32003R1139



Official Journal L 160 , 28/06/2003 P. 0022 - 0032


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1139/2003

tas-27 ta' Ġunju 2003

li jemenda Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programmi ta' kontroll u materjal speċifiku ta' riskju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament (KE) Nru.999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jniżżel regoli għal prevenzjoni, kontroll u l-qerda ta' ċerti enċifalopatiji sponġiformi trasmissibbli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru. 1003/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1) Regolament (KE) Nru. 999/2001 iniżżel regoli għall-kontroll ta' enċifalopatija sponġiformi trasmissibbli (TSE) f'annimali ovini u kaprini, li jinkludi kontroll fuq kampjun ta' annimali li ma kinux maqtula għal konsumazzjoni tal-bniedem. Huwa bżonnjuż li d-definizzjoni ta' dan il-grupp ta' annimali tkun iċċarata, sabiex ikun evitat li kampjuni mhux xierqa jkunu magħżula għal dan il-għan.

(2) Regolament (KE) Nru. 999/2001 isemmi miżuri li jeqirdu wara li jkun ikkonfermat TSE f'annimali ovini u kaprini. Għandu jitwettaq testjar immirat fuq dawn l-annimali li nqerdu taħt dawn il-miżuri sabiex tinġabar informazzjoni ta' natura epidemoloġika.

(3) Fit-teorija, jista' jkun li BSE jeżisti fil-popolazzjoni ovina u kaprina u m'huwiex possibbli tiddistingwi bejn BSE u infezzjoni coenurus cerebralis f'dawn l-annimali bl-użu ta' metodi ta' rutina. Il-livell ta' infezzjoni fl-ileu fiż-żewġ tipi ta' mard huwa sinifikanti mill-istadji tal-bidu ta' l-infezzjoni. Bħala miżura ta' prekawzjoni, l-ileu ta' annimali ovini u kaprini ta' kull età għandha tkun miżjuda mal-lista tal-materjali specifiċi ta' riskju.

(4) Fl-opinjoni tiegħu tas-7 u t-8 ta' Novembru 2002 fuq id-distribuzzjoni ta' infezzjoni ta' TSE f'tessut li jixtarr, il-Kumitat tat-Tmexxija Xjentifiku (KTX) issuġġerixxa li t-tunsilli ta' annimali bovini ta' kull età għandhom ikunu meqjusa li huma ta' riskju li jikkaġunaw enċifalopatija sponġiformi tal-bovini (BSE).

(5) Il-KTX stqarret li għandha tkun evitata kontaminazzjoni ma' tessut tas-sistema ċentrali nervuża u materjal tat-tunislli meta jkun qiegħed jinġabar laħam tar-ras u l-ilsna ta' annimali bovini għal konsumazzjoni tal-bniedem, biex ikun evitat kull riskju ta' BSE.

(6) Sistemi ta' kontroll għandhom ikunu implimentati sew f'biċċeriji u f'impjanti ta' qtugħ ta' l-annimali specifikament awtorizzati minħabba li l-kondizzjoni ta' l-irjus tiddependi l-iktar fuq kemm ikunu mmaniġjati bil-galbu u li t-toqba tat-tir li tkun qegħdha fuq quddiem u l-foramen magnum ikunu ssiġillati tajjeb.

(7) Ir-regoli biex ikunu trasmessi karakassi, nofs karakassi u kwart ta' karkassi li ma jkollhomx xi materjal speċifiku ta' riskju ħlief kolonni vertebrali lill-Istati Membri oħra li qabel ma jkunux taw il-kunsens tagħhom, għandhom ikunu estiżi sa nofs karkass maqtugħ f'mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa li jkun jirrifletti l-kummerċ attwali bejn l-Istati Membri.

(8) Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill [3], emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 808/2003 [4], iniżżel regoli ta' saħħa ta' l-annimali u tal-pubbliku għal ġbir, trasport, ħażna, tqandil, proċessar u użu jew rimi ta' kull prodott sekondarju ta' annimali li mhux maħsub għal konsumazzjoni tal-bniedem, li jinkludi t-tqegħid tagħhom fis-suq u, f'certi każijiet speċifiċi, l-esportazzjoni u transitu tagħhom. Regoli speċjali fuq tneħħija u rimi ta' prodotti msemmija fl-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru. 999/2001 għandhom għalhekk ikunu mħassra.

(9) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk ikun emendat.

(10) Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi III u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jgħodd mill-1 ta' Ottubru 2003.

Id-disposizzjoni l-ġdida ta' l-Anness XI, Parti A, punt 1(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, hekk kif stabbilit f'punt 2 ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament, għandha tgħodd għal annimali maqtula mill-1 ta' Ottubru 2003 'il quddiem.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 147, tal-31.5.1, pġ. 1.

[2] ĠU L 152, ta’ l-20.6.3, pġ. 8

[3] ĠU L 273, ta’ l-10.10.2, pġ. 1

[4] ĠU L 117, tat-13.5.3, pġ. 1

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Annessi III u XI huma emendati kif ġej:

1. L-Anness III huwa mibdul b'dan li ġej:

"

“ANNESS III

SISTEMI TA' KONTROLL

KAPITOLU A

I. KONTROLL FUQ ANNIMALI BOVINI

1. Ġenerali

Kontroll fuq annimali bovini għandu jitwettaq skond il-metodi ta' laboratorju mniżżla fl-Anness X, il-Kapitolu C, punt 3(1)(b).

2. Kontroll fuq annimali maqtula għal konsumazzjoni tal-bniedem

2.1 L-annimali bovini b'età 'l fuq minn 24 xahar:

- bla ħsara għal "qtil speċjali ta' emerġenza" kif imfisser fl-Artikolu 2(n) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE [1],

- jew maqtula skond l-Anness I, il-Kapitolu VI, punt 28(ċ), tad-Direttiva 64/433/KEE, minbarra annimali mingħajr ebda sinjal kliniku ta' mard maqtula f'kuntest ta'kampanja għal qerda tal-mard,

għandhom ikunu ttestjati għal BSE.

2.2. L-annimali bovini kollha b'età 'l fuq minn 30 xahar:

- li jkunu suġġettati għal qtil normali għal konsumazzjoni tal-bniedem, jew

- maqtula fil-kuntest ta' kampanja għal qerda tal-mard skond l-Anness I, il-Kapitolu VI, punt 28(c), tad-Direttiva 64/433/KEE, imma bl-ebda sinjalkliniku ta' mard,

għandhom ikunu ttestjati għal BSE.

2.3. L-Isvezja tista' tiddeċiedi teżamina biss kampjun meħud b'għażla bbażata bl-inzertaturi billi wieħed jidderoga mill-punt 2.2 u għal dak li għandu x'jaqsam ma' annimali bovini li twieldu, kienu mrobbija u maqtula fit-territorju tagħha. Il-kampjun għandu jikkonsisti minn ta' l-anqas 10000 annimali fis-sena.

3. Kontroll fuq annimali li m'humiex maqtula għall-konsumazzjoni tal-bniedem

3.1. L-annimali bovini kollha b'età 'l fuq minn 24 xahar li mietu jew kienu maqtula imma li ma kinux:

- maqtula biex jinqerdu skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 716/96 [2],

- maqtula fil-kuntest ta' epidemija, bħal dik tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer,

- maqtula għal konsumazzjoni tal-bniedem,

għandhom ikunu ttestjati għal BSE.

3.2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jidderogaw mid-disposizzjonijiet ta' punt 3.1 f'postijiet imbiegħda b'densità ta' annimali baxxa, fejn ma jkunx organizzat ġbirta' annimali mejta. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhomjinfurmaw il-Kummissjoni ta' dan, u jagħtu lista tal-postijiet li fihom saret id-deroga. Id-deroga m'għandhiex tkopri iktar minn 10 % tal-popolazzjoni bovina fl-Istat Membru.

4. Kontroll fuq annimali mixtrija għall-qerda skond ir-Regolament (KE) Nru.716/96

4.1 L-annimali kollha li jkunu maqtula b'mod każwali jew li jinstabu morda waqt l-ispezzjoni ante mortem għandhom ikunu ttestjati għal BSE.

4.2. L-annimali kollha b'età 'l fuq minn 42 xahar li twieldu wara l-1 ta' Awissu 1996 għandhom ikunu ttestjati għal BSE.

4.3. Kampjun meħud b'għażla bbażata bl-inzertaturi li jikun jinkludi ta' l-inqas 10000 annimal ta' kull sena ta' annimali mhux koperti mill-punti 4.1 jew 4.2 għandhomikunu ttestjati għal BSE.

5. Kontroll fuq annimali oħra

Barra l-ittestjar imsemmi f'punti 2 sa 4, l-Istati Membri jistgħu fuq bazi volontarja jiddeċiedu li jittestjaw annimali bovini oħra fit-territorju tagħhom, b'modpartikolari fejn dawk l-annimali li jkunu joriġinaw minn pajjizi b'BSE indiġenuikunu ħadu għalf tal-bhejjem ikkontaminat jew li jkunu twieldu jew ġejjin minndigi infettati bil-BSE.

6. Miżuri ta' wara l-ittestjar.

6.1. Fejn annimal li kien maqtul għal konsumazzjoni tal-bniedem jintagħżel għall-ittestjar tal-BSE, il-markar ta' saħħa kif imsemmi fil-Kapitolu XI tal-Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE m'għandux jitwettaq fuq il-karkass ta' dak l-annimalsakemm jinkiseb riżultat negattiv għat-test rapidu.

6.2. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-disposizzjonijiet ta' punt 6.1 fejn sistema uffiċjali tkun qiegħda titwettaq fil-biċċerija li tassigura li l-ebda parti ta' l-annimali eżaminati li jkollhom il-markatura ta' saħħa jħallu l-biċċerija sakemmjinkiseb riżultat negattiv għat-test rapidu.

6.3. Kull parti tal-ġisem ta' annimal li tkun ittestjata għal BSE, il-ġilda inkluża, għandha tinżamm taħt kontroll uffiċjali sakemm jinkiseb riżultat negttiv għat-test rapidu, kemm-il darba dawn ma jkunux meqruda skond l-Anness V, punt 3 jew 4.

6.4. Kull parti tal-ġisem ta' annimal li ġġib riżultat pożittiv għat-test rapidu, il-ġilda inkluża, għandha tinqered skond l-Anness V, punt 3 jew 4, minbarra materjal ligħandu jinżamm mar-rekords imsemmi fil-Kapitolu B, taqsima III.

6.5. Meta annimal maqtul għall-konsumazzjoni tal-bniedem iġib riżultat pożittiv għat-test rapidu, ta' l-inqas il-karkass ta' qabel ezatt il-karakass li nstab pożittiv għat-test u żewġ karkassi eżatt wara l-karkass li nstab pożittiv għat-test fuq l-istesslinja fejn ikun qiegħed jitwettaq il-qtil għandhom jinqerdu skond il-punt 6.4,flimkien mal-karkass li nstab pożittiv għat-test.

6.6. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-disposizzjonijiet ta' punt 6.5 fejn sistema li ma tħallix kontaminazzjoni bejn il-karkassi tkun qegħdha titwettaq fil-biċċerija.

II. KONTROLL FUQ ANNIMALI BOVINI U KAPRINI

1. Ġenerali

Kontroll fuq annimali ovini u kaprini għandu jitwettaq skond il-metodi tal-laboratorju imniżżlin fl-Anness X, il-Kapitolu C, punt 3.2(b).

2. Kontroll fuq annimali maqtula għall-konsumazzjoni tal-bniedem

Annimali b'età 'l fuq minn tmintax-il xahar jew li ħarġulhom iktar minn żewġ sinniet ta' permanenti ta' quddiem fil-ħanek u li huma maqtula għal konsumazzjoni tal-bniedem għandhom ikunu ttestjati bil-kampjun liema daqs huwa indikat fil-lista. L-għażla tal-kampjuni għandha ssir b'tali mod li tevita li xi grupp ikun rappreżentat b'mod eċċessiv għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-oriġini, l-ispeċi, l-età, in-nisel, it-tip ta' produzzjoni jew xi karatteristika oħra. L-età ta' l-annimali għandha tkun ikkalkulata mit-tlugħ tas-snin, sinjali ovvji ta' maturità jew informazzjoni oħra li tista' togħqod fuqha. Ħafna tehid ta' kampjuni mill-istess merħla għandu jkun evitat fejn hu possibbli.

L-Istati Membri | Id-daqs minimu tal-kampjun ta' kull sena Annimali Maqtula |

Il-Belġju | 3750 |

Id-Danimarka | 3000 |

Il-Ġermanja | 60000 |

Il-Greċja | 60000 |

Spanja | 60000 |

Franza | 60000 |

L-Irlanda | 60000 |

L-Italja | 60000 |

Il-Lussemburgu | 250 |

L-Olanda | 39000 |

Awstrija | 8200 |

Il-Portugall | 22500 |

Il-Finlandja | 1900 |

L-Isvezja | 5250 |

Ir-Renju Unit | 60000 |

L-Istati Membri | Id-daqs minimu tal-kampjun ta' kull sena Annimali mejta |

Il-Belġju | 450 |

Id-Danimarka | 400 |

Il-Ġermanja | 6000 |

Il-Greċja | 6000 |

Spanja | 6000 |

Franza | 6000 |

L-Irlanda | 6000 |

L-Italja | 6000 |

Il-Lussemburgu | 30 |

L-Olanda | 5000 |

Awstrija | 1100 |

Il-Portugall | 6000 |

Il-Finlandja | 250 |

L-Isvezja | 800 |

Ir-Renju Unit | 6000 |

Numru ta' annimali maqtula biex titnaqqas il-merħla b'età 'l fuq minn 12-il xahar fil-merħla. | Daqs ta' kampjun minimu |

70 jew inqas | L-annimali kollha eliġibbli |

80 | 68 |

90 | 73 |

100 | 78 |

120 | 86 |

140 | 92 |

160 | 97 |

180 | 101 |

200 | 105 |

250 | 112 |

300 | 117 |

350 | 121 |

400 | 124 |

450 | 127 |

500 jew iktar | 150 |

"""

[1] ĠU C 121, tad- 29.7.1996, pġ. 2012/64 4

[2] ĠU C 99, ta' l-20.4.1996, pġ. 14

--------------------------------------------------