32003L0059



Official Journal L 226 , 10/09/2003 P. 0004 - 0017


Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-15 ta' Lulju 2003

dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod Partikulari l-Artiklu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1]

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artiklu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) L-Artiklu 5(1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 [4] jipprovdi, dwar sewwieqa li jġorru prodotti jew passiġġieri b'vetturi tat-triq li, skond l-età tagħhom, il-kategorija ta' vettura li jużaw u d-distanzi li jsuqu, huma għandu jkollhom ċertifikat ta' kompetenza professjonali skond ir-regoli tal-Komunità dwar il-livell minimu ta'(taħriġ għal uħud mis-sewwieqa tat-trasport tat-triq. Dak il-livell minimu huwa stabbhilit bid-Direttiva 76/914/KEE [5].

(2) Peress li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 japplikaw għal għadd żgħir ħafna ta' sewwieqa, u peress li bħalissa il-ħtieġa li sewwieqa jitħarrġu b'mod obbligatorju tinsab biss fi ftit Stati Membri, ħafna sewwieqa li bħalissa jsuqu fit-territorju tal-Komunità qed jagħmlu dan permezz biss ta' liċenzja ta' sewqan.

(3) Sabiex sewwieqa jkunu jistgħu ilaħħqu mal-ħtiġijiet ġodda ta' l-iżvilupp tas-suq tat-trasport bit-triq, ir-regoli tal-Komunità għandhom japplikaw għas-sewwieqa kollha, kemm jekk huma sewwieqa għal rashom jew bħala mpjegati, u kemm jekk jaħdmu f'isimhom jew għal oħrajn.

(4) Ir-regoli ġodda stabbiliti mill-Komunità għandhom bħala għan li jassiguraw li sewwieq, permezz tal-kwalifika tieghu, ikun ta' livell li bih jista' jkollu aċċess għal u jagħmel xogħol ta' sewqan.

(5) Partikularment l-aktar peress li l-obbligu ta' kwalifika inizjali u perjodi ta' taħriġ jaħsbu biex itejbu s-sigurtà fit-toroq u s-sigurtà tas-sewwieq, magħdud ix-xogħol li s-sewwieq jagħmel meta l-vettura tkun wieqfa. Barra dan, in-natura moderna tax-xogħol ta' sewwieq għandha toħloq interess fost iż-żgħażagħ f'dan ix-xogħol, u tagħti sehemha biex ikunu mpjegati sewwieqa ġodda meta jkun hemm nuqqas tagħhom.

(6) Biex ma jitħalliex li jkun hemm kundizzjonijiet mhux ugwali ta' kompetizzjoni, din id-Direttiva għandha tapplika għax-xogħol ta' sewqan magħmul kemm minn ċittadini ta' Stat Membru kif ukoll minn ċittadini ta' terzi pajjiżi li jkunu mpjegati jew dipendenti ta' azjenda stabbilita fi Stat Membru.

(7) Biex ikun stabbilit li sewwieq iħares l-obbligi tiegħu, Stati Membri għandhom jagħtu lis-sewwieq ċertifikat ta' kompetenza professjonali, minn hawn il quddiem imsejjaħ "CPC", li jikkonferma l-kwalifika inizjali tiegħu jew perjodi ta' taħriġ.

(8) Minħabba d-differenzi fis-sistemi attwali f'uħud mill-Istati Membri, Stati Membri għandu jkollhom għażla biex titħaffef l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kwalifika inizjali.

(9) Biex iżommu l-kwalifika tagħhom ta' sewwieq, sewwieqa attwali għandhom ikunu obbligati jagħmlu taħriġ fil-ħiliet meħtieġa għax-xogħol tagħhom

(10) Il-kundizzjonijiet minimi għall-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku huma dwar regoli ta' sigurtà li għandhom ikunu osservati waqt is-sewqan u meta vettura tkun wieqfa. L-iżvilupp ta' sewqan preventiv - perikli prevedibbli u l-ħsieb li haddieħor ikun qed juża t-triq - flimkien ma' l-użu bil-għaqal ta' karburanti, għandhom iħallu effett pożittiv kemm fuq is-soċjetà kif ukoll fuq is-settur tat-trasport bit-triq innifsu.

(11) Din id-Direttiva m'għandhiex tkun ta' ħsara għad-drittijiet miksuba minn sewwieq li kellu l-liċenzja tas-sewqan meħtieġa biex jagħmel xogħol ta' sewqan minn qabel id-data stabbilita għall-kisba taċ-CPC li jikkonferma l-kwalifika inizjali jew il-perjodi ta' taħriġ.

(12) Ċentri ta' taħriġ biss li kienu approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jorganizzaw il-korsijiet ta' taħriġ indikati għall-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku. Sabiex tkun sgurata l-kwalità ta' dawn iċ-ċentri approvati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu kriterji armonizzati għall-approvazzjoni tagħhom inkluż dak ta' livell ta' professjonalità għoli u stabbilit sewwa.

(13) Mhux biss l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri iżda wkoll kull entità maħtura minnhom għandha tkun responsabbli għall-organizzazzjoni ta' l-eżamijiet indikati b'rabta mal-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku. Minħabba l-importanza ta' din id-Direttiva għas-sigurtà fit-triq u għall-ugwaljanza tal-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni, l-awtoritjiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jissorveljaw dawn l-eżamijiet.

(14) L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw li l-ewwel sessjoni ta' taħriġ perjodiku għandha ssir kollha u għandhom joħorġu ċ-CPC korrispondenti, fi żmien ħames snin jew mid-data tal-ħruġ ta' CPC li jikkonferma l-kwalifika inizjali jew mid-data ta' skadenza taż-żmien mogħti li sewwieqa biex jitolbu d-drittijiet akkwiżiti tagħhom. Dan iż-żmien jista' wkoll ikun iqsar jew itwal. Wara l-ewwel taħriġ perjodiku, is-sewwieq għandu jagħmel taħriġ perjodiku kull ħames snin.

(15) Sabiex sewwieq li hu ċittadin ta' Stat Membru ikun iċċertifikat li jkollu wieħed miċ-CPC msemmija f'din id-Direttiva, u sabiex jitħaffef ir-rikonoxximent reċiproku ta' CPC differenti, l-Istati Membri għandhom iwaħħlu l-kodiċi armonizzat tal-Komunità magħmul għal dan il-għan, flimkien mad-data ta' l-iskadenza tal-kodiċi, mal-liċenzja tas-sewqan jew mal-karta l-ġdida ta' kwalifika tas-sewwieq, biex din tkun rikonoxxuta reċiprokament mill-Istati Membri, skond il-mudell armonizzat tagħha kif stabbilit b'din id-Direttva. Din il-karta għandha tkun skond il-ħtiġijiet ta' sigurtà bħal-liċenzja tas-sewqan, minħabba l-importanza tad-drittijiet li tagħti għas-sigurtà fit-triq u għall-ugwaljanza tal-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni. Il-possibbiltà li jkollhom l-Istati Membri li jwaħħlu l-kodiċi tal-Komunità fuq il-karta l-ġdida għandha tippermettilhom jistipulaw perjodu ta' validità għall-liċenzji tas-sewqan li ma jaħbatx mad-data ta' skadenza tal-validità tat-taħriġ perjodiku, peress li d-Direttiva 91/439/KEE [6] tipprovdi li kull Stat Membru għandu jżomm id-dritt li jiddetermina, fuq il-bażi ta' kriterja nazzjonali, il-perjodu ta' validità għal-liċenzji tas-sewqan maħruġa minnu.

(16) L-Annessi I u Ia tad-Direttiva 91/439/KEE għandhom ikunu emendati biex jmal-lista ta' kodiċijiet u sub-kodiċijiet armonizzati murija f'dawk l-Annessi jiżdied il-kodiċi l-ġdid tal-Komunità li jiddetermina d-data sa meta sewwieq ikun issodisfa l-ħtiġijiet ta' sengħa professjonali, kemm jekk ta' kwalifika inizjali u kemm jekk ta' taħriġ perjodiku.

(17) Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni speċjali għal sewwieqa milquta minn din id-Direttiva li jkunu ċittadini ta' pajjiżi terzi.

(18) Il-Kummissjoni għandha ssegwi mill-qrib l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod Partikulari minħabba s-sistemi differenti ta' kwalifika inizjali li hi tistabbilixxi, u għandha tissottometti rapport dwar dan is-suġġett lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

(19) Minħabba l-għadd imdaqqas ta' sewwieqa milquta minn din id-Direttiva, l-applikazzjzoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kwalifika inizjali għandhom jinqasmu fi tnejn: skond jekk humiex dwar ġarr ta' persuni jew ġarr ta' prodotti. It-tqassim ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva dwar il-kwalifika inizjali għal sewwieqa ta' vetturi li jġorru prodotti u passiġiera jgħin ukoll biex it-taħriġ perjodiku jkun introdott gradwalment.

(20) Il-miżuri meħtieġa biex tkun implimentata din id-Direttiva għandhom ikunu addottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju, 1999, li tistabbilixxi l-proċeduri għal setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [7]

(21) Sabiex l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kwalifika inizjali titqies f'żewġ dati differenti, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KEE) nru 3820/85, u wkoll tad-Direttiva 76/914/KEE, għandhom jitħassru.

(22) Madankollu tkun ħaġa mixtieqa li, biex ikunu rispettati l-prinċipji tal-liġi tal-Komunità, sewwieqa ta' vetturi wżati għal trasport meqjus li għandu effett inqas fuq is-sigurtà fit-triq jew fejn il-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva jimponu piż ekonomiku jew soċjali sproporzjonat, għandhom ikunu eżenti mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(23) Peress li l-għan ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri li jkun stabbilit standard għall-Komunità kollha għal kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku, jista' ma jintlaħaqx biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-kobor u l-effetti ta' l-azzjoni proposta, dan ikun jista' jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà msemmi fl-Artiklu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif imsemmi f'dan l-Artiklu, id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan,

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tapplika għal xogħol ta' sewqan magħmul minn:

(a) ċittadini ta' Stat Membru; u

(b) ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma impjegati jew dipendenti ta' kumpanijja stabbilita fi Stat Membru:

minn hawn "il quddiem imsejħa "sewwieqa", li jagħmlu xogħol ta" trasport bit-triq fi ħdan il-Komunità, f'toroq miftuħa għall-pubbliku, billi jużaw:

- vetturi li jeħtieġu liċenzja tas-sewqan tal-kategorija C1, C1+E, C jew C+E, kif imfissra fid-Direttiva 91/439/KEE, jew liċenzja tas-sewqan meqjusa bħala ekwivalenti,

- vetturi li jeħtieġu liċenzja tas-sewqan tal-kategorija D1, D1+E, D jew D+E, kif imfissra fid-Direttiva 91/439/KEE, jew liċenzja tas-sewqan meqjusa bħala ekwivalenti.

Artikolu 2

Eżenzjonijiet

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal sewwieqa ta':

(a) vetturi b'veloċità massima awtorizzata li ma taqbiżx il-45 km fis-siegħa;

(b) vetturi wżati minn jew taħt il-kontroll tal-forzi armati, protezzjoni ċivili, servizz tat-tifi tan-nar u forzi responsabbli għaż-żamma ta' l-ordni pubbliku;

(c) vetturi li jkunu qed isirulhom testijiet tat-triq għal żvilupp tekniku, tiswija jew manutenzjoni, jew vetturi ġodda jew mibnija mill-ġdid li għadhom ma bdewx jintużaw;

(d) vetturi wżati f'każijiet ta' emerġenza jew għal xogħol ta' salvataġġ;

(e) vetturi wżati għal lezzjonijiet tas-sewqan għal kull persuna li tkun tixtieq tikseb liċenzja tas-sewqan jew CPC, kif provdut fl-Artiklu 6 u l-Artiklu 8(1);

(f) vetturi wżati għal ġarr ta' passiġġieri jew prodotti, għal użu privat u mhux kummerċjali;

(g) vetturi li jġorru materjali jew tagħmir biex ikun użat mis-sewwieq waqt ix-xogħol tiegħu, bil-kondizzjoni li s-sewqan tal-vettura ma jkunx ix-xogħol ewlieni tas-sewwieq.

Artikolu 3

Kwalifika u taħriġ

1. Is-sewqan, kif imfisser fl-Artiklu 1, għandu jkun soġġett għal kwalifika inizjali obbligatorja u taħriġ perjodiku obbligatorju. Għal dan il-għan l-Istati Membri għandu jkollhom:

(a) sistema ta' kwalifika inizjali

L-Istati Membri jista' jkollhom waħda minn dawn iż-żewġ għażliet:

(i) sistema li tiġbor fiha kemm attendeza għall-kors kif ukoll eżami.

Skond is-sezzjoni 2 (2.1) ta' l-Anness I, din ix-xorta ta' kwalifika inizjali hija marbuta ma' attendenza obbligatorja għal kors għal perjodu determinat. Fi tmiem il-kors isir eżami.. Wara li jkun sar l-eżami b'suċċess, il-kwalifika għandha tkun konfermata permezz ta' CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6(1)(a);

(ii) sistema li jkollha eżamijiet biss:

Skond is-sezzjoni 2 (2.2) ta' l-Anness I, din ix-xorta ta' kwalifika inizjali ma tkunx tiddependi minn attendenza obbligatorja għal kors, iżda minn eżamijiet biss dwar teorija u prattika. Wara li jkunu saru l-eżamijiet b'suċċess, il-kwalifika għandha tkun ikkonfermata permezz ta' CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6(1)(b).

However, a Member State may authorise a driver to drive within its territory before obtaining a CPC, when he or she is undergoing a national vocational training course of at least six months, for a maximum period of three years. In the context of this vocational training course, the tests referred to in points (i) and (ii) may be completed in stages;

(b) sistema ta' taħriġ perjodiku

Skond is-sezzjoni 4 ta' l-Anness I, taħriġ perjodiku jinvolvi attendenza obbligatorja għall-kors. Dan għandu jkun konfermat permezz ta' CPC kif imsemmi fl-Artiklu 8(1).

2. Stati Membri jistgħu wkoll ikollhom sistema ta' kwalifika inizjali aċċellerata li biha sewwieq ikun jista' jsuq fil-każijiet imsemmija fl-Artiklu 5(2)(a)(ii) u (b) u fl-Artiklu 5(3)(a)(i) u (b).

Skond is-sezzjoni 3 ta' l-Anness I, il-kwalifika inizali aċċellerata għandha tkun marbuta ma' attendenza obbligatorja għall-kors. Fi tmiem il-kors għandu jkun hemm eżami. Wara li jkun sar l-eżami b'suċċess, il-kwalifika għandha tkun konfermata permezz ta' CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6(2).

3. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw sewwieqa li jkunu kisbu ċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali imsemmi fid-Direttiva 96/26/KE [8] milli jagħmlu l-eżamijiet li jissemmew fil-paragrafu 1(a)(i) u (ii) u fil- paragrafu 2 fis-suġġetti li jkun hemm għall-eżami msemmi f'dik id-Direttiva u, fejn ikun japplika, milli jattendu għal parti mill-kors relattiva għal dawk is-suġġetti.

Artikolu 4

Drittijiet akkwiżiti

Is-sewwieqa li ġejjin għandhom ikunu eżenti mill-kondizzjoni li jiskbu kwalifika inizjali:

(a) sewwieqa li jkollhom liċenzja tal-kategoriji D1, D1+E, D jew D+E, jew liċenzja rikonoxxuta bħala ekwivalenti, maħruġa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data finali għat-trasposizzjoni ta' din id-Direttiva;

(b) sewwieqa li jkollhom liċenzja tal-kategorija C1, C1+E, C jew C+E jew liċenzja rikonoxxuta bħala ekwivalenti, maħruġa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data finali għat-trasposizzjoni ta' din id-Direttiva;

Artikolu 5

Kwalifika inizjali

1. Aċċess għal kwalifika inizjali ma jeħtieġx il-kisba minn qabel tal-liċenzja tas-sewqan relattiva.

2. Sewwieq ta' vettura li ġġorr prodotti jista' jsuq:

(a) mill-età ta' 18-il sena:

(i) vettura b'liċenzja tal-kategoriji C u C+E, jekk ikollu CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(1);

(ii) vettura b'liċenzja tal-kategoriji C1 u C1+E, jekk ikollu CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(2);

(b) mill-età ta' 21 sena, vettura b'liċenzja tal-kategoriji C u C+E, jekk ikollu CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(2);

3. Sewwieq ta' vettura li ġġorr passiġġieri jista' jsuq:

(a) mill-età ta' 21 sena:

(i) vettura b'liċenzja tal-kategoriji D u D+E biex iġorru passiġġieri fuq servizzi regolari meta rotta ma taqbiżx 50 kilometru, u vettura b'liċenzja tal-kategoriji D1 u D1+E, jekk ikollu CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(2).

Kull Stat Membru jista' jawtorizza lil sewwieqa ta' vetturi f'waħda mill-kategoriji hawn fuq imsemmija biex isuqu dawn il-vetturi fit-territorju tiegħu mill-età ta' 18-il sena, jekk ikollhom CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(1);

(ii) vetturi b'liċenzja tal-kategoriji D u D+E, jekk ikollhom CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(1);

Kull Stat Membru jista' jawtorizza lil sewwieqa ta' vetturi f'waħda mill-kategoriji hawn fuq imsemmija biex isuqu dawn il-vetturi fit-territorju tiegħu mill-età ta' 20 sena, jekk ikollhom CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(1). Din tista' titnaqqas għall-età ta' 18-il sena jekk is-sewwieq isuq dawn vetturi mingħajr passiġġieri;

(b) mill-età ta' 23 sena, vettura b'liċenzja tal-kategoriji D u D + E, jekk ikollhom CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(2).

4. Mingħajr ħsara għal-limiti fl-età imsemmija fil-paragrafu 2, sewwieqa li jġorru prodotti u li jkollhom CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(2) għal waħda mill-kategoriji msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artiklu, għandhom ikunu eżenti milli jiskbu dan iċ-CPC għal kull waħda mill-kaategoriji l-oħra ta' vetturi msemmija f'dak il-paragrafu.

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw taħt l-istess kondizzjonijiet għal sewwieqa li jġorru passiġġieri fil-kategoriji msemmija fil-paragrafu 3.

5. Sewwieqa li jġorru prodotti li jwessgħu jew ibiddlu x-xogħol tagħhom biex iġorru passiġġieri, jew bil-kontra, u li għandhom CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6, ma jkunx jeħtiġilhom jerġgħu jagħmlu t-taqsimiet komuni tal-kwalifika inizjali, iżda dawk it-taqsimiet biss li jkollhom x'jaqsmu mal-kwalifika l-ġdida.

Artikolu 6

CPC li jikkonferma l-kwalifika inizjali

1. CPC li jikkonferma l-kwalifika inizjali

(a) CPC mogħti fuq bażi ta' attendenza għal kors u eżami

Skond l-Artiklu 3(1)(a)(i), Stati Membri għandhom jesiġu li sewwieqa li jkunu qed jitħarrġu jattendu korsijiet f'ċentru ta' taħriġ approvat mill-awtoritajiet kompetenti skond is-sezzjoni 5 ta' l-Anness 1, minn hawn "il quddiem imsejjaħ "ċentru ta" taħriġ approvat". Dawn il-korsijiet għandhom ikopru s-suġġetti kollha li jissemmew fis-sezzjoni 1 ta' l-Anness 1. Dan it-taħriġ għandu jintemm meta jsir b'suċċess l-eżami msemmi fis-sezzjoni 2(2.1) ta' l-Anness 1. Dan l-eżami għandu jkun organizzat mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew minn entità maħtura minnhom, u għandu jservu biex ikun verifikat jekk, għas-suġġetti msemmija hawn fuq, is-sewwieq li jkun qed jitħarreġ ikollux il-livell ta' tagħrif meħtieġ skond is-sezzjoni 1 ta' l-Anness 1. L-imsemmija awtoritajiet jew entitajiet għandhom jissorveljaw l-eżami, u wara li dan ikun sar b'suċċess, jagħtu lis-sewwieqa CPC bħala konferma ta' kwalifika inizjali.

(b) CPC mogħti fuq il-bażi ta' eżamijiet

Skond l-Artiklu 3(1)(a)(ii), Stati Membri għandhom jesiġu li s-sewwieqa li jkunu qed jitħarrġu jgħaddu mill-eżamijiet dwar teorija u prattika msemmija fis-sezzjoni 2(2.2) ta' l-Anness 1. Dawn l-eżamijiet għandhom ikunu organizzati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew entità maħtura minnhom u għandhom iservu biex jivverifikaw jekk, għas-suġġetti msemmija hawn fuq, is-sewwieq li jkun qed jitħarreġ ikollux il-livell ta' tagħrif meħtieġ skond is-sezzjoni 1 ta' l-Anness I. L-imsemmija awtoritajiet jew entitajiet għandhom jissorveljaw l-eżamijiet, u wara li dawn ikunu saru b'suċċess, jagħtu lis-sewwieqa CPC bħala konferma ta' kwalifika inizjali.

2. CPC li jikkonferma kwalifika inizjali aċċellerata

Skond l-Artiklu 3(2), Stati Membri għandhom jesiġu li sewwieqa li jkunu qed jitħarrġu jattendu korsijiet f'ċentru ta' taħriġ approvat.Dawn il-korsijiet għandhom ikopru s-suġġetti kollha msemmija fis-sezzjoni 1 ta' l-Anness I.

Dan it-taħriġ għandu jintemm b'eżami kif msemmi fis-sezzjoni 3 ta' l-Anness I. Dak l-eżami għandu jkun organizzat mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew minn entità maħtura minnhom u għandu jservi biex jivverifika jekk, għas-suġġetti msemmija hawn fuq, is-sewwieq li jkun qed jitħarreġ ikollux il-livell ta' tagħrif meħtieġ skond is-sezzjoni 1 ta' l-Anness 1. L-imsemmija awtoritajiet jew entitajiet għandhom jissorveljaw l-eżami, u wara li dan ikun sar b'suċċess, jagħtu lis-sewwieqa CPC bħala konferma ta' kwalifika inizjali aċċellerata.

Artikolu 7

Taħriġ perjodiku

It-taħriġ perjodiku għandu jikkonsisti f'taħriġ li permezz tiegħu min ikollu CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6, u s-sewwieqa msemmija fl-Artiklu 4, ikunu jistgħu jaġġornaw lilhom infushom dwar it-tagħrif essenzjali għax-xogħol tagħhom, b'mod Partikulari dwar sigurtà fit-triq u l-użu razzjonali ta' karburanti.

Dan it-taħriġ għandu jkun organizzat minn ċentru ta' taħriġ approvat, skond is-sezzjoni 5 ta' l-Anness I. Jekk sewwieq imur jaħdem ma' kumpanija oħra, għandu jitqies it-taħriġ perjodiku li jkun għamel.

It-taħriġ perjodiku għandu jitfassal b'mod li jwessa' u jirrevedi uħud mis-suġġetti msemmija fis-sezzjoni 1 ta' l-Anness I.

Artikolu 8

CPC li jikkonferma taħriġ perjodiku

1. Meta sewwieq itemm it-taħriġ perjodiku msemmi fl-Artiklu 7, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew iċ-ċentru ta' taħriġ approvat għandhom jagħtuh CPC li jikkonferma t-taħriġ perjodiku.

2. Is-sewwieqa li ġejjin għandhom jagħmlu l-ewwel kors ta' taħriġ perjodiku:

(a) dawk li jkollhom CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6, fi żmien ħames snin minn meta jkun inħareġ dak iċ-CPC;ħames hames snin minn meta jkun inħareġ dak iċ-CPC;

(b) is-sewwieqa msemmija fl-Artiklu 4, fi żmien ħames snin mid-dati rispettivi msemmija fl-Artikolu 14(2), skond skeda stabbilita mill-Istati Membri.

L-Istati Membri jistgħu inaqqsu jew jestendu l-perjodi ta' żmien imsemmija f'(a) u f' (b), fost oħrajn, biex ikunu jaqblu mad-data ta' skadenza tal-liċenzja tas-sewqan jew biex jisguraw l-introduzzjoni gradwali tat-taħriġ perjodiku. Iżda l-perjodu ma jistax ikun iqsar minn tliet snin jew itwal minn seba' snin.

3. Sewwieq li jkun temm l-ewwel kors ta' taħriġ perjodiku kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jagħmel taħriġ perjodiku kull ħames snin, qabel it-tmiem tal-perjodu ta' validità taċ-CPC li jikkonferma t-taħriġ perjodiku.

4. Min ikollu CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6 jew iċ-CPC imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artiklu, u s-sewwieqa msemmija fl-Artiklu 4 li ma jkunux baqgħu jagħmlu dak ix-xogħol u li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-paragrafu 1, 2 u 3, għandhom jagħmlu kors ta' taħriġ perjodiku qabel jerġgħu jibdew jagħmlu dak ix-xogħol.

5. Sewwieqa li jġorru prodotti jew passiġġieri bit-triq u li jkunu temmew korsijiet ta' taħriġ perjodiku għal waħda mill-kategoriji ta' liċenzji msemmija fl-Artiklu 5(2) u (3) għandhom ikunu eżenti mill-obbligu li jagħmlu aktar taħriġ perjodiku għal waħda oħra mill-kategoriji msemmija f'dawk il-paragrafi.

Artikolu 9

Post ta' taħriġ

Is-sewwieqa msemmija fl-Artiklu 1(b) għandhom jiksbu dik il-kwalifika fl-Istat Membru fejn l-azjenda tkun stabbilita jew fl-Istat Membru li jkun ħarġilhom permess tax-xogħol [9].

Is-sewwieqa msemmija fl-Artiklu 1(b) għandhom jiksbu dik il-kwalifika fl-Istat Membru fejn l-azjenda tkun stabbilita jew fl-Istat Membru li jkun ħarġilhom permess tax-xogħol.

Sewwieqa msemmija fl-Artikolu 1(a) u 1(b) għandhom jagħmlu t-taħriġ perjodiku msemmi fl-Artikolu 7 fl-Istat Membru li fih ikunu residenti jew fl-Istat Membru li fih jaħdmu.

Artikolu 10

Kodiċi tal-Komunità

1. Fuq il-bażi taċ-CPC imsemmi fl-Artiklu 6 u taċ-CPC imsemmi fl-Artiklu 8(1), l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jimmarkaw, wara li jqisu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artiklu 5(2) u (3) u l-Artiklu 8, il-kodiċi tal-Komunità msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artiklu, flimkien mal-kategoriji ta' liċenzji relattivi:

- jew fuq il-liċenzja tas-sewqan;

- jew fuq il-karta ta' kwalifika tas-sewwieq magħmula skond il-mudell muri fl-Anness II.

Il-karta ta' kwalifika tas-sewwieq maħruġa mill-Istati Membri għandha tkun rikonoxxuta reċiprokament kullimkien. Meta l-karta tinħareġ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il-validità tal-liċenzja tas-sewqan li n-numru tagħha jkun jidher fuq il-karta.

2. Il-kodiċi tal-Komunità li ġejja għandha tiżdied mal-lista armonizzata ta' kodiċijiet tal-Komunità murija fl-Annessi I u Ia tad-Direttiva 91/439/KEE:

"95. Sewwieq li jkollu CPC li jissodisfa l-obbligu ta' kompetenza professjonali msemmi fl-Artiklu 3 sa… (eż. 95. 1.1.2012)."

3. (a) Sewwieq li, kif imsemmi fl-Artiklu 1(b), isuq vetturi wżati għall-ġarr bit-triq ta' prodotti għandu jagħti prova li għandu l-kwalifika u t-taħriġ msemmija f'din id-Direttiva permezz taċ-ċertifikat ta' sewwieq msemmi fir-Regolament (KE) Nru 484/2002 [10].

In addition to the certificate, the Member State may issue him or her with the driver qualification card provided for in Annex II, marked with the relevant Community code.

(b) A driver referred to in Article 1(b) who drives vehicles used for the carriage of passengers by road shall prove that he or she has the qualification and training provided for in this Directive by means of:

- jew il-kodiċi tal-Komunità mmarkata fuq il-mudell tal-liċenzja tas-sewqan tal-Komunità, meta huwa jkollu dik il-liċenzja, jew

- il-karta ta' kwalifika tas-sewwieq msemmija fl-Anness II, immarkata bil-kodiċi tal-Komunità rilevanti, jew

- ċertifikat nazzjonali li l-validità tiegħu fit-territorju ta' l-Istati Membri tkun rikonoxxuta b'mod reċiproku minnhom.

Artikolu 11

Addattament għal progress xjentifiku u tekniku

L-emendi meħtieġa biex l-Annessi I u II ikunu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artiklu 12(2).

Artikolu 12

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, waqt li jitqies l-Artiklu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artiklu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jaddotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 13

Rapport

Qabel l-10 ta' Settembru, 2011, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport li jagħmel valutazzjoni inizjali ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikulari dwar l-ekwivalenza tad-diversi sistemi ta' kwalifika inizjali msemmija fl-Artiklu 3, u l-kapaċità tagħhom li jwasslu għal livell mistenni ta' kwalifika. Ir-rapport għandu, skond il-każ, jagħmel proposti xierqa.

Artikolu 14

Trasposizzjoni u implimentazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel l-10 ta' Settembru, 2006. Huma għandhom jgħarrfu minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

Meta Stati Membri jaddottawhom, dawn il-miżuri għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-mod kif issir din ir-referenza għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-miżuri:

- mill-10 ta' Settembru, 2008, dwar dak li għandu x'jaqsam mal-kwalifika inizjali meħtieġa biex jinstaqu vetturi b'liċenzji tal-kategoriji D1, D1+E, D u D+E;

- mill-10 ta' Settembru, 2009, dwar dak li għandu x'jaqsam mal-kwalifika inizjali meħtieġa biex jinstaqu vetturi b'liċenzji tal-kategoriji C1, C1+E, C u C+E.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih b'dan lill-Kummissjoni u għandhom jassistu lil xulxin fl-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri.

Artikolu 15

Revoka

1. L-Artiklu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 huwa b'dan emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 għandu jkun revokat b'effett mill-10 ta' Settembru, 2009.

(b) Il-paragrafi 2 u 4 għandhom ikunu revokati b'effett mill-10 ta' Settembru, 2008.

2. Id-Direttiva 76/914/KEE għandha tkun revokata b'effett mill-10 ta' Settembru, 2009.

3. Il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi addottati biex ikunu jaqblu mad-Direttiva 76/914/KEE m'għandhomx ikunu applikati aktar:

- mill-10 ta' Settembru, 2008, għal sewwieqa ta' vetturi għall-ġarr ta' passiggieri bit-triq,

- mill-10 ta' Settembru, 2009, għal sewwieqa ta' vetturi għall-ġarr ta'prodotti bit-triq.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tibda sseħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artiklu 17

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 15 ta' Lulju, 2003

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

G. Tremonti

[1] ĠU C 154 E, tad-29.5.2001, p. 258 u ĠU C 20 E, tat-28.1.2003, p. 263.

[2] ĠU C 260, tas-17.9.2001, p. 90.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar, 2002, (ĠU C 271 E, tas-7.11.2002, p. 381), Pożizzjoni tal-Kunsill Komuni tal-5 ta' Diċembru, 2002 (ĠU C 32 E, tal-11.2.2003, 9) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' April, 2003 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju, 2003.

[4] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 ta' l-20 ta' Diċembru, 1985, dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti liġijiet soċjali dwar trasport bit-triq (ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 1).

[5] Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE tas-16 ta' Diċembru, 1976, dwar il-livell minimu ta' taħriġ għal sewwieqa tat-trasport bit-triq (ĠU L 357, tad-29.12.1976, p. 36).

[6] Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta' Lulju, 1991, dwar liċenzji tas-sewqan (ĠU L 237, ta' l-24.8.1991, p. 1); Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/56/KE (ĠU L 237, tal-21.9.2000, p. 45).

[7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[8] Council Directive 96/26/EC of 29 April 1996 on admission to the occupation of road haulage operator and road passenger transport operator and mutual recognition of diplomas, certificates and other evidence of formal qualifications intended to facilitate for these operators the right to freedom of establishment in national and international transport operations (OJ L 124, 23.5.1996, p. 1); Directive as last amended by Directive 98/76/EC (OJ L 277, 14.10.1998, p. 17).

[9] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta' l-20 ta' Diċembru, 1985, dwar tagħmir ta' reġistrazzjoni fil-qasam tat-trasport bit-triq (ĠUL 370, tat-3.12.1985, p. 8); Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1 360/2002 (ĠU L 207, tal-5.8.2002, p. 1).

[10] Regolament (KE) Nru 484/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-1 ta' Marzu, 2002, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 u (KEE) Nru 3118/93 bil-għan li jkun stabbilit ċertifikat ta' sewwieq (ĠU L 76, tad-19.3.2002, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS I

ĦTIĠIJIET MINIMI TA' KWALIFIKA U TAĦRIĠ

Sezzjoni 1: Lista ta' suġġetti

Stati Membri għandhom iqisu li tagħlim li għandu jingħata meta jistabbilixxu l-kwalifika inizjali ta' sewwieq u t-taħriġ perjodiku għandhom jinkludu mill-anqas is-suġġetti f'din il-lista. Sewwieqa li jkunu qed jitħarrġu għandhom jiksbu livell ta' tagħlim u kompetenza prattika meħtieġa biex isuqu b'sigurtà sħiħa vetturi tal-kategorija ta' liċenzji rilevanti.

Il-livell minimu ta' tagħlim m'għandux ikun anqas mill-livell 2 ta' l-istruttura tal-livell ta' taħriġ imsemmija fl-Anness I tad-Deċiżjoni 85/368/KEE [1], jiġifieri l-livell milħuq matul l-edukazzjoni obbligatorja, supplimentat b'taħriġ professjonali.

1. Taħriġ avanzat f'sewqan razzjonali imsejjes fuq regolamenti ta' sigurtà

Il-liċenzji kollha

1.1. Għan: biex ikunu magħrufa l-karatteristiċi tas-sistema ta' trasmissjoni biex kemm jista' jkun isir l-aħjar użu minnha:

kurvi ta' torque, qawwa u konsum speċifiku ta' magna, żona għall-aħjar użu tar-revolution counter, dijagrammi tal-kopertura tar-rapporti tal-gearbox

1.2. Għan: biex ikunu magħrufa l-karatteristiċi tekniċi u l-kontrolli ta' sigurtà u kif jaħdmu, biex ikun hemm kontroll, jitnaqqas it-tqagħbir ordinarju u biex il-vettura ma taħdimx ħażin:

karatteristiċi speċifiċi taċ-ċirkwitu hydraulic vacuum servobrake, sa fejn jistgħu jintużaw il-brejkijiet u tnaqqis tal-veloċità, biex isir użu aħjar tar-rapport bejn veloċità u gerijiet, l-użu ta' l-inerzja tal-vettura, kif il-vettura tnaqqas il-veloċità tagħha u kif jintużaw il-brejkijiet f'niżla, u f'każ li dawn ifallu.

1.3. Għan: ħila biex isir l-aħjar konsum ta' karburanti:

biex ikun hemm l-aħjar konsum ta' karburanti billi jkun applikat it-tagħrif dwar il-punti 1.1 u 1.2.

Liċenzji C, C+E, C1, C1+E

1.4. Għan: ħila biex il-vettura titgħabba skond regoli ta' sigurtà u l-użu tajjeb tal-vettura:

forzi li jaffettwaw lil vetturi waqt li jkunu mexjin, użu ta' rapporti tal-gearbox skond it-tagħbija tal-vettura u l-għamla tat-triq, kalkolu tat-tagħbija li tista' ġġorr vettura jew grupp ta' vetturi, kalkolu tal-volum totali, distribuzzjoni tat-tagħbija, effetti ta' tagħbija żejda fuq il-fus, stabbilità tal-vettura u ċentru ta' gravità, tipi ta' ppakkjar u paletti;

kategoriji prinċipali ta' prodotti li jeħtieġu jkunu stivati, u metodi ta' rbit bil-klamp u stivar, użu ta' ċingi għall-istivar, kontroll ta' tagħmir ta' stivar, użu ta' tagħmir ta' tqandil, tqegħid u tneħħija ta' inċrajjet.

Liċenzji D, D+E, D1, D1+E

1.5. Għan: ħila biex ikunu assigurati l-kumdità u s-sigurtà tal-passiġġieri:

adattament tal-movimenti trasversali u lonġitudinali, tqassim tat-triq, pożizzjoni fit-triq, użu bil-mod tal-brejks, id-dinamika ta' l-isporġenti, l-użu ta' infrastrutturi speċifiċi (zoni pubbliċi, linji tat-triq riservati), kontroll ta' konflitt bejn sigurtà fis-sewqan u funzjonijiet oħra tas-sewwieq, imġieba mal-passiġġieri, karatteristiċi fit-trasport ta' ċerti gruppi ta' passiggieri (persuni b'diżabilità, tfal).

1.6. Għan: ħila biex il-vettura titgħabba skond regoli ta' sigurtà u l-użu tajjeb tal-vettura:

forzi li jaffettwaw lil vetturi waqt li jkunu mexjin, użu ta' rapporti tal-gearbox skond it-tagħbija tal-vettura u l-għamla tat-triq, kalkolu tat-tagħbija li tista' ġġorr vettura jew grupp ta' vetturi, effetti ta' tagħbija żejda fuq il-fus, stabbilità tal-vettura u ċentru ta' gravità;

2. Applikazzjoni tar-regolamenti

Il-liċenzji kollha

2.1. Għan: li jkun magħruf l-ambjent soċjali tat-trasport bit-triq u r-regoli li jirregolawh:

perjodi massimi ta' xogħol relattivi għall-industrija tat-trasport; prinċipji, applikazzjoni u konsegwenzi tar-Regolamenti (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85; penali għan-nuqqas ta' użu, użu ħażin u tbagħbis ta' takografu; tagħrif dwar l-ambjent soċjali tat-trasport bit-triq: drittijiet u dmirijiet ta' sewwieqa rigward il-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku.

Liċenzji C, C+E, C1, C1+E

2.2. Għan: li jsiru magħrufa r-regolamenti li jirregolaw il-ġarr ta' prodotti:

liċenzji għal operazzjonijiet ta' trasport, obbligi taħt kuntratti standard għall-ġarr ta' prodotti, tfassil ta' abbozzi ta' dokumenti li jikkostitwixxu l-kuntratt ta' trasport, permessi ta' trasport internazzjonali, obbligi taħt il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għal Ġarr Stradali Internazzjonali ta' Prodotti, abbozz tan-nota ta' kunsinna internazzjonali, qsim ta' fruntieri, kummissjonarji ta' trasport, dokumenti partikolri li jakkompanjaw il-prodotti.

Liċenzji D, D+E, D1, D1+E

2.3. Għan: li jkunu magħrufa r-regolamenti li jirregolaw il-ġarr ta' passiggieri:

ġarr ta' gruppi partikulari ta' passiggieri, tagħmir ta' sigurtà fuq karozzi tal-linja, ċinturini ta' sigurtá, tagħbija tal-vettura.

3. Saħħa, sigurtà tat-triq u ta' l-ambjent, servizz u loġistika

Il-liċenzji kollha

3.1. Għan: biex sewwieqa jifhmu r-riskji tat-triq u l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:

tipi ta' aċċidenti fuq il-post tax-xogħol fis-settur tat-trasport, statistika ta' aċċidenti tat-triq, trakkijiet/coaches li jkollhom x'jaqsmu, konsegwenzi umani, materjali u finanzjarji.

3.2. Għan: ħila biex ma jkunx hemm kriminalità u traffikar ta' immigranti illegali:

informazzjoni ġenerali, implikazzjonijiet għas-sewwieqa, miżuri ta' prevenzjoni, lista ta' verifiki, liġislazzjoni dwar ir-responsabbiltà ta' l-operatur tat-trasport.

3.3. Għan: ħila biex ma jitħallewx li jkun hemm riskji fiżiċi:

prinċipji ergonomiċi; movimenti u qagħdiet li joħolqu riskju, forma fiżika, eżerċizzji ta' mmaniġġjar, protezzjoni personali.

3.4. Għan: li jkun hemm tagħrif dwar l-importanza ta' kapaċità fiżika u mentali:

prinċipji ta' dieta tajba u bilanċjata, effetti ta' l-alkoħol, drogi jew kull sustanza oħra li tista' taffettwa l-imġieba, sintomi, kawżi u effetti ta' għejja u tensjoni, funzjoni ewlenija taċ-ċiklu bażiku xogħol/serħan.

3.5. Għan: ħila li tivvaluta sitwazzjonijiet ta' emerġenza:

mġieba f'sitwazzjoni ta' emerġenza: eżami tas-sitwazzjoni, kumplikazzjonijiet ta' aċċident evitati, sejħa ghal għajnuna, għajnuna lill-midrubin u l-għoti ta' l-ewwel għajnuna, reazzjoni f'każ ta' ħruq, evakwazzjoni ta' nies minn karrozza/passiggieri minn karrozza tal-linja, sigurtà tal-passiggieri kollha assigurata, reazzjoni f'każ ta' aggressjoni; prinċipji bażiċi biex jitfassal abbozz ta' rapport ta' aċċident.

3.6. Għan: ħila ta' mġieba li tgħin iġġib "il quddiem il-fama tal-kumpanija:"

mġieba tas-sewwieq u fama tal-kumpanija: l-importanza għall-kumpanija tal-livell ta' servizz mogħti mis-sewwieq, il-funzjonijiet tas-sewwieq, nies li s-sewwieq ikollu x'jaqsam magħhom, manutenzjoni ta' vetturi, organizzazzjoni tax-xogħol, effetti kummerċjai u finanzjarji ta' tilwima.

Liċenzji C, C + E, C1, C1 + E

3.7. Għan: tagħrif ta' l-ambjent ekonomiku ta' trasport bit-triq ta' prodotti u l-organizzazzjoni tas-suq:

trasport bit-triq imqabbel ma' metodi oħra (kompetizzjoni, karigaturi), attivitajiet differenti ta' trasport bit-triq (trasport għall-kiri jew bi ħlas, f'isem il-persuna, attivitajiet ta' trasport awżiljari), organizzazzjoni tat-tipi priċipali ta' kumpaniji ta' trasport u attivitajiet ta' trasport awżiljari, speċjalizzazzjonijiet differenti ta' trasport (trasport bil-bowżer, b'temperatura kkontrollata, eċċ.), tibdil fl-industrija (diversifikazzjoni ta' servizzi mogħtija, linja tal-ferrovija, subappalt, eċċ.).

Liċenzji D, D + E, D1, D1 + E

3.8. Għan: tagħrif ta' l-ambjent ekonomiku tal-ġarr bit-triq ta' passiggieri u l-organizzazzjoni tas-suq:

ġarr bit-triq ta' passiġġieri mqabbel ma' metodi oħra ta' trasport ta' passiggieri (ferrovija, karrozza privata), attivitajiet differenti li għandhom x'jaqsmu ma' ġarr bit-triq ta' passiġġieri, qsim ta' fruntieri (trasport internazzjonali), organizzazzjoni tat-tipi prinċipali ta' kumpaniji għall-ġarr bit-triq ta' passiggieri.

Sezzjoni 2: Kwalifika inizjali obbligatorja msemmija fl-Artiklu 3(1) (a)

2.1. Għażla li tinkludi kemm l-attendenza għall-kors kif ukoll eżami

Il-kwalifika inizjali għandha tinkludi t-tagħlim tas-suġġetti kollha fil-lista fis-sezzjoni 1. Din il-kwalifika inizjali għandha tieħu 280 siegħa.

Kull sewwieq li jkun qed jitħarreġ għandu jsuq għal mill-anqas 20 siegħa waħdu f'vettura tal-kategorija konċernata li tissodisfa mill-anqas il-kondizzjonijiet għal vetturi tat-testijiet kif imfisser fid-Direttiva 91/439/KEE.

Meta jsuq waħdu, is-sewwieq li jkun qed jitħarreġ għandu jkollu miegħu għalliem, impjegat taċ-ċentru ta' taħriġ approvat. Kull sewwieq jista' jsuq għal mhux iktar minn tmien siegħat mill-20 siegħa li jsuq waħdu fuq art speċjali jew fuq simulatur ta' kwalità għolja biex ikun valutat it-taħriġ f'sewqan razzjonali imsejjes fuq regolamenti ta' sigurtà, b'mod partikulari rigward il-kontroll tal-vettura f'kondizzjonijiet differenti tat-triq u l-mod li dawn jinbidlu skond kondizzjonijiet atmosferiċi differenti u l-ħin tal-jum jew tal-lejl.

Għas-sewwieqa msemmija fl-Artiklu 5(5) il-kwalifika inizjali għandha tieħu 70 siegħa, inklużi ħames siegħat ta' sewqan mis-sewwieq waħdu.

Fi tmiem it-taħriġ, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew l-entità maħtura minnhom għandhom jagħmlu eżami bil-miktub jew orali lis-sewwieq. L-eżami għandu jinkludi mill-anqas mistoqsija waħda dwar kull wieħed mill-għanijiet fil-lista ta' suġġetti fis-sezzjoni 1.

2.2. Għażla b'eżami magħha

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew l-entità maħtura minnhom għandhom jorganizzaw l-eżamijiet imsemmija hawn fuq dwar teorija u prattika biex jivverifikaw jekk is-sewwieq li qed jitħarreġ ikunx laħaq il-livell ta' tagħrif mieħtieġ skond is-sezzjoni 1 għas-suġġetti u l-għanijiet li jidhru fil-lista hemmhekk.

(a) L-eżami dwar teorija u prattika għandu jikkonsisti mill-anqas f'żewġ taqsimiet:

(i) domandi, inklużi domandi b'għażliet diversi, domandi li jeħtieġu risposta diretta, jew taħlita tat-tnejn;

(ii) analiżi ta' każi speċifiċi.

L-eżami tat-teorija għandu jieħu mhux iktar minn erba' siegħat.

(b) l-eżami tal-prattika għandu jikun f'żewġ taqsimiet:

(i) eżami ta' sewqan maħsub biex jivverifika taħriġ razzjonali imsejjes fuq regolamenti tas-sigurtà. L-eżami għandu jsir, meta possibbli, f'toroq lil hinn minn żoni urbani, f'toroq li jippermettu sewqan veloċi u f'awtostradi (jew simili), u fuq kull xorta ta' toroq ewlenin urbani li jippreżentaw kull xorta ta' diffikultajiet li sewwieq aktarx jiltaqa' magħhom. Ikun aħjar jekk l-eżami jsir f'kondizzjonijiet ta' konċentrazzjoni ta' traffiku differenti. Il-ħin ta' sewqan fit-triq għandu jintuża bl-aħjar mod biex il-kandidat ikun eżaminat fiż-żoni kollha tat-traffiku li aktarx ikun fihom. L-eżami m'għandux jieħu inqas minn 90 minuta;

(ii) eżami prattiku li jkopri mill-anqas il-punti 1.4, 1.5, 1.6, 3.2, 3.3 u 3.5.

L-eżami m'għandux jieħu inqas minn 30 minuta.

Il-vettura wżata għall-eżami tal-prattiku għandu jissodisfa mill-anqas il-kondizzjonijiet għall-vetturi tat-testijiet kif imfisser fid-Direttiva 91/439/KEE.

L-eżami tal-prattiku jista' jkun supplimentat b''tielet eżami li jsir fuq art speċjali jew fuq simulatur ta' l-aħjar kwalità biex ikun verifikat it-taħriġ ta' sewqan razzjonali imsejjes fuq regolamenti ta' sigurtà, b'mod partikulari rigward l-immaniġjar tal-vettura f'kondizzjonijiet differenti tat-triq u kif dawn jinbidlu skond kondizzjonijiet atmosferiċi differenti u l-ħin tal-jum jew tal-lejl.

M'hemmx stabbiliit kemm għandu jieħu ħin dan l-eżami fakultattiv. Jekk is-sewwieq jagħmel dan l-eżami, il-ħin li jieħu jista' jitnaqqas mid-90 minuta ta' l-eżami tas-sewqan imsemmi fil-(i), iżda l-ħin imnaqqas m'għandux ikun aktar minn 30 minuta.

Għas-sewwieqa msemmija fl-Artiklu 5(5), l-eżami tat-teorija għandu jkun limitat għas-suġġetti, li jissemmew fis-sezzjoni 1, li jkunu rilevanti għall-vetturi li għalihom tapplika l-kwalifika inizjali ġdida. Iżda dawn is-sewwieqa għandhom jagħmlu l-eżami kollu tal-prattika.

Sezzjoni 3: Kwalifika inizjali aċċellerata msemmija fl-Artiklu 3(2)

Il-kwalifika inizjali aċċellerata għandha tinkludi t-tagħlim tas-suġġetti kollha li jidhru fil-lista fis-sezzjoni 1. Għandha tieħu 140 siegħa.

Kull sewwieq li jkun qed jitħarreġ għandu jsuq għal mill-anqas 10 siegħat waħdu f'vettura tal-kategorija konċernata li tissodisfa mill-anqas il-kondizzjonijiet għall-vetturi tat-testijiet kif imfisser fid-Direttiva 91/439/KEE.

Waqt li jkun qed isuq waħdu, is-sewwieq li jkun qed jitħarreġ għandu jkollu miegħu għalliem, impjegat taċ-ċentru ta' taħriġ approvat. Kull sewwieq jista' jsuq għal mhux aktar minn erba' siegħat mill-10 siegħat li jsuq waħdu fuq art speċjali jew fuq simulatur ta' kwalità għolja biex ikun valutat it-taħriġ f'sewqan razzjonali msejjes fuq regolamenti ta' sigurtà, b'mod partikulari rigward il-kontroll tal-vettura f'kondizzjonijiet differenti tat-triq u l-mod li dawn jinbidlu skond kondizzjonijiet atmosferiċi differenti u l-ħin tal-jum jew tal-lejl.

Għas-sewwieqa msemmija fl-Artiklu 5(5) kwalifika inizjali aċċellerata għandha tieħu 35 siegħa, inklużi sagħtejn u nofs ta' sewqan mis-sewwieq waħdu.

Fi tmiem dak it-taħriġ, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew l-entità maħtura minnhom għandhom jagħmlu lis-sewwieq eżami bil-miktub jew orali. L-eżami għandu jinkludi mill-anqas mistoqsija waħda dwar kull għan li jidher fil-lista tas-suġġetti fis-sezzjoni 1.

Sezzjoni 4: Taħriġ perjodiku obbligatorju msemmi fl-Artiklu 3(1)(b)

Korsijiet ta' taħriġ perjodiku obbligatorju għandhom ikunu organizzati minn ċentru approvat ta' taħriġ. Dawn għandhom jieħdu 35 siegħa kull ħames snin, mogħtija f'perjodi ta' mill-anqas seba' siegħat. Parti minn dan it-taħriġ perjodiku jista' jingħata fuq simulaturi ta' l-aħjar kwalità.

Sezzjoni 5: Approvazzjoni tal-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku

5.1. Iċ-ċentri ta' taħriġ li jieħdu sehem fil-kwalifika inizjali u fit-taħriġ perjodiku għandhom ikunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. L-approvazzjoni tista' tingħata biss wara li ssir applikazzjoni bil-miktub. Ma' l-applikazzjoni għandu jkun hemm dokumenti li jinkludu:

5.1.1. kwalifika adegwata u programm ta' taħriġ li jispeċifika s-suġġetti mgħallma u li jistabbilixxi l-pjan propost ta' implimentazzjoni u l-metodi ta' tagħlim;

5.1.2. il-kwalifiki u l-oqsma ta' attività ta' l-għalliema;

5.1.3. informazzjoni dwar il-post fejn isiru l-korsijiet, materjal għat-tagħlim, ir-riżorsi disponibbli għal xogħol prattiku, u l-flotta ta' vetturi wżati;

5.1.4. il-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu fil-parteċipazzjoni tal-korsijiet (numru ta' parteċipanti).

5.2. L-awtorità kompetenti għandha tagħti approvazzjoni bil-miktub soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

5.2.1. it-taħriġ għandu jingħata skond id-dokumenti li jintbagħtu ma' l-applikazzjoni;

5.2.2. l-awtorità kompetenti għandha tkun tista' tibgħat persuni awtorizzati biex jassistu fil-korsijiet ta' taħriġ taċ-ċentri approvati, u għandha tkun tista' ssegwi mill-qrib dawn iċ-ċentri, fir-rigward tar-riżorsi wżati u t-tmexxija tajba tal-korsijiet ta' taħriġ u l-eżamijiet;

5.2.3. l-approvazzjoni tista' titneħħa jew tkun sospiża jekk il-kondizzjonijiet ta' approvazzjoni ma jibqgħux jitħarsu.

Iċ-ċentru approvat għandu jiggarantixxi li l-għalliema jkunu jafu sewwa bl-aħħar regolamenti u l-kondizzjonijiet ta' taħriġ. Bħala parti minn proċedura speċifika ta' għażla, l-għalliema għandu jkollhom dokumentazzjoni li turi li jafu kemm is-suġġetti kif ukoll il-metodi tat-tagħlim. Rigward il-parti prattika tat-taħriġ, l-għalliema għandu jkollhom dokumentazzjoni ta' esperjenza bħala sewwieqa professjonali jew esperjenza ta' sewqan simili, bħal dik ta' għalliema tas-sewqan ta' vetturi kbar.

Il-programm ta' tagħlim għandu jkun jaqbel ma' l-approvazzjoni u għandu jkopri s-suġġetti li jidhru fil-lista f'sezzjoni 1.

[1] Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE tas-16 ta' Lulju, 1985, dwar il-komparabilitá ta' kwalifiki ta' taħriġ professjonali bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 199, tal-31.7.1985, p. 56).

--------------------------------------------------

ANNESS II

ARRANĠAMENTI GĦALL-MUDELL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ TA' KARTA TA' KWALIFIKA TA' SEWWIEQ

1. Il-karatteristiċi fiżiċi tal-karta għandhom ikunu skond l-istandards 7810 u 7816-1 ta' l-ISO.

Il-metodi għall-verifika tal-karatteristiċi fiżiċi tal-karta biex ikun sgurat li huma konsistenti ma' lis-standards internazzjonali għandhom ikunu skond lis-standard 10373 ta' l-ISO.

2. Il-karta għandha żewġ naħat:

Naħa 1 ikollha fiha:

(a) it-titolu 'karta ta' kwalifika ta' sewwieq' stampata b'ittri kbar fil-lingwa/lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru li joħroġ il-karta;

(b) l-isem ta' l-Istat Membru li joħroġ il-karta (mhux obbigatorja);

(ċ) is-sinjal distintiv ta' l-Istat Membru li joħroġ il-karta, stampat fin-negattiv f'rettangolu blu u mdawwar bi 12-il stilla safra; is-sinjali distintivi huma kif ġej:

B : Il-Belġju

DK : Id-Danimarka

D : Il-Ġermanja

GR : Il-Greċja

E : Spanja

F : Franza

IRL : L-Irlanda

I : L-Italja

L : Il-Lussemburgu

NL : Olanda

A : L-Awstrija

P : Il-Portugall

FIN : Il-Finlandja

S : L-Isvezja

UK : Ir-Renju Unit;

(d) informazzjoni speċifika tal-karta, numerata kif ġej:

1. kunjom tat-titulari;

2. isem tat-titulari;

3. data u post tat-twelid tat-titulari;

4. (a) data tal-ħruġ;

(b) data ta' skadenza;

(ċ) l-isem ta' l-awtorità li toħroġ il-karta (jista' jkun stampat fuq naħa 2);

(d) numru differenti min-numru tal-liċenzja tas-sewqan għal finijiet amministrattivi (mhux obbligatorja);

5. (a) numru tal-liċenzja tas-sewqan;

(b) numru tas-serje;

6. ritratt tat-titulari;

7. firma tat-titulari;

8. post ta' residenza jew indirizz postali tat-titulari (mhux obbligatorja)

9. il-kategoriji jew sub-kategoriji ta' vetturi li għalihom is-sewwieq jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' kwalifika inizjali u ta' taħriġ perjodiku;

(e) it-titolu 'Mudell tal-Komunitajiet Ewropej' fil-lingwa jew lingwi ta' l-Istat Membru li joħroġ il-karta u l-kliem karta ta' kwalifika tas-sewwieq' fil-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Komunità, stampati bil-blu biex jiffurmaw l-isfond tal-karta:

tarjeta de cualificación del conductor

chaufføruddannelsesbevis

Fahrerqualifizierungsnachweis

δελτίο επιμόρφωσης οδηγού

driver qualification card

carte de qualification de conducteur

cárta cáilíochta tiomána

carta di qualificazione del conducente

kwalificatiekaart bestuurder

carta de qualificação do motorista

kuljettajan ammattipätevyyskortti

yrkeskompetensbevis för förare;

(f) kuluri ta' referenza:

- blu: Pantone Reflex blue,

- isfar: Pantone yellow;

Naħa 2 ikollha fiha:

(a) 9. il-kategoriji jew sub-kategoriji ta' vetturi li għalihom is-sewwieq jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku;

10. il-kodiċi tal-Komunità msemmi fl-Artiklu 10 ta' din id-Direttiva;

11. spazju riservat fejn l-Istat Membru li joħroġ il-karta jista' jdaħħal dettalji amministrattivi essenzjali jew dettalji relatati mas-sigurtà fit-triq (mhux obbligatorja). Jekk id-dettalji jkollhom x'jaqsmu ma' titolu li jidher f'dan l-Anness, dawn id-dettalji għandhom jiġu wara numru ta' titolu korrispondenti;

(b) tifsir tad-dettalji numerati li jidhru fuq in-naħat 1 u 2 tal-karta (mill-anqas it-titoli 1, 2, 3, 4(a), 4(b), 4(ċ), 5(a), 5(b) u 10).

Jekk Stat Membru jixtieq jistampa dawn id-dettalji f'lingwa nazzjonali minbarra waħda minn dawn il-lingwi li ġejjin: Daniż, Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol, u Svediż, huwa għandhu jagħmel verżjoni b'żewġ lingwi tal-karta billi juża waħda mill-lingwi hawn fuq imsemmija, mingħajr ħsara għad-dispożizzjoni l-oħra ta' dan l-Anness.

3. Sigurtà, inkluża l-protezzjoni ta' data

L-għan tad-diversi dettalji li jiffurmaw il-karta hu li jkunu eliminati kull falsifikazzjoni u tbagħbis u li jinkixef kull attentati biex isir dan.

L-Istat Membru għandu jisgura li l-livell ta' sigurtà tal-karta jkun jixbaħ għall-inqas il-livell ta' sigurtà tal-liċenzja tas-sewqan.

4. Dispożizzjonijiet Partikulari

Wara li jikkonsultaw mal-Kummissjoni, Stati Membri jistgħu jżidu kuluri jew marki, bħal bar code, simboli nazzjonali u elementi ta' sigurtà, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Anness.

B'konnessjoni mar-rikonixximent reċiproku tal-karti, il-bar code tista ma tinkludix informazzjoni ħlief dik li diġa tidher fuq il-karta ta' kwalifika tas-sewwieq jew li hi essenzjali għall-proċess tal-ħruġ tal-karta.

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------