenti suġġett għall-użu ta’:

(i) żrieragħ speċifiċi;

(ii) żrieragħ ċertifikati fil-każ tal-qamħ ta’ l-Awstralja u kittien u qanneb imkabbar għall-fibra;

(iii) ċerti varjetajiet ta’ żrieragħ taż-żejt, qamħ ta’ l-Awstralja, żerriegħa tal-kittien u kittien u qanneb imkabbar għall-fibra,

- jew tipprovdi l-possibilità li l-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti tal-pagamenti suġġett għal tali kondizzjonijiet,

- tippermetti li d-dati fl-Artikolu 109 ikun varjati f’ċerti żoni fejn kondizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali jagħmlu d-dati normali mhux applikabbli.

Il-KAPITOLU 11 ’PREMIUMS’ GĦAN-NAGĦAĠ U MOGĦOŻ

Artikolu 111

Ambitu ta’ l-applikazzjoni

Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 67, l-Istati Membri għandhom jagħtu, fuq bażi annwali, ‘premiums’ jew pagamenti addizzjonali lill-bdiewa li jrabbu n-nagħaġ u l-mogħoż taħt il-kondizzjonijiet ipprovduti f’dan il-Kapitolu, ħlief jekk ipprovdut mod ieħor.

Artikolu 112

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "nagħġa" (‘ewe’) tfisser kull mara ta’ l-ispeċi tan-nagħaġ li kellha l-ħrief mill-inqas darba jew li għandha mill-inqas sena;

(b) "mogħża" (‘she-goat’) tfisser kull mara ta’ l-ispeċi tal-mogħoż li kellha l-gidien mill-inqas darba jew li għandha mill-inqas sena.

Artikolu 113

’Premium’ għan-nagħaġ u l-mogħoż

1. Bidwi li jżomm in-nagħaġ ġo l-azjenda tiegħu, meta japplika, jista’ jikkwalifika għall-‘premium’ għaż-żamma tan-nagħaġ (‘premium’ għan-nagħaġ).

2. Bidwi li jżomm il-mogħoż ġo l-azjenda tiegħu, meta japplika, jista’ jikkwalifika għall-‘premium’ għaż-żamma tal-mogħoż (‘premium’ għall-mogħoż). Dan il-‘premium’ għandu jingħata lill-bdiewa f’żoni speċifiċi fejn il-produzzjoni tilħaq iż-żewġ kriterji li ġejjin:

(a) it-trobbija tal-mogħoż hi prinċipalment diretta lejn il-produzzjoni tal-laħam tal-mogħoż;

(b) metodi tekniċi ta’ trobbija tan-mogħoż u n-nagħaġ huma simili fin-natura tagħhom.

Lista ta’ tali żoni għandha tkun stabbilita skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

3. Il-‘premium’ għan-nagħaġ u l-‘premium’ għall-mogħoż għandhom jingħataw f’forma ta’ pagament annwali għal kull annimal eliġibbli u għal kull bidwi fil-limiti individwali. In-numru minimu ta’ annimali meħtieġ biex tkun sottomessa applikazzjoni għall-‘premium’ għandu jkun determinat mill-Istat Membru. Dan il-minimu m’għandux ikun inqas minn 10 jew ikbar minn 50.

4. Għal kull nagħġa, l-ammont tal-‘premium’ għandu jkun EUR 21. Madankollu għall-bdiewa li jagħmlu ‘marketing’ tal-ħalib tan-nagħaġ u ta’ prodotti bbażati fuq il-ħalib tan-nagħaġ il-‘premium’ għal kull nagħġa għandu jkun EUR 16,8.

5. Għal kull mogħża l-ammont tal-‘premium’ għandu jkun EUR 16,8.

Artikolu 114

’Premium’ supplimentari

1. ‘Premium’ supplimentari għandu jitħallas lill-bdiewa f’żoni fejn il-produzzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż tikkostitwixxi attività tradizzjonali jew tagħti kontribut sinifikanti lill-ekonomija rurali. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu dawn iż-żoni. F’kull każ, il-‘premium’ supplimentari għandu jingħata biss lill-bidwi li l-azjenda tiegħu għandha mill-inqas 50 % ta’ l-‘area’ tagħha użata għall-agrikoltura u li tinsab f’żoni inqas favoriti kif definiti skond ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

2. Il-‘premium’ supplimentari għandu jingħata ukoll lill-bidwi li jipprattika ċ-ċaqliq ta’ l-għanem ta’ kull staġun minn reġjun għall-ieħor (‘transhumance’) sakemm:

(a) mill-inqas 90 % ta’ l-annimali li għalihom japplika l-‘premium’ jitħallew jirgħu għal mill-inqas 90 jum konsekuttiv f’żona eliġibbli stabbilita skond il-paragrafu 1, u

(b) iċ-ċentru ta’ l-azjenda hu stabbilit f’żona ġeografika definita sew u li għaliha kien stabbilit mill-Istat Membru li ċ-caqliq ta’ l-għanem ta’ kull staġun minn reġjun għall-ieħor hi prattika tradizzjonali fit-trobbija tan-nagħaġ u/jew tal-mogħoż u li dawn il-movimenti ta’ l-annimali huma neċessarji minħabba nuqqas ta’ għalf f’kwantitajiet biżżejjed matul dan il-perjodu ta’ ċaqliq.

3. L-ammont tal-‘premium’ supplimentari għandu jkun iffissat għal EUR 7 għal kull nagħġa u mogħża. Il-‘premium’ supplimentari għandu jingħata taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti għall-għoti tal-‘premium’ għan-nagħaġ u l-mogħoż.

Artikolu 115

Dispożizzjonijiet komuni

1. Il-‘premia’ għandhom jitħallsu lill-bdiewa fuq il-bażi tan-numru ta’ nagħaġ u/jew mogħoż miżmuma ġo l-azjenda tagħhom matul perjodu minimu li għandu jkun determinat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

2. Meta jsir applikabbli Regolament li jipprovdi regoli ġodda għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż, annimal għandu jkun identifikat u irreġistrat skond dawn ir-regoli biex jikkwalifika għall-‘premium’.

Artikolu 116

Limiti individwali

1. Fl-1 ta’ Jannar 2005 il-limitu individwali għal kull bidwi msemmi fl-Artikolu 113(3), għandu jkun ugwali għan-numru tad-drittijiet għall-‘premium’ li kellu fil-31 ta’ Diċembru 2004 skond ir-regoli rilevanti tal-Komunità.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li s-somma tad-drittijiet għall-‘premium’ fit-territorju tagħhom ma taqbiżx il-limiti nazzjonali mniżżla fil-paragrafu 4 u li r-riżervi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 118 jistgħu jinżammu.

3. Drittijiet għall-‘premium’, li ġew irtirati a bażi tal-miżura meħuda skond il-paragrafu 2 għandhom jiġu mħassra.

4. Għandhom japplikaw il-limiti li ġejjin:

Stat Membru | Drittijiet (× 1 000) |

Il-Belġju | 70 |

Id-Danimarka | 104 |

Il-Ġermanja | 2432 |

Il-Greċja | 11023 |

Spanja | 19580 |

Franza | 7842 |

L-Irlanda | 4956 |

L-Italja | 9575 |

Il-Lussemburgu | 4 |

Il-Pajjiżi Baxxi | 930 |

L-Awstrija | 206 |

Il-Portugall | 2690 |

Il-Finlandja | 80 |

L-Isvezja | 180 |

Ir-Renju Unit | 19492 |

Total | 79164 |

Artikolu 117

Trasferiment ta’ drittijiet għall-‘premium’

1. Fejn il-bidwi jbiegħ jew b’mod ieħor jittrasferixxi l-azjenda tiegħu, jista’ jittrasferixxi d-drittijiet tiegħu kollha għall-‘premium’ lill-persuna li għandha tgħaddi l-azjenda.

2. Bidwi jista’ ukoll, b’mod totali jew parzjalment, jittrasferixxi d-drittijiet tiegħu lil bdiewa oħra mingħajr ma jittrasferixxi l-azjenda tiegħu.

Fil-każ ta’ trasferiment tad-drittijiet mingħajr trasferiment ta’ l-azjenda, parti mid-drittijiet għall-‘premium’, mhux aktar mill-15 %, għandhom jiġu ċeduti bla kumpens, lir-riżerva nazzjonali ta’ l-Istat Membru fejn tinsab l-azjenda tiegħu biex jerġgħu jiġu mqassma bla ħlas.

L-Istati Membri jistgħu jakkwistaw drittijiet għall-‘premium’ mingħand bdiewa li, fuq bażi volontarja, jaqblu li jċedu d-drittijiet tagħhom, b’mod totali jew parzjalment. F’dan il-każ pagamenti għall-akkwist ta’ tali drittijiet jistgħu jiġu magħmula lil tali bdiewa jew mill-‘budgets’ nazzjonali jew kif ipprovdut taħt l-Artikolu 119(2), il-ħames inċiż.

B’deroga mill-paragrafu 1 u f’ċirkustanzi ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li f’każ ta’ bejgħ jew trasferiment ieħor ta’ l-azjenda, it-trasferiment ta’ drittijiet jiġi mwettaq mill-intermedjarju tar-riżerva nazzjonali.

3. L-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jevitaw li drittijiet għall-‘premium’ jiġu meħuda ‘il bogħod minn żoni sensittivi jew reġjuni fejn il-produzzjoni tan-nagħaġ hi importanti speċjalment għall-ekonomija lokali.

4. L-Istati Membri, qabel data li għandhom jiddeterminaw huma stess, jistgħu jawtorizza trasferimenti temporanji ta’ dik il-parti tad-drittijiet għall-‘premium’, li mhumiex maħsuba biex jintużaw mill-bidwi li jżommhom.

Artikolu 118

Riżerva nazzjonali

1. Kull Stat Membru għandu jżomm riżerva nazzjonali ta’ drittijiet għall-‘premium’.

2. Kull dritt għall-‘premium’ irtirat skond l-artikolu 117(2) jew xi dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità għandu jkun miżjud mar-riżerva nazzjonali.

3. L-Istati Membri jistgħu jallokaw drittijiet għall-‘premium’ lill-bdiewa, fil-limiti tar-rizervi nazzjonali tagħhom. Waqt li jagħmlu l-allokazzjoni għandhom jagħtu preċedenza b’mod partikolari lill-bdiewa ġodda, lill-bdiewa żgħażagħ u lill-bdiewa oħra li għandha tingħatalhom prijorità.

Artikolu 119

Pagamenti addizzjonali

1. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71, l-Istati Membri, fuq bażi annwali, għandhom jagħmlu pagamenti addizzjonali li jlaħħqu l-ammonti globali mniżżla fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li jżidu l-ammonti globali mniżżla fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu billi jnaqqsu l-ammonti tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 113. It-tnaqqis fl-ammonti, li jista’ jiġi applikat fuq bażi reġjonali, m’għandux jaqbeż euro wieħed.

Il-pagamenti għandhom jiġu magħmula, fuq bażi annwali, skond kriterji oġġettivi inklużi, b’mod partikolari l-istrutturi u l-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni rilevanti, u b’mod li jkun żgurat trattament ugwali bejn il-produtturi u li jkunu evitati distorzjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni. Barraminnhekk, tali pagamenti m’għandhomx ikunu marbuta mal-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tas-suq. Jistgħu jiġu magħmula fuq bażi reġjonali.

2. Pagamenti jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

- pagamenti lill-bdiewa okkupati f’tipi speċifiċi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari produzzjonijiet relatati mal-kwalità, li huma importanti għall-ekonomija lokali u l-protezzjoni ta’ l-ambjent;

- żjieda fil-‘premium’ imniżżel fl-Artikolu 113. L-ammonti addizzjonali jistgħu jkunu suġġetti għall-applikazzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ ‘stocking density’, li għandhom ikunu determinati mill-Istat Membru skond il-kondizzjonijiet lokali;

- appoġġ għar-ristrutturazzjoni ta’ l-azjendi tal-bdiewa jew l-iżvilupp ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi;

- pagamenti għaż-żona lill-bdiewa, għandhom jingħataw għal kull ettaru ta’ żona ta’ għalf li hi disponibbli għall-bidwi matul is-sena kalendarja konċernata u li għaliha l-ebda pagamenti m’huma mitluba għall-istess sena taħt l-iskema ta’ appoġġ għall-bdiewa li jipproduċu ċerti prodotti li jinħartu, taħt is-sistema ta’ għajnuna għall-għalf niexef u taħt skemi ta’ għajnuna tal-Komunità għall-prodotti oħra permanenti jew ortikulturali;

- pagamenti lill-bdiewa li jċedu d-drittijiet tagħhom fuq bażi volontarja skond l-artikolu 117(2);

- appoġġ għat-titjib u r-razzjonalizzazzjoni ta’ l-ipproċessar u l-‘marketing’ tal-laħam tan-nagħaġ u l-mogħoż.

3. Għandhom japplikaw l-ammonti globali li ġejjin:

(espressi f’eluf ta’ euro) |

Il-Belġju | 64 |

Id-Danimarka | 79 |

Il-Ġermanja | 1793 |

Il-Greċja | 8767 |

Spanja | 18827 |

Franza | 7083 |

L-Irlanda | 4875 |

L-Italja | 6920 |

Il-Lussemburgu | 4 |

Il-Pajjiżi Baxxi | 743 |

L-Awstrija | 185 |

Il-Portugall | 2275 |

Il-Finlandja | 61 |

L-Isvezja | 162 |

Ir-Renju Unit | 20162 |

Artikolu 120

Limiti

Is-somma ta’ l-ammonti ta’ kull ‘premium’ jew pagament addizzjonali m’għandhiex taqbeż l-limitu, ffissat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 64(2).

Fejn l-ammont totali ta’ l-għajnuna mitluba jaqbeż l-limitu ffissat, f’dik is-sena l-għajnuna għal kull bidwi għandha titnaqqas b’mod proporzjonali.

Il-KAPITOLU 12 PAGAMENTI GĦAĊ-ĊANGA U L-VITELLA

Artikolu 121

Ambitu ta’ l-applikazzjoni

Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 68, l-Istati Membri, taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f’dan il-Kapitolu, ħlief jekk ipprovdut mod ieħor, għandhom jagħtu l-għajnuna jew għajnuniet magħżula mill-Istati Membri konċernati skond dak l-Artikolu.

Artikolu 122

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu:

(a) "reġjun" ifisser Stat Membru jew reġjun fi Stat Membru, skond l-għażla ta’ l-Istat Membru konċernat,

(b) "gendus" (‘bull’) ifisser annimal raġel ta’ l-ifrat mhux imsewwi,

(ċ) "għoġol" (‘steer’) ifisser annimal raġel ta’ l-ifrat imsewwi,

(d) "baqra suckler" tfisser baqra li tappartjeni għal razza tal-laħam jew mwielda minn inkroċju ma' razza tal-laħam, u li tappartjeni għal merħla maħsuba għat-trobbija ta' għoġġiela għall-produzzjoni tal-laħam,

(e) "għoġla" tfisser annimal ta’ l-ifrat mara mill-età ta’ tminn xhur li għadha ma wilditx għoġiela.

Artikolu 123

’Premium’ speċjali

1. Bidwi li jżomm annimali ta’ l-ifrat irġiel ġo l-azjenda tiegħu jista’ jikkwalifika, meta japplika, għall-‘premium’ speċjali. Għandu jingħata f’forma ta’ ‘premium’ annwali għal kull sena kalendarja u għal kull azjenda fil-limiti tal-limiti reġjonali, għal mhux aktar minn 90 annimal u għal kull waħda mill-kategorijiet ta’ età mniżżla fil-paragrafu 2.

2. Il-‘premium’ speċjali m’għandux jingħata aktar minn:

(a) darba fil-ħajja ta’ kull gendus mill-età ta’ disa’ xhur, or

(b) darbtejn fil-ħajja ta’ kull għoġol:

- l-ewwel darba fl-età ta’ disa’ xhur,

- it-tieni darba wara l-età ta’ 21 xhar.

3. Biex jikkwalifika għall-‘premium’ speċjali:

(a) kull annimal kopert b’applikazzjoni għandu jinżamm mill-bidwi għat-tismin għall-perjodu li għandu jiġi determinat,

(b) sakemm jinqatel jew sakemm jiġi esportat, kull annimal għandu jkun kopert jew bil-passaport għall-annimali msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjonita’ l-ifrat u rigward it-twaħħil ta’ tikketti fuq iċ-ċanga u l-prodotti taċ-ċanga [37], liema passaport għandu jkun fih l-informazzjoni rilevanti kollha fuq l-‘istatus’ ta’ ‘premium’ ta’ l-annimal jew, jekk mhux disponibbli, b’dokument amministrattiv ekwivalenti.

4. Fejn f’reġjun partikolari n-numru totali ta’ gniedes mill-età ta’ disa’ xhur u ta’ għoġiela mill-età ta’ disa’ sa għoxrin xahar, li għalihom saret applikazzjoni u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ ‘premium’ speċjali, jaqbeż il-limitu reġjonali msemmi fil-paragrafu 8, in-numru ta’ l-annimali eliġibbli kollha taħt il-paragrafu 2(a) u(b) għal kull bidwi għas-sena in kwistjoni għandu jonqos b’mod proporzjonali.

Fis-sens ta’ dan l-Artikolu, "limiti reġjonali" jfissru n-numru ta’ annimali li għandhom dritt jibbenefikaw mill-‘premium’ speċjali f’reġjun u għal kull sena kalendarja.

5. B’deroga mill-paragrafi 1 u 4, l-Istati Membri jistgħu:

- fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li huma parti mill-politika ta’ żvilupp rurali u bil-kondizzjoni li jieħdu in kunsiderazzjoni aspetti ambjentali kif ukoll aspetti relatati ma’ l-impjiegi, ibiddlu jew jirrinunzjaw il-limitu ‘headage’ ta’ 90 annimal għal kull azjenda u għal kull kategorija ta’ età, u,

- meta jeserċitaw dan il-poter, jiddeċidu li japplikaw il-paragrafu 4 b’mod li jilħqu l-livell ta’ tnaqqis meħtieġ biex ikun osservat il-limitu reġjonali applikabbli, mingħajr ma japplikaw tali tnaqqis lill-bdiewa żgħar li, fir-rigward tas-sena in kwistjoni, ma ssottomettewx applikazzjonijiet għall-‘premium’ speċjali għal iktar minn numru minimu ta’ annimali determinat mill-Istat Membru konċernat.

6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li jagħtu l-‘premium’ speċjali fiż-żmien tal-qtil. In this case, for bulls the age criterion referred to in paragraph 2(a) shall be replaced by a minimum carcass of 185 kilogramsetà

Il-‘premium’ għandu jitħallas jew jingħata lura lill-bdiewa.

Ir-Renju Unit hu awtorizzat li fl-Irlanda ta’ Fuq japplika sistema għall-għoti tal-‘premium’ speċjali differenti minn dik applikata fil-bqija tat-territorju tiegħu.

7. L-ammont tal-‘premium’ speċjali għandu jkun iffissat għal:

(a) EUR 210 għal kull gendus eliġibbli;

(b) EUR 150 għal kull għoġol eliġibbli u għal kull kategorija ta’ età.

8. Għandhom japplikaw il-limiti reġjonali li ġejjin:

Il-Belġju | 235149 |

Id-Danimarka | 277110 |

Il-Ġermanja | 1782700 |

Il-Greċja | 143134 |

Spanja | 713999 |

Franza | 1754732 |

L-Irlanda | 1077458 |

L-Italja | 598746 |

Il-Lussemburgu | 18962 |

L-Olanda | 157932 |

L-Awstrija | 373400 |

Il-Portugall | 175075 |

Il-Finlandja | 250000 |

L-Isvezja | 250000 |

Ir-Renju Unit | 1419811 |

Artikolu 124

’Deseasonalisation premium’

1. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71 fejn, fi Stat Membru n-numru ta’ għoġiela:

(a) maqtula f’sena partikolari jaqbeż is-60 % tat-total annwali ta’ qtil ta’ frat irġiel, u

(b) maqtula matul il-perjodu l-1 ta’ Settembru sat-30 ta’ Novembru f’sena partikolari jaqbeż it-35 % tat-total annwali ta’ qtil ta’ għoġiela,

meta japplikaw, il-bdiewa jistgħu jikkwalifikaw għall-‘premium’ addizzjonali għall-‘premium’ speċjali (‘deseasonalisation premium’). Madankollu, jekk iż-żewġ rati msemmija hawn fuq jiġu milħuqa fl-Irlanda jew fl-Irlanda ta’ Fuq, il-‘premium’ għandu japplika fl-Irlanda u fl-Irlanda ta’ Fuq.

Għall-iskop ta’ l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu fir-Renju Unit, l-Irlanda ta’ Fuq għandha tkun meqjusa bħala entità separata.

2. L-ammont ta’ dan il-‘premium’ għandu jkun iffissat għal:

- EUR 72,45 għal kull annimal maqtul matual l-ewwel 15-il ġimgħa f’sena partikolari,

- EUR 54,34 għal kull annimal maqtul matul is-16 u s-17 -il ġimgħa f’sena partikolari,

- EUR 36,23 għal kull annimal maqtul matul it-18 sal-21 ġimgħa f’sena partikolari, u

- EUR 18,11 għal kull annimal maqtual matul it-22 u it-23 ġimgħa f’sena partikolari.

3. Fejn r-rata msemmija fil-paragrafu 1(b) ma tintlaħaqx, waqt li jittieħed kont tas-sentenza ta’ qabel ta’ l-aħħar tal-paragrafu 1, l-Istati Membri li l-bdiewa tagħhom kienu rċevew qabel id-‘deseasonalisation premium’, jistgħu jiddeċidu li jagħtu dan il-‘premium’ bir-rata ta’ 60 % ta’ l-ammonti mniżżla fil-paragrafu 2.

F’tali każ, l-Istat Membru konċernat:

(a) jista’ jiddeċidi li jagħti dan il-‘premium’ biss għall-ewwel tnejn jew tlieta mill-perjodi in kwistjoni,

(b) għandu jiżgura li l-miżura hi finanzjarjament newtrali fir-rigward ta’ l-istess sena ta’ ‘budget’ billi inaqqas għalhekk:

- l-ammont tat-tieni kategorija ta’ età tal-‘premium’ speċjali applikabbli għall-għoġiela mogħti f’dak l-Istat Membru, u/jew

- il-pagamenti addizzjonali magħmula taħt it-Taqsima 2, u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżura ta’ tnaqqis applikata.

Għall-iskop ta’ l-applikazzjoni ta’ din il-miżura, l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom jiġu meqjusa bħala entità waħda għall-kalkulazzjonni tar-rata msemmija fil-paragrafu 1(a) u konsegwentement għall-kwalifikazzjoni għall-‘premium’.

4. Biex ikun stabbilit jekk il-persentaġġi msemmija f’dan l-Artikolu ġewx maqbuża, għandu jittieħed kont tal-qtil imwettaq matul it-tieni sena ta’ qabel dik li fiha ġie maqtul l-annimal li kkwalifika għall-‘premium’.

Artikolu 125

’Premium’ għall-baqar ‘suckler’

1. Bidwi li jżomm baqar ‘suckler’ ġo l-azjenda tiegħu, meta japplika, jista’ jikkwalifika għall-‘premium’ għaż-żamma tal-baqar ‘suckler’ (‘premium’ għall-baqar ‘suckler’). Għandu jingħata f’forma ta’ ‘premium’ annwali għal kull sena kalendarja u għal kull bidwi fil-limiti individwali.

2. Il-‘premium’ għall-baqra ‘suckler’ għandu jingħata lil kull bidwi:

(a) li ma jipprovdix ħalib jew prodotti tal-ħalib mir-razzett tiegħu għal perjodu ta’ 12-il xahar mill-ġurnata li fiha ġiet sottomessa l-applikazzjoni.

Madankollu, il-provvista tal-ħalib jew tal-prodotti tal-ħalib direttament mill-azjenda għall-konsumatur m’għandhiex tipprojibixxi l-għoti tal-‘premium’,

(b) li jipprovdi ħalib jew prodotti tal-ħalib li l-kwantità totali ta’ referenza individwali tagħhom msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 ma taqbiżx l-120000 kilogramma. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċidu, fuq bażi ta’ kriterji oġġettvi li determinati minnhom, li jbiddlu jew jirrinunzjaw għal dan il-limitu kwantitattiv,

sakemm il-bidwi, għal mill-inqas sitt xhur mill-ġurnata li fiha ġiet sottomessa l-applikazzjoni, iżomm numru ta’ baqar ‘suckler’ mill-inqas ugwali għal 60 % u numru ta’ għoġla l-aktar l-aktar ugwali għal 40 % tan-numru li għalih ġie mitlub il-‘premium’.

Għall-iskopijiet ta’ determinazzjoni tan-numru ta’ annimali eliġibbli taħt il-punti (a) u (b) ta’ l-ewwel paragrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jekk il-baqar jappartienux lill-merħla ‘suckler’ jew lill-merħla tal-ħalib għandu jkun stabbilit fuq il-bażi tal-kwantità ta’ referenza individwali tal-benefiċjarju kif definita fl-Artikolu 95(2) u fuq il-produzzjoni medja tal-ħalib.

3. Id-dritt tal-bdiewa għall-‘premium’ għandu jkun limitat bl-applikazzjoni tal-limitu individwali kif definit fl-Artikolu 126.

4. Għal kull annimal individwali, l-ammont ta’ ‘premium’ eliġibbli għandu jkun ta’ EUR 200.

5. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 68(a)(i), l-Istati Membri jistgħu jagħtu ‘premium’ nazzjonali addizzjonali għall-baqra ‘suckler’, sa massimu ta’ EUR 50 għal kull animal, sakemm ma tkun ikkawżata l-ebda diskriminazzjoni bejn bdiewa li jżommu l-bhejjem fl-Istat Membru konċernat.

Fir-rigward ta’ azjendi li jinsabu f’reġjun kif definit fl-Artikoli 3 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jippreskrivi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [43], l-ewwel EUR 24,15 ta’ dan il-‘premium’ addizzjonali għal kull annimal għandhom ikunu iffinanzjati mit-Taqsima ‘Garanzija’ tal-Fond Ewropew tal-Gwida u Garanzija(FAEGG).

Fir-rigward ta’ azjendi li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru, jekk fl-Istat Membru konċernat il-popolazzjoni tal-baqar għandha proporzjon għoli ta’ baqar ‘suckler’, li jirrappreżentaw mill-inqas 30 % tan-numru totali ta’ baqar, u jekk mill-inqas 30 % ta’ frat irġiel maqtula jappartienu għall-klassijiet ta’ konformazzjoni S u E, it-Taqsima ‘Garanti’ tal-FAEGG għandha tiffinanzja l-‘premium’ addizzjonali b’mod sħiħ. Kull qbiż ta’ dawn il-persentaġġi hi stabbilita fuq il-bażi tal-medja tas-sentejn ta’ qabel dik is-sena li għaliha jingħata l-‘premium’.

6. Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, għandu biss jittieħed kont ta’ għoġla li jappartienu lil razza tal-laħam jew imwielda minn taħlit ma’ razza tal-laħam u li jappartienu lill-merħla maħsuba għat-trobbija ta’ l-għoġla għall-produzzjoni tal-laħam.

Artikolu 126

Limitu individwali għall-baqra ‘suckler’

1. Għajnuna għandha tingħata lil kull bidwi li jżomm il-baqar ‘suckler’ fil-limiti individwali stabbiliti fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li s-somma tad-drittijiet għall-‘premium’ fit-territorju tagħhom ma taqbiżx il-limiti nazzjonali msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u li r-riżervi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 128 jistgħu jinżammu.

3. Fejn l-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2 jeħtieġ tnaqqis tal-limiti individwali li għandhom il-bdiewa, għandu jigi mwettaq mingħajr pagament ta’ kumpens u deċiż fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, inkluż, b’mod partikolari:

- ir-rata li biha l-bdiewa użaw il-limiti individwali tagħhom matul it-tlett snin ta’ referenza ta’ qabel is-sena 2000,

- l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ investiment jew ta’ estensjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella,

- ċirkustanzi naturali partikolari jew l-applikazzjoni ta’ penali, li jirriżultaw f’nuqqas ta’ pagament jew f’pagament imnaqqas għal mill-inqas sena ta’ referenza waħda,

- ċirkustanzi eċċezzjonali addizzjonali li għandhom l-effett li l-pagamenti magħmula għal mill-inqas sena ma jikkorrispondux mas-sitwazzjoni attwali kif stabbilita matul is-snin ta’ qabel.

4. Drittijiet għall-‘premium’ li ġew irtirati skond il-miżura pprovduta fil-paragrafu 2 għandhom jiġu mħassra.

5. Għandhom japplikaw il-limiti nazzjonali li ġejjin:

Il-Belġju | 394253 |

Id-Danimarka | 112932 |

Il-Ġermanja | 639535 |

Il-Greċja | 138005 |

Spanja | 1441539 |

Franza | 3779866 |

L-Irlanda | 1102620 |

L-Italja | 621611 |

Il-Lussemburgu | 18537 |

Il-Pajjiżi Baxxi | 63236 |

L-Awstrija | 375000 |

Il-Portugall | 416539 |

Il-Finlandja | 55000 |

L-Isvezja | 155000 |

Ir-Renju Unit | 1699511 |

Artikolu 127

Trasferiment tad-drittijiet għall-‘premium’ għall-baqra ‘suckler’

1. Meta bidwi jbiegħ jew b’xi mod ieħor jittrasferixxi l-azjenda tiegħu, jista’ jittrasferixxi id-drittijiet tiegħu kollha għall-‘premium’ għall-baqra ‘suckler’ lill-persuna li għandha tgħaddi l-azjenda tiegħu.

Fil-każ ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-‘premium’ mingħajr trasferiment ta’ l-azjenda, parti mid-drittijiet trasferiti, li m’għandhix taqbeż l-15 %, għandha tiġi rritornata mingħajr pagament ta’ kumpens lir-riżerva nazzjonali ta’ l-Istat Membru fejn tinsab l-azjenda biex jerġgħu jiġu mqassma mingħajr ħlas.

2. L-Istati Membri:

(a) għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex ma jħallux li d-drittjiet għall-‘premium’ jiġu trasferiti barra minn żoni sensittivi jew reġjuni fejn il-produzzjoni taċ-ċanga u l-vitella hi importanti b’mod partikolari għall-ekonomija lokali;

(b) jistgħu jipprovdu jew li t-trasferiment ta’ drittijiet mingħajr trasferiment ta’ l-azjenda jsir direttament bejn il-bdiewa jew li jsir permezz ta’ l-intermedjarju tar-riżerva nazzjonali.

3. L-Istati Membri, qabel data li trid tiġi determinata, jistgħu jawtorizzaw trasferimenti temporanji ta’ parti mid-drittijiet għall-‘premium’ li mhumiex maħsuba biex jintużaw mill-bidwi li jipposjedihom

Artikolu 128

Riżerva nazzjonali tad-drittijiet għall-‘premium’ għall-baqra ‘suckler’

1. Kull Stat Membru għandu jżomm riżerva nazzjonali tad-drittijiet għall-‘premium’ għall-baqra ‘suckler’.

2. Kull dritt għall-‘premium’ irtirat skond l-artikolu 127(1) jew dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità għandu jiġi miżjud mar-riżerva nazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 126(4).

3. L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżervi nazzjonali tagħhom biex jallokaw drittijiet għall-‘premium’, fil-limiti ta’ dawk ir-riżervi, b’mod partikolari lill-bdiewa ġodda, bdiewa żgħażagħ u bdiew oħra li trid tingħatalhom prijorità.

Artikolu 129

Għoġla

1. B’deroga mill-Artikolu 125(3), l-Istati Membri fejn iżjed minn 60 % tal-baqar ‘suckler’ u għoġla jinżammu f’żoni bil-muntanji fis-sens ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 jistgħu jiddeċidu li jamministraw l-għoti tal-‘premium’ għall-baqra ‘suckler’ għall-għoġla separatament minn dak għall-baqar ‘suckler’ fil-limiti ta’ limitu nazzjonali separat li għandu jkun stabbilit mill-Istat Membru konċernat.

Tali limitu nazzjonali separat m’għandux jaqbeż l-40 % tal-limitu nazzjonali ta’ l-Istat Membru konċernat imniżżel fl-Artikolu 126(5). Dak il-limitu nazzjonali għandu jkun imnaqqas b’ammont ugwali għall-limitu nazzjonali separat.. Fejn fi Stat Membru li qed jeżerċita l-poter ipprovdut f’dan il-paragrafu, in-numru totali ta’ għoġla, li għalihom saret applikazzjoni, u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-‘premium’ għall-baqra ‘suckler’, jaqbeż il-limitu nazzjonali separat, in-numru ta’ għoġla eliġibbli għal kull bidwi għas-sena in kwistjoni għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali.

2. Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu, għandu jittieħed kont biss ta’ għoġla li jappartienu lil razza tal-laħam jew dawk imwielda b’taħlit ma’ razza tal-laħam.

Artikolu 130

’Premium’ għall-qtil

1. Bidwi li jżomm annimali ta’ l-ifrat ġo l-azjenda tiegħu, meta japplika, jista’ jikkwalifika għall-‘premium’ għall-qtil. Għandu jingħata mal-qtil ta’ annimali eliġibbli jew ma’ l-esportazzjoni tagħhom f’terza pajjiż u fil-limiti nazzjonali li jrid jiġu determinati.

Dawn li ġejjin huma eliġibbli għall-‘premium’ għall-qtil:

(a) gniedes, għoġiela, baqar u għoġla mill-età ta’ tmien xhur,

(b) għoġiela ta’ iktar minn xahar u inqas minn tmien xhur u ta’ karkassa li tiżen sa 185 kg,

sakemm kienu miżmuma mill-bidwi għall-perjodu li jrid jiġi determinat.

2. L-ammont tal-‘premium’ għandu jkun iffissat għal:

(a) EUR 80 għal kull annimal eliġibbli kif speċifikat taħt il-paragrafu 1(a);

(b) EUR 50 għal kull animal eliġibbli kif speċifikat taħt il-paragrafu 1(b).

3. Il-limiti nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti għal kull Stat Membru u separatament għaż-żewġ gruppi ta’ annimali kif speċifikat fl-(a) u (b) ta’ dak il-paragrafu. Kull limitu għandu jkun ugwali għan-numru ta’ annimali ta’ kull wieħed minn dawn iż-żewġ gruppi li fl-1995 ġew maqtula fl-Istat Membru konċernat miżjud ma’ dawk l-annimali esportati lejn terzi pajjiżi, skond ‘data’ ta’ l-Eurostat jew xi informazzjoni statistika uffiċċjali oħra ppublikata għal dik is-sena u aċċettata mill-Kummissjoni.

4. Fejn fi Stat Membru partikolari n-numru totali ta’ annimali, li għalihom saret applikazzjoni fir-rigward ta’ wieħed miż-żewġ gruppi ta’ annimali speċifikati fl-(a) jew (b) tal-paragrafu 1, u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-‘premium’ għall-qtil, jaqbeż il-limitu nazzjonali stabbilit għal dak il-grupp, in-numru ta’ l-annimali eliġibbli kollha ta’ dak il-grupp għal kull bidwi għas-sena in kwistjoni għandu jkun imnaqqas b’mod proporzjonali.

Artikolu 131

Densità ta’ ‘stocking’

1. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71, in-numru totali ta’ annimali li jikkwalifikaw għall-‘premium’ speċjali u l-‘premium’ għall-baqra ‘suckler’ għandu jkun limitat bl-applikazzjoni tad-densità ta’ ‘stocking’ ġo l-azjenda ta’ żewġ ‘units’ ta’ bhejjem (‘livestock units’) (LU) għal kull ettaru u sena kalendarja. Id-densità ta’ ‘stocking’ għandha tkun ta’ 1,8 LU mill-1 ta’ Jannar 2003. Din id-densità ta’ ‘stocking’ għandha tkun espressa f’LU għal kull ‘unit’ ta’ żona għall-għalf ta’ l-azjenda użat għall-annimali li jinsabu ġo fiha. Madankollu, bidwi għandu jkun eżenti mill-applikazzjoni tad-densità ta’ ‘stocking’ jekk in-numru ta’ annimali li jżomm fl-azjenda tiegħu u li għandu jittieħed kont tagħhom biex tiġi determinata id-densità ta’ ‘stocking’ mhux aktar minn 15 LU.

2. Biex tkun stabbilita d-densità ta’ ‘stocking’ ġo l-azjenda, għandu jittieħed kont ta’:

(a) l-annimali ta’ l-ifrat irġiel, baqar ‘

suckler

’ u għoġla, nagħaġ u/jew mogħoż li għalihom ġew sottomessi applikazzjonijiet għall-‘

premium

’ kif ukoll il-baqar tal-ħalib neċessarji biex jipproduċu l-kwantità totali ta’ referenza ta’ ħalib allokata għall-bidwi. In-numru ta’ annimali għandu jkun ikkonvertit f’LU b’referenza għat-tabella ta’ konverżjoni li ġejja:

Annimali ta’ l-ifrat irġiel u għoġla ikbar minn24 xahar, baqar ‘’, baqar tal-ħalib | 1,0 LU |

Annimali ta’ l-ifrat irġiel u għoġla minn sittxhur sa 24 xahar | 0,6 LU |

Nagħaġ | 0,15 LU |

Mogħoż | 0,15 LU |

(b) iż-żona għall-għalf, jiġifieri ż-żona fl-azjenda disponibbli matul is-sena kalendarja għat-trobbija ta’ annimali ta’ l-ifrat u nagħaġ u/jew mogħoż. Iż-żona għall-għalf m’għandhiex tinkludi:

- bini, imsaġar, għadajjar, mogħdijiet,

- żoni użati għall-prodotti oħra eliġibbli għall-għajnuna tal-Kommunità jew għall-prodotti permanenti jew prodotti ortikulturali ħlief għall-mergħa permanenti li għaliha pagamenti għaż-żona huma mogħtija skond l-Artikolu 136 jew, jekk ikun il-każ, l-Artikolu 96,

- żoni li jikkwalifikaw għas-sistema ta’ appoġġ stabbilita għall-bdiewa li jipproduċu ċerti prodotti li jinħartu, użati għall-iskema ta’ għajnuna għall-għalf niexef jew suġġetti għal skema għall-art imwarrba nazzjonali jew tal- Komunità.

Żona għall-għalf għandha tinkludi żoni użati għal aktar minn skop wieħed u żoni li huma suġġetti għall-kultivazzjoni mħallta.

Artikolu 132

Pagament għall-estensjoni

1. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71, il-bdiewa li jirċievu l-‘premium’ speċjali jew il-‘premium’ għall-baqra ‘suckler’ jistgħu jikkwalifikaw għall-pagament għall-estensjoni.

2. Il-pagament għall-estensjoni għandu jkun ta’ EUR 100 għal kull ‘premium’ speċjali u ‘premium’ għall-baqra ‘suckler’ mogħtija, sakemm fir-rigward tas-sena kalendarja konċernata d-densità ta’ ‘stocking’ ġo l-azjenda konċernata hi inqas minn jew ugwali għal 1,4 LU għal kull ettaru.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li jagħtu pagament ta’ estensjoni ta’ EUR 40 għal densità ta’ ‘stocking’ ta’ 1,4 LU għal kull ettaru jew iktar u inqas jew ugwali għal 1,8 LU għal kull ettaru, u EUR 80 għal densità ta’ ‘stocking’ ta’ inqas minn 1,4 LU għal kull ettaru.

3. Għall-iskopijiet ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 2:

(a) b’deroga mill-Artikolu 131(2)(a), id-densità ta’ ‘stocking’ ta’ l-azjendi għandha tkun determinata billi jittieħed kont ta’ l-ifrat irġiel, baqar u għoġla preżenti fl-azjendi matul is-sena kalendarja konċernata, kif ukoll in-nagħaġ u l-mogħoż li għalihom ġew sottomessi applikazzjonijiet għall-‘premium’ għall-istess sena kalendarja. In-numru ta’ annimali għandu jkun ikkonverit fl-LU b’referenza għat-tabella ta’ konverżjoni msemmija fl-Artikolu 131(2)(a);

(b) Mingħajr preġudizzju għat-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 131(2)(b), żoni użati għall-produzzjoni ta’ prodotti li jinħartu kif definiti fl-Anness IX m’għandhomx ikunu meqjusa bħala "żona għall-għalf";

(ċ) iż-żona għall-għalf li għandu jittieħed kont tagħha għall-kalkulazzjoni tad-densità ta’ ‘stocking’ għandha tikkonsisti f’mill-inqas 50 % ta’ art għall-mergħa.

"Art għall-mergħa" għandha tkun definita mill-Istati Membri. Id-definizzjoni għandha tinkludi mill-inqas il-kriterju li l-art għall-mergħa għandha tkun art bil-ħaxix li, skond prattiċi lokali tal-biedja hi rikonoxxuta bħala li hi maħsuba għall-mergħa ta’ l-ifrat u/jew nagħaġ. Madankollu, dan m’għandux jeskludi l-użu mħallat ta’ l-art għall-mergħa matul l-istess sena (mergħa, tiben, ħżin ta’ ħaxix għall-għalf).

4. Mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet ta’ densità ta’ ‘stocking’ imniżżla fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, bdiewa fi Stati Membri fejn iktar minn 50 % tal-produzzjoni tal-ħalib issir ġo żoni bil-muntanji fis-sens ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u li l-azjendi tagħhom jinsabu f’tali żoni, jistgħu jirċievu pagamenti ta’ estensjoni kif stabbiliti f’dak il-paragrafu għall-baqar tal-ħalib miżmuma hemmhekk.

5. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2), il-Kummissjoni, jekk ikun neċessarju, għandha taġġusta l-ammonti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, waqt li tieħu in kunsiderazzjoni, b’mod partikolari, in-numru ta’ annimali li kkwalifikaw għall-pagament fis-sena kalendarja ta’ qabel.

Artikolu 133

Pagamenti addizzjonali

1. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71, l-Istati Membri, fuq bażi annwali, għandhom jagħmlu pagamenti addizzjonali lill-bdiewa fit-territorju tagħhom li jammontaw għall-ammonti globali msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Tali pagamenti għandhom jiġu magħmula skond kriterji oġġettivi inklużi, b’mod partikolari, l-istrutturi u kondizzjonijiet rilevanti ta’ produzzjoni, u b’mod li jkun żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jkunu evitati distorzjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni. Moreover, such payments shall not be linked to fluctuations of market prices.

2. Pagamenti addizzjonali jistgħu jiġu magħmula f’forma ta’ pagamenti ‘headage’ u/jew pagamenti għaż-żona.

3. Għandhom japplikaw l-ammonti globali li ġejjin:

Il-Belġju | 39,4 |

Id-Danimarka | 11,8 |

Il-Ġermanja | 88,4 |

Il-Greċja | 3,8 |

Spanja | 33,1 |

Franza | 93,4 |

L-Irlanda | 31,4 |

L-Italja | 65,6 |

Il-Lussemburgu | 3,4 |

Il-Pajjiżi Baxxi | 25,3 |

L-Awstrija | 12,0 |

Il-Portugall | 6,2 |

Il-Finlandja | 6,2 |

L-Isvezja | 9,2 |

Ir-Renju Unit | 63,8 |

Artikolu 134

Pagamenti ‘headage’

1. Pagamenti ‘headage’ jistgħu jingħataw għall-:

(a) annimali ta’ l-ifrat irġiel,

(b) baqar ‘suckler’,

(ċ) baqar tal-ħalib,

(d) għoġla.

2. Pagamenti ‘headage’ jistgħu jingħataw bħala ammonti supplimentari għal kull ‘unit’ ta’ ‘premium’ għall-qtil kif imniżżel fl-Artikolu 130, esklużi l-għoġiela. Fil-każi l-oħra, l-għoti ta’ pagamenti ‘headage’ għandu jkun suġġett:

(a) għall-kondizzjonijiet speċjali mniżżla fl-Artikolu 135,

(b) għall-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ densità ta’ ‘stocking’ li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3. Il-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ densità ta’ ‘stocking’ għandhom ikunu stabbiliti:

- fuq il-bażi taż-żona għall-għalf imsemmija fl-Artikolu 131(2)(b), bl-eċċezzjoni ta’ żoni li għalihom jingħataw pagamenti għaż-żona skond l-Artikolu 136a,

- waqt li jittieħed kont, b’mod partikolari, ta’ l-impatt ambjentali fuq it-tip ta’ produzzjoni konċernata, is-sensittività ambjentali ta’ l-art użata għat-trobbija tal-bhejjem u l-miżuri li ġew implimentati bl-għan li tkun stabilizzata jew imtejba s-sitwazzjoni ambjentali ta’ din l-art.

Artikolu 135

Kondizzjonijiet għall-pagament ‘headage’

1. Pagamenti ‘headage’ għall-annimali ta’ l-ifrat irġiel jistgħu jingħataw għal kull sena kalendarja għal mhux aktar minn numru ta’ annimali fi Stat Membru:

- ugwali għall-limitu reġjonali ta’ l-Istat Membru konċernat imniżżel fl-Artikolu 123(8), jew

- ugwali għan-numru ta’ annimali ta’ l-ifrat irġiel li ngħatawlhom il-‘premiums’ fl-1997, jew

- ugwali għan-numru medju ta’ qtil ta’ annimali ta’ l-ifrat irġiel matul is-snin 1997, 1998 u 1999 meħud mill-istatistika ta’ l-Eurostat għal dawn is-snin jew minn xi informazzjoni statistika uffiċċjali oħra ppubblikata għal dawn is-snin u aċċettata mill-Kummissjoni.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu limitu ta’ ‘headage’ tan-numru ta’ annimali ta’ l-ifrat irġiel għal kull azjenda li għandu jkun determinat mill-Istat Membru fuq bażi nazzjonali jew reġjonali.

Għandhom biss ikunu eliġibbli annimali ta’ l-ifrat irġiel mill-età ta’ tmien xhur. Jekk pagamenti ‘headage’ jiġu magħmula fiż-żmien tal-qtil, l-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li jibdlu din il-kondizzjoni b’użin minimu ta’ karkassa ta’ mill-inqas 80 kilogramma.

2. Pagamenti ‘headage’ għall-baqar ‘suckler’ u għoġla li jikkwalifikaw għall-‘premium’ għall-baqra ‘suckler’ taħt l-Artikolu 125(4) u l-Artikolu 129 jistgħu biss jingħataw bħala ammont supplimentari għal kull ‘unit’ ta’ ‘premium’ għall-baqra ‘suckler’ kif stabbilit fl-Artikolu 125(4).

3. Pagamenti ‘headage’ għall-baqar tal-ħalib għandhom biss jingħataw bħala ammont għal kull tunnellata ta’ kwantità ta’ referenza eliġibbli għall-‘premium’ disponibbli ġo l-azjenda stabbilita skond l-Artikolu 95(2).

L-Artikolu 134(2)(b) ma japplikax.

4. Pagamenti ‘headage’ għall-għoġla li mhux dawk imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jingħataw għal kull Stat Membru u għal kull sena kalendarja għal mhux aktar minn numru ta’ għoġla ugwali għan-numru medju ta’ qtil ta’ għoġla matul is-snin 1997, 1998 u 1999 meħud mill-istatistika tal-Eurostat għal dawn is-snin jew minn xi informazzjoni statistika uffiċċjali oħra ppubblikata għal dawn is-snin u aċċettata mill-Kummissjoni.

Artikolu 136

Pagamenti għaż-żona

1. Pagamenti għaż-żona għandhom jingħataw għal kull ettaru ta’ mergħa permanenti:

(a) disponibbli għall-bidwi matul is-sena kalendarja konċernata,

(b) li mhux użat biex ikunu osservati l-kondizzjonijiet speċifiċI ta’ densità ta’ ‘stocking’ imsemmija fl-Artikolu 134(3), u

(ċ) fir-rigward ta’ liema ma jintalbu għall-istess sena l-ebda pagamenti taħt is-sistema ta’ appoġġ stabbilita għall-bdiewa li jipproduċu ċerti prodotti li jinħartu, taħt is-sistema ta’ għajnuna għall-għalf niexef u taħt skemi ta’ għajnuna tal-Komunità għall-prodotti permanenti jew prodotti ortikulturali oħra.

2. Iż-żona għall-mergħa permanenti f’reġjun fejn jistgħu jingħataw pagamenti għaż-żona m’għandhiex taqbeż il-‘base area’ reġjonali rilevanti.

’Base areas’ reġjonali għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri bħala n-numru medju ta’ ettari ta’ mergħa permanenti disponibbli għat-trobbija tal-ifrat matul is-snin 1995, 1996 u 1997.

3. Il-pagament massimu għaż-żona għal kull ettaru li jista’ jingħata, inklużi, jekk ikun il-każ, pagamenti għaż-żona skond l-Artikolu 96 m’għandux jaqbez il-EUR 350.

Artikolu 137

Trasmissjoni ta’ informazzjoni

Kull tibdil fl-arranġamenti nazzjonali dwar l-għoti ta’ pagamenti addizzjonali għandu jkun komunikat lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara li jkun ġie adottat.

Artikolu 138

Dispożizzjonijiet komuni

Biex jikkwalifika għall-pagamenti diretti taħt dan il-kapitolu, annimal għandu jkun identifikat u irreġistrat skond ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

Artikolu 139

Limiti

Is-somma ta’ l-ammonti ta’ kull pagament dirett mitlub taħt din il-kapitolu m’għandhix taqbeż limitu, iffissat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 64(2) korrispondenti mal-komponent ta’ kull wieħed minn dawn il-pagamenti diretti fil-limitu msemmi fl-Artikolu 41.

Fejn l-ammont totali ta’ għajnuna mitluba taqbeż il-limitu ffissat, l-għajnuna għal kull bidwi għandha titnaqqas b’mod proporzjonali f’dik is-sena.

Artikolu 140

Sustanzi projibiti taħt id-Direttiva 96/22/KE

1. Fejn residwi ta’ sustanzi projibiti taħt id-Directtiva 96/22/KE [48], jew residwi ta’ sustanzi awtorizzati taħt l-imsemmija Direttiva imma użati illegalment, jiġu skoperti skond id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 96/23/KE [49], f’annimal li jappartieni għall-merħla ta’ l-ifrat ta’ bidwi, jew fejn sustanza jew prodott mhux awtorizzati, jew sustanza jew prodott awtorizzati taħt id-Direttiva 96/22/KE imma miżmuma illegalment jinstabu ġo azjenda ta’ bidwi f’forma kwalunkwe, il-bidwi għandu jkun eskluż, għas-sena ta’ kalendarja li fiha tkun saret l-iskoperta, milli jirċievi l-ammonti pprovduti taħt dan il-Kapitolu.

Fil-każ ta’ ksur repetut tal-liġi, it-tul taż-żmien ta’ l-esklużjoni jista’, skond kemm tkun serja l-offiża, jiġi mtawwal għal ħames snin mis-sena li fiha ġie skopert il-ksur repetut.

2. Fil-każ ta’ xkiel minn naħa tas-sid jew minn min qed iżomm l-annimali meta qed jiġu mwettqa l-ispezzjonijiet jew meta qed jittieħdu il-kampjuni neċessarji għall-applikazzjoni ta’ pjani nazzjonali dwar ‘monitoring’ ta’ residwi jew meta qed jiġu mwettqa l-investigazzjonijiet u l-kontrolli pprovduti taħt id-Direttiva 96/23/KE, għandhom japplikaw il-penali pprovduti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Il-KAPITOLU 13 GĦAJNUNA GĦAL-LEGUM TAŻ-ŻERRIEGĦA

Artikolu 141

Ambitu ta’l-applikazzjoni

Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71, l-Istati Membri konċernati, għandhom jagħtu għajnuna għall-produzzjoni tal-legum taż-żerriegħa li ġejjin:

(a) għazz li mhux għaż-żriegħ koperti bil-kodiċi NM ex07134000;

(b) ċiċri li mhux għaż-żriegħ koperti bil-kodiċi NM ex07132000ex07132000

(ċ) ġulbiena ta’ l-ispeċi Vicia sativa L. u Vicia ervilla Willd. Koperti bil-kodiċi NM ex07139090ex07139090 (oħrajn).

Artikolu 142

Għajnuna

1. L-għajnuna għandha tingħata għas-sena ta’ ‘marketing’ għall-produzzjoni tal-legum taż-żerriegħa kopert mill-Artikolu 141. Is-sena ta’ ‘marketing’ għandha tiddekorri minn 1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju.

’Plot’ li tinħarat li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għall-għajnuna għal kull ettaru taħt sistema ffinanzjata skond l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru1258/1999 għandha tkun eskluża mill-eligibilità għall-pagament ta’ l-għajnuna pprovduta b’din is-sistema.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 143, l-għajnuna għal kull ettaru ta’ żona miżrugħa u maħsuda għandha tkun ta’ EUR 181 għal kull ettaru.

Artikolu 143

Limitu

Is-somma ta’ l-għajnuna mitluba m’għandhiex tkun ogħla minn limitu, iffissat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 64(2), korrispondenti mal-komponent tal-pagamenti għaż-żona tal-legum taż-żerriegħa msemmija fl-Anness VI fil-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 41.

Fejn l-ammont totali ta’ għajnuna jaqbeż il-limitu ffissat, l-għajnuna għal kull bidwi għandha f’dik is-sena titnaqqas b’mod proporzjonali.

It-TITOLU V REGOLI TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 144

Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, magħmul minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu pprovdut fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

Artikolu 145

Regoli ta’ Implementazzjoni

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2), għandhom ikunu adottati regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(a) regoli dettaljati relatati mat-twaqqif ta’ sistema konsultattiva għall-irziezet;

(b) regoli dettaljati relatati mad-definizzjoni tal-kriterji għall-allokazzjoni ta’ l-ammonti disponibbli bl-applikazzjoni tal-modulazzjoni;

(ċ) regoli dettaljati relatati ma’ l-għoti ta’ l-għajnuna pprovduta f’dan ir-Regolament, inklużi kondizzjonijiet ta’ eliġibilità, dati ta’ applikazzjoni u pagament u dispożizzjonijiet ta’ kontroll kif ukoll kontrolli u ffissar ta’ drittijiet għall-għajnuna inkluż kull bdil neċesarju ta’ ‘data’ ma’ l-Istati Membri, u l-iffissar ta’ l-qbiż tal-‘base areas’ jew iż-żoni massimi garantiti kif ukoll regoli dettaljati dwar l-irtirar u r-riallokazzjoni ta’ drittijiet għall-‘premium’ mhux użati stabbiliti taħt il-Kapitoli 11 u 12;

(d) rigward l-iskema ta’ pagament uniku, regoli dettaljati relatati b’mod partikolari mat-twaqqif tar-riżerva nazzjonali, it-trasferiment ta’ drittijiet, id-definizzjoni ta’ prodotti permanenti, mergħat permanenti, art agrikola u art bil-ħaxix għall-għalf, l-għażliet ipprovduti fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III u l-lista ta’ prodotti permessi fuq art imwarrbakif ukoll regoli dettaljata relatati ma’ l-osservanza tal-Memorandum ta’ Ftehim fuq ċerti żrieragħ taż-żejt bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fl-isfond tal-GATT approvat bid-Deċiżjoni 93/355/KEE [50];

(e) fir-rigward tal-qamħ ta’ l-Awstralja, regoli dettaljati relatati mal-kwantitajiet ta’ żrieragħ ċertifikati u varjetajiet rikonoxxuti;

(f) fir-rigward ta’ prodotti ta’ enerġija, regoli dettaljati relatati mad-definizzjoni tal-prodotti koperti b’din l-iskema, kondizzjonijiet minimi għall-kuntratt, miżuri ta’ kontroll fuq il-kwantità pproċessata u l-ipproċessar ġo l-azjenda;

(g) fir-rigward tal-qanneb imkabbar għall-fibra, regoli dettaljati relatati ma’ miżuri speċifiċi ta’ kontroll u metodi biex ikunu determinati l-livelli ta’ ‘tetrahydrocannabinol’ inklużi l-arranġamenti għall-kuntratti u l-obbligu msemmi fl-Artikolu 52;

(h) tali emendi għall-Anness I li jistgħu jkunu neċessarji waqt li jittieħed kont tal-kriterji mniżżla fl-Artikolu 1;

(i) tali emendi għall-Annessi II, VI, VII, IX, X u XI li jistgħu jkunu neċessarji waqt li jittieħed kont, b’mod partikolari ta’ leġislazzjoni ġdida tal-Komunità u, għal dak li jikkonċerna l-Anness VIII, fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 62 u, jekk ikun il-każ, il-funzjoni ta’ l-informazzjoni komunikata lill-Istati Membri fir-rigward ta’ parti mill-ammonti ta’ referenza li jikkorrispondu mal-pagamenti għall-prodotti li jinħartu, kif ukoll l-ammonti stess tal-limitu, li għandhom jiżdiedu skond id-differenza bejn l-‘area’ attwalment determinata u l-‘area’ li għaliha tħallsu il-‘premiums’ għall-prodotti li jinħartu fl-2000 u l-2001, fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3887/92 [51], fil-limitu tal-‘base areas’ (jew iż-żona massima garantita għall-qamħ ta’ l-Awstralja) u waqt li jittieħed kont tal-produzzjoni medja nazzjonali użata għall-kalkulazzjoni ta’ l-Anness VIII;

(j) l-aspetti bażiċi tas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-biċċiet ta’ art agrikoli u d-definizzjoni tagħhom;

(k) kull emendi li jistgħu jiġu magħmula għall-applikazzjoni għall-għajnuna u l-eżenzjoni mill-ħtieġa li tkun sottomessa applikazzjoni għall-għajnuna;

(l) regoli dwar l-ammont minimu ta’ informazzjoni li għandha tkun inkluża fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna;

(m) regoli fuq il-kontrolli amministrattivi u ta’ fuq il-post u l-kontrolli bir-‘remote sensing’;

(n) regoli fuq l-applikazzjoni ta’ tnaqqis u esklużjonijiet mill-pagamenti fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ l-obbligi msemmija fl-Artikoli 3 u 24, inklużi każijiet ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ tnaqqis u esklużjonijiet;

(o) tali emendi għall-Anness V li jistgħu jkunu neċessarji waqt li jittieħed kont tal-kriterji mniżżla fl-Artikolu 26;

(p) komunikazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

(q) miżuri li huma kemm neċessarji kif ukoll ġustifikati biex ikunu solvuti, f’emerġenza, problemi prattiċi u speċifiċi, b’mod partikolari dawk relatati ma’ l-implimentazzjoni tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II u l-Kapitolu 5 tat-Titolu III. Tali miżuri jistgħu jidderogaw minn ċerti partijiet ta’ dan ir-Regolament, imma biss sakemm, u għal tali perjodu li, hu strettament neċessarju.

Artikolu 146

Trasmissjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fid-dettal dwar il-miżuri li ħadu biex jimplimentaw dan ir-Regolament u b’mod partikolari, dawk il-miżuri relatati ma’ l-Artikoli 5, 13, 42 u 58.

Artikolu 147

Emendi għar-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, Nru 1453/2001, Nru 1454/2001

1) l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 6

1. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-esklużjoni pprovduta fl-Artikolu 70 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 [*] ĠU L 270, tal-21.10.03, p. 1. tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, ir-Repubblika Ellenika għandha tippreżenta lill-Kummissjoni programm biex jassisti attivitajiet tradizzjonali konnessi maċ-ċanga u l-vitella, kif ukoll il-produzzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż, fil-limiti tal-bżonnijiet ta’ konsum ta’ Gżejjer Eġej minuri.

Il-programm għandu jkun ippreparat u implimentat mill-awtoritajiet kompetenti nominati mill-Istat Membru.

2. Il-Komunità għandha tiffinanzja il-programm sa ammont annwali ugwali għas-somma tal-‘premiums’ imħallsa fl-2003 skond ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 [**] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 1)., dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 2529/2001 [***] ĠU L 341, tat-22.12.01, p. 3. għall-produtturi stabbiliti fi Gżejjer Eġej minuri.

Il-Kummissjoni għandha żżid tali ammont biex tieħu kont ta’ l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali. Madankollu, l-ammont annwali m’għandu fl-ebda każ ikun ogħla mis-somma tal-limiti applikabbli fl-2003 għall-‘premiums’ taċ-ċanga skond dan ir-Regolament multiplikata bil-‘premiums’ bażi u kumplimentari u bil-pagamenti applikabbli fl-2003 u s-somma tad-drittijiet għall-premium’ kollha miżmuma mill-produtturi stabbiliti fi Gżejjer Eġej minuri fid-data tat-30 ta’ Ġunju 2003 skond ir-Regolament (KE) Nru 2529/2001 u l-proporzjon rilevanti tar-riżerva nazzjonali multiplikata bil-‘premiums’ u l-pagamenti applikabbli fl-2003.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni, tapprova u timmodifika l-programm kif ukoll tiffissa u żżid l-ammont ipprovdut fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Il-Kummissjoni, skond l-istess proċedura, tista’ tirrevedi l-limitu mniżżel fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu.

4. Qabel il-15 ta’ April ta’ kull sena, l-awtoritajiet Griegi għandhom jippreżentaw rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programm."

2) l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001 għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 9

1. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-esklużjoni pprovduta fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa [*] ĠU L 270, tal-21.10.03, p. 1., Franza għandha tippreżenta lill-Kummissjoni programm biex jassisti attivitajiet tradizzjonali konnessi maċ-ċanga u l-vitella, kif ukoll il-produzzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż u miżuri biex titjib il-kwalità tal-prodott, fil-limiti tal-bżonnijiet ta’ konsum tad-Dipartimenti Franċiżi ta’ barra ‘il pajjiż.

Il-programmi għandhom ikunu ppreparati u implimentati mill-awtoritajiet kompetenti nominati mill-Istat Membru.

2. Il-Komunità għandha tiffinanzja l-programmi sa ammont annwali ugwali għas-somma tal-‘premiums’ imħallsa fl-2003 skond ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 [**] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.05.03, p. 1)., dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 2529/2001 [***] ĠU L 341, tat-22.12.01, p. 3. għall-produtturi stabbiliti fid-Dipartimenti Franċiżi ta’ barra ‘il pajjiż.

Il-Kummissjoni għandha żżid tali ammont biex tieħu kont ta’ l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali. Madankollu, l-ammont annwali m’għandu fl-ebda każ ikun ogħla mis-somma tal-limiti applikabbli fl-2003 għall-‘premiums’ taċ-ċanga skond ir-Regolament (KE) Nru 1452/2001 multiplikata bil-‘premiums’ bażi u kumplimentari u bil-pagamenti applikabbli fl-2003 u s-somma tad-drittijiet għall-‘premium’ kollha miżmuma mill-produtturi stabbiliti fid-Dipartimenti Franċiżi ta’ barra ‘l pajjiż fid-data tat-30 ta’ Ġunju 2003 skond ir-Regolament (KE) Nru 2529/2001 u l-proporzjon rilevanti tar-riżerva nazzjonali multiplikata bil-‘premiums’ u l-pagamenti applikabbli fl-2003.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni, tapprova u timmodifika l-programmi kif ukoll tiffissa u żżid l-ammont ipprovdut fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Il-Kummissjoni, skond l-istess proċedura, tista’ tirrevedi l-limitu mniżżel fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu.

4. Qabel il-15 ta’ April ta’ kull sena, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jippreżentaw rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programmi."

3) Ir-Regolament (KE) Nru 1453/2001 hu hawnhekk emendat kif ġej:

(a) l-Artikolu 13 għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 13

1. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-esklużjoni pprovduta fl-Artikolu 70 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa [*] ĠU L 270, tal-21.10.03, p. 1., ir-Repubblika Portugiża għandha tippreżenta lill-Kummissjoni programm biex jassisti attivitajiet tradizzjonali konnessi maċ-ċanga u l-vitella, kif ukoll il-produzzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż u miżuri biex titjib il-kwalità tal-prodott, fil-limiti tal-bżonnijiet ta’ konsum ta’ Madejra.

Il-programm għandu jkun ppreparat u implimentat mill-awtoritajiet kompetenti nominati mill-Istat Membru.

2. Il-Komunità għandha tiffinanzja l-programm sa ammont annwali ugwali għas-somma tal-‘premiums’ imħallsa fl-2003 skond ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 [**] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 1)., dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 2529/2001 [***] ĠU L 341, tat-22.12.01, p. 3. għall-produtturi stabbiliti f’Madejra.

Il-Kummissjoni għandha żżid tali ammont biex tieħu kont ta’ l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali. Madankollu, l-ammont annwali m’għandu fl-ebda każ ikun ogħla mis-somma tal-limiti applikabbli fl-2003 għall-‘premiums’ taċ-ċanga skond ir-Regolament (KE) Nru 1453/2001 multiplikata bil-‘premiums’ bażi u kumplimentari u bil-pagamenti applikabbli fl-2003 u s-somma tad-drittijiet għall-‘premium’ kollha miżmuma mill-produtturi stabbiliti f’Madejra fid-data tat-30 ta’ Ġunju 2003 skond ir-Regolament (KE) Nru 2529/2001 u l-proporzjon rilevanti tar-riżerva nazzjonali multiplikata bil-‘premiums’ u l-pagamenti applikabbli fl-2003.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni, tapprova u timmodifika l-programm kif ukoll tiffissa u żżid l-ammont ipprovdut fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Il-Kummissjoni, skond l-istess proċedura, tista’ tirrevedi l-limitu mniżżel fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu.

4. Qabel il-15 ta’ April ta’ kull sena, l-awtoritajiet tar-Repubblika Portugiża għandhom jippreżentaw rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programm."

(b) l-Artikoli 22(2) sa (5) għandhom ikunu mibdula b’dan li ġej:

"2. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-esklużjoni pprovduta fl-Artikolu 70 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 +, ir-Repubblika Portugiża għandha tippreżenta lill-Kummissjoni programm biex jassisti attivitajiet tradizzjonali konnessi maċ-ċanga u l-vitella, kif ukoll il-produzzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż u miżuri biex titjib il-kwalità tal-prodott.

Il-programm għandu jkun ppreparat u implimentat mill-awtoritajiet kompetenti nominati mill-Istat Membru.

3. Il-Komunità għandha tiffinanzja l-programm sa ammont annwali ugwali għas-somma tal-‘premiums’ imħallsa fl-2003 skond ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999, dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 2529/2001(49) għall-produtturi stabbiliti fl-Azores.

Il-Kummissjoni għandha żżid tali ammont biex tieħu kont ta’ l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali. Madankollu, l-ammont annwali m’għandu fl-ebda każ ikun ogħla mis-somma tal-limiti applikabbli fl-2003 għall-‘premiums’ taċ-ċanga skond dan ir-Regolament multiplikata bil-‘premiums’ bażi u kumplimentari u bil-pagamenti applikabbli fl-2003 u s-somma tad-drittijiet għall-‘premium’ kollha miżmuma mill-produtturi stabbiliti fl-Azores fid-data tat-30 ta’ Ġunju 2003 skond ir-Regolament (KE) Nru 2529/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1254/1999 għall-‘premiums’ għall-baqar ‘suckler’, u l-proporzjonijiet rilevanti tar-riżervi nazzjonali tagħhom multiplikati bil-‘premiums’ u l-pagamenti applikabbli fl-2003.

Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 68(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 l-awtoritajiet tar-Repubblika Portugiża jistgħu jżidu l-limitu għall-baqar ‘suckler’ għall-Azores billi jitrasferixxu mil-limitu nazzjonali d-drittijiet għall-‘premium’ għall-baqra ‘suckler’. F’dan il-każ, l-ammont korrispondenti għandu jiġi trasferit mil-limitu ffissat skond l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 68(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għal-limitu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni, tapprova u timmodifika l-programm kif ukoll tiffissa u żżid l-ammont ipprovdut fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Il-Kummissjoni, skond l-istess proċedura, tista’ tirrevedi l-limitu mniżżel fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu.

5. Qabel il-15 ta’ April ta’ kull sena, l-awtoritajiet tar-Repubblika Portugiża għandhom jippreżentaw rapport fuq l-implimentazzjoni tal-programm.";

(ċ) L-Artikolu 22(6) għandu jiġi mħassar.

(d) L-Artikolu 23 għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 23

Għall-perjodu transitorju li jkopri s-snin ta’ ‘marketing’ 1999/2000 sa l-2004/2005, għall-iskop tal-qsim tat-taxxa (‘levy’) addizzjonali bejn il-produtturi msemmija fit-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 [61], dawk il-produtturi biss kif definiti fl-Artikolu 9(c) ta’ dak ir-Regolament, stabbiliti u li jipproduċu fl-Azores, li jqiegħdu fis-suq kwantitajiet li jaqbżu l-kwantità ta’ referenza tagħhom miżjuda bil-persentaġġ imsemmi fit-tielet subparagrafu, għandhom jiġu meqjusa li taw kontribuzzjoni għall-qbiż tal-limitu.

It-taxxa addizzjonali għandha tkun dovuta fuq kwantitajiet li jaqbżu il-kwantità ta’ referenza miżjuda wara r-riallokazzjoni tal-kwantitajiet mhux użati fil-marġinu li jirriżulta minn din iż-żjieda bejn il-produtturi msemmija fl-ewwel paragrafu u b’mod proporzjonali għall-kwantità ta’ referenza disponibbli għal kull produttur.

Il-persentaġġ imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jkun ugwali għall-proporzjon bejn il-kwantitajiet rispettivament, ta’ 73000 tunnellata għall-perjodu 1999/2000 sa l-2003/2004 u 61500 tunnellata għas-snin ta’ ‘marketing’ 2004/2005, u t-total tal-kwantitajiet ta’ referenza disponibbli ġo kull azjenda fil-31 ta’ Marzu 2000. Għandu japplika għal kull produttur biss għall-kwantitajiet ta’ referenza disponibbli lil dak il-produttur fil-31 ta’ Marzu 2000."

4) Ir-Regolament (KE) Nru 1454/2001 hu hawnhekk emendat kif ġej:

(a) L-Artikolu 5 għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 5

1. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-esklużjoni pprovduta fl-Artikolu 70 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 + tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa [*] ĠU L 270, tal-21.10.03, p. 1., ir-Renju ta’ Spanja għandu jippreżenta lill-Kummissjoni programm biex jgħin attivitajiet tradizzjonali konnessi maċ-ċanga u l-vitella, kif ukoll il-produzzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż u miżuri biex titjib il-kwalità tal-prodott, fil-limiti tal-bżonnijiet ta’ konsum tal-Gżejjer Kanari.

Il-programm għandu jkun ppreparat u implimentat mill-awtoritajiet kompetenti nominati mill-Istat Membru.

2. Il-Komunità għandha tiffinanzja l-programm sa ammont annwali ugwali għas-somma tal-‘premiums’ imħallsa fl-2003 skond ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 [**] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 1)., dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 2529/2001 [***] ĠU L 341, tat-22.12.01, p. 3. għall-produtturi stabbiliti fil-Gżejjer Kanari.

Il-Kummissjoni għandha żżid tali ammont biex tieħu kont ta’ l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali. Madankollu, l-ammont annwali m’għandu fl-ebda każ ikun ogħla mis-somma tal-limiti applikabbli fl-2003 għall-‘premiums’ taċ-ċanga skond ir-Regolament multiplikata bil-‘premiums’ bażi u kumplimentari u bil-pagamenti applikabbli fl-2003 u s-somma tad-drittijiet għall-‘premium’ kollha miżmuma mill-produtturi stabbiliti fil-Gżejjer Kanari fid-data tat-30 ta’ Ġunju 2003 skond ir-Regolament (KE) Nru 2529/2001 u l-proporzjoni rilevanti tar-riżerva nazzjonali multiplikata bil-‘premiums’ u l-pagamenti applikabbli fl-2003.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni, tapprova u timmodifika l-programme kif ukoll tiffissa u żżid l-ammont ipprovdut fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Il-Kummissjoni, skond l-istess proċedura, tista’ tirrevedi l-limitu mniżżel fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu.

4. Qabel il-15 ta’ April ta’ kull sena, l-awtoritajiet tar-Renju Spanjol għandhom jippreżentaw rapport fuq l-implimentazzjoni tal-programm."

(b) L-Artikolu 6 għandu jiġi mħassar.

Artikolu 148

Emendi għar-Regolamrnt (KE) Nru 1868/94

Ir-Regolament (KE) Nru 1868/94 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej:

1) Għandu jkun inserit l-Artikolu 4 li ġej:

"L-Artikolu 4a

Prezz minimu għall-patata maħsuba għall-manifattura tal-lamtu għandu jkun iffissat għal EUR 178,31 għal kull tunnellata mis-sena ta’ ‘marketing’ 2004/2005 ‘il quddiem.

Dan il-prezz japplika għall-kwantità ta’ patata, mqassma lill-fabbrika, li hi meħtieġa biex tkun magħmula tunnellata ta’ lamtu.

Il-prezz minimu għandu jkun aġġustat skond il-kontenut tal-lamtu tal-patata."

2) L-Artikolu 5 għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 5

’Premium’ ta’ EUR 22,25 għal kull tunnellata ta’ lamtu prodotta għandu jitħallas lill-impriża li tipproduċi lamtu tal-patata għall-kwantità ta’ lamtu tal-patata sal-limitu tal-kwota msemmija fl-Artikolu 2(2), sakemm dawn l-impriżi ħallsu lill-produtturi tal-patata l-prezz minimu msemmi fl-Artikolu 4(a), għall-patata kollha neċessarja biex ikun prodott il-lamtu sa dak il-limitu tal-kwota."

3) L-Artikolu 7 għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 7

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx ikopru l-produzzjoni tal-lamtu tal-patata minn impriżi li mhumiex suġġetti għall-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament u li jixtru patata li għaliha l-produtturi ma jibbenefikawx mill-pagament ipprovdut fl-Artikolu 93 tar-Regolament tal-Kunsill Regulation (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa [65]."

Artikolu 149

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1251/1999

Ir-Regolament (KE) Nru 1251/1999 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1) Fl-Artikolu 4(3), l-ewwel inċiż għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"għall-prodotti tal-proteini:

- EUR 63,00/t mis-sena ta’ ‘marketing’ 2004/2005 ‘il quddiem".

2) Fl-Artikolu 4(4), l-ammont ta’ "EUR 19/t" għandu jkun mibdul b’"EUR 24/t".

3) Fl-Artikolu 5:

(a) l-ewwel subparagrafu għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"Għandu jitħallas suppliment għall-pagament għaż-żona ta’ EUR 313/ettaru għas-sena ta’ ‘marketing’ 2004/2005, għaż-żona bil-qamħ ta’ l-Awstralja fiż-żoni tradizzjonali ta’ produzzjoni mniżżla fl-Anness II, suġġetti għal-limiti ffissati fl-Anness III.";

(b) ir-raba’ subparagrafu għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"Fir-reġjuni fejn il-produzzjoni tal-qamħ ta’ l-Awstralja hi stabbilita tajjeb, ħlief għal dawk ir-reġjuni msemmija fl-Anness II, għajnuna speċjali ta’ EUR 93/ettaru għas-sena ta’ ‘marketing’ 2004/2005 għandha tingħata sal-limitu tan-numru ta’ ettari stabbiliti fl-Anness IV."

Artikolu 150

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1254/1999

Ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1) Fl-Artikolu 10(1) it-tieni subparagrafu, il-persentaġġ ta’ "20 %" għandu jkun mibdul b"40 %".

2) Fl-Anness I, fit-tabella li tikkonċerna l-‘premium’ speċjali, il-figura għall-Awstrija qed tiġi mibdula b’"373400".

3) Fl-Anness II, fit-tabella li tikkonċerna l-‘premium’ għall-‘baqra’ suckler, il-figuri għall-Awstrija u l-Portugall qed jiġu mibdula rispettivament b’ "375000" u "416539".

Artikolu 151

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1673/2000

Ir-Regolament (KE) Nru 1673/2000 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej:

1) L-Artikolu 1 hu emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 2, punt (a) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"(a) "bidwi" jfissser bidwi kif definit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 + tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa [66]."

(b) Fil-paragrafu 3, "Regolament (KE) Nru 1251/1999" għandu jkun mibdul bl-"L-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 +"

2) Fl-ewwel u t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 5(2), "L-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999" għandu jkun mibdul bl-"L-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 +".

Artikolu 152

Emendi għal Regolamenti oħra

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma mħassra:

(a) l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71;

(b) l-Artikoli 3 sa 25 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999;

(ċ) l-Artikoli 3 sa 11 tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001.

Artikolu 153

Tħassir

1. Ir-Regolament (KEE) Nru 3508/92 huwa hawnhekk imħassar. Madankollu, għandu jkompli japplika għall-applikazzjonijiet għall-pagamenti diretti fir-rigward tas-snin kalendarji ta’ qabel l-2005.

2. Ir-Regolament (KE) Nru 1017/94 hu hawnhekk mħassar mill-1 ta’ Jannar 2005.

3. Ir-Regolament (KE) Nru 1577/96 u r-Regolament (KE) Nru 1251/1999 huma hawnhekk mħassra. Madankollu, għandhom ikomplu japplikaw matul is-sena ta’ ‘marketing’ 2004/2005.

4. Ir-Regolament (KE) Nru 1259/1999 hu hawnhekk mħassar mill-1 ta’ Mejju 2004. Madankollu, l-Artikoli 2a u 11 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 kif ukoll, għall-iskopijiet ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-Artikoli, l-Anness ta’ dak ir-Regolament għandu jkompli japplika sal-31 ta’ Diċembru 2005. Barraminnhekk, l-Artikoli 3, 4, 5 u, għall-iskop ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-Artikoli, l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 għandhom ikomplu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2004.

5. Referenzi magħmula għar-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu magħmula għal dan ir-Regolament.

Artikolu 154

Regoli transitorji għall-iskema simplifikata

Fejn l-Istat Membru japplika l-iskema simplifikata msemmija fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-2003 għandha tkun l-aħħar sena li fiha l-partiċipanti jistgħu jintroduċu applikazzjonijet ġodda;

(b) Il-partiċipanti għandhom ikomplu jirċievu l-ammont stabbilit taħt l-iskema simplifikata sa l-2005;

(ċ) Il-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu II ta’ dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-ammonti mogħtija taħt l-iskema simplifikata matul il-parteċipazzjoni fl-iskema;

(d) Il-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema simplifikata m’għandux ikollhom dritt japplikaw għall-pagament uniku sakemm jipparteċipaw fl-iskema simplifikata. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni għall-iskema ta’ pagament uniku, l-ammont mogħti taħt l-iskema simplifikata għandu jkun inkluż fl-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 37 u kalkulat u aġġustat skond il-Kapitolu 2 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 155

Regoli transitorji oħra

Miżuri addizzjonali meħtieġa biex jiffaċilitaw it-transizzjoni mill-arranġamenti pprovduti fir-Regolamenti msemmija fl-Artikoli 152 u 153 għal dawk stabbiliti b’dan ir-Regolament, prinċipalment dawk relatati ma’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 4 u 5 u l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999, l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 u dawk relatati mal-pjani ta’ titjib imsemmija fl-Artikolu 86 ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) ta’ dan ir-Regolament. Regolamenti u Artikoli msemmija fl-Artikoli 152 u 153 għandhom ikomplu japplikaw biex ikunu stabbiliti l-ammonti ta’ referenza msemmija fl-Anness VII.

Artikolu 156

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċcjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2. Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a) It-Titolu II, Kapitoli 4 u 5 għandhom japplikaw għall-applikazzjonijiet għall-pagamenti magħmula fir-rigward tas-sena kalendarja 2005 u ‘il quddiem. Madankollu, l-Artikolu 28(2) għandu japplika għall-applikazzjoni tal-pagamenti taħt it-Titolu IV, Kapitoli 1 sa 7 mill-1 ta’ Jannar 2004.

(b) It-Titolu IV, Kapitoli 1, 2, 3, 6, u l-Artikolu 149 għandhom japplikaw mis-sena ta’ ‘marketing’ 2004/2005.

(ċ) It-Titolu IV, Kapitoli 4, 5, 7 u l-Artikolu 150 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2004.

(d) It-Titolu II, Kapitolu 1, l-Artikolu 20, it-Titolu III, it-Titolu IV Kapitoli 8, 10, 11, 12 and 13 u l-Artikolu 147 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2005, ħlief għall-Artikolu 147(3)(d) li għandu japplika mill-1 ta’ April 2003.

(e) It-Titolu IV, Kapitolu 9 għandu japplika mis-sena ta’ ‘marketing’ 2005/2006.

(f) L-Artikoli 151 u 152 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2005, ħlief għall-Artikolu 152(a) li għandu japplika mis-sena ta’ ‘marketing’ 2005/2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Settembru 2003.

F’isem il-Kunsill

G. Alemanno

Il-President

[1] Opinjoni mogħtija fil-5 ta’ Ġunju 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).

[2] ĠU C 208, tat-3.09.03, p. 64.

[3] Opinjoni mogħtija fit-2 ta’ Lulju 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).

[4] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 113. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1244/2001 (ĠU L 173, tas-27.06.01, p. 1).

[5] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 103.

[6] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/2001 (ĠU L 72, ta’ l-14.3.2001, p. 6).

[7] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 80.

[8] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 16. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2002 (ĠU L 101, tas-17.4.2002, p. 3).

[9] ĠU L 197, tat-30.07.94, p. 4. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 962/2002 (ĠU L 149, tas-7.06.02, p. 1).

[10] ĠU L 198, tal-21.07.01, p. 26.

[11] ĠU L 112, tat-3.05.94, p. 2. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2582/2001 (ĠU L 345, tad-29.12.01, p. 5).

[12] ĠU L 206, tas-16.08.96, p. 4. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 811/2000 (ĠU L 100, ta’ l-20.04.00, p. 1).

[13] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1038/2001 (ĠU L 145, tal-31.05.01, p. 16).

[14] ĠU L 246, tal-5.11.71, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 154/2002 (ĠU L 25, tad-29.01.02, p. 18).

[15] ĠU L 184, tas-27.7.1993, p. 1 (ĠU L 68, tat-12.3.2002, p. 4). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 442/2002.

[16] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 1).

[17] ĠU L 198, tal-21.07.01, p. 11.

[18] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 45. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1922/2002 (ĠU L 293, tad-29.10.2002, p. 11).

[19] ĠU L 341, tat-22.12.01, p. 3.

[20] ĠU L 184, tas-17.07.99, p. 23.

[21] ĠU L 355, tal-15.12.1992, p. 32. Id-Direttiva kif emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994.

[22] ĠU L 204, tal-11.08.00, p. 1.

[23] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1513/2001 (ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 4).

[24] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 85. Ir-Regolament imħassar mir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80).

[25] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 tal-11 ta’ Diċembru 2001 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 (ĠU L 327, tat-12.12.2001, p. 11). Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2550/2001 (ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 105).

[26] ĠU L 132, tat-23.5.1990, p. 17. Ir-Regolament imħassar mir-Regolament (KE) Nru 2529/2001 (ĠU C 341, tat-22.12.2001, p. 3).

[27] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, tal-11.1.2003, p. 64).

[28] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 453/2002 (ĠU L 72, ta’ l-14.3.2002, p. 9).

[29] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[30] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1363/95 (ĠU L 132, tas-16.6.1995, p. 8).

[31] ĠU L 123, tas-17.05.03, p. 42.

[32] ĠU L 405, tal-31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 572/2003 (ĠU L 82, tad-29.3.2003, p. 20).

[33] Ara paġna 123 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[35] Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/1999 tat-22 ta’ Ottubru 1999 illi jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 li jistabilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti prodotti li jinħartu.(ĠU L 280, tat-30.10.1999, p. 43). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1035/2003 (ĠU L 150, tat-18.6.2003, p. 24).

[37] ĠU L 204, tal-11.08.00, p. 1.

[43] ĠU L 161, tas-26.06.99, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1105/2003 (ĠU L 158, tas-27.06.03, p. 3).

[48] Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar il-projbizzjoni ta’ l-użu fit-trobbija tal-bhejjem ta’ ċerti sustanzi li għandhom azzjoni ormonali jew ‘thyrostatic’ u ta’ ’agonists’, u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 3).

[49] Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-‘monitoring’ ta’ ċerti sustanzi u ir-residwi tagħhom f’annimali ħajjin u fi prodotti mill-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10). Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[50] ĠU L 147, tat-18.06.93, p. 25.

[51] Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3887/92 tat-23 ta’ Diċembru 1992 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi Komunitarji ta’ għajnuna (ĠU L 391, tal-31.12.1992, p. 36). Ir-Regolament imħassar mir-Regolament (KE) Nru 2419/2001 (ĠU L 327, tat-12.12.2001, p. 11).

[61] ĠU L 405, tal-31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 572/2003 (ĠU L 82, tad-29.3.2003, p. 20).

[65] ĠU L 270, tal-21.10.03, p. 1

[66] ĠU L 270, tal-21.10.03, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Lista ta' skemi ta' appogg li jissodisfaw il-kriterji mnizzla fl-Artikolu 1

Settur | Bażi legali | Noti |

Pagament uniku | It-Titolu III ta' dan ir-Regolament | Pagament separat (ara l-AnnessVI) |

Qamħ ta' l-Awstralja | It-Titolu IV, Kapitolu 1 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għaż-żona ('premium' għall-kwalità) |

Prodotti tal-proteini | It-Titolu IV, Kapitolu 2 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għaż-żona |

Ross | It-Titolu IV, Kapitolu 3 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għaż-żona |

Ġewż | It-Titolu IV, Kapitolu 4 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għaż-żona |

Prodotti ta' l-enerġija | It-Titolu IV, Kapitolu 5 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għaż-żona |

Patata għall-lamtu | It-Titolu IV, Kapitolu 6 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għall-produzzjoni |

Ħalib u prodotti tal-ħalib | It-Titolu IV, Kapitolu 7 ta' dan ir-Regolament | '' għall-prodotti tal-ħalib u pagamentaddizzjonli |

Prodotti li jinħartu fil-Finlandja u f'ċerti reġjuni ta' l-Isvezja | It-Titolu IV, Kapitolu 8 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna reġjonali speċifika għall-prodotti li jinħartu |

Żrieragħ | It-Titolu IV, Kapitolu 9 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għall-produzzjoni |

Prodotti li jinħartu | It-Titolu IV, Kapitolu 10 ta' dan ir-Regolament | Pagament għaż-żona, inkluż pagamenti għall-art imwarrba, pagamenti għall-ħżin ta' ħaxix għall-għalf, ammonti supplimentari, suppliment għall-qamħ ta' l-Awstralja u għajnuna speċjali |

Nagħaġ u mogħoż | It-Titolu IV, Kapitolu 11 ta' danir-Regolament | '' għan-nagħġa u l-mogħża,'' supplimentari u ċerti pagamenti addizzjonali |

Ċanga u vitella | It-Titolu IV, Kapitolu 12 ta' dan ir-Regolament | ' speċjali',' għad-', '' għall-baqra '' (inkluż meta mħallas għall-għoġla w inkluż il-'' nazzjonali addizzjonali għall-baqra '' meta '), '' għall-qtil,pagament għall-estensjoni, pagamenti addizzjonali |

egum | It-Titolu IV, Kapitolu 13 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għaż-żona |

Tipi speċifiċi ta' biedja u kwalità tal-produzzjoni | L-Artikolu 69 ta' dan ir-Regolament | |

Għalf niexef | L-Artikolu 71(2) it-tieni subparagrafu ta' dan ir-Regolament | |

Skema għall-bdiewa żgħar | L-Artikolu 2a Regolament (KE) Nru1259/1999 | Għajnuna transitorja għaż-żona għall-bdiewa li jirċievu inqas minn EUR 1 250 |

Żejt | L-Artikolu 5(1) Regolament 136/66/KEE | Għajnuna għall-produzzjoni |

Dud tal-ħarir | L-Artikolu 1 Regolament (KEE) Nru 845/72 | Għajnuna biex ikun inkoraġġut it-tkabbir |

Banana | L-Artikolu 12 Regolament (KEE) Nru 404/93 | Għajnuna għall-produzzjoni |

Għeneb imqadded | L-Artikolu 7(1) Regolament (KE) Nru 2201/96 | Għajnuna għaż-żona |

Tabakk | L-Artikolu 3 Regolament (KEE) Nru 2075/92 | Għajnuna għall-produzzjoni |

Ħops | L-Artikolu 12 Regolament (KEE) Nru 1696/71 Regolament (KEE) Nru 1098/98 | Pagamenti ta' l-għajnuna biss għaż-żona taħt mistrieħtemporanju |

Poseidom | L-Artikoli 9, 12(2) u 16 Regolament (KE) Nru 1452/2001 | Setturi: ċanga u vitella; zokkor; vanilla ħadra |

Poseima | L-Artikoli 13, 16, 17 u 28(1), 21, 22 (2) sa (4) u (7), 27, 29 u 30 (1), (2) u (4) Regolament (KE) Nru 1453/2001 | Sectors: ċanga u vitellaċanga u vitella; ħalib; patata; zokkor; qasab; ananas, tabakk, patatata taż-żerriegħa, ċikwejra u tè |

Poseican | L-Artikoli 5, 9 u 14 Regolament (KE) Nru 1454/2001 | Setturi: ċanga u vitella, nagħaġ umogħoż; patata |

Gżejjer Eġej | L-Artikoli 6, 8, 11 u 12 Regolament (KEE) Nru 2019/93 | Setturi: ċanga u vitella; patata; żebbuġ; għasel |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 12(2)

(miljuni ta' euro) |

L-Istati Membri | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 |

Il-Belġju | 4,7 | 6,2 | 7,7 | 7,7 | 7,7 | 7,7 | 7,7 | 7,7 |

Id-Danimarka | 7,7 | 10,3 | 12,9 | 12,9 | 12,9 | 12,9 | 12,9 | 12,9 |

Il-Ġermanja | 40,4 | 54,6 | 68,3 | 68,3 | 68,3 | 68,3 | 68,3 | 68,3 |

Il-Greċja | 40,4 | 53,9 | 67,4 | 67,4 | 67,4 | 67,4 | 67,4 | 67,4 |

Spanja | 55,1 | 74,3 | 92,9 | 92,9 | 92,9 | 92,9 | 92,9 | 92,9 |

Franza | 51,4 | 68,7 | 85,9 | 85,9 | 85,9 | 85,9 | 85,9 | 85,9 |

L-Irlanda | 15,3 | 20,4 | 25,5 | 25,5 | 25,5 | 25,5 | 25,5 | 25,5 |

L-Italja | 62,3 | 83,7 | 104,6 | 104,6 | 104,6 | 104,6 | 104,6 | 104,6 |

Il-Lussemburgu | 0,2 | 0,3 | 0,4 | 0,4 | 0,4 | 0,4 | 0,4 | 0,4 |

Il-Pajjiżi Baxxi | 6,8 | 9,2 | 11,5 | 11,5 | 11,5 | 11,5 | 11,5 | 11,5 |

L-Awstrija | 12,4 | 17,1 | 21,3 | 21,3 | 21,3 | 21,3 | 21,3 | 21,3 |

Il-Portugall | 11,3 | 15,4 | 19,2 | 19,2 | 19,2 | 19,2 | 19,2 | 19,2 |

Il-Finlandja | 8,0 | 10,8 | 13,6 | 13,6 | 13,6 | 13,6 | 13,6 | 13,6 |

L-Isvezja | 6,6 | 8,8 | 11,0 | 11,0 | 11,0 | 11,0 | 11,0 | 11,0 |

Ir-Renju Unit | 17,7 | 23,6 | 29,5 | 29,5 | 29,5 | 29,5 | 29,5 | 29,5 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Kondizzjonijiet statutarji ta' amministrazzjoni msemmija fl-Artikoli 3 u 4

A. Applikabbli mill- 1.1.2005

Ambjent

1. | Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' għasafar salvaġġi (ĠU L 103, tal-25.4.1979, p. 1) | L-Artikoli 3, 4(1), (2), (4), 5, 7 u 8 |

2. | Direttiva tal-Kunsill 80/68/KEE tas-17 ta' Diċembru 1979 dwar il-protezzjoni ta' l-ilma ta' l-art mit-tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi (ĠU L 20, tas-26.1.1980, p. 43) | L-Artikoli 4 u 5 |

3. | Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta' Ġunju 1986 fuq il-protezzjoni ta' l-ambjent, b'mod partikolari l-ħamrija, fejn kulma jġorr id-dranaġġ jintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, ta' l-4.7.1986, p. 6) | L-Artikolu 3 |

4. | Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta' l-ilmijiet mit-tniġġiż ikkawżat minn nitrati ta' sorsi agrikoli (ĠU L 375, tal-31.12.1991, p. 1) | L-Artikoli 4 u 5 |

5. | Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' ambjenti naturali u ta' flora u fawna salvaġġi (ĠU L 206, tat-22.7.1992, p. 7) | L-Artikoli 6, 13, 15, u 22(b) |

Saħħa pubblika u ta' l-annimaliIdentifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' l-annimali

6. | Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE tas-27 ta' Novembru 1992 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali (ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 32) | L-Artikoli 3, 4 u 5 |

7. | Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2629/97 tad-29 ta' Diċembru 1997 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 dwar 'eartags', żamma ta' reġistri u passaporti fl-isfond tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-ifrat (ĠU L 354, tat-30.12.1997, p. 19) | L-Artikoli 6 u 8 |

8. | Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-ifrat) u dwar it-tikkettjar taċ-ċanga u prodotti taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, tal-11.8.2000, p. 1) | L-Artikoli 4 u 7 |

B. Applikabbli mill- 1.1.2006

Saħħa pubblika, ta' l-annimali u tal-pjanti

9. | Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta'prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1) | L-Artikolu 3 |

10. | Direttiva tal-Kunsill 96/22/EC tad-29 ta' April 1996 dwar il-projbizzjoni ta' l-użu fit-trobbija tal-bhejjem ta' ċerti sustanzi li għandhom azzjoni ormonali jew 'thyrostatic' u ta' 'beta-agonists', u li tħassar Direttivi 81/602/EEC, 88/146/KEE u 88/299/EEC (ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 3) | L-Artikoli 3, 4, 5 u 7 |

11. | Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-kondizzjonijiet tal-liġi ta' l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Europea għas-Sigurtà ta' l-Ikel u li jistabilixxi proċeduri fis-settur tas-sigurtà ta' l-ikel(ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1) | L-Artikoli 14, 15, 17(1),18, 19 u 20 |

12. | Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u qerda ta' ċerti enċifalopatiji sponġiformi transmissbbli (ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1) | L-Artikoli 7, 11, 12, 13 u15 |

Notifika ta' mard

13. | Direttiva tal-Kunsill 85/511/KEE tat-18 ta' Novembru 1985 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-lsien u d-dwiefer (ĠU L 315, tas-26.11.1985, p. 11) | L-Artikolu 3 |

14. | Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali tal-Komunità għall-kontroll ta' ċertu mard ta' l-annimali u miżuri speċifiċi dwar il-marda ta' l-infafet fil-ħniezer (ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 69) | L-Artikolu 3 |

15. | Direttiva tal-Kunsill 2000/75/EC tal-20 ta' Novembru 2000 li tistabilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-qerda tal-'bluetongue' (ĠU L 327, tat-22.12.2000, p. 74) | L-Artikolu 3 |

C. Applikabbli mill- 1.1.2007

Benesseri ta' l-annimali

16. | Direttiva tal-Kunsill 91/629/KEE tad-19 ta' Novembru 1991 li tistabilixxi 'standards' għall-protezzjoni ta' l-għoġiela (ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 28) | L-Artikoli 3 u 4 |

17. | Direttiva tal-Kunsill 91/630/KEE tad-19 ta' Novembru 1991 li tistabilixxi 'standards' għall-protezzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 33) | L-Artikoli 3 u 4(1) |

18. | Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-protezzjoni ta' l-annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja (ĠU L 221, tat-8.8.1998, p. 23) | L-Artikolu 4 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Il-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikolu 5

Suġġett | 'Standards' |

Taħfir tal-ħamrija: Protezzjoni tal-ħamrija permezz ta' miżuri xierqa | Għata minima ta' ħamrija Amministrazzjoni minima ta' l-art litirrifletti kondizzjonijiet speċifiċi tas-sitiŻamma ta' għelieqi mtarrġin |

Materja organika tal-ħamrija: Manteniment tal-livelli tal-materja organika tal-ħamrija permezz ta' prattiċi xierqa | 'Standards' għan-newba ta' l-uċuh tar-raba' fejn applikabbliAmministrazzjoni ta' art qasbija li tinħarat |

Struttura tal-ħamrija: Manteniment ta' l-istruttura tal-ħamrija permezz ta' miżuri xierqa | —Użu xieraq tal-makkinarju |

Livell minimu ta' manteniment: Żgura livell minimu ta' manteniment u evita t-taħsir ta' l-ambjenti naturali | Rati minimi ta' 'stocking' ta' bhejjem jew/u reġimi xierqaProtezzjoni tal-mergħa permanentiŻamma tal-karatteristiċi tal-pajsaġġEvita t-tnaqqir ta' art agrikola mill-veġetazzjoni mhux mixtieqa |

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

Skemi kompatibbli ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikolu 26

Settur | Bażi legali | Noti |

Għeneb imqadded | L-Artikolu 7(1) Regolament (KE) Nru 2201/96 | Għajnuna relatata maż-żona |

Tabakk | L-Artikolu 3 Regolamenti (KEE) Nru 2075/92 | Għajnuna għall-produzzjoni |

Ħops | L-Artikolu 12 Regolament (KEE) Nru 1696/71 Regolament (KE) Nru 1098/98 | Għajnuna relatata maż-żona Pagamenti għall- mistrieħ temporanju u għażieq |

Agri-ambjent | It-Titolu II, Kapitolu VI (L-Artikoli 22 sa 24) u l-Artikolu 55(3) Regolament (KE) Nru 1257/1999 | Għajnuna relatata maż-żona |

Taħwil ta’ siġar f’foresti | L-Artikolu 31 u l-Artikolu 55(3) Regolament (KE) Nru 1257/1999 | Għajnuna relatata maż-żona |

Żoni inqas favoriti użoni restrictionsambjentali | It-Titolu II, Kapitolu V (L-Artikoli 13 sa 21) u l-Artikolu 55(3) Regolament (KE) Nru 1257/1999 | Għajnuna relatata maż-żona |

Żejt taż-żebbuġa | L-Artikolu 5(1) Regolament Nru 136/66/KEE | Għajnuna għall-produzzjoni |

Qoton | L-Artikolu 8 Regolament (KE) Nru 1554/95 | Għajnuna għall-produzzjoni |

Għalf niexef | L-Artikoli 10 u 11 Regolament (KE) Nru 603/95 | Għajnuna għall-produzzjoni |

Ċitru għall-ipproċessar | L-Artikolu 1 Regolament (KE) Nru 2202/96 | Għajnuna għall-produzzjoni |

Tadam għall-ipproċessar | L-Artikolu 2 Regolament (KE) Nru 2201/96 | Għajnuna għall-produzzjoni |

Inbid | L-Artikoli 11 sa 15 Regolament (KE) Nru 1493/1999 | Għajnuna għar-ristrutturazzjoni |

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

Lista ta' pagamenti diretti fir-rigward tal-pagament uniku msemmi fl-Artikolu 33

Settur | Bażi legali | Noti |

Prodotti li jinħartu | L-Artikoli 2, 4 u 5 Regolament (KE) Nru1251/1999 | Għajnuna għaż-żona, inklużi pagamenti għall-art imwarrba, pagamenti għall-ħżin ta' ħaxix għall-għalf, ammonti supplimentari, suppliment għall-qamħ ta' l-Awstralja u għajnuna speċjali |

Lamtu tal-patata | L-Artikolu 8(2) Regolament (KEE) Nru 1766/92 | Pagament għall-bdiewa li jipproduċu l-patatamaħsuba għall-manifattura tal-lamtu tal-patata |

Legum | L-Artikolu 1 Regolament (KE) Nru 1577/96 | Għajnuna għaż-żona |

Ross | L-Artikolu 6 Regolament (KE) Nru 3072/95 | Għajnuna għaż-żona |

Żrieragħ | L-Artikolu 3 Regolament (KEE) Nru 2358/71 | Għajnuna għall-produzzjoni |

Ċanga u vitella | L-Artikoli 4, 5, 6, 10, 11, 13 u 14 Regolament(KE) Nru 1254/1999 | "Premium" speċjali, "premium" għad-"deseasonalisation", "premium" għall-baqra "suckler" (inkluż meta mħallas għall-għoġla u nkluż il-'premium' addizzjonali nazzjonali għall-baqra "suckler" meta "co-financed"), "premium" għall-qtil, pagament għall-estensjoni, pagamenti addizzjonali |

Ħalib u prodottital-ħalib | It-Titolu IV Kapitolu 7 ta' dan ir-Regolament | "Premium" għall-prodotti tal-ħalib u prodotti addizzjonali |

Nagħaġ u mogħoż | L-Artikolu 5 Regolament (KE) Nru 2467/98, l-Artikolu 1 Regolament (KEE) Nru 1323/90, l-Artikoli 4, 5 u 11(1) u (2) l-ewwel, it-tieni u r-raba' inċiż Regolament (KE) Nru 2529/2001 | “għan-nagħġa u l-mogħża, ”supplimentari u ċerti pagamenti addizzjonali |

Poseidom | L-Artikolu 9(1)(a) u (b) Regolament (KE) Nru1452/2001 | Setturi: ċanga u vitella |

Poseima | L-Artikoli 13(2) u (3), 22(2) u (3) Regolament (KE) Nru 1453/2001 | Setturi: ċanga u vitella |

Poseican | L-Artikoli 5(2) u (3), 6(1) u (2) Regolament (KE) Nru 1454/2001 | Setturi: ċanga u vitella; nagħaġ u mogħoż |

Gżejjer Eġej | L-Artikolu 6(2) u (3) Regolament (KEE) Nru2019/93 | Setturi: ċanga u vitella |

Għalf niexef | L-Artikolu 3 Regolament (KEE) Nru 603/95 | Pagament għall-prodotti proċessati (kif applikatskond l-Anness VII punt D ta' danir-Regolament) |

--------------------------------------------------

L-Anness VII

Kalkulazzjoni ta’ l-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 37

A. Għajnuniet għaż-żoni

1. Fejn bidwi rċieva għajnuniet għaż-żoni, in-numru ta’ ettari, għal żewġ punti deċimali, li għalihom ingħata pagament, rispettivament, f’kull sena tal-perjodu ta’ referenza, għandu jkun immultiplikat bl-ammonti li ġejjin:

1.1. Għaċ-ċereali, inklużi qamħ ta’ l-Awstralja, żrieragħ taż-żejt, prodotti tal-proteini, żerriegħa tal-kittien, kittien u qanneb imkabbar għall-fibra, ħżin ta’ ħaxix għall-għalf u art imwarrba:

- EUR 63/t multiplikati bil-produzzjoni kif ipprovduta fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 determinata fil-pjan ta’ reġjonalizzazzjoni għar-reġjun konċernat applikabbli fis-sena kalendarja 2002.

Dan il-punt għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

B’deroga mill-Artikolu 38, għall-kittien u l-qanneb, il-medja għandha tkun ikkalkulata fuq il-bażi tan-numru ta’ ettari li għalihom ingħata pagament fis-snin kalendarji 2001 u 2002.

1.2. Għar-ross:

- EUR 102/t multiplikati bil-produzzjoni medja kif ġej:

Stati Membri | Produzzjoni (t/ettaru) |

Spanja | 6,35 |

Franza

—Territorju Metropolitan | 5,49 |

—Il-Gujana Franċiża | 7,51 |

Il-Greċja | 7,48 |

L-Italja | 6,04 |

Il-Portugall | 6,05 |

1.3. Għall-legum taż-żerriegħa:

- għall-għazz u ċ-ċiċri, EUR 181/ettaru

- għall-ġulbiena, rispettivament, EUR 175,02/ettaru fl-2000, EUR 176,60/ettaru fl-2001 u EUR 150,52/ettaru fl-2002.

2. Fejn bidwi rċieva suppliment għall-qamħ ta’ l-Awstralja jew għajnuna speċjali, in-numru ta’ ettari, għal żewġ punti deċimali, f’kull perjodu ta’ referenza, għandu jkun immultiplikat bl-ammonti li ġejjin:

Fiż-żoni mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 u fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2316/1999:

- EUR 291/ettaru għall-pagament uniku li jingħata għas-sena kalendarja 2005,

- EUR 285/ettaru għall-pagament uniku li jingħata għas-sena kalendarja 2006 u għas-snin kalendarji ta’wara.

Fiż-żoni mniżżla fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2316/1999:

- EUR 46/ettaru għall-pagament uniku li jingħata għas-sena kalendarja 2005.

3. Għall-iskop tal-punti ta’ qabel, "numru ta’ ettari" għandu jfisser in-numru determinat ta’ ettari li jikkorrispondi ma’ kull tip differenti ta’ għajnuna għaż-żona mniżżla fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, li għalihom intlaħqu l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fir-regoli għall-għoti ta’ l-għajnuna, waqt li jittieħed kont ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 2(4) u 5 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999. Fil-każ tar-ross, b’deroga mill-Artikolu 6(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95, fejn iż-żoni mogħtija għall-produzzjoni tar-ross fi Stat Membru wieħed fil-perjodu ta’ referenza jaqbżu ż-Żona Massima Garantita tiegħu għal dan il-perjodu, l-ammont għal kull ettaru għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali.

B. Pagament għal-lamtu tal-patata

Fejn bidwi rċieva pagament għal-lamtu tal-patata, l-ammont għandu jkun ikkalkulat bil-multiplikazzjoni tan-numri ta’ tunnellati li ngħatalhom tali pagament, rispettivament, f’kull sena tal-perjodu ta’ referenza, b’EUR 44,22 għal kull tunnellata ta’ lamtu tal-patata. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw in-numru ta’ ettari li għandhom ikunu nklużi fil-kalkulazzjoni tal-pagament uniku b’mod proporzjonali man-numru ta’ tunnellati ta’ lamtu tal-patata prodotti li għalihom hi pprovduta l-għajnuna fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, rispettivament, f’kull sena tal-perjodu ta’ referenza, u fil-limiti tal-‘base area’ iffissata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tan-numru ta’ ettari, koperti b’kuntratt ta’ kultivazzjoni fil-perjodu ta’ referenza, komunikati mill-Istati Membri.

C. ’Premium’ u supplimenti għall-bhejjem

Fejn bidwi rċieva ‘premiums’ u/jew supplimenti għall-bhejjem, l-ammont għandu jkun ikkalkulat bil-multiplikazzjoni tan-numru determinat ta’ annimali li ngħatalhom tali pagament, rispettivament, f’kull sena tal-perjodu ta’ referenza, bl-ammonti għal kull ras stabbiliti għas-sena kalendarja 2002 bl-Artikoli korrispondenti msemmija fl-Anness VI, waqt li jittieħed kont ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jew l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001.

B’deroga mill-Artikolu 38, għan-nagħaġ u l-mogħoż, pagamenti addizjonali mogħtija fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 11(2) l-ewwel, it-tieni u r-raba’ inċiż tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001, il-medja għandha tkun ikkalkulata fuq il-bażi tan-numru ta’ annimali li ngħatalhom pagament fis-sena kalendarja 2002.

Madankollu, m’għandux jittieħed kont tal-pagamenti taħt l-Artikolu 4(2) it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

Barraminnhekk, b’deroga mill-Artikolu 38, fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 32(11) u (12) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999 u l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1458/2001, in-numru ta’ annimali, li ngħatalhom pagament fis-sena li fihom ġew applikati tali miżuri u li għandu jittieħed kont tagħhom għall-kalkulazzjoni ta’ l-ammont ta’ referenza, m’għandux ikun ogħla mill-medja tan-numru ta’ annimali li ngħatalhom pagament fis-sena/snin li matulhom tali miżuri ma kienux applikati.

D. Għalf niexef

Fejn bidwi pproduċa għalf taħt kuntratt kif ipprovdut fl-Artikolu 9(c) tar-Regolament (KE) Nru 603/95 jew taħt dikjarazzjoni taż-żoni kif ipprovdut fl-Artikolu 10 ta’ l-istess Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-ammont li għandu jkun inkluż fl-ammont ta’ referenza b’mod proporzjonali man-numru ta’ tunnellati ta’ għalf niexef prodotti li ngħatalhom l-għajnuna pprovduta taħt l-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament, rispettivament, f’kull sena tal-perjodu ta’ referenza, u fil-limiti li ġejjin espressi f’miljuni ta’ euro:

Stat Membru | Limitu għall-għalf ipproċessat fil-prodotti imsemmija fl-Artikolu 3(2) of Regulation (KE) Nru 603/95 (għalf niexef) | Limitu għall-għalf ipproċessat fil-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 603/95 (għalf niexef) | Limitu totali |

UEBL | 0,049 | | 0,049 |

Id-Danimarka | 5,424 | | 5,424 |

Il-Ġermanja | 11,888 | | 11,888 |

Il-Greċja | 1,101 | | 1,101 |

Spanja | 42,124 | 1,951 | 44,075 |

Franza | 41,155 | 0,069 | 41,224 |

L-Irlanda | 0,166 | | 0,166 |

L-Italja | 17,999 | 1,586 | 19,585 |

Il-Pajjiżi Baxxi | 6,804 | | 6,804 |

L-Awstrija | 0,070 | | 0,070 |

Il-Portugall | 0,102 | 0,020 | 0,122 |

Il-Finlandja | 0,019 | | 0,019 |

L-Isvezja | 0,232 | | 0,232 |

Ir-Renju Unit | 1,950 | | 1,950 |

L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw in-numru ta’ ettari li għandhom ikunu nklużi fil-kalkulazzjoni ta’ l-ammonti ta’ referenza b’mod proporzjonali għan-numru ta’ tunnellati ta’ għalf niexef prodotti li ngħatalhom l-għajnuna pprovduta fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 603/95, rispettivament, f’kull sena tal-perjodu ta’ referenza, u fil-limiti tal-‘base area’ iffissata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tan-numru ta’ ettari, koperti minn kuntratt ta’ kultivazzjoni jew minn dikjarazzjoni taż-żoni fil-perjodu ta’ referenza, komunikati mill-Istati Membri.

E. Għajnuniet reġjonali

Fir-reġjuni konċernati, l-ammonti li ġejjin għandhom ikunu nklużi fil-kalkulazzjoni ta’ l-ammont ta’ referenza:

- EUR 24/t immultiplikati bil-produzzjoni utilizzata għall-pagamenti għaż-żoni għaċ-ċereali, żrieragħ taż-żejt, żerriegħa tal-kittien, kittien u qanneb imkabbar għall-fibra fir-reġjuni indikati fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999;

- l-ammont għal kull ras kif ipprovdut fl-Artikolu 9(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, l-Artikoli 13(2) u (3), 22(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001, l-Artikoli 5(2) u (3), 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001, immultiplikat bin-numru ta’ annimali li ngħatalhom pagament fl-2002;

- l-ammont għal kull ras kif ipprovdut fl-Artikolu 6(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 immultiplikat bin-numru ta’ annimali li ngħatalhom pagament fl-2002.

F. Għajnuniet għaż-żrieragħ

Fejn bidwi rċieva għajnuna għall-produzzjoni taż-żrieragħ, l-ammont għandu jkun ikkalkulat bil-multiplikazzjoni tan-numru ta’ tunnellati li ngħatalhom tali pagament, rispettivament, f’kull sena tal-perjodu ta’ referenza, bl-ammont għal kull tunnellata stabbilit bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw in-numru ta’ ettari li għandhom ikunu nklużi fil-kalkulazzjoni tal-pagament uniku b’mod proporzjonali maż-żona aċċettata għaċ-ċertifikazzjoni u li ngħatalha l-għajnuna pprovduta fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71, rispettivament, f’kull sena tal-perjodu ta’ referenza, u fil-limiti tal-‘base area’ iffissata mill-Kummissjoni fuq il-bażi taż-żona totali aċċettata għaċ-ċertifikazzjoni kif komunikat lill-Kummissjoni skond ir-Regolament (KEE) Nru 3083/73. Din iż-żona totali m’għandhiex tinkludi ż-żona aċċettata għaċ-ċertifikazzjoni għar-ross (Oryza sativa L.), qamħ (Triticum spelta L.), fibra, żejt tal-kittien (Linum usitatissimum L.) u qanneb (Cannabis sativa L.) li diġà ġiet iddikjarata għall-prodotti li jinħartu.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VIII

Limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41

(miljuni ta' euro) |

Stat Membru | 2005 | 2006 | 2007 u snin ta' wara |

Il-Belġju | 411 | 411 | 528 |

Id-Danimarka | 838 | 838 | 996 |

Il-Ġermanja | 4479 | 4479 | 5468 |

Il-Greċja | 837 | 834 | 856 |

Spanja | 3244 | 3240 | 3438 |

Franza | 7199 | 7195 | 8055 |

L-Irlanda | 1136 | 1136 | 1322 |

L-Italja | 2539 | 2530 | 2882 |

Il-Lussemburgu | 27 | 27 | 37 |

Il-Pajjiżi Baxxi | 386 | 386 | 779 |

L-Awstrija | 613 | 613 | 711 |

Il-Portugall | 452 | 452 | 518 |

Il-Finlandja | 467 | 467 | 552 |

L-Isvezja | 612 | 612 | 729 |

Kingdom | 3350 | 3350 | 3868 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS IX

Lista ta' prodotti li jinħartu msemmija fl-Artikolu 66

Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni |

I.ĊEREALI

10011000 | Qamħ ta' l-Awstralja |

100190 | Qamħ ieħor u 'meslin' li mhux qamħ ta' l-Awstralja |

10020000 | Segala |

100300 | Xgħir |

10040000 | Ħafur |

1005 | Qamħirrun |

100700 | Qamħ sorgu |

1008 | Qamħ Saraċin, żerriegħa tal-millieġ u tal-milju; ċereali oħra |

07099060 | Qamħ bil-qalba li fiha ħafna zokkor ('sweet corn') |

II.ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT

120100 | Sojja |

ex120500 | Żerriegħa tal-lift ('rape seed') |

ex12060010 | Żerriegħa tal-ġirasol |

III.PRODOTTI TAL-PROTEINI

071310 | Piżelli |

071350 | Favetta |

ex12092950 | Lupini ħelwin |

IV.KITTIEN

ex120400 | Żerriegħa tal-kittien (Linum usitatissimum L.) |

ex53011000 | Kittien, nej jew maħdum, imkabbar għall-fibra (Linum usitatissimum L.) |

V.QANNEB

ex53021000 | Qanneb, nej jew maħdum, imkabbar għall-fibra(Cannabis sativa L.) |

--------------------------------------------------

L-ANNESS X

Żoni tradizzjonali ta’ produzzjoni tal-qamħ ta’ l-Awstralja kif imsemmija fl-Artikolu 74

IL-GREĊJA

Nomoi (prefetturi) tar-reġjuni li ġejjin

Greċja Ċentrali

Peloponnese

Il-Gżejjer Jonji

Thessaly

Il-Maċedonja

Il-Gżejjer Eġej

Thrace.

Spanja

Provinċji

Almería

Badajoz

Burgos

Cádiz

Córdoba

Granada

Huelva

Jaén

Màlaga

Navarra

Salamanca

Sevilla

Toledo

Zamora

Saragossa

L-AWSTRIJA

Pannonia:

1. Gebiete der Bezirksbauernkammern (Żoni koperti mill-Bordijiet Distrettwali tal-Bdiewa)

2046 Tullnerfeld-Klosterneuburg

2054 Baden

2062 Bruck/Leitha-Schwechat

2089 Baden

2101 Gänserndorf

2241 Hollabrunn

2275 Tullnerfeld-Klosterneuburg

2305 Korneuburg

2321 Mistelbach

2330 Krems/Donau

2364 Gänserndorf

2399 Mistelbach

2402 Mödling

2470 Mistelbach

2500 Hollabrunn

2518 Hollabrunn

2551 Bruck/Leitha-Schwechat

2577 Korneuburg

2585 Tullnersfeld-Klosterneuburg

2623 Wr. Neustadt

2631 Mistelbach

2658 Gänserndorf

2. Gebiete der Bezirksreferate (Żoni koperti minn Diviżjonijiet Distrettwali)

3018 Neusiedl/See

3026 Eisenstadt

3034 Mattersburg

3042 Oberpullendorf

3. Gebiete der Landwirtschaftskammer (Żoni koperti mill-Kamra ta’ l-Agrikoltura)

1007 Vjenna

FRANZA

Reġjuni

Midi-Pyrénées

Provence-Alpes-Côte d’Azur

Languedoc-Roussillon

Dipartimenti [1]

Ardèche

Drôme

L-ITALJA

Reġjuni

Abruzzo

Basilicata

Calabria

Campania

Latium

Marche

Molise

Umbria

Apulia

Sardinja

Sqallija

Toscana

IL-PORTUGALL

Distretti

Santarém

Lisbona

Setúbal

Portalegre

Évora

Beja

Faro

[1] Kull wieħed minn dawn id-dipartimenti jista’ jintrabat ma’ wieħed mir-reġjuni fuq imsemmija.

--------------------------------------------------

L-ANNESS XI

Lista ta' speċi ta' żrieragħ imsemmija fl-Artikolu 99

(EUR/100 kg) |

Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Ammont ta' għajnuna |

1.Ceres

10019010 | Triticum spelta L. | 14,37 |

10061010 | Oryza sativa L. | |

—varjetajiet tawwalin li l-qamħa tagħhom hi itwal minn 6,0 millimetri u bi proporzjon ta' tul/wisa' ta' iktar minn jew ugwali għal 3 | 17,27 |

—varjetajiet oħra li l-qamħa tagħhom hi itwal minn, mhux itwal minn jew ugwali għal 6,0 millimetri u bi proporzjon ta' tul/wisa' ta' inqas minn 3 | 14,85 |

2.Oleagineae

ex12040010 | Linum usitatissimum L. (kittien tal-fibra) | 28,38 |

ex12040010 | Linum usitatissimum L. (żerriegħa tal-kittien) | 22,46 |

ex12079910 | Cannabis sativa L. (varjetajiet b'kontenut ta' 'tetrahydrocannabinol' li ma jaqbiżx l-0,2 %) | 20,53 |

3.Gramineae

ex12092910 | Agrostis canina L. | 75,95 |

ex12092910 | Agrostis gigantea Roth. | 75,95 |

ex12092910 | Agrostis stolonifera L. | 75,95 |

ex12092910 | Agrostis capillaris L. | 75,95 |

ex12092980 | Arrhenatherum elatius (L.) P. Beauv. ex J.S. u K.B. Prest. | 67,14 |

ex12092910 | Dactylis glomerata L. | 52,77 |

ex12092380 | Festuca arundinacea Schreb. | 58,93 |

ex12092380 | Festuca ovina L. | 43,59 |

12092311 | Festuca pratensis Huds. | 43,59 |

12092315 | Festuca rubra L. | 36,83 |

ex12092980 | Festulolium | 32,36 |

12092510 | Lolium multiflorum Lam. | 21,13 |

12092590 | Lolium perenne L. | 30,99 |

ex12092980 | Lolium x boucheanum Kunth | 21,13 |

ex12092980 | Phleum Bertolinii (DC) | 50,96 |

12092600 | Phleum pratense L. | 83,56 |

ex12092980 | Poa nemoralis L. | 38,88 |

12092400 | Poa pratensis L. | 38,52 |

ex12092910 | Poa palustris u Poa trivialis L. | 38,88 |

4.Legum

ex12092980 | Hedysarum coronarium L. | 36,47 |

ex12092980 | Medicago lupulina L. | 31,88 |

ex12092100 | Medicago sativa L. (ekotipi) | 22,10 |

ex12092100 | Medicago sativa L. (varjetajiet) | 36,59 |

ex12092980 | Onobrichis viciifolia Scop. | 20,04 |

ex07131010 | Pisum sativum L. (partim) (piżelli ħadra) | 0 |

ex12092280 | Trifolium alexandrinum L. | 45,76 |

ex12092280 | Trifolium hybridum L. | 45,89 |

ex12092280 | Trifolium incarnatum L. | 45,76 |

12092210 | Trifolium pratense L. | 53,49 |

ex12092280 | Trifolium repens L. | 75,11 |

ex12092280 | Trifolium repens L. var. giganteum | 70,76 |

ex12092280 | Trifolium resupinatum L. | 45,76 |

ex07135010 | Vicia faba L. (partim) (favetta) | 0 |

ex12092910 | Vicia sativa L. | 30,67 |

ex12092910 | Vicia villosa Roth. | 24,03 |

--------------------------------------------------