32003R1216

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħolTest b'relevanza għaż-ŻEE.

Official Journal L 169 , 08/07/2003 P. 0037 - 0043
CS.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
ET.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
HU.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
LT.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
LV.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
MT.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
PL.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
SK.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
SL.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2003

tas-7 ta' Lulju 2003

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol

(Test b'relevanza għall-Ftehim EE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parkament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 li jikkonċerna l-indiċi dwar l-ispiża tax-xogħol [1], u b'mod partikolari Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1) Aġġustament staġjonali u tal-jum tax-xogħol ta' l-indiċi ta'l-ispiża tax-xogħol hija parti essenzjali mill-kompilazzjoni ta' l-indiċi. Serje aġġustati jagħmluha possibbli li jitqabblu r-riżultati u li jiġi interpretat l-indiċi b'mod komprensiv.

(2) Formati ta' trasmissjoni predeterminati jnaqqsu l-problemi li jinqalgħu mit-trasmissjoni tad-data u flimkien ma’ rapporti ta' kwalità standardised, itejjbu l-interpretazzjoni u l-użu mgħaġġel ta' l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol.

(3) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku.

(4) Bis-saħħa ta' Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 450/2003, ċerti derogi mir-Regolament (KE) Nru 450/2003 għandhom jingħataw,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Trasmissjoni u proċeduri ta' aġġustament

1. L-indiċi u l-metadata trasmessi għandhom jintbagħtu f'forma elettronika mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat). It-trasmissjoni għandha tikkonforma ma’ l-istandards adatti ta' skambju approvati mill-Kumitat tal-Programm Statistiku. Il-Eurostat għandha tagħmel disponibbli dokumentazzjoni dettaljata b'relazzjoni ma standards approvati u għandha tipprovdi linji gwida dwar kif jiġu implimentati dawn l-istandards.

2. L-indiċijiet trasmessi u l-metadata għandhom jiġu ppreparati b'dak il-mod li jippermettu interpretazzjoni bl-akbar reqqa tar-riżultati u l-applikazzjoni effiċjenti tal-proċeduri ta' l-aġġustament staġonali tal-Kummissjoni (Eurostat) għall-aggregati Ewropej.

Is-serje ta' l-indiċi għandu jintbagħat fil-forom li ġejjin:

(a) mhux aġġustat;

(b) aġġustat skond il-jum tax-xogħol;

(ċ) aġġustat skond l-istaġun u skond il-jum tax-xogħol.

Artikolu 2

Kwalità

1. Il-kriterji ta' kwalità imsemmija f'Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 għandhom jikkomprendu dan li ġej:

(a) relevanza;

(b) eżattezza;

(ċ) relevanza fiż-żmien u puntwalità

(d) aċċessibilità u kjarezza;

(e) komparabilità;

(f) koerenza;

(ġ) kompletezza.

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jassiguraw li r-riżultati jirriflettu is-sitwazzjoni vera fir-rigward ta' l-attivitajiet ekonomiċi bi grad suffiċjenti ta' rappreżentattività.

2. Ir-rapporti tal-kwalità kif hemm provdut f'Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 għandhom ikunu trasmessi lill-Kummissjoni sal-31 ta' Awissu ta' kull sena l-aktar tard u għandhom jirrelataw ma’ data li tintemm fir-raba kwart tas-sena kalendarja ta' qabel. L-ewwel rapport tal-kwalità għandu jiġi trasmess fil-31 ta' Awissu 2004 l-aktar tard.

3. Il-kontenut tar-rapporti annwali tal-kwalità għall-indiċi ta' l-iżpiża tax-xogħol għandu jkun kif stipulat f’Anness I li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Perjodi transitorji

Id-dettalji li jirrelataw mal-perjodi transitorji kif hemm provdut f'Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 huma stipulati f’Anness II li jinsab ma dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Studji ta' possibilità

Dettalji li jirrelataw ma’ l-istudji ta' possibilità kif hemm provdut f'Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 huma stipulati f'Anness III li jinsab ma dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Katinar ta' l-indiċi

Il-formola Laspeyres għall-katinar ta' l-indiċi li għandha tintuża għall-kalkolu ta' l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol għall-kombinazzjonijiet tan-NACE Rev. 1 sezzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 450/2003 hija stipulata f’Anness IV li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Derogi

Id-derogi mid-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 1(2) aċċettati bis-saħħa ta' Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 huma stipulati f’Anness V li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Lulju 2003.

Għall-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 69, tat-13.3.2003, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Ir-rapporti annwali dwar il-kwalità għall-indiċi ta'l-ispiża tax-xogħol jinkludu l-partiti li ġejjin:

(a) evidenza ta' relevanza għall-ħtiġiet ta' l-utent:

- sommarju li jinkludi deskrizzjon ta' l-utenti, l-oriġini u s-sodisfazzjon tal-ħtiġiet ta' l-utenti, u relevanza ta' statistika għall-utenti;

(b) evidenza ta' eżattezza (informazzjoni mqassma skond in-NACE Rev. 1 sezzjonijiet):

- reviżjoni ta'l-istorja: tabella li turi r-reviżjonijiet fir-rati ppubblikati ta' tkabbir sena fuq sena għall-ispejjeż totali tax-xogħol bl-użu tas-serje mhux aġġustata, għall-aħħar 12-il kwart; sommarju tar-raġunijiet għar-reviżjonijiet,

- kopertura: tabella li turi l-perċentwali ta' l-impjegati rappreżentati fil-kampjun(i)/reġistru(i) ibbażata fuq in-numru ta' impjegati skond l-ESA 95; jekk il-partiti tal-ispiża tax-xogħol jinġabru minn sorsi differenti, tabella mqassma skond il-partiti tal-ispiża tax-xogħol skond Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 450/2003,

- frekwenza: tabella li turi l-frekwenza tal-ġbir/aġġornar ta' l-informazzjoni differenti tal-partita tal-ispiża,

- estimu: deskrizzjoni tal-metodi wżati biex jistmaw/jimmudellaw l-informazzjoni nieqsa (gruppi nieqsa ta' impjegati, intrapriżi, attivitajiet ekonomiċi u partiti tal-ispiża); evalwazzjoni, kwantitattiva kemm jista’ jkun, ta' l-impatt fuq il-figuri finali ta' informazzjoni nieqsa għal kollox (gruppi nieqsa ta' impjegati, intrapriżi, attivitajiet ekonomiċi u partiti tal-ispiża),

- siegħat maħduma: deskrizzjoni tal-metodi tas-siegħat maħduma; jew deskrizzjoni tal-miżura bi prokura tas-siegħat maħduma u evalwazzjoni, kwantitattiva kemm jista’ jkun ta' l-impatt tal-miżuri bi prokura tal-figuri finali,

- data amministrativa: fejn tintuża data amministrattiva, kummenti dwar il-korrispondenza u d-differenzi bejn il-kunċetti amministrattivi u l-kunċetti teoretiċi statistiċi;

(ċ) relevanza fiż-żmien u puntwalità:

- tabella li turi d-dewmien f'jiem għat-trasmissjoni tad-data għall-aħħar 12-il kwart koperti bir-rapport u l-korrispondenza bejn it-trasmissjoni ppjanata u d-data attwali tat-trasmissjoni;

(d) aċċessibilità u kjarezza:

- deskrizzjoni tal-midja ta' pubblikazzjoni għad-data u metadata fl-Istati Membri;

(e) komparabilità:

- deskrizzjoni ta' kull differenzi fil-kunċetti u l-metodi f'xi par ta' kwarti konsekuttivi mill-ewwel kwat ta' l-1996 ’l quddiem. B'żieda, deskrizzjoni tad-differenzi u stima, kwantitattiva kemm jista’ jkun, ta' l-effett tal-bidla fl-istimi. Kull differenzi fil-komparabilità bejn in-NACE Rev. 1 sezzjonijiet għandhom ukoll ikunu identifikati;

(f) koerenza:

- graff u tabella li juru r-rati ta' tkabbir annwali mhux aġġustati ta' l-indiċi totali tal-ispiża tax-xogħol (NACE Rev. 1 sezzjonijiet) u l-ESA 95 kumpens lill-impjegati skond is-sigħat maħduma (tqassim A6) bi spjegazzjonijiet għad-differenzi fir-rati ta' tkabbir għall-aħħar 12-il kwart;

(ġ) kompletezza:

- rapport tal-progress dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 flimkien ma’ pjan dettaljat u tabella taż-żmien għat-tlestija ta' l-implimentazzjoni; sommarju tad-devjazzjonijiet li jibqgħu mill-kunċett tal-UE.

L-ewwel rapport tal-kwalità li għandu jinħareġ sal-31 ta' Awissu 2004 jinkludi wkoll il-partiti li ġejjin għad-data b'lura:

- deskrizzjoni tas-sorsi wżati għad-data b'lura u l-metodoloġija wżata,

- deskrizzjoni tal-korrispondenza bejn il-kopertura (attivitajiet ekonomiċi, impjegati, partiti tal-ispiża) tad-data b'lura u dik tad-data kurrenti,

- deskrizzjoni tal-komparabilità tad-data b'lura u tad-data kurrenti.

--------------------------------------------------

ANNESS II

ILPERJODI TRANSITORJI LI JIRRELATAW MA’ L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT

Stat Membru | Dispożizzjonijiet ikkonċernati | Artikolu | Perjodu transitorju |

il-Belġju | dewmien fit-trasmissjoni ta’ 70 jum | 6 | Sentejn |

Spejjeż tax-xogħol kull siegħa maħduma | 2 | Sentejn |

il-Ġermanja | NACE sezzjonijiet H, I u K | 3 | Sentejn |

il-Greċja | Id-dispożizzjonijiet kollha | | Sentejn |

Spanja | dewmien fit-trasmissjoni ta’ 70 jum | 6 | Sentejn |

Franza | Id-dispożizzjonijiet kollha | | Sentejn |

l-Irlanda | Id-dispożizzjonijiet kollha | | Sentejn |

l-Italja | Spejjeż tax-xogħol kull siegħa maħduma | 2 | sena |

Data b’lura bbażat fuq is-sigħat maħduma | 2, 5 | sena |

dewmien fit-trasmissjoni ta’ 70 jum | 6 | sena |

Kontribuzzjonijiet soċjali minn min iħaddem miżjuda bit-taxxi mħallsa minn min iħaddem imnaqqsa bis-sussidji riċevuti –mingħajr trattament ta’ taxxi u sussidji (D4 u D5) | 4 | Sentejn |

il-Lussemburgu | Id-dispożizzjonijiet kollha | | Sentejn |

l-Olanda | Data b’lura 1996-2002 | 5 | Sentejn |

Kontribuzzjonijiet soċjali minn min iħaddem miżjuda bit-taxxi mħallsa minn min iħaddem imnaqqsa bis-sussidji riċevuti –minghħajr trattament ta’ taxxi u sussidji (D4 u D5) | 4 | Sentejn |

l-Awstrija | NACE sezzjonijiet C, D, E u F | 3 | sena |

NACE sezzjonijiet G, H, I, J u K | 3 | Sentejn |

il-Portugall | dewmien fit-trasmissjoni ta’ 70 jum | 6 | sena |

il-Finlandja | Id-dispożizzjonijiet kollha | | Sentejn |

l-Isvezja | Id-dispożizzjonijiet kollha | | Sentejn |

ir-Renju Unit | Rappreżentanza ta’ l-Irlanda ta’ Fuq | 3 | Sentejn |

Rappreżentanza ta’ unitajiet b’anqas minn 20 impjegat | 3 | Sentejn |

Data b’lura | 5 | sena |

Aġġustament tal-jum tax-xogħol | 11 | Sentejn |

--------------------------------------------------

ANNESS III

1. L-istudju ta' possibiltà biex jiġi stmat kif l-indiċijiet ta' kull kwart tal-ispiża tax-xogħol jistgħu jinkisbu għan-NACE sezzjonijiet L, M, N u O

L-istudju ta' possibiltà imwettaq minn Stat Membru għandu jkopri b'mod partikolari:

L-Isfond

Il-kontribuzzjoni li tagħti kull waħda minn dawn l-attivitajiet ekonomiċi lill-ekonomija nazzjonali, espressa f'termini ta' spejjeż tax-xogħol jew miżura adattata alternattiva.

Deskrizzjoni tas-similaritajiet u d-differenzi fl-istrutturi tal-ispiża tax-xogħol u l-iżvilupp għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi mqabbla ma "l-istrutturi ta'l-ispiża u l-iżvilupp fi ħdan in-NACE sezzjonijiet Ċ sa K."

L-Għażliet

Evalwazzjoni tal-prattiċi fi Stati Membri oħra, fejn id-data għal dawn is-sezzjonijiet NACE huma diġà disponibbli.

Stima ta' l-għażliet differenti għall-ksib ta' l-indiċijiet tal-ispiża tax-xogħol għan-NACE sezzjonijiet L, M, N u O, li jippermettu t-trasmissjoni ta' data fl-ewwel kwart ta'l-2007. Għandu jingħata kont tas-sorsi possibbli ta' data li ġejjin:

(a) l-użu ta' kollezzjonijiet eżistenti ta' data;

(b) sorsi amministrattivi;

(ċ) proċeduri ta' stima statistika;

(d) kollezzjonijiet ġodda ta' data.

Għal kull għażla kkunsidrata, l-istima għandha tinkludi dettalji tal-kwistjonijiet tekniċi u legali involuti; il-bidu mistenni u l-ispejjeż tat-tmexxija ta' l-uffiċju nazzjonali ta' l-istatiska; estimi tal-ispiża għal xi piż addizzjonali fuq in-negozji; il-kwalità statistika mistennija tar-riżultati; xi riskji jew inċertezzi; u vantaġġi jew żvantaġġi partikolari.

Rakkomandazzjoni

Ibbażata fuq l-istima ta' l-għażliet differenti, rakkomandazzjoni dwar l-attitudni l-aktar adattata għandha tiġi proposta.

Implimentazzjoni

Dettalji tal-pjan propost ta' implimentazzjoni, inkluża d-data tal-bidu u d-dati tat-tlestija tal-istadji speċifiċi ta' l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni.

Stati Membri li jwettqu studji ta' possibiltà

L-Istati Membri li ġejjin għandhom iwettqu studji ta' possibiltà biex jistmaw kif l-indiċijiet ta' kull kwart tal-ispiża tax-xogħol definiti f'Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 jistgħu jinkisbu minn-NACE Rev. 1 sezzjonijiet L, M, N u O:

- id-Danimarka

- il-Ġermanja

- il-Greċja

- Spanja

- Franza

- l-Italja

- l-Awstrija

- l-Isvezja.

2. L-istudju ta' possibiltà biex jistma kif l-indiċi li jistma l-ispejjeż totali tax-xogħol esklużi bonuses jista jinkiseb

L-istudju ta' possibiltà mwettaq minn Stat Membru għandu jkopri b'mod partikolari:

L-Isfond

Il-kontribuzzjoni li l-bonuses jagħmlu għall-ispejjeż totali nazzjonali tax-xogħol b'deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-ħlasijiet tal-bonus fl-ekonomija nazzjonali.

L-Għażliet

Evalwazzjoni tal-prattiċi fi Stati Membri oħra, fejn id-data hija diġà disponibbli biex jiġi kkalkolat l-indiċi tan-nefqiet totali tax-xogħol esklużi bonuses.

Stima ta' l-għażliet differenti għall-ksib ta' l-indiċi tal-ispejjeż totali tax-xogħol esklużi bonuses, li jippermettu t-trasmissjoni ta' data għall-ewwel kwart ta' l-2007. Għandu jingħata kont tas-sorsi possibbli ta' data li ġejjin:

(a) l-użu ta' kollezzjonijiet eżistenti ta' data;

(b) sorsi amministrattivi;

(ċ) proċeduri ta' stima statistika;

(d) kollezzjonijiet ġodda ta' data.

Għal kull għażla kkunsidrata, l-istima għandha tinkludi dettalji tal-kwistjonijiet tekniċi u legali involuti; il-bidu mistenni u l-ispejjeż tat-tmexxija ta' l-uffiċju nazzjonali ta' l-istatistika; estimi tal-ispiża għal xi piż addizzjonali fuq in-negozji; il-kwalità statistika mistennija tar-riżultati; xi riskji jew inċertezzi; u vantaġġi jew żvantaġġi partikolari.

Rakkomandazzjoni

Bażata fuq l-istima ta' l-għażliet differenti, għandha tiġi proposta rakkomandazzjoni dwar l-attitudni l-aktar adattata.

Implimentazzjoni

Dettalji tal-pjan propost ta' implimentazzjoni, inkluża d-data tal-bidu u d-dati tat-tlestija ta'l-istadji speċifiċi ta' l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni.

Stati Membri li jwettqu studji ta' possibiltà

L-Istati Membri li ġejjin għandhom iwettqu studji ta' possibiltà biex jistmaw kif l-indiċi li jistma in-nefqiet totali tax-xogħol esklużi bonuses fefiniti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 jista "jinkiseb:"

- il-Ġermanja

- il-Greċja

- Franza

- l-Italja

- l-Awstrija

- il-Portugall

- il-Finlandja

- l-Isvezja.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Il-formola ta’ l-indiċi katina Laspeyres li għandha tintuża għall-kalkolazzjoni ta’ l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol (LCI) għall-kombinazzjonijiet tas-sezzjonijiet tan-NACE Rev. 1:

1. Iddefinixxi:

w

itj = spejjeż tax-xogħol għal kull siegħa maħduma minn impjegati fin-NACE Rev. 1 sezzjoni i fi kwart t fis-sena j

ω

ik = spejjeż tax-xogħol għal kull siegħa maħduma minn impjegati fin-NACE Rev. 1 sezzjoni i fis-sena k

h

ik = siegħat maħduma minn impjegati fin-NACE Rev. 1 sezzjoni i fis-sena k

W

ik ω

* h

ik

spejjeż tax-xogħol fin-NACE Rev. 1 sezzjoni i fis-sena k.

2. Il-formola bażika Laspeyres li għandha tintuża għall-kalkolazzjoni LCI għall-kwart t fis-sena j, bis-sena bażi k hija definita bħala:

LCI

=

χ

θ

ω

θ

=

ω

θ

Χ

=

Χ

Χ

ιλ

fejn 1 ≤ = t ≤ = 4.

3. Il-piżijiet użati biex jiġi kalkolat l-indiċi huma definiti bħala:

W

Χ

ιλ

W

ik

fejn Wik, i u k huma definiti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness.

4. Ir-rabta annwali għas-sena l sas-sena l + 1, fejn 0 ≤ = l < l + 1 < j hija definita bi:

L

=

ω

θ

ω

θ

ιμ

5. Il-formola ta’ l-indiċi katina Laspeyres għall-kwart t fis-sena j bis-sena ta’ referenza k = 0 u m l-intervall meħtieġ biex jiġu proċessati u applikati il-piżijiet annwali meħtieġa, fejn 1 ≤ = m ≤ = 2, hija definita bħala:

LCItj(0) = 100. (L0,1). (L1,2) ….. (Lj-m-1,j-m). LCItj(j-m).

6. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun is-sena 2000, fejn l-indiċi annwali tal-ispiża tax-xogħol hija ugwali għal 100.

--------------------------------------------------

ANNESS V

Derogi

Id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza u l-Isvezja: is-serje ta' l-indiċi għandha titwassal biss (b) jum tax-xogħol aġġustat u (ċ) aġġustament staġonali u tal-jum tax-xogħol. Il-metodi għall-aġġustament tal-jum tax-xogħol u dak staġonali għandhom ikunu dokumentati kollha kemm huma u jintgħamlu disponibbli lill-Kummissjoni (Eurostat).

--------------------------------------------------