32003L0127



Official Journal L 010 , 16/01/2004 P. 0029 - 0053


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/127/KE

tat-23 ta' Diċembru

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għal vetturi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI TA' KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokument ta' reġistrazzjoni għal vetturi [1], u partikularment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1) Id-Direttiva 1999/37/KE ippreskriviet regoli armonizzati li jirrigwardaw iċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni għal vetturi suġġetti għal reġistrazzjoni fil-Komunità.

(2) Bil-ħsieb ta' l-introduzzjoni li qed tiżdied ta' tagħmir elettroniku u telematiku f'vetturi, l-Annessi mad-Direttiva 1999/37/KE għandhom jiġu adattati għal progress xjentifiku u tekniku biex jippermettu lill-Istati Membri biex joħorġu dokumenti ta' reġistrazzjoni ta' vetturi fil-format tal-ismart card mikro-proċessur minflok dokumenti tal-karti.

(3) Id-Direttiva 1999/37/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq.

(4) Il-miżuri provvduti f'din id-Direttiva huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqfa skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE [2],

(5) L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ġbir u l-proċessar ta' fatti magħrufa (data) personali meħtieġa għall-ħruġ ta' dokumenti ta' reġistrazzjoni ta' vetturi fil-format ta' smart cards jikkonformaw mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward il-proċessar ta' fatti magħrufa (data) u dwar il-moviment ħieles ta' dawn il-fatti magħrufa (data) [3],

ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi għad-Direttiva 1999/37/KE huma mibdula bit-test fl-Annessi għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-15 ta' Jannar 2005 l-aktar tard. Għandhom jikkomunikaw fil-pront lill-Kummissjoni it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-istati membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewliena tal-liġi nazzjonali li jaddottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċi-President

[1] ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 57

[2] ĠU L 46, tas-17.2.1997, p. 1.

[3] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS I

PARTI I TAĊ-ĊERTIFIKAT TA' REĠISTRAZZJONI [1]

I. Din il-parti tista' tiġi mplimentata f'waħda miż-żewġ ghamliet: bħala dokumenti tal-karti jew bħala smart card. Il-karatteristiċi tal-versjoni tad-dokument tal-karti huma speċifikati f'Kapitlu II u dawk tal-versjoni ta' lis-smart card f'Kapitlu III.

II. Speċifikazzjonijiet ta' Parti I taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni fil-format tal-karta

II.1 Id-dimensjonijiet totali taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni m'għandhomx ikunu aktar minn format ta' A4 (210 × 297 mm) jew folder ta' format ta' A4.

II.2 Il-karta wżata għal L-ewwel Parti taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni għandha ssir b'sigurtà kontra l-frodi permezz ta' mill-inqas tnejn mill-metodi ta' teknika li ġejjin:

- grafika,

- marka ta' l-ilma,

- fibri florexxenti, jew

- imprints florexxenti.

L-Istati Membri huma ħielsa biex idaħħlu fatturi addizzjonali ta' sigurtà.

II.3 L-ewwel Parti taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni tista' tikkonsisti minn numru ta' paġni. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu n-numru ta' paġni bi qbil mat-tagħrif li jinstab fid-dokument u l-arranġament tiegħu.

II.4 L-ewwel paġna ta' L-ewwel Parti taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni għandha tikkontjeni:

- l-isem ta' l-Istat Membru li qed joħroġ L-ewwel Parti taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni,

- il-marka li tiddistingwi ta' l-Istat Membru li qed joħroġ L-ewwel Parti taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni, prinċipalment:

B Il-Belġju

DK Id-Danimarka

D Il-Ġermanja

GR Il-Greċja

E Spanja

F Franza

IRL L-Irlanda

I L-Italja

L Il-Lussemburgu

NL L-Olanda

A L-Awstrija

P Portugal

FIN Il-Finlandja

S L-Isvezja

UK Ir-Renju Unit,

- l-isem ta' awtorità kompetenti,

- il-kliem "L-ewwel Parti taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni" jew, jekk iċ-ċertifikat jikkonsisti minn parti waħda biss, il-kliem "Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni", stampati f'tipa kbira fil-lingwa jew lingwi ta' l-Istati Membri li qed joħorġu ċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni għandhom jidhru wkoll, wara spazju xieraq, f'tipa żgħira fil-lingwi l-oħra tal-Komunità Ewropea,

- il-kliem "Komunità Ewropea", stampati fil-lingwa jew lingwi ta' l-Istati Membri li qed joħorġu L-ewwel Parti taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni,

- in-numru tad-dokument.

II.5 L-ewwel Parti taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni għandha tikkontjeni wkoll il-fatti magħrufa (data) li ġejja, preċeduta mill-kodiċijiet armonizzati korrespondenti tal-Komunità:

(A) in-numru tar-reġistrazzjoni;

(B) id-data ta' l-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura;

(Ċ) fatti magħrufa (data) personali;

(Ċ.1) possessur taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni:

(Ċ.1.1) kunjomi(ijiet) jew isem kummerċjali,

(Ċ.1.2) isem(ismijiet) oħra jew inizjali (fejn xieraq),

(Ċ.1.3) indirizz fl-Istat Membru ta' reġistrazzjoni fid-data tal-ħruġ tad-dokument;

(Ċ.4) Fejn il-partikolaritajiet speċifikati f'II.6, kodiċi Ċ.2 mhumiex indikati fiċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni, riferenza għall-fatt li l-possessur taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni:

(a) huwa s-sid tal-vettura,

(b) m'huwiex s-sid tal-vettura,

(ċ) mhuwiex identifikat miċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni bħala s-sid tal-vettura;

(D) vettura:

(D.1) għamla,

(D.2) tip,

- varjant (jekk disponibbli),

- versjoni (jekk disponibbli);

(D.3) deskrizzjoni(jiet) kummerċjali;

(E) numru ta' identifikazzjoni tal-vettura;

(F) massa:

(F.1) massa laden massima teknikament permessa, minbarra għal muturi;

(G) massa tal-vettura f'servizz ma' bodywork, u ma' mezz ta' tagħqid bl-irbit (coupling) fil-każ ta' vettura li tirmonka f'servizz minn kull kategorija oħra għajr M1;

(H) perjodu ta' validità, jekk mhux bla limitu;

(I) data ta' reġistrazzjoni li għaliha jirreferi dan iċ-ċertifikat;

(K) numru u approvazzjoni tat-tip (jekk disponibbli);

(P) magna;

(P.1) kapaċità (f'ċm3),

(P.2) qawwa massima nett (in kW) (jekk disponibbli),

(P.3) tip ta' karburant jew sors ta' qawwa;

(Q) l-iskala ta' qawwa/piż (f'kW/kg) (gġal muturi biss);

(S) seating capacity,

(S.1) numru ta' postijiet bil-qieghda, inkluż tas-sewwieq,

(S.2) numru ta' postijiet bil-wieqfa (fejn xieraq).

II.6 L-ewwel Parti taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni tista, barra minn dan, tikkontjeni l-fatti magħrufa (data) li ġejja, preċeduta mill-kodiċijiet armonizzati korrespondenti tal-Komunità:

(Ċ) fatti magħrufa (data) personali;

(Ċ.2) sid tal-vettura (ripetuta daqs kemm hemm sidien),

(Ċ.2.1) kunjom jew isem kummerċjali,

(Ċ.2.2) isem(ismijiet) oħra jew inizjali (fejn xieraq),

(C.2.3) indirizz fl-Istat Membru ta' reġistrazzjoni, fid-data tal-ħruġ tad-dokument,

(Ċ.3) persuna naturali jew legali li tista' tuża' l-vettura bis-saħħa ta' dritt legali ieħor għajr dak ta' pussess,

(Ċ.3.1) kunjom jew isem kummerċjali,

(Ċ.3.2) isem(ismijiet) oħra jew inizjali (fejn xieraq),

(Ċ.3.3) indirizz fl-Istat Membru ta' reġistrazzjoni, fid-data tal-ħruġ tad-dokument,

(Ċ.5), (Ċ.6), (Ċ.7), (Ċ.8): fejn bidla fil-fatti magħrufa (data) personali mogħtija f'punti II.5, kodiċi Ċ.1, II.6, kodiċi Ċ.2 u/jew II.6, kodiċi Ċ.3 ma toħloqx il-ħruġ ta' Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni ġdid, il-fatti magħrufa (data) personali ġodda li jikkorrespondu għal dawn il-punti jistgħu jiġu nklużi skond il-kodiċijiet (Ċ.5), (Ċ.6), (Ċ.7) jew (Ċ.8); huma mbagħad imqassma bi qbil mar-riferenzi f'punti II.5, kodiċi Ċ.1, II.6, kodiċi Ċ.2, II.6, kodiċi Ċ.3 u II.5, kodiċi Ċ.4;

(F) massa:

(F.2) massa laden massima permessa tal-vettura f'servizz fl-Istat Membru ta' reġistrazzjoni;

(F.3) massa laden massima permessa tal-vettura sħiħa f'servizz fl-Istat Membru ta' reġistrazzjoni;

(J) kategorija tal-vettura;

(L) numru ta' fusien;

(M) wheelbase (f'mm);

(N) għal vetturi b'total li jaqbeż il-3500 kg, distribuzzjoni tal-massa laden massima teknikament permessa fost il-fusien:

(N.1) fus 1 (f'kg),

(N.2) fus 2 (f'kg), fejn xieraq,

(N.3) fus 3 (f'kg), fejn xieraq,

(N.4) fus 4 (f'kg), fejn xieraq,

(N.5) fus 5 (f'kg), fejn xieraq,

(O) massa rmunkabbli massima teknikament permessa tal-karru:

(O.1) braked (f'kg),

(O.2) unbraked (f'kg);

(P) magna;:

(P.4) veloċità fi skali (f'min-1),

(P.5) numru ta' identifikazzjoni tal-magna;

(R) kulur tal-vettura;

(T) veloċità massima (f'km/siegħa);

(U) livell tal-ħoss:

(U.1) wieqfa (f'dB(A)),

(U.2) veloċità tal-magna (f'min-1),

(U.3) drive-by (f'dB(A));

(V) emmissjonijiet ta' l-exhaust:

(V.1) CO (f'g/km jew g/kWh),

(V.2) HC (f'g/km jew g/kWh),

(V.3) NOx (f'g/km jew g/kWh),

(V.4) HC + NOx (f'g/km),

(V.5) partikolaritajiet għal diesel (f'g/km jew g/kWh),

(V.6) koeffiċjent ta' korrezzjoni ta' assorbiment għad-diesel (f'min-1),

(V.7) CO2 (f'g/km),

(V.8) konsum tal-karburant kombinat (f'l/100 km),

(V.9) indikazzjoni tal-kategorija ambjentali ta' approvazzjoni tat-tip KE;

riferenza għall-versjoni applikabbli skond id-Direttiva 70/220/KEE [2] jew id-Direttiva 88/77/KEE [3].

(W) kapaċità tat-tank(ijiet tal-karburant) (f'litri).

II.7 L-Istati Membri jistgħu jinkludu tagħrif addizzjonali (f'L-ewwel Parti taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni), b'mod partikulari jistgħu jżidu bejn il-parentesi għall-kodiċijiet ta' identifikazzjoni, kif preskritt skond II.5 U II.6, kodiċijiet nazzjonali addizzjonali.

III. Speċifikazzjonijiet ta' L-ewwel Parti taċ-Ċertifikazzjoni ta' Reġistrazzjoni fil-forma ta' smart card(Alternattiva għall-kampjun f'format tal-karti deskritt f'Kapitlu II)

III.1 Format ta' card u fatti magħrufa (data) leġibbli bil-għajn

Billi hija card mikro-proċessur, iċ-chip card għandha tiġi disinjata bi qbil mal-livelli stabbiliti msemmija f'Kapitlu III.5. Il-fatti magħrufa (data) reġistrati fuq il-card għandhom ikunu leġibbli b'mezzi ta' qari normali (bħal cards takografiċi).

Stampati fuq quddiem u wara tal-card għandu jkun hemm għall-inqas il-fatti magħrufa speċifikati f'Kapitli II.4 u II.5; dawn il-fatti magħrufa (data) għandhom ikunu leġibbli bil-għajn (għoli ta' karattru minimu: 6 punti w stampati kif ġej: Eżempji ta' forom possibbli huma preżentati f'L-ewwel Figura fl-aħħar ta' din it-taqsima.)

A. Imprint bażiku

Il-fatti magħrufa (data) bażiċi għandhom jikkontjenu li ġej:

Quddiem

(a) In-naħa tal-lemin tal-lokazzjoni taċ-chip:

fil-lingwa(i) ta' l-Istat Membru li qed joħroġ iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni

- il-kliem "Komunità Ewropea";

- l-isem ta' l-Istat Membru li qed joħroġ iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni;

- il-kliem "L-ewwel Parti taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni", jew, jekk iċ-ċertifikat jikkonsisti minn parti waħda biss, il-kliem "Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni" stampati f'tipa kbira;

- nomina oħra (p.e. nazzjonali ta' qabel) tad-dokument ekwivalenti (b'għażla);

- l-isem ta' l-awtorità kompetenti (alternattivament, anke fil-forma ta' imprint personalizzat skond l-Ittra B);

- in-numru konsekuttiv mhux ambigwu tad-dokument kif użat fl-Istat Membru (alternattivament, anke fil-forma ta' imprint personalizzat skond l-Ittra B);

(b) 'L fuq mill-lokazzjoni taċ-chip:

il-marka ta' distinzjoni ta' l-Istat Membru li qed joħroġ iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni, bajda f'rettanglu blu u mdawwar bi tnax-il stilla safra:

B Il-Belġju

DK Id-Danimarka

D Il-Ġermanja

GR Il-Greċja

E Spanja

F Franza

IRL L-Irlanda

I L-Italja

L Il-Lussemburgu

NL L-Olanda

A L-Awstrija

P Portugal

FIN Il-Finlandja

S L-Isvezja

UK Ir-Renju Unit,

(ċ) l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jżidu, fit-tarf ta' isfel f'tipa żgħira fil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom, in-nota: "Dan id-dokument għandu jiġi prodott lil kull persuna awtorizzata li qed jitolbu."

(d) Il-kulur bażiku tal-card huwa aħdar (Pantone 362); alternattivament, transizzjoni ħadra-għal-bajda hija possibbli.

(e) Simbolu li jirrappreżenta rota (ara l-forma proposta fl-Istampa 1) għandu jiġi stampat fl-erja ta' l-istampar fir-rokna t'isfel fuq in-naħa tax-xellug ta' quddiem tal-card.

F'każijiet oħra, id-dispożizzjonijiet ta' Kapitlu III.13 għandhom japplikaw.

B. Imprint ta' personalizzazzjoni

L-imprint ta' personalizzazzjoni għandu jikkontjeni t-tagħrif li ġej:

Quddiem

(a) l-isem ta' l-awtorità kompetenti - ara wkoll l-Ittra Aa)

(b) l-isem ta' l-awtorità li qed joħroġ iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni (b'għażla)

(ċ) in-numru konsekuttiv mhux ambigwu tad-dokument kif użat fl-Istat Membru - ara wkoll l-Ittra Aa)

(d) Il-fatti magħrufa (data) li ġejjin mill-Kapitlu II.5; skond il-Kapitlu II.7, kodiċijiet nazzjonali individwali jistgħu jiżdiedu mal-kodiċijiet armonizzati preċedenti tal-Komunità:

Kodiċi | Riferenza | |

(A) | numru ta' reġistrazzjoni (numru uffiċċjali tal-liċenza) |

(B) | id-data ta' l-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura |

(I) | data ta' reġistrazzjoni li għaliha jirreferi dan iċ-ċertifikat |

fatti magħrufa (data) personali

(Ċ.1) | possessur taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni |

(Ċ.1.1) | kunjom jew isem kummerċjali |

(Ċ.1.2) | isem(ismijiet) oħra jew inizjali (fejn xieraq) |

(Ċ.1.3) | indirizz fl-Istat Membru ta' reġistrazzjoni fid-data tal-ħruġ tad-dokument |

(Ċ.4) | Fejn il-partikularitajiet speċifikati f'Kapitlu II.6, kodiċi Ċ.2 mhumiex inklużi fl-imprint taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni definit fl-Ittri A u B, riferenza għall-fatt li l-possessur taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni (a)huwa s-sid tal-vettura;(b)m'huwiex s-sid tal-vettura;(ċ)mhuwiex identifikat miċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni bħala s-sid tal-vettura; |

In-naħa ta' wara:

In-naħa ta' wara għandha ġġorr għall-inqas il-bqija tal-fatti magħrufa (data) speċifikati f'Kapitlu II.5; bi qbil mal-Kapitlu II.7, kodiċijiet nazzjonali individwali jistgħu jiżdiedu mal-kodiċijiet armonizzati preċedenti tal-Komunità.

Fid-dettall, dawn il-fatti magħrufa (data) huma:

Kodiċi | Riferenza | |

Fatti magħrufa (data) tal-vettura (f'kunsiderazzjoni tan-noti f'Kapitlu II.5)

| (D.1) | għamla |

| (D.2) | tip (varjant/versjoni, fejn ikun xieraq) |

| (D.3) | deskrizzjoni(jiet) kummerċjali |

(E) | numru ta' identifikazzjoni tal-vettura |

(F.1) | massa laden massima teknikament permessa, minbarra għal muturi (kg) |

(G) | massa tal-vettura f'servizz mal-bodywork, u ma' mezz ta' tagħqid bl-irbit (coupling) fil-każ ta' rmunkar vettura f'servizz minn kull kategorija oħra għajr M1 (kg) |

(H) | perjodu ta' validità, jekk mhux bla limitu |

(K) | numru ta' approvazzjoni tat-tip (jekk disponibbli) |

(P.1) | spostazzjoni (ċm3) |

(P.2) | qawwa nominali (kW) |

(P.3) | tip ta' karburant jew sors ta' qawwa |

(Q) | l-iskala ta' qawwa/piż (f'kW/kg) (għal muturi biss) |

(S.1) | numru ta' postijiet bil-qieghda, inkluż tas-sewwieq, |

(S.2) | numru ta' postijiet bil-wieqfa (fejn xieraq) |

Ta' B'għażla, fatti magħrufa (data) addizzjonali minn II.6 (bil-kodiċijiet armonizzati) u II.7 jistgħu jiżdiedu fuq in-naħa ta' wara tal-card.

Ċ. Karatteristiċi fiżiċi ta' sigurtà ta' lis-smart card

It-theddid għas-sigurtà fiżika ta' dokumenti huma:

- Produzzjoni ta' cards foloz: li toħloq oġġett ġdid li jġorr xebħ kbir għad-dokument, jew billi jsir mil-bidu nett jew billi jiġi kkupjat minn dokument oriġinali.

- Tibdil fil-materjal: jinbidel karatteristiku ta' dokument oriġinali, p.e. jiġu modifikati xi wħud mill-fatti magħrufa (data) stampati fuq id-dokument.

Il-karta wżata għal L-ewwel Parti taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni għandha ssir b'sigurtà kontra l-frodi permezz ta' mill-inqas tlieta mill-metodi ta' teknika li ġejjin:

- mikrostampar,

- stampar guilloche*,

- stampar bħal qawsalla (iridescent),

- inċiżjoni bil-laser,

- linka florexxenti ultraviolet,

- linka b' kulur dipendenti fuq l-angolu li jidher*,

- linka b' kulur dipendenti fuq it-temperatura*,

- custom holograms*,

- dehriet varjabbi tal-laser,

- dehriet varjabbli ottiċi.

L-Istati Membri huma ħielsa biex idaħħlu karatteristiċi addizzjonali ta' sigurtà.

Bħala bażi, il-metodi ta' teknika indikati b'asterisk għandhom jiġu preferuti għaliex jippermettu l-uffiċjali ta' infurzar tal-liġi biex jispezzjonaw il-validità tal-card mingħajr xi mezzi speċjali.

+++++ TIFF +++++

Stampa 1: Eżempji ta' forom possibbli tal-fatti magħrufa (data) mandatorji

(aktar fatti magħrufa (data) b'għażla u addizzjonali jistgħu jiżdiedu man-naħa ta' wara tal-card)

III.2 Reġistrazzjoni u protezzjoni ta' fatti magħrufa (data)

Preċeduti mill-kodiċijiet komuni armonizzati (fejn xieraq, f'konnessjoni mal-kodiċijiet individwali ta' l-Istati Membri skond il-Kapitlu II.7), il-fatti magħrufa (data) li ġejjin għandhom jew jistgħu jiġu reġistrati addizzjonalment fuq il-wiċċ tal-card li jġorr it-tagħrif leġibbli skond il-Kapitlu III.1:

(A) Fatti magħrufa (data) skond il-Kapitli II.4 u II.5

Il-fatti magħrufa (data) speċifikati f'Kapitli II.4 u II.5 għandhom jiġu reġistrati mandatorjament fuq il-card.

(B) Fatti magħrufa (data) oħra skond il-Kapitlu II.6

Barra minn hekk, l-Istati Membri huma ħielsa biex jirreġistraw aktar fatti magħrufa (data) skond il-Kapitlu II.6, sal-punt meħtieġ.

(Ċ) Fatti magħrufa (data) oħra skond il-Kapitlu II.7

B'għażla, tagħrif addizzjonali jista' jiġi reġistrat fuq il-card.

Il-fatti magħrufa (data) mill-ittri A u B huma reġistrati f'żewġ fajlijiet korrespondenti bi struttura trasparenti (ara ISO/IEC 7816-4). L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw ir-reġistrazzjoni ta' fatti magħrufa (data) mill-Ittra Ċ skond il-ħtiġijiet tagħhom.

Ma hemm l-ebda restrizzjonijiet ta' qari fuq dawn il-fajlijiet.

Aċċess għall-kitba fuq dawn il-fajlijiet għandu jiġi ristrett għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (u l-aġenziji awtorizzati tagħhom) fl-Istat Membru li qed joħroġ lis-smart card.

Aċċess għall-kitba huwa permess biss wara awtentikazzjoni mhux simettrika ma' session key exchange għal protezzjoni tas-sessjoni bejn il-card ta' reġistrazzjoni tal-vettura u modulu ta' sigurtà (p.e. card ta' modulu ta' sigurtà) ta' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (jew l-aġenziji awtorizzati tagħhom). B'hekk ċertifikati verifikabbli tal-card skond ISO/IEC 7816-8 huma mibdula qabel il-proċess ta' awtentikazzjoni. Iċ-ċertifikati verifikabbli tal-card jikkontjenu l-iskedi (keys) pubbliċi korrespondenti li jridu jinstabu mill-ġdid u li jridu jintużaw fil-proċess ta' awtentikazzjoni li ġej. Dawn iċ-ċertifikati huma ffirmati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u jikkontjenu oġġett ta' awtorizzazzjoni (awtorizzazzjoni tal-possessur taċ-ċertifikat) skond il-ISO/IEC 7816-9 sabiex tiġi kodifikata (encode) awtorizzazzjoni speċifika tar-rwol tal-card. Dan ir-rwol huwa relatat ma' l-awtorità kompetenti nazzjonali (p.e. biex jiġi aġġornat qasam ta' fatti magħrufa (data)).

L-iskedi (keys) pubbliċ korrespondenti ta' l-awtorità kompetenti nazzjonali huma reġistrati bħala ankra ta' fiduċja (skeda pubblika ta' għeruq) fil-card.

L-ispeċifikazzjoni tal-fajlijiet u kmand meħtieġa għall-proċess ta' awtentikazzjoni u l-proċess tal-kitba huwa skond ir-responsabbilta ta' l-Istati Membri. L-assigurazzjoni ta' sigurtà trid tiġi approvata mill-evalwazzjoni komuni ta' kriterji skond EAL4+. Iż-żidiet (augmentations) huma kif ġej: 1. AVA_MSU.3 Analiżi u testjar għal stati mhux sikuri; 2. AVA_VLA.4 Resistenti ħafna.

(D) Fatti magħrufa (data) ta' verifikazzjoni għal awtentiċita ta' fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni

L-awtorità tal-ħruġ tikkalkola l-firma elettronika tagħha dwar il-fatti magħrufa (data) kompleti ta' fajl li jikkontjeni l-fatti magħrufa (data) ta' l-ittra A jew B u tirreġistrahom ġo fajl relatat. Dawn il-firem jippermettu l-awtentiċita tal-fatti magħrufa (data) reġistrati li jridu jiġu verifikati. Il-cards għandhom jirreġistraw il-fatti magħrufa (data) li ġejja:

- il-firma elettronika ta' fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni relatati ma' ittra A,

- il-firma elettronika ta' fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni relatati ma' ittra B,

Għal verifika ta' dawn il-firem elettroniċi il-card għandha tirreġistra:

- ċertifikati ta' l-awtorità tal-ħruġ li tikkalkula l-firem dwar il-fatti magħrufa (data) ta' l-ittri A,B.

Firem elettroniċi u ċ-ċertifikati għandhom ikunu jistgħu jinqraw mingħajr restrizzjoni. Aċċess għall-kitba għal firem elettroniċi u ċertifikati għandhom jiġu ristretti għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

III.3 Interface

Kuntatti esterni għandhom jintużaw għal interfacing. Tgħaqqid flimkien ta' kuntatti esterni ma' transponder huwa b'għażla.

III.4 Kapaċità ta' reġistrazzjoni tal-card

Il-card għandu jkollha kapaċità suffiċjenti biex tirreġistra l-fatti magħrufa (data) msemmija f'Kapitlu III.2.

III.5 Livelli stabbiliti

Iċ-chip card u mezzi ta' qari wżati għandhom jikkonformaw mal-livelli stabbiliti li ġejjin:

— ISO 7810 : Livelli stabbiliti għal cards ta' identifikazzjoni (cards tal-plastik): Karatteristiċi fiżiċi

— ISO 7816-1 u -2 : Karatteristiċi fiżiċi ta' chip cards, dimensjonijiet u lokazzjoni ta' kuntatti

— ISO 7816-3 : Karatteristiċi elettriċi ta' kuntatti, protokolli ta' trasmissjoni

— ISO 7816-4 : Kontenuti ta' komunikazzjoni, struttura ta' fatti magħrufa (data) taċ-chip card, arkitettura ta' sigurtà, mekkaniżmi ta' aċċess

— ISO 7816-5 : Struttura ta' identifikaturi ta' applikazzjoni, għażla u eżekuzzjoni ta' identifikaturi ta' applikazzjoni, proċedura ta' reġistrazzjoni għal identifikaturi ta' applikazzjoni (sistema numerika),

— ISO 7816-6 : Elementi ta' fatti magħrufa (data) fost l-industrija għal skambju

— ISO 7816-8 : Cards ta' ċirkwit(i) integrati ma' kuntatti - Kmandi fost l-industrija relatati mas-sigurtà

— ISO 7816-9 : Cards ta' ċirkwit(i) integrati ma' kuntatti - Kmandi fost l-industrija miżjuda

III.6 Karatteristiċi Tekniċi u Protokolli ta' Trasmissjoni

Il-format għandu jkun ID-1 (daqs normali, ara ISO/IEC 7810).

Il-card għandha tappoġġja protokoll ta' trasmissjoni T = 1 f'konformita ma' ISO/IEC 7816-3. B'żieda ma' dan protokolli oħra ta' trasmissjoni jistgħu jiġu appoġġjati, p.e. T = 0, USB jew protokolli mingħajr kuntatti.

Għal trasmissjoni ta' bit il-"konvenzjoni diretta" għandha tiġi applikata (ara ISO/IEC 7816-3).

(A) Vultaġġ ta' provvsita, vultaġġ ta' programmar

Il-card għandha taħdem ma' Vcc = 3V (+/0.3V) jew ma' Vcc = 5V (+/0,5V). Il-card m'għandhiex teħtieġ vultaġġ ta' programmar f'pin C6.

(B) Risposta għal reset

Il-byte tal-Size Card tal-Qasam ta' Tagħrif għandu jiġi preżentat fil-ATR fil-karatteristiku TA3. Dan il-valur għandu jkun għall-inqas "80h" (= 128 bytes).

(Ċ) Għażla ta' parametru ta' protokoll

L-appoġġ ta' għażla ta' parametru tal-Protokoll (GPP) skond ISO/IEC 7816-3 huwa mandatorju. Huwa wżat biex jintgħażel T = 1, jekk T = 0 huwa preżenti addizzjonalment fil-card, u biex jiġu negozjati l-parametri Fi/Di għall-kisba ta' rati ta' trasmissjoni aktar għolja.

(D) Protokoll ta' trasmissjoni T = 1

L-appoġġ ta' chaining huwa mandatorju.

Is-simplifikazzjonijiet li ġejjin huma permessi:

- NAD Byte: mhux użat (NAD għandu jiġi ssettjat għal "00"),

- S-Block ABORT: mhux użat,

- S-Block VPP state error: mhux użat.

Il-mezz tad-daqs tal-qasam ta' tagħrif (MDQT) għandu jiġi indikat mill-IFD immedjatament wara l-ATR, jiġifieri l-IFD għandu jittrasmetti t-Talba ta' l-S-Block IFS wara l-ATR u l-card għandha tibgħat lura l-S-Block IFS. Il-valur rakkomandat għal MDQT huwa 254 bytes.

III.7 Firxa tat-temperatura

Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni fil-format ta' l-ismart card għandu jiffunzjona sew fuq il-kondizzjonijiet klimatiċi kollha li normalment jipprevalu fit-territorji tal-Komunità u mill-inqas fil-firxa tat-temperatura speċifikata f'ISO 7810. Il-cards għandhom ikunu kapaċi li joperaw korrettement fil-firxa ta' l-umdita 10 % sa 90 %.

III.8 Il-ħajja (lifetime) fiżika

Jekk użata bi qbil ma' l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali u relatati ma' l-elettriku, il-card għandha tiffuzzjona sew għal perjodu ta' għaxar snin. Il-materjal tal-card irid jintgħażel b'tali mod li din il-ħajja (lifetime) hija żgurata.

III.9 Karatteristiċi elettriċi

Matul l-operat, il-cards għandhom jikkonformaw mad-Direttiva tal-Kummmissjoni 95/54/KE tal-31 ta' Ottubru 1995 [4], relatata mal-kompatibilita elettromanjetika, u għandhom jiġu protetti kontra skarigi elettrostatiċi.

III.10 Struttura tal-fajl

Tabella 1 tniżżel f'lista l-fajlijiet elementari mandatorji (FE) ta' l-applikazzjoni DF (ara ISO/IEC 7816-4) Reġistrazzjoni DF. Dawn il-fajlijiet kollha għandhom struttura trasparenti.

Tabella 1

Isem tal-Fajl | Identifikatur tal-Fajl | Deskrizzjoni |

Reġistrazzjoni. FE_A | "D001" | Fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni skond il-Kapitli II.4 u II.5 |

Firma.FE_ A | "E001" | Firma Elettronika dwar kontenut komplet ta' fatti magħrufa (data) ta' Reġistrazzjoni. FE_A |

FE.C.IA_A.DS | "C001" | X.509v3 Ċertifikat ta' l-awtorità tal-ħruġ li tikkalkola 'l-firem għal Firma.FE_A |

Reġistrazzjoni.FE_B | "D011" | Fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni skond il-Kapitlu II.6 |

Firma.FE_B | "E011" | Firma Elettronika dwar kontenut komplet ta' fatti magħrufa (data) ta' Reġistrazzjoni.FE_B |

FE.C.IA_B.DS | "C011" | X.509v3 Ċertifikat ta' l-awtorità tal-ħruġ li tikkalkola 'l-firem għal FE.Firma_B |

III.11 Struttura tal-fatti magħrufa (data)

Iċ-ċertifikati reġistrati huma fil-formatX.509v3 skond ISO/IEC 9594-8. Il-firem elettronċi huma reġistrati b'mod trasparenti.

Il-fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni huma reġistrati bħala oġġetti ta' fatti magħrufa (data) ta' BER-TLV (ara ISO/IEC 7816-4) fil-fajlijiet elementari korrespondenti. L-oqsma ta' valur huma kodifikati bħala karatteristiku ASCII kif definit minn ISO/IEC 8824-1, il-valuri"C0"-"FRF" huma definiti minn ISO/IEC 8859-1 (Sett karatteristiku Latin1), ISO/IEC 8859-7 (Sett karatteristiku Griek) jew ISO/IEC 8859-5 (Sett karatteristiku Cyrillic). Il-format tad-dati huwa SSSSXXJJ (YYYYMMDD).

Tabella 2 tniżżel f'lista t-Tabelli (Tags) li jidentifikaw l-oġġetti tal-fatti magħrufa (data) li jikkorrespondu għall-fatti magħrufa ta' reġistrazzjoni tal-Kapitli II.4 u II.5 flimkien ma' fatti magħrufa (data) addizzjonali minn Kapitlu III.1. Minbarra jekk ikun dikjarat mod ieħor, l-oġġetti tal-fatti magħrufa (data) mmniżżla f'lista fit-Tabella 2 huma mandatorji. Oġġetti ta' fatti magħrufa (data) b'għażla jistgħu jitħallew barra. Il-kolonna tat-Tabella (Tag) tindika l-livell ta' nesting.

Tabella 2

Tabella (Tag) | Deskrizzjoni | | | |

"78" | | | | Awtorità ta' allokazzjoni tat-tabella (tag) kompatibbli, oġġett ta' nesting"4F" (ara ISO/IEC 7816-4 u ISO/IEC 7816-6) |

| "4F" | | | Identifikatur ta' applikazzjoni (ara ISO/IEC 7816-4) |

"71" | | | | Mudell (template) fost l-industrija (ara ISO/IEC 7816-4 u ISO/IEC 7816-6) li jikkorrespondi għal fatti magħrufa (data) mandatorji taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni Parti 1, nesting l-oġġetti kollha li ġejjin |

| "80" | | | Versjoni ta' definizzjoni ta' Tabella (Tag) |

| "9F33" | | | Isem ta' l-Istat Membru li qed joħroġ iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni ta' L-ewwel Parti |

| "9F34" | | | Nomina oħra (p.e. nazzjonali ta' qabel) tad-dokument ekwivalenti (b'għażla) |

| "9F35" | | | Isem ta' awtorità kompetenti |

| "9F36" | | | Isem ta' l-awtorità li qed toħroġ iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjonioni (b'għażla) |

| "9F37" | | | Sett karatteristiku wżat: "00": ISO/IEC 8859-1 (Sett karatteristiku Latin1) "01": ISO/IEC 8859-5 (Sett karatteristiku Cyrillic) "02": ISO/IEC 8859-7 (Sett karatteristiku Griek) |

| "9F38" | | | Numru konsekuttiv mhux ambigwu tad-dokument kif użati fl-Istat Membru |

| "81" | | | In-numru ta' reġistrazzjoni |

| "82" | | | Id-Data ta' l-ewwel reġistrazzjoni |

| "A1" | | | Fatti magħrufa (data) personali, oġġetti nesting"A2" u "86" |

| | "A2" | | Possessur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni, oġġetti nesting"83", "84" u "85" |

| | | "83" | kunjom jew isem kummerċjali |

| | | "84" | Ismijiet jew inizjali oħra (b'għażla) |

| | | "85" | Indirizz fl-Istat Membru |

| | "86" | | "00": huwa s-sid tal-vettura "01": mhuwiex is-sid tal-vettura "02": mhuwiex identifikat bħala s-sid tal-vettura |

| "A3" | | | Vettura, oġġetti nesting"87", "88" u "89" |

| | "87" | | Għamla tal-vettura |

| | "88" | | Tip tal-vettura |

| | "89" | | Deskrizzjonijiet kummerċjali tal-vettura |

| "8A" | | | Numru ta' identifikazzjoni tal-vettura |

| "A4" | | | Mass nesting"8B" |

| | "8B" | | Massa laden massima teknikament permessa |

| "8C" | | | Massa tal-vettura f'servizz ma' bodywork |

| "8D" | | | Perjodu ta' validità |

| "8E" | | | Data ta' reġistrazzjoni li għaliha jirreferi dan iċ-ċertifikat |

| "8F" | | | Numru ta' approvazzjoni tat-tip |

| "A5" | | | Magna, oġġetti nesting"90", "91" u "92" |

| | "90" | | Kapaċità tal-magna |

| | "91" | | Qawwa nett massima tal-magna |

| | "92" | | Tip ta' karburant tal-magna |

| "93" | | | Skala tal-qawwa piż |

| "A6" | | | Kapaċità ta' postijiet oġġetti nesting"94", u "95" |

| | "94" | | Numru ta' postijiet |

| | "95" | | Numru ta' postijiet bil-wieqfa |

Tabella 3 tniżżel f'lista t-Tabelli (Tags) li jidentifikaw l-oġġetti ta' fatti magħrufa (data) li jikkorrespondu għall-fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni ta' Kapitlu II.6. L-oġġetti ta' fatti magħrufa (data) imniżżla f'lista f'Tabella 3 huma b'għażla.

Tabella 3

Tabella (Tag) | Deskrizzjoni | | | |

"78" | | | | Awtorità ta' allokazzjoni tat-tabella (tag) kompatibbli, oġġett ta' nesting"4F" (ara ISO/IEC7816-4 u ISO/IEC 7816-6) |

| "4F" | | | Identifikatur ta' Applikazzjoni (ara ISO/IEC 7816-4) |

"72" | | | | Mudell (template) fost l-industrija (ara ISO/IEC 7816-4 u ISO/IEC 7816-6) li jikkorrespondi għal fatti magħrufa (data) b'għażla taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni ta' L-ewwel Parti, Kapitlu II.6, nesting l-oġġetti kollha li ġejjin |

| "80" | | | Versjoni ta' definizzjoni ta' Tabella (Tag) |

| "A1" | | | Fatti magħrufa (data) personali, oġġetti nesting"A7", "A8" u "A9" |

| | "A7" | | Sid tal-vettura, oġġetti nesting"83", "84" u "85" |

| | | … | |

| | "A8" | | It-tieni sid tal-vettura, oġġetti nesting"83", "84" u "85" |

| | | … | |

| | "A9" | | Persuna li tista' tuża l-vettura bis-saħħa ta' dritt legali ieħor għajr sidien ta' oġġetti nesting"83", "84", u "85" |

| | | … | |

| "A4" | | | |

| | "96" | | Massa laden massima permessa tal-vettura f'servizz |

| | "97" | | Massa laden massima permessa tal-vettura sħiħa f'servizz |

| "98" | | | Kategorija tal-vettura |

| "99" | | | Numru ta' fusien |

| "9A" | | | Wheelbase |

| "AD" | | | Distribuzzjoni tal-massa laden massima permessa fost il-fusien, oġġetti nesting"9F1F", "9F20", "9F21", "9F22" u "9F23" |

| | "9F1F" | | Fus 1 |

| | "9F20" | | Fus 2 |

| | "9F21" | | Fus 3 |

| | "9F22" | | Fus 4 |

| | "9F23" | | Fus 5 |

| "AE" | | | Massa irmunkabbli massima teknikament permessa tal-karru, oġġetti nesting"9B" u "9C" |

| | "9B" | | Brejkjat |

| | "9C" | | Mhux brejkjat |

| "A5" | | | Magna, oġġetti nesting"9D" u "9E" |

| | "9D" | | Veloċità fi skali |

| | "9E" | | Numru ta' identifikazzjoni tal-magna |

| "9F24" | | | Kulur tal-vettura |

| "9F25" | | | Veloċità massima |

| "AF" | | | Livell tal-ħoss, oġġetti nesting "DF26", "DF27" u "DF28" |

| | "9F26" | | Wieqfa |

| | "9F27" | | Veloċità tal-magna |

| | "9F28" | | Drive by |

| "B0" | | | Emmissjonijiet ta' l-exhaust, oġġetti nesting"9F29", "9F2A", "9F2B", "9F2C", "9F2D", "9F2E", "9F2F", "9F30" u "9F31" |

| | "9F29" | | CO |

| | "9F2-A" | | HC |

| | "9F2B" | | NOX |

| | "9F2C" | | HC + NOX |

| | "9F2-D" | | Partikularitajiet ta' diesel |

| | "9F2E" | | Koeffiċjent ta' korrezzjoni ta' assorbiment għad-diesel |

| | "9F2F" | | CO2 |

| | "9F30" | | Konsum ta' karburant kombinat |

| | "9F31" | | Indikazzjoni tal-kategorija ambjentali ta' approvazzjoni tat-tip KE |

| "9F32" | | | Kapaċità ta' tankijiet ta' karburant |

Struttura u format tal-fatti magħrufa skond il-Kapitlu II.7 huma speċifikati mill-Istati Membri.

III.12 Qari tal-fatti magħrufa ta' reġistrazzjoni

A. Għażla ta' applikazzjoni

L-applikazzjoni "Reġistrazzjoni tal-Vettura" għandha tkun tista' tintgħażel permezz ta' GĦAŻLA DF(bl-isem, ara ISO/IEC 7816-4) bl-identifikatur ta' l-applikazzjoni (IDA). Il-valur IDA huwa mitlub minn laboratorju magħżul mill-Kummissjoni Ewropea.

B. Qari ta' fatti magħrufa (data) minn fajlijiet

Il-fajlijiet li jikkorrespondu għall-Kapitlu II, Ittri A, B u D, għandhom ikunu jistgħu jintgħażlu minn GĦAŻLA (ara ISO/IEC 7816-4) bil-parametri tal-kmand P1 issettjat għal "02", P2 issettjat għal "04" u l-qasam tal-fatti magħrufa (data) tal-kmand li jikkontjeni l-identifikatur tal-fajl (ara Kapitlu S, Tabella 1). Il-mudell (template) FCP ritornat jikkontjeni d-daqs tal-fajl li jista' jkun ta' użu għall-qari ta' dawn il-fajlijiet.

Dawn il-fajlijiet għandhom ikunu jistgħu jinqraw b' READ BINARY (ara ISO/IEC 7816-4) b'qasam tal-fatti magħrufa (data) tal-kmand assenti u Le ssettjat għat-tul tal-fatti magħrufa mistennija, bl-użu ta'

Ċ. Verifika ta' awtentiċita ta' fatti magħrufa (data)

Biex tiġi verifikata l-awtentiċita tal-fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni reġistrati, il-firma elettronika korrespondenti tista' tiġi verifikata. Dan ifisser li minbarra fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni anke l-firma elettronika korrespondenti tista' tinqara mill-card ta' reġistrazzjoni.

L-iskeda pubblika għal verifika tal-firma tista' tinstab mill-ġdid billi jinqara ċ-ċertifikat ta' l-awtorità tal-ħruġ korrespondenti mill-card ta' reġistrazzjoni. Ċertifikati jikkontjenu l-iskeda pubblika u l-identita ta' l-awtorità korrespondenti. Il-verifika tal-firma tista' titwettaq minn sistema oħra għajr il-card ta' reġistrazzjoni.

L-Istati Membri huma ħielsa li jsibu mill-ġdid l-iskedi pubbliċi u ċ-ċertifikati għall-verifika taċ-ċertifikat ta' l-awtorità tal-ħruġ.

III.13 Dispożizzjonijiet speċjali

Irrispettivament mid-dispożizzjonijiet l-oħra hawnhekk, l-Istati Membri, wara l-jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea, jistgħu iżidu kuluri, marki u simboli. B'żieda ma' dan, għal ċerti fatti magħrufa (data) ta' Kapitlu III.1, Ittra Ċ, l-Istati Membri jistgħu jippermettu XML format u jistgħu jippermettu aċċess permezz ta' TCP/IP.

L-Istati Membri jistgħu, bil-ftehim tal-Kummissjoni Ewropea, iżidu applikazzjonijiet oħra għal liema għad ma jeżistu l-ebda regoli jew dokumenti armonizzati fil-livell ta' l-UE (p.e. ċertifikat ta' kemm hija tajba għat-triq (roadworthiness)), dwar il-card ta' reġistrazzjoni tal-vettura biex jiġu realizzati servizzi addizzjonali relatati ma' vetturi.

ANNESS II

IT-TIENI PARTI TAĊ-ĊERTIFIKAT TA' REĠISTRAZZJONI [1]

I. Din il-parti tista' tiġi mplimentata f'waħda miż-żewġ formats: bħala dokumenti tal-karti jew bħala smart card. Il-karatteristiċi tal-versjoni tad-dokument tal-karti huma speċifikati f'Kapitlu II u dawk tal-versjoni ta' l-ismart card f'Kapitlu III.

II. Speċifikazzjonijiet tat-Tieni Parti taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni fil-format tal-karta

II.1 Id-dimensjonijiet totali taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni m'għandhomx ikunu aktar minn format ta' A4 (210 × 297 mm) jew folder ta' format ta' A4.

II.2 Il-karta wżata għat- Tieni Parti taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni għandha ssir b'sigurtà kontra l-frodi permezz ta' mill-inqas tnejn mill-metodi ta' teknika li ġejjin:

- grafika,

- marka ta' l-ilma,

- fibri florexxenti, jew

- imprints florexxenti.

L-Istati Membri huma ħielsa biex idaħħlu karatteristiċi addizzjonali ta' sigurtà.

II.3 It-Tieni Parti taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tista' tikkonsisti minn numru ta' paġni. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu n-numru ta' paġni bi qbil mat-tagħrif li jinstab fid-dokument u l-arranġament tiegħu.

II.4 L-ewwel paġna tat-Tieni Parti taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni għandha tikkontjeni:

- l-isem ta' l-Istat Membru li qed joħroġ it-Tieni Parti taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni,

- il-marka li tiddistingwi ta' l-Istat Membru li qed joħroġ it-Tieni Parti taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni, prinċipalment:

B Il-Belġju

DK Id-Danimarka

D Il-Ġermanja

GR Il-Greċja

E L-Ispanja

F Franza

IRL L-Irlanda

I L-Italja

L Il-Lussemburgu

NL L-Olanda

A L-Awstrija

P Portugal

FIN Il-Finlandja

S L-Isvezja

UK Ir-Renju Unit,

- l-isem ta' awtorità kompetenti,

- il-kliem "it-Tieni Parti taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni" stampati f'tipa kbira fil-lingwa jew lingwi ta' l-Istati Membri li qed joħorġu ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni; għandhom jidhru wkoll, wara spazju xieraq, f'tipa żgħira fil-lingwi l-oħra tal-Komunità Ewropea,

- il-kliem "Komunità Ewropea", stampati fil-lingwa jew lingwi ta' l-Istati Membri li qed joħorġu it-Tieni Parti taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni,

- in-numru tad-dokument.

II.5 it-Tieni Parti taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni għandha tikkontjeni wkoll il-fatti magħrufa (data) li ġejjin, preċeduti mill-kodiċijiet armonizzati korrespondenti tal-Komunità:

(A) in-numru tar-reġistrazzjoni

(B) id-data ta' l-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura

(D) vettura:

(D.1) għamla,

(D.2) tip,

- varjant (jekk disponibbli)

- versjoni (jekk ikun hemm)

(D.3) deskrizzjoni(jiet) kummerċjali

(E) numru ta' identifikazzjoni tal-vettura

(K) numru u approvazzjoni tat-tip (jekk disponibbli)

II.6 it-Tieni Parti taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tista', barra minn dan, tikkontjeni l-fatti magħrufa (data) li ġejjin, preċeduti mill-kodiċijiet armonizzati korrespondenti tal-Komunità:

(Ċ) fatti magħrufa (data) personali

(Ċ.2) is-sid tal-vettura,

(Ċ.2.1) kunjoni(ijiet) jew isem kummerċjali,

(Ċ.2.2) isem(ismijiet) oħra jew inizjali (fejn xieraq),

(Ċ.2.3) indirizz fl-Istat Membru ta' reġistrazzjoni, fid-data tal-ħruġ tad-dokument,

(Ċ.3) persuna naturali jew legali li tista' tuża' l-vettura bis-saħħa ta' dritt legali ieħor għajr dak ta' pussess,

(Ċ.3.1) kunjoni(ijiet) jew isem kummerċjali,

(Ċ.3.2) isem(ismijiet) oħra jew inizjali (fejn xieraq),

(Ċ.3.3) indirizz fl-Istat Membru ta' reġistrazzjoni, fid-data tal-ħruġ tad-dokument

(Ċ.5), (Ċ.6) fejn bidla fil-fatti magħrufa (data) personali mogħtija f'punti II.6, kodiċi Ċ.2 u/jew II.6, kodiċi Ċ.3 ma toħloqx il-ħruġ tat-Tieni Parti ġdida taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni, il-fatti magħrufa (data) personali ġodda li jikkorrespondu għal dawn il-punti jistgħu jiġu nklużi skond il-kodiċijiet (Ċ.5) jew (Ċ.6); huma mqassma bi qbil mal-punt II.6, kodiċi Ċ.2 u punt II.6, kodiċi Ċ.3.

(J) kategorija tal-vettura.

II.7 L-Istati Membri jistgħu jinkludu tagħrif addizzjonali (fit-Tieni Parti taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni); b'mod partikolari, jistgħu jżidu bejn il-parentesi għall-kodiċijiet ta' identifikazzjoni, kif preskritt skond II.5 u II.6, kodiċijiet nazzjonali addizzjonali.

III. Speċifikazzjonijiet tat-Tieni Parti taċ-Ċertifikazzjoni ta' Reġistrazzjoni fil-forma ta' smart card(Alternattiva għall-kampjun f'format tal-karti deskritt f'Kapitlu II)

III.1 Format ta' card u fatti magħrufa (data) leġibbli bil-għajn

Billi hija card mikro-proċessur, iċ-chip card għandha tiġi disinjata bi qbil mal-livelli stabbiliti msemmija f'Kapitlu III.5.

Stampati fuq quddiem u wara tal-card għandu jkun hemm għall-inqas il-fatti magħrufa speċifikati f'Kapitli II.4 u II.5; dawn il-fatti magħrufa (data) għandhom ikunu leġibbli bil-għajn (għoli ta' karattru minimu: 6 punti) u stampati kif ġej: (Eżempji ta' forom possibbli huma preżentati f'Figura 2 fl-aħħar ta' din it-taqsima)

A. Imprint bażiku

Il-fatti magħrufa (data) bażiċi għandhom jikkontjenu li ġej:

Quddiem

(a) In-naħa tal-lemin tal-lokazzjoni taċ-chip:

fil-lingwa(i) ta' l-Istat Membru li qed joħroġ iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni

- il-kliem "Komunità Ewropea".

- l-isem ta' l-Istat Membru li qed joħroġ iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni,

- il-kliem "Parti II taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni" stampati f'tipa kbira,

- nomina oħra (p.e. nazzjonalita ta' qabel) tad-dokument ekwivalenti (b'għażla),

- l-isem ta' l-awtorità kompetenti (alternattivament, anke fil-forma ta' imprint personalizzat skond l-Ittra B),

- in-numru konsekuttiv mhux ambigwu tad-dokument kif użat fl-Istat Membru (alternattivament, anke fil-forma ta' imprin personalizzat skond l-Ittra B).

(b) 'L fuq mill-lokazzjoni taċ-chip:

il-marka ta' distinzjoni ta' l-Istat Membru li qed joħroġ iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni, bajda f'rettanglu blu u mdawwar bi tnax-il stilla safra:

B Il-Belġju

DK Id-Danimarka

D Il-Ġermanja

GR Il-Greċja

E L-Ispanja

F Franza

IRL L-Irlanda

I L-Italja

L Il-Lussemburgu

NL L-Olanda

A L-Awstrija

P Portugal

FIN Il-Finlandja

S L-Isvezja

UK Ir-Renju Unit,

(ċ) l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jżidu, fit-tarf ta' isfel f'tipa żgħira fil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom, in-nota: "Dan id-dokument għandu jinżamm f'post sikur barra mill-vettura."

(d) Il-kulur bażiku tal-card huwa aħmar (Pantone 194); alternattivament, transizzjoni ħamra-għal-bajda hija possibbli.

(e) Simbolu li jirrappreżenta rota (ara l-forma proposta) għandu jiġi stampat fl-erja ta' l-istampar fir-rokna t'isfel fuq in-naħa tax-xellug ta' quddiem tal-card.

F'każijiet oħra, id-dispożizzjonijiet ta' Kapitlu III.13 għandhom japplikaw.

B. Imprint ta' personalizzazzjoni

L-imprint ta' personalizzazzjoni għandu jikkontjeni t-tagħrif li ġej:

Quddiem

(a) l-isem ta' l-awtorità kompetenti - ara wkoll l-Ittra Aa).

(b) l-isem ta' l-awtorità li qed joħroġ iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni (b'għażla).

(ċ) in-numru konsekuttiv mhux ambigwu tad-dokument kif użat fl-Istat Membru - ara wkoll l-Ittra Aa).

(d) Il-fatti magħrufa (data) li ġejjin mill-Kapitlu II.5; skond il-Kapitlu II.7, kodiċijiet nazzjonali individwali jistgħu jiżdiedu mal-kodiċijiet armonizzati preċedenti tal-Komunità.

Kodiċi | Riferenza | |

A | numru ta' reġistrazzjoni (numru uffiċċjali tal-liċenza) |

B | id-data ta' l-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura |

In-naħa ta' wara:

In-naħa ta' wara għandha ġġorr għall-inqas il-bqija tal-fatti magħrufa (data) speċifikati f'Kapitlu II.5; skond il-Kapitlu II.7, kodiċijiet nazzjonali individwali jistgħu jiżdiedu mal-kodiċijiet armonizzati preċedenti tal-Komunità.

Fid-dettall, dawn il-fatti magħrufa (data) huma:

Kodiċi | Riferenza | |

Fatti magħrufa (data) tal-vettura (f'kunsiderazzjoni tan-noti f'Kapitlu II.5)

D.1 | għamla |

D.2 | tip (varjant/versjoni, fejn ikun xieraq) |

D.3 | deskrizzjoni(jiet) kummerċjali |

E | numru ta' identifikazzjoni tal-vettura |

K | numru ta' approvazzjoni tat-tip (jekk disponibbli) |

B'għażla, fatti magħrufa (data) addizzjonali minn II.6 (bil-kodiċijiet armonizzati) u II.7 jistgħu jiżdiedu fuq in-naħa tal-card.

Ċ. Karatteristiċi fiżiċi ta' sigurtà ta' l-ismart card

It-theddid għas-sigurtà fiżika ta' dokumenti huma:

- Produzzjoni ta' cards foloz: li toħloq oġġett ġdid li jġorr xebħ kbir għad-dokument, jew billi jsir mil-bidu nett jew billi jiġi kupjat minn dokument oriġinali.

- Tibdil fil-materjal: jinbidel karatteristiku ta' dokument oriġinali, p.e. jiġu modifikati xi wħud mill-fatti magħrufa (data) stampati fuq id-dokument.

Il-materjal użat għat-Tieni Parti II taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni għandu jsir b'mod sikur kontra l-frodi permezz ta' mill-inqas tlieta mill-metodi ta' teknika li ġejjin:

- mikrostampar,

- stampar guilloche*,

- stampar bħal qawsalla (iridescent),

- inċiżjoni bil-laser,

- linka florexxenti ultraviolet,

- linka b' kulur dipendenti fuq l-angolu li jidher*,

- linka b' kulur dipendenti fuq it-temperatura*,

- custom holograms*,

- dehriet varjabbi tal-laser,

- dehriet varjabbli ottiċi.

L-Istati Membri huma ħielsa biex idaħħlu karatteristiċi addizzjonali ta' sigurtà.

Bħala bażi, il-metodi ta' teknika indikati b'asterisk għandhom jiġu preferuti għaliex jippermettu l-uffiċjali ta' infurzar tal-liġi biex jispezzjonaw il-validità tal-card mingħajr xi mezzi speċjali.

+++++ TIFF +++++

Stampa 2: Eżempji ta' forom possibbli tal-fatti magħrufa (data) mandatorji

(aktar fatti magħrufa (data) b'għażla u addizzjonali jistgħu jiżdiedu man-naħa ta' wara tal-card)

III.2 Reġistrazzjoni u protezzjoni ta' fatti magħrufa (data)

Preċeduti mill-kodiċijiet komuni armonizzati (fejn xieraq, f'konnessjoni mal-kodiċijiet individwali ta' l-Istati Membri skond il-Kapitlu II.7), il-fatti magħrufa (data) li ġejjin għandhom jew jistgħu jiġu reġistrati addizzjonalment fuq il-wiċċ tal-card li jġorr it-tagħrif leġibbli skond il-Kapitlu III.1:

(A) Fatti magħrufa (data) skond il-Kapitli II.4 u II.5

Il-fatti magħrufa (data) speċifikati f'Kapitli II.4 u II.5 għandhom jiġu reġistrati mandatorjament fuq il-card.

(B) Fatti magħrufa (data) oħra skond il-Kapitlu II.6

Barra minn hekk, l-Istati Membri huma ħielsa biex jirreġistraw aktar fatti magħrufa (data) skond il-Kapitlu II.6, sal-punt meħtieġ.

(Ċ) Fatti magħrufa (data) oħra skond il-Kapitlu II.7

B'għażla, aktar fatti magħrufa (data) relatati mal-vettura ta' interess ġenerali jistgħu jiġu reġistrati fuq il-card.

Il-fatti magħrufa (data) mill-Ittri A u B huma reġistrati f'żewġ fajlijiet korrespondenti bi struttura trasparenti (ara ISO/IEC 7816-4). L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw ir-reġistrazzjoni ta' fatti magħrufa (data) mill-Ittra Ċ skond il-ħtiġijiet tagħhom.

Ma hemm l-ebda restrizzjonijiet ta' qari fuq dawn il-fajlijiet.

Aċċess għall-kitba fuq dawn il-fajlijiet għandu jiġi ristrett għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (u l-Aġenziji awtorizzati tagħhom) fl-Istat Membru li qed joħroġ l-ismart card.

Aċċess għall-kitba huwa permess biss wara awtentikazzjoni mhux simettrika ma' session key exchange għal protezzjoni tas-sessjoni bejn il-card ta' reġistrazzjoni tal-vettura u Modulu ta' Sigurtà (p.e. Card ta' Modulu ta' Sigurtà) ta' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (jew l-Aġenziji awtorizzati tagħhom). B'hekk ċertifikati Verifikabbli tal-Card skond ISO/IEC 7816-8 huma mibdula qabel il-proċess ta' awtentikazzjoni. Iċ-ċertifikati Verifikabbli tal-Card jikkontjenu l-iskedi (keys) pubbliċi korrespondenti li jridu jinstabu mill-ġdid u li jridu jintużaw fil-proċess ta' awtentikazzjoni li ġej. Dawn iċ-ċertifikati huma ffirmati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u jikkontjenu oġġett ta' awtorizzazzjoni (awtorizzazzjoni tal-possessur taċ-ċertifikat) skond il-ISO/IEC 7816-9 sabiex tiġi kodifikata (encode) awtorizzazzjoni speċifika tar-rwol tal-card. Dan ir-rwol huwa relatat ma' l-awtorità kompetenti nazzjonali (p.e. biex jiġi aġġornat qasam ta' fatti magħrufa (data)).

L-iskedi (keys) pubbliċi korrespondenti ta' l-awtorità kompetenti nazzjonali huma reġistrati bħala ankra ta' fiduċja (skeda pubblika ta' għeruq) fil-card.

L-ispeċifikazzjoni tal-fajlijiet u kmand meħtieġa għall-proċess ta' awtentikazzjoni u l-proċess tal-kitba huwa skond ir-responsabbilta ta' l-Istati Membri. L-assigurazzjoni ta' sigurtà trid tiġi approvata mill-Evalwazzjoni Komuni ta' Kriterji skond EAL4+. Iż-żidiet (augmentations) huma kif ġej: 1. AVA_MSU.3 Analiżi u testjar għal stati mhux sikuri; 2. AVA_VLA.4 Highly resistant.AVA_VLA.4 Resistenti ħafna.

(D) Fatti magħrufa (data) ta' verifikazzjoni għal awtentiċita ta' fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni

L-awtorità tal-ħruġ tikkalkola l-firma elettronika tagħha dwar il-fatti magħrufa (data) kompleti ta' fajl li jikkontjeni l-fatti magħrufa (data) ta' l-Ittra A jew B u tirreġistrahom ġo fajl relatat. Dawn il-firem jippermettu l-awtentiċita tal-fatti magħrufa (data) reġistrati li jridu jiġu verifikati. Il-cards għandhom jirreġistraw il-fatti magħrufa (data) li ġejja:

- il-firma elettronika ta' fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni relatati ma' Ittra A,

- il-firma elettronika ta' fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni relatati ma' Ittra B,

Għal verifika ta' dawn il-firem elettroniċi il-card għandha tirreġistra:

- ċertifikati ta' l-awtorità tal-ħruġ li tikkalkula l-firem dwar il-fatti magħrufa (data) ta' l-Ittri A,B.

Firem elettroniċi u ċ-ċertifikati għandhom ikunu jistgħu jinqraw mingħajr restrizzjoni. Aċċess għall-kitba għal firem elettroniċi u ċertifikati għandhom jiġu ristretti għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

III.3 Interface

{Kuntatti esterni għandhom jintużaw għal interfacing. Tgħaqqid flimkien ta' kuntatti esterni ma' transponder huwa b'għażla.

III.4 Kapaċità ta' reġistrazzjoni tal-card

Il-card għandu jkollha kapaċità suffiċjenti biex tirreġistra l-fatti magħrufa (data) msemmija f'Kapitlu III.2.

III.5 Livelli stabbiliti

Iċ-chip card u mezzi ta' qari wżati għandhom jikkonformaw mal-livelli stabbiliti li ġejjin:

- ISO 7810 : Livelli stabbiliti għal cards ta' identifikazzjoni (cards tal-plastik): Karatteristiċi fiżiċi,

- ISO 7816-1 - 2 : Karatteristiċi fiżiċi ta' chip cards, dimensjonijiet u lokazzjoni ta' kuntatti,

- 7816-3 : Karatteristiċi elettriċi ta' kuntatti, protokolli ta' trasmissjoni,

- ISO 7816-4 : Kontenuti ta' komunikazzjoni, struttura ta' fatti magħrufa (data) taċ-chip card, arkitettura ta' sigurtà, mekkaniżmi ta' aċċess,

- ISO 7816-5 : Struttura ta' identifikaturi ta' applikazzjoni, għażla u eżekuzzjoni ta' identifikaturi ta' applikazzjoni, proċedura ta' reġistrazzjoni għal identifikaturi ta' applikazzjoni (sistema numerika),

- ISO 7816-6 : Elementi ta' fatti magħrufa (data) fost l-industrija għal skambju,

- ISO 7816-8 : Cards ta' ċirkwit(i) integrati ma' kuntatti - Kmandi fost l-industrija relatati mas-sigurtà,

- ISO 7816-9 : Cards ta' ċirkwit(i) integrati ma' kuntatti - Kmandi fost l-industrija miżjuda,

III.6. Karatteristiċi tekniċi u protokolli ta' trasmissjoni

Il-format għandu jkun ID-1 (daqs normali, ara ISO/IEC 7810).

Il-card għandha tappoġġja protokoll ta' trasmissjoni T = 1 f'konformita ma' ISO/IEC 7816-3. B'żieda ma' dan protokolli oħra ta' trasmissjoni jistgħu jiġu appoġġjati, p.e. T = 0, USB jew protokolli mingħajr kuntatti. Għal trasmissjoni ta' bit il-"konvenzjoni diretta" għandha tiġi applikata (ara ISO/IEC 7816-3).

A. Vultaġġ ta' provvsita, vultaġġ ta' programmar

Il-card għandha taħdem ma' Vcc = 3V (+/0.3V) jew ma' Vcc = 5V (+/0.5V). Il-card m'għandhiex teħtieġ vultaġġ ta' programmar f'pin C6.

B. Risposta għal reset

Il-byte tal-Size Card tal-Qasam ta' Tagħrif għandu jiġi preżentat fil-ATR fil-karatteristiku TA3. Dan il-valur għandu jkun għall-inqas "80h" (= 128 bytes).

Ċ. Għażla ta' parametru ta' protokoll

L-appoġġ ta' għażla ta' parametru tal-protokoll (GPP) skond ISO/IEC 7816-3 huwa mandatorju. Huwa wżat biex jintgħażel T = 1, jekk T = 0 huwa preżenti addizzjonalment fil-card, u biex jiġu negozjati l-parametri Fi/Di għall-kisba ta' rati ta' trasmissjoni aktar għolja.

D. Protokoll ta' trasmissjoni T = 1

L-appoġġ ta' chaining huwa mandatorju.

Is-simplifikazzjonijiet li ġejjin huma permessi:

- NAD Byte: mhux użat (NAD għandu jiġi ssettjat għal "00"),

- S-Block ABORT: mhux użat,

- S-Block VPP state error: mhux użat.

Il-mezz tad-daqs tal-qasam ta' tagħrif (MDQT) għandu jiġi indikat mill-IFD immedjatament wara l-ATR, jiġifieri l-IFD għandu jittrasmetti t-talba ta' l-S-block IFS wara l-ATR u l-card għandha tibgħat lura l-S-block IFS. Il-valur rakkomandat għal MDQT huwa 254 bytes.

III.7 Firxa tat-temperatura

Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni fil-format ta' l-ismart card għandu jiffunzjona sew fuq il-kondizzjonijiet klimatiċi kollha li normalment jipprevalu fit-territorji tal-Komunità u mill-inqas fil-firxa tat-temperatura speċifikata f'ISO7810. Il-cards għandhom ikunu kapaċi li joperaw korrettement fil-firxa ta' l-umdita 10 % sa 90 %.

III.8 Il-ħajja (lifetime) fiżika

Jekk użata bi qbil ma' l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali u relatati ma' l-elettriku, il-card għandha tiffuzzjona sew għal perjodu ta' għaxar snin. Il-materjal tal-card irid jintgħażel b'tali mod li din il-ħajja (lifetime) hija żgurata.

III.9 Karatteristiċi elettriċi

Matul l-operat, il-cards għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 95/54/KE, relatata mal-kompatibilita elettromanjetika, u għandhom jiġu protetti kontra skarigi elettrostatiċi.

III.10 Struttura tal-fajl

Tabella 1 tniżżel f'lista l-fajlijiet elementari mandatorji (FE) ta' l-applikazzjonijiet DF (ara ISO/IEC 7816-4) Reġistrazzjoni.DF. Dawn il-fajlijiet kollha għandhom struttura trasparenti. Il-ħtiġijiet ta' aċċess huma deskritti f'Kapitlu III.2. Id-daqsijiet tal-fajl huma speċifikati mill-Istati Membri skond il-ħtiġijiet tagħhom.

Tabella 4

Isem tal-Fajl | Identifikatur tal-Fajl | Deskrizzjoni |

Reġistrazzjoni. FE_A | "D001" | Fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni skond il-Kapitli II.4 u skond II.5 |

Firma.FE_ A | "E001" | Firma Elettronika dwar kontenut komplet ta' fatti magħrufa (data) ta' Reġistrazzjoni.FE_A |

FE.C.IA_A.DS | "C001" | X.509v3 Ċertifikat ta' l-awtorità tal-ħruġ li tikkalkola l-firem għal FE.Firma_A |

Reġistrazzjoni.FE_B | "D011" | Fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni skond il-Kapitlu II.6 |

Firma.FE_B | "E011" | Firma Elettronika dwar kontenut komplet ta' fatti magħrufa (data) ta' Reġistrazzjoni.FE_B |

FE.C.IA_B.DS | "C011" | X.509v3 Ċertifikat ta' l-awtorità tal-ħruġ li tikkalkola l-firem għal FE.Firma_B |

III.11. Struttura tal-fatti magħrufa (data)

Iċ-ċertifikati reġistrati huma fil-formatX.509v3 skond ISO/IEC 9594-8.

Il-firem elettronċi huma reġistrati b'mod trasparenti.

Il-fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni huma reġistrati bħala oġġetti ta' fatti magħrufa (data) ta' BER-TLV (ara ISO/IEC 7816-4) fil-fajlijiet elementari korrespondenti. L-oqsma ta' valur huma kodifikati bħala karatteristiku ASCII kif definit minn ISO/IEC 8824-1, il-valuri "C0"-"FRF" huma definiti minn ISO/IEC 8859-1 (Sett karatteristiku Latin1) jew ISO/IEC 8859-7 (Sett karatteristiku Griek) jew ISO/IEC 8859-5 (Sett karatteristiku Cyrillic). Il-format tad-dati huwa SSSSXXJJ (YYYYMMDD).

Tabella 2 tniżżel f'lista t-Tabelli (Tags) li jidentifikaw l-oġġetti tal-fatti magħrufa (data) li jikkorrespondu għall-fatti magħrufa ta' reġistrazzjoni tal-Kapitli II.4 u II.5 flimkien ma' fatti magħrufa (data) addizzjonali minn Kapitlu III.1. Minbarra jekk ikun dikjarat mod ieħor, l-oġġetti tal-fatti magħrufa (data) imniżżla f'lista fit-Tabella 2 huma mandatorji. Oġġetti ta' fatti magħrufa (data) b'għażla jistgħu jitħallew barra. Il-kolonna tat-Tabella (Tag) tindika l-livell ta' nesting.

Tabella 5

Tabella (Tag) | Deskrizzjoni | | | |

"78" | | | | Awtorità ta' allokazzjoni tat-tabella (tag) kompatibbli, oġġett ta' nesting"4F" (ara ISO/IEC7816-4 u ISO/IEC 7816-6) |

| "4F" | | | Identifikatur ta' applikazzjoni (ara ISO/IEC 7816-4) |

"73" | | | | Mudell (template) fost l-industrija (ara ISO/IEC 7816-4 u ISO/IEC 7816-6) li jikkorrespondi għal fatti magħrufa (data) mandatorji taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni Parti 2, nestingl-oġġetti kollha li ġejjin |

| "80" | | | Versjoni ta' definizzjoni ta' tabella (tag) |

| "9F33" | | | Isem ta' l-Istat Membru li qed joħroġ iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tat-Tieni Parti |

| "9F34" | | | Nomina oħra (p.e. nazzjonali ta' qabel) tad-dokument ekwivalenti (b'għażla) |

| "9F35" | | | Isem ta' awtorità kompetenti |

| "9F36" | | | Isem ta' l-awtorità li qed toħroġ iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni (b'għażla) |

| "9F37" | | | Sett karatteristiku wżat: "00": ISO/IEC 8859-1 (Sett karatteristiku Latin1) "01": ISO/IEC 8859-5 (Sett karatteristiku Cyrillic) "02": ISO/IEC 8859-7 (Sett karatteristiku Griek) |

| "9F38" | | | Numru konsekuttiv mhux ambigwu tad-dokument kif użati fl-Istat Membru |

| "81" | | | In-numru ta' reġistrazzjoni |

| "82" | | | Id-Data ta' l-ewwel reġistrazzjoni |

| "A3" | | | Vettura, oġġetti nesting"87", "88" u "89" |

| | "87" | | Għamla tal-vettura |

| | "88" | | Tip tal-vettura |

| | "89" | | Deskrizzjonijiet kummerċjali tal-vettura |

| "8A" | | | Numru ta' identifikazzjoni tal-vettura |

| "8F" | | | Numru ta' approvazzjoni tat-tip |

Tabella 6 tniżżel f'lista t-Tabelli (Tags) li jidentifikaw l-oġġetti ta' fatti magħrufa (data) li jikkorrespondu għall-fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni ta' Kapitlu II.6. L-oġġetti ta' fatti magħrufa (data) imniżżla f'lista f'Tabella 6 huma b'għażla.

Tabella 6

Tabella (Tag) | Deskrizzjoni | | | |

"78" | | | | Awtorità ta' allokazzjoni tat-tabella (tag) kompatibbli, oġġett ta' nesting"4F" (ara ISO/IEC7816-4 u ISO/IEC 7816-6) |

| "4F" | | | Identifikatur ta' applikazzjoni (ara ISO/IEC 7816-4) |

"74" | | | | Mudell (template) fost l-industrija (ara ISO/IEC 7816-4 u ISO/IEC 7816-6) li jikkorrespondi għal fatti magħrufa (data) b'għażla taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni L-ewwel Parti , Kapitlu II.6, nesting l-oġġetti kollha li ġejjin |

| "80" | | | Versjoni ta' definizzjoni ta' tabella (tag) |

| "A1" | | | Fatti magħrufa (data) personali, oġġetti nesting"A7", "A8" u "A9" |

| | "A7" | | Sid tal-vettura oġġetti nesting"83", "84" u "85" |

| | | "83" | kunjom jew isem kummerċjali |

| | | "84" | Ismijiet jew inizjali oħra (b'għażla) |

| | | "85" | Indirizz fl-Istat Membru |

| | "A8" | | It-tieni sid tal-vettura oġġetti nesting"83", "84" u "85" |

| | | … | |

| | "A9" | | Persuna li tista' tuża l-vettura bis-saħħa ta' dritt legali ieħor għajr sidien ta' oġġetti nesting"83", "84", u "85" |

| | | … | |

| "98" | | | Kategorija tal-vettura |

Struttura u format tal-fatti magħrufa skond il-Kapitlu II.7 huma speċifikati mill-Istati Membri.

III.12 Qari tal-fatti magħrufa ta' reġistrazzjoni

A. Għażla ta' applikazzjoni

L-Applikazzjoni "Reġistrazzjoni tal-Vettura" għandha tkun tista' tintgħażel permezz ta' GĦAŻLA DF(bl-isem, ara ISO/IEC 7816-4) bl-identifikatur ta' l-applikazzjoni (IDA). Il-valur IDA huwa mitlub minn laboratorju magħżul mill-Kummissjoni Ewropea.

B. Qari ta' fatti magħrufa (data) minn fajlijiet

Il-fajlijiet li jikkorrespondu għall-Kapitlu II, Ittri A, B u D, għandhom ikunu jistgħu jintgħażlu minn GĦAŻLA (ara ISO/IEC 7816-4) bil-parametri tal-kmand P1 issettjat għal "02", P2 issettjat għal "04" u l-qasam tal-fatti magħrufa (data) tal-kmand li jikkontjeni l-identifikatur tal-fajl (ara Kapitlu S, Tabella 1). Il-mudell (template) FCP ritornat jikkontjeni d-daqs tal-fajl li jista' jkun ta' użu għall-qari ta' dawn il-fajlijiet.

Dawn il-fajlijiet għandhom ikunu jistgħu jinqraw b' READ BINARY (ara ISO/IEC 7816-4) b'qasam tal-fatti magħrufa (data) tal-kmand assenti u Le ssettjat għat-tul tal-fatti magħrufa mistennija, bl-użu ta' Le qasir.

Ċ. Verifika ta' awtentiċita ta' fatti magħrufa (data)

Biex tiġi verifikata l-awtentiċita tal-fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni reġistrati, il-firma elettronika korrespondenti tista' tiġi verifikata. Dan ifisser li minbarra fatti magħrufa (data) ta' reġistrazzjoni anke l-firma elettronika korrespondenti tista' tinqara mill-card ta' reġistrazzjoni.

L-iskeda pubblika għal verifika tal-firma tista' tinstab mill-ġdid billi jinqara ċ-ċertifikat ta' l-awtorità tal-ħruġ korrespondenti mill-card ta' reġistrazzjoni. Ċertifikati jikkontjenu l-iskeda pubblika u l-identita ta' l-awtorità korrespondenti. Il-verifika tal-firma tista' titwettaq minn sistema oħra għajr il-card ta' reġistrazzjoni.

L-Istati Membri huma ħielsa li jsibu mill-ġdid l-iskedi pubbliċi u ċ-ċertifikati għall-verifika taċ-ċertifikat ta' l-awtorità tal-ħruġ.

III.13. Dispożizzjonijiet speċjali

Irrispettivament mid-dispożizzjonijiet l-oħra hawnhekk, l-Istati Membri, wara l-jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea, jistgħu iżidu kuluri, marki u simboli. B'żieda ma' dan, għal ċerti fatti magħrufa (data) ta' Kapitlu III.1, Ittra Ċ, l-Istati Membri jistgħu jippermettu XML format u jistgħu jippermettu aċċess permezz ta' TCP/IP. L-Istati Membri jistgħu, bil-ftehim tal-Kummissjoni Ewropea, iżidu applikazzjonijiet oħra għal liema għad ma jeżistu l-ebda regoli jew dokumenti armonizzati fil-livell ta' l-UE (p.e. ċertifikat ta' kemm hija tajba għat-triq, dwar il-card ta' reġistrazzjoni tal-vettura biex jiġu realizzati servizzi addizzjonali relatati ma' vetturi.

"

[1] Iċ-ċertifikat li jikkonsisti minn parti waħda biss jista' jġorr il-kliem "Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni", u ma jkun hemm l-ebda riferenza fit-test għal "Parti I".

[2] Id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta' l-20 ta' Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-miżuri li jridu jittieħdu kontra tniġġiż ta' l-arja minn gassijiet minn magni positive-ignition ta' vetturi tal-magna (ĠU L 76,tas- 6.4.1970, p. 1), Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/80/KE (ĠU L 291, tat-28.10.2002, p. 20).

[3] Id-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE tat-3 ta' Diċembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-miżuri li jridu jittieħdu kontra l-emissjoni ta' oġġetti li jniġġsu tal-gassijiet minn magni tad-diesel għall-użu f'vetturi (ĠU L 36, tad-9.2.1988, p. 33). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/27/KE (ĠU L 107, tat-18.4.2001, p. 10).

[4] Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/54/KE tal-31 ta' Ottubru 1995 li tadatta għall-progress tekniku id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu maż-żamma ta' interferenza tar-radju prodott minn magni spark-ignition imwaħħla ma' vetturi bil-magna u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE dwar l-approssimazzjoni ta' l-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 266, tat-8.11.1995 p. 1).

[1] Dan l-Anness għandu x'jaqsam biss maċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni li jikkonsisti minn Partijiet I u II.

--------------------------------------------------