32003R1110



Official Journal L 158 , 27/06/2003 P. 0012 - 0020


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1110/2003

tas-26 ta' Ġunju, 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1249/96 dwar regoli dwar l-applikazzjoni (dazji ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1104/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi:

(1) Wara diskussjonijiet ta' interpretazzjoni fuq il-metodu għall-iffissar u l-aġġustament ta' dazji fuq importazzjoni u spejjez relevanti li għandhom x'jaqsmu ma' tagħbijiet, inħass il-bżonn li ssir modifikazzjoni għad-disposizzjonijiet relevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1900/2002 [4], sabiex dawn isiru aktar ċari.

(2) Skond id-Deċiżjoni 2003/254/KE [5] u d-Deċiżjoni 2003/253/KE [6], il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Komunità Ewropea u l-Kanada, rispettivament, dwar il-modifikazzjoni ta' konċessjonijiet fir-rigward ta' ċereali li hemm fl-iskeda CXL annessa mal-GATT. Dawn il-Ftehim jemendaw il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' xgħir u qamħ ta' kwalità medja jew baxxa billi jiffissaw kwoti ta' importazzjoni għal dawn il-prodotti mill-1 ta' Jannar 2003.

(3) Skond id-Deċiżjonijiet ta' hawn fuq, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tagħmel deroga temporarja għal dawn il-prodotti mis-sistema ta' dazji ta' importazzjoni kif provdut fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, sakemm ikun hemm l-approvazzjoni ta' emenda formali ta' dak ir-Regolament. Biex tippermetti li l-Ftehim approvati mill-Kunsill ikunu implementati mill-1 ta' Jannar 2003, il-Kummissjoni adottat disposizzjonijiet ta' implimentazzjoni temporarji permezz tar-Regolament (KE) Nru 2378/2002 [7], kif emendat minn Regolament (KE) Nru 611/2003 [8]. Dawn il-ftehim temporarji jiskadu fit-30 ta' Ġunju 2003.

(4) F'dan l-istadju, għandhom ikunu adottati r-regoli permanenti ta' applikazzjoni tal-Ftehim approvat mill-Kunsill.

(5) Konsegwentament, jixraq li jiddaħħlu fir-Regolament (KE) Nru 1249/96, id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2378/2002 fuq bażi permanenti, peress illi dawn ħadmu b'mod sodisfaċenti matul l-ewwel sitt xhur ta' l-2003.

(6) Xħin tqis illi t-tnaqqis għax-xgħir imxarrab tneħħiet u li l-qamħ ta' kwalità tajba li ser ikun mitħun ser jopera bħala premium, tnaqqis fuq prodott speċifiku marbut ma' l-użu aħħari ser japplika biss għal qamħirrum iebes. F'dawn il-kondizzjonijiet, il-ftehim eżistenti għad-disposizzjonijiet ta' l-użu aħħari għandhom ikunu ssimplifikati u armonizzazzati ma' leġislazzjoni doganali ġenerali.

(7) F'każijiet fejn ċertifikati ta' konformità huma aċċettati għal prodotti ta' kwalità għolja (qamħ ta' kwalità għolja komuni u durum mal-Kanada u l-Istati Uniti u qamħirrum iebes ma' l-Arġentina), huwa importanti li jkun hemm limitu fuq l-ammont ta' sigurtà biex din tkun fl-anqas livell possibbli. L-unika sigurtà li tapplika fil-każ ta' ċertifikazzjoni ta' konformità għandha tkun is-sigurtà marbuta mal-liċenza ta' importazzjoni.

(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1249/96 għandu għaldaqstant jiġi emendat b'dan il-mod.

(9) Il-Kumitat ta' Mmaniġġjar ta' ċereali ma tax opinjoni fi żmien stabilit mill-President,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1249/96 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 2 qed jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-Paragrafi 1 u 2 qiegħdin jinbidlu b'dan li ġej:

"1. Id-dazji fuq l-importazzjoni imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92 dwar Prodotti ta' Kodiċi NM 10011000, 10019091, ex10019099 (qamħ komuni ta' kwalità għolja), 100200, 10051090, 10059000 u 10070090 ser jiġu maħduma ġurnata b'ġurnata imma jkunu fissi fil-15-il jum u l-aħħar jum ta' xogħol ta' kull xahar mill-Kummissjoni għal applikazzjoni mis-16-il jum tax-xahar u l-ewwel jum tax-xahar ta' wara. Fejn il-15 ma jkunx jum ta' xogħol għall-Kummissjoni l-obbligi ser ikunu iffissati fil-jum ta' xogħol li jiġi wara l-15 tax-xahar in kwistjoni. Madankollu, jekk matul il-perjodu ta' applikazzjoni ta' l-obbligi li ġew iffissati hekk, ikun hemm differenza fid-dazju ta' importazzjoni medju ta' 5 EUR għal kull tunnellata jew aktar minn dik iffissata, għandhom isiru l-aġġustamenti li ġejjin.

2. Il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolazzjoni tad-dazju ta' importazzjoni ser ikun il-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni cif li jkun iffissat ta' kuljum, li ser ikun determinat kif stipulat fl-Artikolu 4. Għall kull determinazzjoni, id-dazju ta' importazzjoni huwa l-medja ta' dazji ta' importazzjoni maħduma matul l-10 t'ijiem ta' xogħol ta' qabel. Għall-iffissar u aġġustamenti, il-Kummissjoni mhux ser tieħu kont ta' dazji ta' importazzjoni ta' kuljum użati għall-iffissar ta' qabel.

Il-prezz ta' intervent li għandu jintuża għal kalkolu tad-dazji ser ikun dak tax-xahar li fih japplikaw id-dazji ta' importazzjoni."

(b) It-tieni subparagrafu ta' paragrafu 3 huwa mħassar.

(ċ) Il-paragrafu 5 qiegħed jiġi mibdul b'dan li ġej:

"5. Id-dazji fuq l-importazzjoni ser jitnaqqsu b'24 EUR kull tunnellata fuq qamħirrum iebes li jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet imniżżla f'L-ANNESS I. Sabiex igawdi minn dan it-tnaqqis, qamħirrum iebes għandu jkun ipproċessat fi prodott b'Kodiċi NM 19041010, 110313 jew 110423 fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ċirkolazzjoni libera. Disposizzjonijiet aħħarija ta' l-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 [9] u l-Artikolu 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (EC) Nru 2454/93 [10] għandhom japplikkaw.

Minkejja l-Artikolu 293(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2454/93, il-persuna li timporta ser tagħtli lill-awtorità kompetenti assigurazzjoni oħra ta' 24 EUR għall kull tunnellata ta' qamħirrum iebes, salv meta l-applikazzjoniiet għall-liċenza ta' importazzjoni ikollhom magħhom ċertifikati ta' konformità maħruġa mis-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament. F'dan il-każ, fil-liċenza ta' l-importazzjoni għandu tissemma f'kaxxa 24 t-tip ta' ċertifikat ta' konformità.

Jekk madankollu d-dazju li jkun japplika fid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx mid-dwana għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa jkun anqas minn 24 EUR kull tunnellata ta' qamħirrum, is-sigurtà għandha tkun ekwivalenti għall-ammont ta' dazju."

(2) L-Artikoli 4 u 5 qed jinbidlu b'dan li ġej:

"Artikolu 4

1. Għal qamħ komuni ta' kwalità għolja, qamħ durum, qamħirrum u qamħ ieħor imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-komponenti li jiddeterminaw il-prezzijiet ta' importazzjoni rappreżentattivi imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1766/92 ser ikunu:

(a) il-kwotazzjoni attwali ta'l-iskambju rappreżentattiv fuq is-suq ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika;

(b) il-prezzijiet kummerċjali magħrufa u skontijiet marbuta mal-prezz kurrenti tal-kambju fis-suq ta' l-Istati Uniti u l-prezz tal-ġurnata u b'mod partikolari, fil-każ ta' qamħ durum, imqabbel mal-kwalità ta' l-ikel;

(ċ) tgħabbija ta' bastimenti u spejjez assoċjati bejn l-Istati Uniti (Gulf tal-Messiku jew Duluth) u l-port ta' Rotterdam għal bastimenti ta' mhux anqas minn 25000 tunnellata metrika.

2. Il-Kummissjoni ser tirreġistra kull jum ta' xogħol:

(a) il-komponent imsemmij fil-punt (a) tal-paragrafu 1 mill-kambji u billi jintużaw kwaltajiet ta' riferenza murija f'L-Anness II;

(b) komponenti imsemmija f'punti (b) u (c) ta' paragrafu 1 minn informazzjoni pubblika.

3. Sabiex ikun jista' jiġi kkalkulat l-komponent imsemmi f'punt (b) ta' paragrafu 1 jew il-kwotazzjoni relevanti fob, il-premium u skontijiet li ġejjin japplikaw:

- premium ta' 14 EUR kull tunnellata għall-qamħ komuni ta' kwalità għolja,

- skont ta' 10 EUR kull tunnellata metrika għall-qamħ ta' kwalità medja,

- skont ta' 30 EUR kull tunnellata għall-qamħ ta' kwalità baxxa.

4. Il-prezzijiet ta' importazzjoni rappreżentattivi cif għall-qamħ durum, qamħ komuni ta' kwalità għolja u qamħirrum ser ikun it-total tal-komponenti msemmija f'punti (a), (b) u (ċ) ta' paragrafu 1. Il-prezzijiet ta' importazzjoni cif rappreżentattivi għas-segala u s-sorghum ser ikunu kkalkolati billi jintużaw kwotazzjonijiet għax-xgħir fl-Istati Uniti, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Anness II.

5. Il-prezzijiet ta' importazzjoni cif rappreżentattivi għaż-żerriegħa ta' qamħ komuni ta' Kodiċi NM 10019091 u ta' żerriegħa ta' qamħirrum ta' kodiċi NM għandhom ikunu dawk ikkalkolati għall-qamħ ta' kwalità għolja 10051090 u qamħirrum rispettivament.

Artikolu 5

1. Applikazzjonijiet għall-liċenza ta' importazzjoni għall-qamħ komuni ta' kwalità għolja ser ikunu validi biss jekk l-applikant:

(a) iniżżel il-kwalità li ser tkun importata f'kaxxa 20 tal-liċenza ta' l-importazzjoni;

(b) jobbliga ruħu bil-miktub illi ser jipprovdi s-sigurtà speċifika u minbarra dawk mitluba skond Regolament tal-Kunsill lill-għaqda relevanti u kompetenti fid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni li jerħi għall-moviment ħieles (KE) Nru 1162/95 [11].

Is-sigurtà żejda msemmija f'punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu, ser tkun ta' 95 EUR kull tunnellata. Madankollu, f'każijiet fejn il-liċenza ta' l-importazzjoni għandha jkollha magħha ċertifikati ta' konformità maħruġa mis-Servizz Federali ta' Inspezzjoni tal-Qamħ (FGIS) u mill-Kummissjoni tal-Qamħ Kanadiża (CGC) kif imsejjħa fl-Artikolu 6, mhux ser tintalab sigurtà żejda. F'dan il-każ, il-liċenza ta' importazzjoni ser ikollha f'kaxxa 24 referenza għat-tip ta' ċertifikat ta' konformità.

2. Applikazzjonijiet għal liċenza ta' importazzjoni għall-qamħ durum ser tkun valida biss jekk l-applikant:

(a) iniżżel il-kwalità li ser tkun importata f'kaxxa 20 tal-liċenza ta' importazzjoni;

(b) jintrabat bil-miktub illi jagħti fil-jum ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għall-moviment ħieles lill-għaqda relevanti u kompetenti sigurtà speċifika minbarra dawk mitluba skond Regolament (KE) Nru 1162/95, jekk id-dazju ta' importazzjoni dwar il-kwalità li tidher f'kaxxa 20 mhijiex l-ogħla dazju għall-kategorija tal-prodott in kwistjoni.

L-ammont ta' sigurtà żejda imsemmi f'punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu ser ikun id-differenza fil-jum ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa bejn l-ogħla dazju u dak li japplika għall-kwalità li tkun tidher, flimkien ma' suppliment ta' 5 EUR għal kull tunnellata. Madankollu, fejn id-dazju ta' importazzjoni li jkun japplika għall-kwalitàjiet differenti ta' qamħ huwa żero, ir-rabta mniżżla f'punt (b) ta' l-ewwel subparagrfu mhux ser tkun mitluba.

Fejn il-liċenza ta' importazzjoni għandha tkun akkompanjata minn ċertifikati ta' konformità maħruġa mis-Servizz Federali ta' Inspezzjoni ta' Qamħ (FGIS) u mill-Kummissjoni Kanadiża tal-Qamħ (CGC) skond ir-referenza li hemm fl-Artikolu 6, mhux ser tintalab aktar sigurtà. F'dan il-każ, il-liċenza ta' importazzjoni ser ikollha referenza f'kaxxa 24 għat-tip ta' ċertifikat ta' konformità."

(3) L-Artikolu 6 qed jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 qed jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. L-uffiċċju tad-dwana tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ser tieħu kampjuni rappreżentattivi, skond l-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 76/371/KEE [12], ta' kull kunsinna ta' qamħ durum, qamħ komuni ta' kwalità għolja u ta' qamħirrum iebes. Madankollu, mhux ser ikun hemm teħid ta' kampjuni fejn id-dazju ta' importazzjoni għall-kwalitàjiet differenti huwa l-istess.

Jekk, madankollu, il-Kummissjoni tirikonoxxi b'mod uffiċċjali ċertifikat ta' kwalità għall-qamħ komuni, qamħ durum jew qamħirrum iebes maħruġ mill-pajjiż ta' l-oriġini taċ-ċereali, ser jittieħdu kampjuni għall-verifika tal-kwalità ċċertifikata biss mingħand numru li

1a. Iċ-ċertifikati ta' konformità li ġejjin ser ikunu jirrapreżenta b'mod suffiċjenti l-kunsinna.rikonoxxuti b'mod uffiċjali mill-Kummissjoni skond il-prinċipji mniżżla fl-Artikolu 63 sa 65 tar-Regolamenti (KEE) Nru 2454/93:

- ċertifikati maħruġa mis-Servicio Nacional de Sanidad y Calidad Agroalimentaria (Senasa) ta' l-Arġentina għall-qamħirrum iebes,

- ċertifikati maħruġa minn ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għall-qamħ komuni ta' kwalità għolja u qamħ durum ta' kwalità għolja,

- ċertifikati maħruġa mill-tal-Kanada għall-qamħ ta' kwalità għolja u qamħ durum ta' kwalità għolja.

Qiegħed jiġi pubblikat kampjun mhux kompilat ta' ċertifikati ta' konformità maħruġ minn Senasa fl-Anness IV. Riproduzzjoni tal-bolol awtorizzati mill-gvern ta' l-Arġentina ser ikunu ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Qiegħdin jingħataw kampjuni vojta taċ-ċertifikati ta' konformità u bolol maħruġa mill-FGIS f'L-Anness IVa.

Hemm kampjuni mhux kompilati taċ-ċertifikati ta' konformità, speċifikazzjonijiet ta' grad ta' esportazzjoni u bolol maħruġa minn CGC fl-Anness IVb.

Fejn il-parametri analitiċi li jitniżżlu fiċ-ċertifikati ta' konformità maħruġa minn entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu juru konformità ma' normi ta' kwalità dwar qamħ komuni, qamħ durum u qamħirrun iebes li hemm f'L-Anness 1 tar-Regolament preżenti, ser jittieħdu kampjuni ta' mhux anqas minn 3 % tat-tgħabijiet li jaslu f'kull port matul is-sena ta' suq.

Il-merkanzija għandha tiġi kklasifikata skond il-kwalità standarizzata meta r-rekwiżiti ndikati f'L-Anness 1 jkunu ġew sodisfatti."

(b) Il-paragrafu 3 qiegħed jiġi mibdul b'dan li ġej:

"3. Jekk ir-riżultati ta' l-analiżi juru illi l-qamħ komuni, qamħ durum u qamħirrum iebes li ġew importati huma ta' kwalità aktar baxxa minn dik li tniżżlet fuq il-liċenza ta' importazzjoni, l-importatur ser iħallas id-diferenza bejn id-dazju ta' importazzjoni li japplika għall-prodott muri fuq il-liċenza u dak fuq il-prodott li attwalment ġie importat. F'dan il-każ, is-sigurtà tal-liċenza ta' importazzjoni imsemmija fl-Artikolu 10(a) tar-Regolament (KE) Nru 1162/95 u s-sigurtà żejda imsemmija fl-Artikolu 2(5), 5(1) u 5(2) ta' dan ir-Regolament ser ikunu rilaxxati, salv għall-5 EUR żejda li hemm imsemmija fl-Artikolu 5(2).

Jekk id-differenza msemmija fl-ewwel subparagrafu ma titħallasx fi żmien xahar is-sigurtà imsemmija fl-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 5(1) u (2) tintilef."

(4) It-test fl-Annessi ta' dan ir-Regolament qiegħed jiddaħħal bħala l-Anness IVa.

(5) It-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament qiegħed jiddaħħal bħala l-Anness IVb.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.

[2] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[3] ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 125.

[4] ĠU L 287, tal-25.10.2002, p. 15.

[5] ĠU L 95, tal-11.4.2003, p. 40.

[6] ĠU L 95, tal-11.4.2003, p. 36.

[7] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 101.

[8] ĠU L 87, ta' l-4.4.2003, p. 4.

[9] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[10] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[11] ĠU L 117, ta' l-24.5.1995, p. 2.

[12] ĠU L 102, tal-15.4.1976, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

"

ANNESS IVa

ĊERTIFIKAT VOJT TA' KONFORMITA AWTORIZZAT MILL-GVERN TA' L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA GĦAL QAMĦ KOMUNI

+++++ TIFF +++++

ĊERTIFIKAT VOJT TA' KONFORMITÀ AWTORIZZAT MILL-GVERN TA' L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA GĦAL QAMĦ DURUM

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

ANNESS II

"

ANNESS IVb

ĊERTIFIKAT VOJT TA' KONFORMITÀ AWTORIZZAT MILL-GVERN TAL-KANADA GĦAL QAMĦ KOMUNI U DURUM U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA' GRAD TA' ESPORTAZZJONI

+++++ TIFF +++++

Speċifikazzjonijiet ta' grad ta' esportazzjoni għal qamħ komuni u durum Kanadiż

NOTI:

"Qmuħ taċ-Ċereali oħra" : F'dawn il-gradi, inkludi biss ħafur, xgħir, segala u triticale.

"Il-qamħ komuni" : Għal esportazzjonijiet tal-qamħ komuni, il-Kummissjoni tal-Qamħ Kanadiż se tipprovdi dokumentazzjoni maċ-ċertifikat li jispeċifika l-persentaġġ tal-proteina għat-tagħbija msemmija.

"Qamħ durum" : Għal esportazzjonijiet tal-qamħ durum, il-Kummissjoni tal-Qamħ Kanadiż se tipprovdi dokumentazzjoni maċ-ċertifikat li jiċċertifika għall-persentaġġ tal-qalba żġieġiji(vitreous kernel) u l-użin speċifiku (kilogrammi/ettolitri) tat-tagħbija msemmija.

QAMĦ KOMUNI

Canada Western Red Spring (CWRS) | Użin tat-test | Materjal barrani totali inkluż ċereali mitħuna oħra |

Nru 1 CWRS | (Min.) 79,0 kg/eL | (Mas.) 0,4 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

Nru 2 CWRS | (Min.) 77,5 kg/eL | (Mas.) 0,75 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

Nru 3 CWRS | (Min.) 76,5 kg/eL | (Mas.) 1,25 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

Canada Western Extra Strong Red Spring (CWES) | Użin tat-test | Materjal barrani totali inkluż ċereali mitħuna oħra |

Nru 1 CWES | (Min.) 78,0 kg/eL | (Mas.) 0,75 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

Nru 2 CWES | (Min.) 76,5 kg/eL | (Mas.) 1,5 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

Canada Prairie Spring Red (CPSR) | Użin tat-test | Materjal barrani totali inkluż ċereali mitħuna oħra |

Nru 1 CPSR | (Min.) 77,0 kg/eL | (Mas.) 0,75 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

Nru 2 CPSR | (Min.) 75,0 kg/eL | (Mas.) 1,5 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

Canada Prairie Spring White (CPSW) | Użin tat-test | Materjal barrani totali inkluż ċereali mitħuna oħra |

Nru 1 CPSW | (Min.) 77,0 kg/eL | (Mas.) 0,75 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

Nru 2 CPSW | (Min.) 75,0 kg/eL | (Mas.) 1,5 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

Canada Western Red Winter (CWRW) | Użin tat-test | Materjal barrani totali inkluż ċereali mitħuna oħra |

Nru 1 CWRW | (Min.) 78,0 kg/eL | (Mas.) 1,0 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

Nru 2 CWRW | (Min.) 74,0 kg/eL | (Mas.) 2,0 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

Canada Western Soft White Spring (CWSWS) | Użin tat-test | Materjal barrani totali inkluż ċereali mitħuna oħra |

Nru 1 CWSWS | (Min.) 78,0 kg/eL | (Mas.) 0,75 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

Nru 2 CWSWS | (Min.) 75,5 kg/eL | (Mas.) 1,0 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

Nru 3 CWSWS | (Min.) 75,0 kg/eL | (Mas.) 1,5 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

QAMĦ DURUM

Canada Western Amber Durum (CWAD) | Użin tat-test | Materjal barrani totali inkluż ċereali mitħuna oħra |

Nru 1 CWAD | (Min.) 80,0 kg/eL | (Mas.) 0,5 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

Nru 2 CWAD | (Min.) 79,5 kg/eL | (Mas.) 0,8 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

Nru 3 CWAD | (Min.) 78,0 kg/eL | (Mas.) 1,0 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

Nru 4 CWAD | (Min.) 75,0 kg/eL | (Mas.) 3,0 % inkluż 0,2 % żerriegħa oħra |

"

--------------------------------------------------