Official Journal L 158 , 27/06/2003 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2003 tas-26 ta’ Mejju 2003 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru. 1766/92 fir-rigward tal-kalkoli tad-dazji fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità’ Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi: (1) għall-kalkoazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni, l-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [3] tipprovdi mekkaniżmu ta’ deroga komplimentari fuq ċerti ċereali bażiċi. (2) Din id-deroga ġiet imneħħija fuq qamħ ta’ kwalità baxxa u medja, u xgħir wara l-konklużjoni tan-negozjati ma’ l-Istati Uniti u l-Kanada taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT, approvat bid-deciżjonijiet tal-Kunsill Nru. 2003/253/KE [4] u 2003/254/KE [5] dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa, u l-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fuq in-naħa l-oħra. (3) Ir-Regolament (KEE) Nru 1766/92 għandu għalhekk jiġi emendat kif miftiehem, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fl-Artikolu 10 tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92, il-paragrafi 2, 3 u 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Minkejja paragrafu 1, id-dazju fuq l-importazzjoni ta’ prodotti li jaqghu taħt il-kodici NM 10011000, 10019091, ex10019099 (qamħ komuni ta’ kwalità għolja), 1002, ex1005 minbarra żerriegħa ibrida, u ex1007 minbarra ibridi għaż-żriegħ, għandhom ikunu ugwali għall-prezz ta’ intervenjoni validu għall-prodotti imsemmija meta jiġu importati u miżjud b’ 55 %, nieqes cif il-prezz ta’ importazzjoni applikabbli għall-kunsinna inkwistjoni. Madankollu, dan id-dazju ma għandux jaqbeż ir-rata ta’ dazju fit-Tariffa Doganali Komuni (TDK). 2. Għall-kalkolazzjoni tal-ħlas fuq l-importazzjoni li issemma’ fit-2 paragrafu, prezzijiet rapprezentattivi cif fuq l-importazzjoni għandhom jiġu stabbiliti kif issemma’ f’dak il-paragrafu. Dawn il-prezzijiet rapprezentattivi cif fuq l-importazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari. 3. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 23. Ir-regoli dettaljati għandhom jispeċifikaw partikolarment: (a) it-talbiet minimi għal qamħ ta’ kwalità għolja, (b) L-istimi tal-prezzijiet li għandhom jiġu kkunsidrati, (ċ) li tingħata l-possibiltà, f’każijiet speċifiċi meta jkun approprjat, li l-operaturi jkunu jafu l-ħlasijiet applikabbli qabel mà tasal il-kunsinna kkonċernata." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jibda jgħodd mill-1 tà Jannar 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Mejju 2003. F’isem il-Kunsill Il-President G. Drys [1] Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali. [2] 8 ta’April 2003 (għadu mhux ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 181, ta' l-1.7.92, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 (ĠU L 193, tad-29.7.00, p. 1). [4] ĠU L 95, tal-11.4.3, p. 36. [5] ĠU L 95, tal-11.4.3, p. 40. --------------------------------------------------