32003R0693



Official Journal L 099 , 17/04/2003 P. 0008 - 0014


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003

ta' l-14 ta' April 2003

li jistabbilixxi Dokument speċifiku ta' Transitu Faċilitat (FTD), Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) u jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Ktieb tal-Istruzzjonijiet Komuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 62(2) tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Billi:

(1) Biex jipprepara l-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda, l-Komunità għandha tieħu kunsiderazzjoni ta' sitwazzjonijiet speċifiċi, li jistgħu jseħħu bħala riżultat tat-tkabbir u tipreskrivi l-leġislazzjoni relevanti bil-ħsieb illi tevita problemi li jistgħu jseħħu fil-futur li għandhom x'jaqsmu mall-qsim tal-fruntieri esterni.

(2) (2)Il-Komunità għandha tindirizza, partikolarment, is-sitwazzjoni l-ġdida taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi, li huwa neċessarju għalihom li jaqsmu t-territorju ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri biex jkunu jistgħu jivvjaġġaw bejn żewġ partijiet tal-pajjiż tagħhom li ġeografikament ma jmissux ma' xulxin.

(3) Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD) u Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) għandhom jiġu stabbiliti għall-dan il-għan speċifiku ta' transitu fuq l-art.

(4) Id-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/d-Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) għandhom jikostitwixxu dokumenti li għandhom il-valur ta' viża ta' transitu li jawtorizzaw id-detentur biex jkun jista' jgħaddi mit-territorji ta' l-Istati Membri, skond id-dispozizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li jikkonċernaw mal-qsim tal-fruntieri esterni.

(5) Il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-akkwist ta' dawn id-dokumenti għandhom jiġu faċilitati skond id-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen.

(6) Penali, kif previst fil-liġi nazzjonali, għandhom jiġu mposti fuq id-detentur tad-Dokument speċifiku ta' Transitu Faċilitat (FTD)/d-Dokument ta' Transitu bil-Ferroviji (FRTD) fil-każ ta' użu ħażin ta' l-iskema.

(7) La darba l-għanijiet tal-azzjoni proposta, jiġifieri ir-rikonoxximent tad-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/d-Dokument ta' Transitu Faċilitat tal-Ferroviji (FRTD), maħruġ minn wieħed mill-Istati Membri, għan-nom tal-Istati Membri l-oħra, obbligati bid-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li jikkonċernaw il-qsim tal-fruntieri esterni, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, għall-raġuni tad-dimensjoni tal-azzjoni jiġu ottenuti aħjar fuq il-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' taċċetta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarità hekk kif imniżżel fl-Artikolu 5 tat-Trattat.. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, hekk kif imniżżel f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex tikseb dan il-għan.

(8) Format Uniformi għad-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD) u d-Dokument ta' Transitu Faċilitat tal-Ferroviji (FRTD) huwa sstabbilit fir-Regolament (KE) 694/2003 [3].

(9) L-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni [4] u l-Ktieb tal-Istruzzjonijiet Komuni [5] għandhom jiġu emendati.

(10) Skond l-Artikolu 1 u 2 tal-Protokoll fuq il-posizzjoni ta' d-Danimarka anness mat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, id-Danimarka mhiex ser tipparteċipa fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u mhiex marbuta jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Mogħti li dan ir-Regolament huwa mibni fuq l-acquis ta' Schengen taħt id-disposizzjonijiet ta' Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, id-Danimarka, skond l-Artikolu 5 ta' l-msemmi Protokoll, tkun tista' tiddeċiedi, f'perjodu ta sitt xhur wara li il-Kunsill ikun addotta dan ir-Regolament, jekk timplimenta dan ir-Regolament fil-liġi tal– pajjiż.

(11) Rigward l-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen skond l-ftehim milħuq bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, fuq l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen [6], li jaqaw fis-settur li għalihom huma rreferuti fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE ta' 17 ta' Mejju 1999 fuq ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim [7].

(12) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp ta' disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skond id-Deċizjoni tal-Kunsill 2000/365/KE ta' 29 ta' Mejju 2000 rigward t-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jipparteċipaw f'uħud mid-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen [8]; Ir-Renju Unit għalhekk, mhux qed jipparteċipa fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u mhux marbut jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(13) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li fih l-Irlanda ma tieħux sehem, skond id-Deċizzjoni tal-Kunsill 2002/192/KE ta' 28 ta' Frar 2002 rigward t-talba ta' l-Irlanda biex tipparteċipa f'uħud mid-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen [9]; l-Irlanda għalhekk, mhiex qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u mhiex marbuta jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(14) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att ibbażat fuq l-acquis ta' Schengen jew kif irrelatat skond l-Artikolu 3(2) tal-Att ta' l-adeżjoni u għalhekk isir applikabli biss wara li t-tneħħija tal-Kontrolli fuq il-fruntieri interni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjoni

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD) u Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) għall-għan ta' transitu faċilitat.

2. Transitu faċilitat ifisser it-transitu speċifiku u dirett fuq l-art taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi, li huwa neċessarju għalihom li jaqsmu t-territorju ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri biex jkunu jistgħu jivvjaġġaw bejn żewġ partijiet tal-pajjiż tagħhom li ġeografikament ma jmissux ma' xulxin.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni Speċifiku (Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD)

1. Id-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD) huwa awtorizzazzjoni speċifiku li jippermetti transitu faċilitat li jista' jiġi maħruġ mill-Istati Membri għad-dħul multipliku ta' kull mezz ta' transport fuq l-art.

2. Id-Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferrovji (FRTD) huwa awtorizzazzjoni speċifiku li jippermetti transitu faċilitat li jista' jiġi maħruġ mill-Istati Membri għall-vjaġġ wieħed biss bir-ritorn bil-ferrovija.

3. Id-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/d-Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) jkunu maħruġa b'mudell uniformi skond ir-Regolament (KE) Nru. 694/2003.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni u validità

1. Id-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD) u d-Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) għandhom l-istess valur ta viża ta' transitu u għandhom validità territoriali li huwa limitat għall-Istat Membru li jkun ħareġ id-document u għall-Istati Membri l-oħra li minnhom ikun ġie affetwat id-document.

2. Id-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD) huwa validu għall-perjodu massimu ta' tlett snin. Transitu bbażat fuq id-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD) ma jistax jaqbeż il-24 siegħa.

3. Id-Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) huwa validu għall-perjodu massimu ta' tlett xhur.. Transitu bbażat fuq id-Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji ma jistax jaqbeż sitt siegħat.

KAPITOLU II

PUBBLIKAZZJONI TA' DOKUMENT TA' TRANSITU FAĊILITAT U TA' DOKUMENT TA' TRANSITU FAĊILITAT BIL-FERROVIJI

Artikolu 4

Kondizzjonijiet

Biex applikant ikun jista jakkwista Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/Dokument ta' Transitu Faċilitat bil- Ferroviji (FRTD), għandu:

(a) jkun f'possess ta' document validu, li jħallih jaqsam il-fruntieri hekk kif mniżżel fl-artikolu 17(3)(a) tal-Konvenżjoni li timplimenta l-ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985, iffirmata f'Shengen fid-19 ta' Ġunju 1990 [10];

(b) ma jkunx persuna li għalih hemm twissija għar-raġunijiet li jiġi rrefjutat id-dħul;

(ċ) ma jkunx kkonsidrat perikoluż għall-ordni pubblika, għas-sigurta nazzjonali jew għar-relazzjonijiet internazzjonali għall-wieħed mill-Istati Membri. Madankollu, rigward id-Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FTRD), ma tiġix applikata l-konsultazzjoni preliminarja skond l-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni tal-applikazzjoni ta' l-Ftehim ta' Schengen;

(d) Għad-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD) ikollu raġunijiet validi għall-vjaġġi frekwenti bejn iż-żewg territorji tal-pajjiż tiegħu.

Artikolu 5

Proċedura ta' Applikazzjoni

1. L-applikazzjoni għad-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD) ikun ippreżentat għand l-awtorità konsulari ta' l-Istat Membru li jkun ikkomunika d-deċiżjoni tiegħu biex joħroġ id-Dokument ta' Transitu Faċilitat (TFD)/d-Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) skond l-Artikolu 12. Jekk aktar minn wieħed mill-Istati Membri jkun ikkomunika d-deċiżjoni tiegħu biex joħroġ id-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD), l-applikazzjoni tkun mogħtija lill-awtorità konsulari ta' l-Istat Membru ta' l-ewwel dħul. Din il-proċedura tipprevista' l-preżentazzjoni, jekk ikun il-każ, ta' dokumentazzjoni li turi l-bżonn ta' vjaġġi frekwenti f'dokumenti partikolari li jikkonċernaw rabtiet familjari jew motivi soċjali, ekonomiċi jew ta' tip ieħor.

2. Fil-każ ta' Dokument ta' Transitu Faċilitat Stat Membru jista', bħala regola, jaċċetta l-applikazzjonijiet li jkunu ġew trassmessi permezz ta' awtoritajiet oħra jew partijiet terzi.

3. L-applikazzjoni għad-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD) huwa ppreżentat fuq forma standard hekk kif maħruġ fl-Anness I.

4. Id-data personali għall-Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji(FRTD) ikun provvist fuq il-bażi tal-Karta tad-Data Personali hekk kif maħruġ skond l-ANNESS II. Din il-Karta tad-Data Personali tkun tista' tiġi kompluta abbord il-ferrovija qabel ma jitwaħħal id-Dokument ta' Transitu Faċilitat Bil-Ferroviji (FRTD), u f'kull każ qabel id-dħul fit-territorju ta' l-Istat Membru li minnu tgħaddi il-ferrovija, fuq kondizzjoni li d-data personali bażiku, hekk kif imniżżel fl-Anness II, jiġi trassmess elettronikament għand l-Istat Membru kompetenti fil-mument tat-talba għax-xiri tal-biljett.

Artikolu 6

Proċedura tal-Ħruġ

1. Id-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/d-Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) ikunu maħruġa mill-uffiċċji konsulari tal-Istat Membru u mhux maħruġ fuq il-fruntiera. Id-deċizjoni għall-ħruġ tad-Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji għandu jittieħed mill-awtoritajiet konsulari kompetenti għallinqas 24 siegħa wara t-trasmissjoni elettronika prevvista' fl-Artikolu 5(4).

2. L-ebda Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) ma jista' jitwaħħal ma' dokument ta' l-ivvjaġġar skadut.

3. Il-perjodu ta' validità tad-dokument ta' l-ivvjaġġar li fih jiġi mwaħħal id-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) għandu jkun itwal minn dak tad-Dokument ta' Transitu Faċilitat(FTD)/Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD).

4. L-ebda Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) ma jista' jitwaħħal f-dokument ta' l-ivvjaġġar jekk dak id-dokument ta' l-ivvjaġġar ma jkunx validu għall-ebda mill-Istati Membrii. F'dan il-każ ikun mwaħħal mill-uffiċċju konsulari fuq il-format uniformi biex titwaħħal il-visa skond ir-Regolazzjoni Nru.333/2002 [11] (KE). Jekk dokument ta' l-ivvjaġġar huwa validu biss għal-Stat Membru wieħed jew għal-numru ta' Stati Membri, id-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) huwa limitat għall-Istat Membru jew l-Istati Membri msemmija.

Artikolu 7

Spejjeż Amministrattivi ta' Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD)

1. Il-miżata li għandu x'jaqsam mall-ispejjeż amministrattivi tal-ipproċessar tal-applikazzjoni għal patenti ta' Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD) għandu jkun ta' 5 euro.

2. Id-Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) għandu jkun maħruġ bla ħlas.

KAPITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI RIGWARD ID-DOKUMENT TA' TRANSITU FAĊILITAT (FTD)/DOKUMENT TA' TRANSITU FAĊILITAT BIL-FERROVIJI (FRTD)

Artikolu 8

Ċaħda

1. Il-Proċeduri, u każijiet ta' appell fejn il-rappreżentanza konsulari tiċħad li teżamina applikazzjoni jew li toħroġ Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) għandhom jkunu rregolati mill-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru.

2. Jekk Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) huwa miċħud u l-liġi tal-pajjiż tirrekjedi r-raġunijiet għaċ-ċaħda, r-raġunijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-applikant.

Artikolu 9

Pieni

Pieni, hekk kif previst fil-liġi nazzjonali, għandhom jiġu mposti fuq id-detentur tad-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) f'każ ta' abbuż ta' l-iskema.

Dawn il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. Għandhom jinkludu wkoll il-possibbiltà ta' annulament jew revokament tad-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD).

KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 10

Suġġett għar-regoli speċifiċi hekk kif maħruġ f'dan ir-Regolament, id-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li jirrelataw għall-viża japplikaw ukoll għad-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) 0}

Artikolu 11

1. L-Istruzzjonijiet Kumuni Konsulari huma hawnhekk modifikati hekk kif ġejjin:

(a) Il-punt li ġej għandu jkun miżjud ma' parti I:

"2.5. Dokumenti li għandhom l-istess valur ta' viża, li jawtorizza l-qsim ta' fruntieri esterni: Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD.

Għal transitu faċilitat, Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD) jew Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) jista' jkun maħruġ skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru. 693/2003 [12] u (KE) Nru. 694/2003 [13] (ara l-Anness 17)."

(b) Il-kitba ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (KE) Nru.694/2003 għandu jkun miżjud bħala l-Anness 17.

2. Il-Ktieb ta' L-Istruzzjonijiet Komuni għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a) Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud ma' Parti I:

"3.4. DOKUMENTI LI GĦANDHOM L-ISTESS VALUR TA' VIŻA LI JAWTORIZZAW IL-QSIM TAL-FRUNTIERI ESTERNI:

Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD)/Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD)

Għal transitu faċilitat, Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD) jew Dokument ta' Tranistu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) jista' ikun maħruġ skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru. 693/2003 [14] u (KE) Nru. 694/2003 [15] (Ara l-Anness 15)."

(b) Il-kitba ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (KE) Nru. 694/2003 għandu jiġi emendat bħala l-Anness 15.

Artikolu 12

Implimentazzjoni

1. L-Istati Membri li jiddeċiedu li joħorġu d-Dokument ta' Tranistu Faċilitat (FTD) u d-Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) għandhom jinfurmaw lill-Kunsill u l-Kummissjoni bid-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-dħul fis-seħħ għandu jkun l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.

2. Jekk L-Istati Membri jiddeċiedu li ma joħorġux id-Dokument ta' Transitu Faċilitat (FTD) u d-Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) aktar, għandhom jinfurmaw lill-Kunsill u l-Kummissjoni bid-deċiżjoni. Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-dħul fis-seħħ għandu jkun tletin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.

Artikolu 13

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq il-funzjonament ta' l-iskema ta' transitu faċilitat sa l-aktar tlett snin wara d-dħul fis-seħħ ta' l-ewwel deċiżjoni hekk kif mniżżel fl-Artikolu 12(1).

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-14 ta' April 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Giannitsis

[1] Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

[2] Opinjoni mogħtija fit-8 ta' April 2003. (Għadha mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Ara paġna 15 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[4] ĠU C 313, 16.12.2002, p. 1. (Istruzzjonijiet emendati bir-Regolament Nru 415/2003 (KE) (ĠU l 64, 7.3.2003, p. 1).

[5] ĠU C 313, 16.12.2002, p. 97.

[6] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

[7] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

[8] ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

[9] ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

[10] ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19. Konvenzjoni kif l-ahhar emendata b' Deċiżjoni 2003/170/JHA (ĠU L 67, 12.3.2003, p. 27).

[11] ĠU C 53, 23.2.2002, p. 4.

[12] ĠU L 99, tas-17.4.2003, p. 8.

[13] ĠU L 99, tas-17.4.2003, p. 15.

[14] ĠU L 99, tas-17.4.2003, p. 8.

[15] ĠU L 99, tas-17.4.2003, p. 15.

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------