32003R0150



Official Journal L 025 , 30/01/2003 P. 0001 - 0006


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 150/2003

tal-21 ta' Jannar 2003

li jissospendi d-dazji fuq l-importazzjoni fuq ċerti armamenti u apparat militari

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxiTrattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 26,

Wara li kkonsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Billi:

(1) Il-Komunità hi bbasata fuq għaqda doganali, li tirrikjedi l-applikazzjoni kostanti tal-Kodiċi Doganali Komuni fuq l-importazzjoni tal-prodotti mill-pajjiżi terzi lejn Stati Membri kemm-il darba il-Komunità ma tieħux miżuri oħra.

(2) Huwa fl-interess tal-Komunità sħiħa li l-Istati Membri jkunu kapaċi jipprovdu għall-forza militari tagħhom l-iktar teknoloġija avvanzata u armamenti u apparat militari addattat. Minħabba l-iżvilupp teknoloġiku qawwi dinji f'dan is-settur industrijali, hija proċedura normali li l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri inkarigati mid-difiża nazzjonali jipprovdu l-armamenti u apparat militari mill-fabbrikanti u aġenti oħra li jinsabu fil-pajjiżi terzi. Minħabba li l-interess tas-sigurtà ta' l-Istati Membri huwa kompatibbli ma' l-interess tal-Komunità li wħud minn dawn l-armamenti u apparat ikunu importati mingħajr dazju.

(3) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tas-sospensjoni mid-dazju, huwa xieraq li tiġi stabbilita lista komuni ta'armamenti u apparat militari eliġibbli għas-sospensjoni tad-dazju. Huwa wkoll xieraq minħabba n-natura speċifika tal-prodotti kkonċernati li partijiet, biċċiet u submontaturi għall-inkorporazzjoni jew armar ta' dawn fl-oġġetti inklużi fil-lista jew għat-tiswija, restawr jew manteniment ta' dawn il-prodotti, kif ukoll prodotti għall-użu fit-taħriġ jew l-eżaminazzjoni tal-prodotti inklużi f'din il-lista jistgħu jiġu importati mingħajr ħlas ta' dazju. L-importazzjoni ta'apparat militari, li mhux kopert minn dan ir-Regolament, huma soġġetti għad-dazji approprijati skond il-Kodiċi Doganali Komuni.

(4) Minħabba l-istrutturi organizzattivi differenti ta' l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri huwa neċessarju f'dak li għandu x'jaqsam biss mal-kwistjonijiet ta' dwana li jiġi definit l-użu finali tal-materjal importat skond id-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t' Ottubru 1992 li jistabilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [2] u r-regolamenti ta' l-implimentazzjonijiet tiegħu (hawn ‘l quddiem msejjaħ il-"Kodiċi Doganali"). Sabiex jiġi limitat ix-xogħol amministrattiv għall-awtoritajiet konċernati, huwa xieraq li jiġi stabillit limitu ta' żmien għas-sorveljanza ta' l-użu aħħari min-naħa tad-dwana.

(5) Sabiex tiġi protetta l-kunfidenzalità ta' l-Istati Membri huwa neċessarju li jiġu stabbiliti proċeduri amministrattivi speċifiċi għall-għoti tal-benefiċċju tas-sospensjoni tad-dazji. Dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li għalih huma ddestinati l-armamenti u l-apparat militari, li tista' wkoll tintuża bħala dikjarazzjoni tad-dwana kif mitlub mill-Kodiċi Doganali, tikkonstitwixxi garanzija xierqa li dawn il-kondizzjonijiet jiġu mħarsa. Id-dikjarazzjoni għandha tingħata f'forma ta' ċertifikat. Huwa xieraq li tiġi speċifikata l-forma, li biha ser isiru dawn iċ-ċertifikati u li jkun permess l-użu ta' mezzi u metodi ta'data processing għad-dikjarazzjoni.

(6) Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli għall-Istati Membri sabiex jipprovdu informazzjoni fuq il-kwantità, l-valur u n-numru ta' ċertifikati maħruġa u l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għas-sospensjoni awtonoma tad-dazji ta' l-importazzjoni fuq ċerti armamenti u apparat militari importat minn jew f'isem l-awtoritajiet inkarigati mid-difiza militari ta' l-Istati Membri minn pajjiżi terzi.

Artikolu 2

1. Id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni li tapplika għall-importazzjoni ta' l-oġġetti elenkati fl-Anness 1, għandhom ikunu sospiżi kompletament meta jkunu wzati minn, jew f'isem il-forzi militari ta' Stat Membru, individwalment jew b'koperazzjoni ma' Stati oħra, għad-difiża ta' l-integrità territorjali tà l-Istat Membru jew f'parteċipazzjoni f'operazzjonijiet ta' żamma tal-paċi internazzjonali jew ta' appoġġ jew għanijiet militari oħra bħal protezzjoni ta' ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea minn problemi soċjali jew militari.

2. Dawn id-dazji għandhom ikunu sospiżi kompletament ukoll għal:

(a) partijiet, komponenti jew submontaturi importati għall-inkorporazzjoni jew armar fl-oġġetti inklużi fil-lista ta' l-Annessi I u II jew partijiet, komponenti jew submontaturi tagħhom, jew għat-tiswija, restawr jew manteniment ta' dawn l-oġġetti;

(b) oġġetti importati għall-skopijiet ta' taħriġ u eżaminazzjoni ta' l-oġġetti inklużi fil-lista fl-Annessi I u II.

3. L-oġġetti importati kif imfissra fl-Anness I u fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu suġġetta għall-kondizzjonijiet ta' użu aħħari stabbiliti fl-Artikolu 21 u 82 tar-Regolamenti (KEE) Nru 2913/92 u l-leġislazzjoni li permezz tagħa huwa implimentat. Is-sorveljanza tad-dwana ta'l-użu aħħari għandha tispiċċa tlett snin mid-data tar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

4. L-użu ta' l-oġġetti elenkati fl-Anness I għal skopijiet ta' taħriġ u l-użu temporanju ta' dawn l-oġġetti fit-territorju doganali tal-Komunità mill-forzi militari jew forzi oħra ċivili minħabba imprevisti jew diżastri naturali ma jikkostitwixxix vjolazzjoni ta' l-użu aħħari mfisser fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

1. It-talba ghad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' merkanzija li għaliha jintalab il-benefiċċju ta' sopensjoni tad-dwana skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2 għandha tkun akkompanjata minn ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li għal forzi militari tiegħu ikunu destinati l-oġġetti. Ic-certifikat kif stabbilit fl-Anness III għandu jiġi sottomess lill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istat Membru importatur flimkien ma' l-oġġetti li jagħmel refernza għalihom. Dan jista' jieħu post id-dikjarazzjoni tad-dwana mitluba skond l-Artikolu 59 sa 76 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

2. Minkejja l-paragrafu 1, minħabba raġunijiet ta' kunfidenzaenzalità militari, iċ-ċertifikat u l-merkanzija impurtata jistgħu jinghataw lil awtoritajiet oħra nominati mill-Istat Membru għal dan il-għan. F'każijiet bhal dawn l-awtorità kompetenti lokali li toħrog iċ-ċertifikat għandha tibgħat rapport qasir fuq dawn l-importazzjonijiet lill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istat Membru qabel il-31 ta' Jannar u l-31 ta' Lulju ta' kull sena. Ir-rapprt għandu jkopri perjodu ta' 6 xhur li jippreċedu dak ix-xahar li fih ir-rapport irid jiġi sottomess. Għandu jkun fih in-numru u d-data tal-ħrug taċ-ċertifikati, id-data ta' l-importazzjoni u l-valur totali u l-piż gross tal-prodotti mpurtati maċ-ċertifikati.

3. Għall-ħrug u l-prezentazzjoni tac-certifikat ta' l-awtorita tad-dwana u awtoritajiet oħra inkarigati mid-dwana tista' tintuza t-teknika ta' l-ipproċessar ta' tad-dwana skond l-Artikolu 292(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi d-disposizzjonijiet ghall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 [3].

4. Dan l-Artikolu japplika mutatis mutandis għall-oġġetti importati kif mniżżla fl-Anness II.

Artikolu 4

Ħlief fil-kazi ta' l-Artikolu 2(4) kwalunkwe differenza fil-prodotti tal-merkanzija mnizzla fl-Anness 1 u l-Artikolu 2(2) mill-użu speċifikat fl-Artikolu 2(1) fil-perjodu tas-supervizjoni tad-dwana ghandu jigi notifikat mill-awtorità kompetenti li toħroġ ic-ċertifikat jew li tuza l-oġġetti lil awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istat Membru skond l-Artikolu 21 u 87 tar-Regolamenti (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 5

1. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummisjoni l-ismijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 3(1) flimkien ma' kampjun tat-timbru wżat minn din l-awtorità. Kull Stat Membru għandu wkoll jibgħat lill-Kummissjoni l-isem ta' l-awtorità, li tistà tirrilaxxa l-oġġetti importata fil-każi msemmija fl-Artikolu 3(2). Il-Kummisjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri l-oħra.

2. Fejn l-oġġetti jkunu daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fi Stat Membru ħlief fejn iċ-ċertifikat ġie maħrug, għandha tintbagħat kopja taċ-ċertifikat mill-awtorita tad-dwana lill-amministrazzjoni tad-dwana ta' l-Istat Membru fejn l-awtorita kompetenti ħarget iċ-ċertifikat.

fejn l-oġġetti jkunu ġew meħlusa minn awtoritajiet oħra skond l-Artikolu 3(2) fi Stat Membru barra dak fejn iċ-ċertifikat ikun ġie maħruġ, għandha tintbgħat kopja taċ-ċertifikat direttament minn dawn l-awtoritajiet lill-awtorità li ħarġet iċ-ċertifikat.

3. L-awtorità ta' kull Stat Membru awtorizzata li toħrog iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 3(1) għandha zzomm kopja taċ-ċertifikat maħruga u d-dokumeti bħala xiehda neċessarja li turi l-applikazzjoni korretta tas-sospensjoni għal perjodu ta' tlett snin ta' wara d-data ta' skadenza tas-superviżjoni ta' l-oġġetti mid-dwana.

Artikolu 6

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar kull talba mressqa minn xi Stat Membru bi skop li tippresenta proposta biex temenda l-listi fl-Annessi I u II.

Artikolu 7

1. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni amministrattiva ta' dan ir-Regolament fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tiegħu.

2. Huma għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn tlett xhur wara t-tmiem ta' kull sena, informazzjoni fuq in-numru totali ta' ċertifikati maħruga flimkien mal-valur totali u l-piz gross ta' l-oġġetti importati skond id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 Jannar 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Christodoulakis

[1] ĠU C 265,tat- 12.10.1988, p. 9.

[2] ĠU L 302,tad- 19.10.1992, p. 1. Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 311,tat- 12.12.2000, p. 17).

[3] ĠU C 53, tal-11.10.1993, p. 1. Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE)Nru 993/2001 (ĠU L 141, tat-28.5.2001, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS 1

LISTA TA' ARMI U APPARAT MILITARI LI D-DAZJI TA' IMPORTAZZJONI FUQHOM ĠEW SOSPIŻI [1]

2804

2825

3601

3602

3603

3604

3606

3701

3702

3703

3705

3707

3824

3926

4202

4911

5608

6116

6210

6211

6217

6305

6307

6506

7308

7311

7314

7326

7610

8413

8414

8415

8418

8419

8421

8424

8427

8472

8479

8502

8516

8518

8521

8525

8526

8527

8528

8531

8535

8536

8539

8543

8544

8701

8703

8704

8705

8709

8710

8711

8716

8801

8802

8804

8805

8901

8903

8906

8907

9004

9005

9006

9008

9013

9014

9015

9020

9022

9025

9027

9030

9031

9302

9303

9304

9306

9307

9404

9406

[1] Kodiċi tan-NM applikabbli mill-1 ta' Jannar 2003, adottati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002 ta' l-1 ta' Awissu 2002 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatitika u t-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, 28.10.2002, pġ. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS II

LISTA TA' ARMI U APPARAT MILITARI B'RATA KONVENZJONALI TA' DAZJU MĦALLAS LI GĦALIHOM JISTGĦU JIĠU APPLIKATI IL-PROĊEDURI TA' IMPORTAZZJONI TA' L-ARTIKOLU 3 [1]

4901

8426

8428

8429

8430

8470

8471

8517

8524

9018

9019

9021

9026

9301

[1] Kodiċi tan-NM applikabbli mill-1 ta' Jannar 2003, adottati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002 ta' l-1 ta' Awissu 2002 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatitika u t-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, 28.10.2002, pġ. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS III

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------