32003L0044

Id-Direttiva 2003/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Direttiva 94/25/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoniTest b’rilevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 214 , 26/08/2003 P. 0018 - 0035
CS.ES Chapter 13 Volume 31 P. 409 - 426
ET.ES Chapter 13 Volume 31 P. 409 - 426
HU.ES Chapter 13 Volume 31 P. 409 - 426
LT.ES Chapter 13 Volume 31 P. 409 - 426
LV.ES Chapter 13 Volume 31 P. 409 - 426
MT.ES Chapter 13 Volume 31 P. 409 - 426
PL.ES Chapter 13 Volume 31 P. 409 - 426
SK.ES Chapter 13 Volume 31 P. 409 - 426
SL.ES Chapter 13 Volume 31 P. 409 - 426


Id-Direttiva 2003/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-16 ta’ Ġunju 2003

li temenda d-Direttiva 94/25/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3] fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fid-9 ta’ April 2003,

Billi:

(1) Żviluppi mill-adozzjoni tad-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni [4] għamluh neċessarju li tiġi emendata dik id-Direttiva.

(2) Id-Direttiva 94/25/KE ma tkoprix dgħajjes personali, waqt li mill-adozzjoni tagħha xi Stati Membri introduċew liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw dawn id-dgħajjes.

(3) Il-magni ta’ propulsjoni fuq dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u dgħajjes personali jipproduċu emissjonijiet ta’ spurgar ta’ monossidu tal-kubrit (CO), idrokarburi (HC), ossidi tan-nitroġenu (NOx), emissjonijiet ta’ storbju u emissjonijiet ta’ partikulati li jeffettwaw kemm is-saħħa umana kif ukoll l-ambjent.

(4) Emissjonijiet ta’ l-ispurgar prodotti minn magni ta’ dawn id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u dgħajjes personali u emissjonijiet ta’ storbju prodotti minn dawn id-dgħajjes ukoll mhumiex koperti bid-Direttiva 94/25/KE.

(5) Huwa issa neċessarju li ħtiġiet ambjentali ta’ protezzjoni jiġu integrati fl-attivitajiet varji Komunitarji sabiex jiġi promoss żvilupp sostenibbli. Dawn id-dispożizzjonijiet, li huma diġà is-suġġett tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 1992 li tikkonċerna r-relazzjoni bejn kompetittività industrijali u protezzjoni ambjentali [5], ġew ikkunsidrati fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Industrija tad-29 ta’ April 1999.

(6) Liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi huma fis-seħħ f’xi Stati Membri u dawn jillimitaw emissjonijiet ta’ storbju u spurgar minn dgħajjes u magni ta’ rikreazzjoni sabiex jiġu protetti s-saħħa umana, l-ambjent u, meta approprjat, is-saħħa ta’ annimali domestiċi. Dawk il-miżuri jvarjaw u x’aktarx li jeffettwaw il-moviment liberu ta’ dawn il-prodotti u jikkostitwixxu barrieri għall-kummerċ fil-Komunità.

(7) Fil-kwadru tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-provvista ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ standards tekniċi u regolamenti u ta’ regoli dwar servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni [6] Stati Membri innotifikaw regolamenti nazzjonali ta’ abbozz immirati lejn it-tnaqqis tal-istorbju u l-emissjonijiet ta’ l-ispurgar minn magni ta’ dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni. Dawn ir-regolamenti tekniċi huma kkunsidrati, bħad-dispożizzjonijiet nazzjonali diġà fis-seħħ, li x’aktarx jeffettwaw il-moviment liberu ta’ dawn il-prodotti jew li jikkreaw ostakolu għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Huwa għalhekk neċessarju li jitfassal strument Komunitarju li jorbot.

(8) L-armonizzazzjoni ta’ liġijiet nazzjonali hija l-uniku mod sabiex jiġu aboliti dawn il-barrieri għall-kummerċ u għal kompetizzjoni inġusta fis-suq intern. L-objettiv sabiex jiġu limitati l-istorbju u emissjonijiet ta’ l-ispurgar ma jistax jinlaħaq b’mod soddisfaċenti minn Stati Membri individwalment. Il-miżura prevista għal din id-Direttiva tistabbilixxi biss il-ħtiġiet essenzjali għall-moviment liberu ta’ dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, dgħajjes personali u t-tipi kollha ta’ magni li għalihom tapplika din id-Direttiva.

(9) Dawn il-miżuri huma skond il-prinċipji stabbiliti fir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għall-armonizzazzjoni u l-istandards tekniċi [7], b’referenza għal standards armonizzati Ewropej.

(10) Id-dispożizzjonijiet dwar l-ispurgar u emissjonijiet ta’ storbju stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-magni kollha, kemm jekk abbord, esterjuri jew misjuqa mill-poppa bl-ispurgar integrali jew mingħajru, u għal dgħajjes personali sabiex tiġi assigurata effettività ottima fil-protezzjoni tas-saħħa umana u ta’ l-ambjent. Magni li qegħdin isirulhom modifiki maġġuri għandhom jiġu inklużi fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ l-ispurgar. Dgħajjes b’magni li jinsaqu mill-poppa mingħajr installazzjonijiet ta’ spurgar integrali jew magna ta’ propulsjoni abbord li tkun qiegħda ssirilhom konverżjoni maġġuri tad-dagħjsa għandhom jiġu inklużi fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ storbju meta mqiegħda fis-suq Komunitarju fi żmien ħames snin wara l-konverżjoni.

(11) Konformità mal-htiġiet essenzjali għal emissjonijiet mill-magni kkonċernati hija essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa umana u ta’ l-ambjent. Livelli massimi awtorizzati għandhom jiġu stabbiliti għal emissjonijeit ta’ spurgar ta’ monossidu tal-kubrit (CO), idrokarburi (HC), ossidu tan-nitroġenu (NOx) u inkwinanti fil-forma ta’ partikulati. Sa fejn huma kkonċernati emissjonijeit ta’ storbju, il-livelli massimi għandhom jinqasmu bħala funzjoni tal-qawwa ta’ dawn l-magni u n-numru u t-tip ta’ magni abbord. Dawn il-miżuri għandhom ikunu konsistenti mal-miżuri l-oħra kollha għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet tal-magna sabiex jiġu protetti l-bnedmin u l-ambjent.

(12) L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ miżuri nazzjonali ta’ sostenn sabiex jiġi nkoraġġit l-użu ta’ żjut sintetiċi biodegradabili ta’ lubrikazzjoni għat-tnaqqis ta’ tniġġiż ta’ l-ilma minn dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni. L-introduzzjoni ta’ miżuri f’livell Komunitarju għandha tiġi kkunsidrata tul ir-reviżjoni ta’ din id-Direttiva.

(13) Għaż-żewġ tipi ta’ emissjoni in kwistjoni, id-data li tiċċertifika l-konformità tagħhom għandha dejjem tkun mad-dagħjsa ta’ rikreazzjoni, mad-dagħjsa personali jew ma’ l-magna.

(14) Standards Ewropej armonizzati, b’mod partikolari fir-rigward tal-kejl ta’ livelli u metodi ta’ test, jagħmluha iktar faċli li tintwera konformità mal-ħtiġiet essenzjali, wkoll fil-każ ta’ emissjonijiet mid-dgħajjes rikreazzjoni u d-dgħajjes personali koperti b’din id-Direttiva.

(15) In vista tan-natura tar-riskji involuti, huwa neċessarju li jiġu adottati proċeduri ta’ stima ta’ konformità sabiex jiġi assigurat il-livell neċessarju ta’ protezzjoni. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew, jekk ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom, il-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq u/jew tqiegħed fis-servizz. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri adegwati li jipprovdu għażla bejn proċeduri bi strettezza ekwivalenti. Dawk il-proċeduri għandhom jikkonformaw mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/EEC tat-22 ta’ Lulju 1993 li tikkonċerna l-moduli għall-fażijiet varji tal-proċeduri ta’ stima ta’ konformità u r-regoli għat-twaħħil u l-użu ta’ mmarkar ta’ konformità KE li huma maħsuba li jintużaw f’Direttivi tekniċi ta’ armonizzazzjoni [8].

(16) Sa fejn huma kkonċernati emissjonijiet ta’ l-ispurgar, it-tipi kollha ta’ magni, inklużi dgħajjes personali u dgħajjes oħra ta’ qawwa simili, għandu jkollhom il-marka KE mwaħħla mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità, ħlief magni abbord u magni li jinsaqu mill-poppa mingħajr spurgar integrali, magni approvati skond it-tip skond l-istdaju II tad-Direttiva 97/68/KE [9] u magni approvati skond it-tip skond id-Direttiva 88/77/KEE [10] li għandu jkollhom magħhom id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-fabbrikant. Sa fejn huma kkonċernati emissjonijiet ta’ storbju, biss magni esterjuri u magni li jinsaqu mill-poppa b’ispurgar integrali għandu jkollhom il-marka KE imwaħħla mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew mill-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq u/jew tqiegħdu fis-servizz fil-Komunità. Għal emissjonijiet ta’ storbju u għat-tipi kollha ta’ magni, ħlief magni esterjuri u inġanji li jinsaqu mill-poppa bi spurgar integrali, il-marka KE imwaħħla fuq id-dagħjsa turi konformità mal-ħtiġiet essenzjali rilevanti.

(17) Id-Direttiva 94/25/KE għandha tiġi emendata wkoll sabiex tieħu kont tal-ħtiġiet ta’ fabbrikazzjoni, li jeħtieġu għażla akbar ta’ proċeduri ta’ ċertifikazzjoni.

(18) Bl-iskop ta’ ċarezza legali u sabiex jiġi assigurat l-użu sigur ta’ dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, huwa neċessarju li jiġu kkjarifikati numru ta’ kwistjonijiet tekniċi li jirrelataw għall-ħtiġiet essenzjali ta’ kostruzzjoni ta’ dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni li jikkonċernaw il-kategoriji tad-diżinn tad-dagħjsa, it-tagħbija masima rakkomandata, in-numru ta’ identifikazzjoni tad-dagħjsa, it-tankijiet tal-karburant, it-tagħmir għat-tifi tan-nar u l-prevenzjoni ta’ skarika.

(19) Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ mill-qrib tat-teknoloġija tal-magna u tal-bżonn li jiġu sodisfatti ħtiġiet futuri ambjentali ta’ protezzjoni sabiex tiġi eżaminata l-possibiltà li jitnaqqsu iktar il-valuri limiti għal emissjonijiet ta’ storbju u spurgar.

(20) Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ miżuri li jikkonċernaw il-funzjonament effiċjenti ta’ leġislazzjoni, il-proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-kwadru ta’ Kumitat għandha tinżamm u tiġi rinfurzata.

(21) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ poteri ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni [11].

(22) Huwa neċessarju li jiġi previst għal arranġament transitorju li jippermetti lil ċerti prodotti li jikkonformaw mar-regoli nazzjonali fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva li jitqiegħdu fis-suq u/jew jitqiegħdu fis-servizz,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 94/25/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 1

Il-Qasam ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

1. Din id-Direttiva għandha tapplika:

(a) fir-rigward tad-diżinn u l-kostruzzjoni, għal:

(i) dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u dgħajjes parzjalment kompletati;

(ii) dgħajjes personali;

(iii) komponenti msemmija fl-Anness II meta mqiegħda fis-suq Komunitarju separatament u meta maħsuba għal installazzjoni;

(b) fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ l-ispurgar, għal:

(i) magni ta’ propulsjoni li huma installati jew speċifikament maħsuba għal installazzjoni fuq jew f’dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u dgħajjes personali;

(ii) magni ta’ propulsjoni installati fuq jew f’dawn id-dgħajjes li huma soġġetti għal "modifika maġġuri tal-magna".;

(ċ) fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ storbju, għal:

(i) dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’magni li jinsaqu mill-poppa mingħajr spurgar integrali jew installazzjonijiet abbord l-magna;

(ii) dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’magni li jinsaqu mill-poppa mingħajr spurgar integrali jew b’installazzjonijiet abbord ta’ propulsjoni li huma soġġetti għal konverżjoni maġġuri tad-dagħjsa u sussegwentement imqiegħda fis-suq Komunitarju fi żmien ħames snin wara l-konverżjoni;

(iii) dgħajjes personali;

(iv) magni esterjuri u magni li jinsaqu mill-poppa bi spurgar integrali maħusba għal installazzjoni fuq dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni;

(d) għal prodotti li jaqgħu taħt (a)(ii), (b) u (ċ), id-disposizzjonijeit ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw biss mill-ewwel tqegħid fis-suq u/jew tqegħid fis-servizz wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

2. Dan li ġej għandu jiġi eskluż mill-qasam ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva:

(a) fir-rigward tal-paragrafu 1(a):

(i) dgħajjes maħsuba biss għat-tlielaq, inklużi dgħajjes tat-tlielaq bil-qdief u dgħajjes bil-qdief għat-taħriġ, ittikkettati hekk mill-fabbrikant;

(ii) kenuri u kayakki, gondoli u pedali;

(iii) surfboards bil-qlugħ;

(iv) surfboards, inklużi surfboards b’magna;

(v) dgħajjes storiċi oriġinali u repliki individwali tagħhom iddiżinjati qabel l-1950, mibnija b’mod predominanti bil-materjali oriġinali u ttikkettati hekk mill-fabbrikant;

(vi) dgħajjes sperimentali, sakemm mhumiex sussegwentement imqiegħda fis-suq Komunitarju;

(vii) dgħajjes mibnija għall-użu proprju, sakemm mhumiex sussegwentement imqiegħda fis-suq Komunitarju tul perjodu ta’ ħames snin;

(viii) dgħajjes maħsuba speċifikament sabiex jiġu mgħammra b’ekwipaġġ u jittrasportaw passiġġieri għal skopijiet kummerċjali, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3(a), b’mod partikolari dawk definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE ta’ l-4 ta’ Ottubru 1982 li tistabbilixxi ħtiġiet tekniċi għal bastimenti fuq passaġġi ta’ l-ilma interni [*] ĠU L 301, tat-28.10.1982, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994, minkejja x’ikun in-numru tal-passiġġieri;

(ix) sommersibili;

(x) vetturi bil-kuxxinett ta’ l-arja;

(xi) hydrofoils;

(xii) dgħajjes ta’ kombustjoni esterna misjuqa bil-fwar, b’karburanti ta’ faħam, coke, injam, żejt jew gass;

(b) fir-rigward tal-paragrafu 1(b):

(i) magni ta’ propulsjoni installati jew speċifikament maħsuba għal installazzjoni fuq dawn li ġejjin:

- dgħajjes maħsuba biss għat-tlielaq u ttikketati b’dan il-mod mill-fabbrikant,

- dgħajjes sperimentali, sakemm mhumiex sussegwentement imqiegħda fis-suq Komunitarju,

- dgħajjes maħsuba speċifikament biex jiġu mgħammra bl-ekwipaġġ u biex jittrasportaw passiġġieri għal skopijiet kummerċjali, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3(a), b’mod partikolari dawk definiti fid-Direttiva 82/714/KEE, ikun x’ikun in-numru ta’ passiġġieri,

- sommersibili,

- vetturi b’kuxxinetti ta’ l-arja,

- hydrofoils;

(ii) repliki oriġinali u individwali ta’ magni storiċi ta’ propulsjoni, li huma bbażati fuq diżinn qabel is-snin 1950, mhux prodotti fis-serje u mgħammra fuq dgħajjes imsemmija fil-paragrafu 2(a)(v) u (vii);

(iii) magni ta’ propuksjoni mibnija għal użu proprju sakemm ma jitqiegħdux sussegwentement fis-suq Komunitarju tul perjodu ta’ ħames snin;

(ċ) fir-rigward tal-paragrafu 1(ċ):

- id-dgħajjes kollha msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu,

- dgħajjes mibnija għal użu proprju, sakemm mhumiex sussegwentement imqiegħda fis-suq Komunitarju tul perjodu ta’ ħames snin.

3. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) "dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni".: kwalunkwe dagħjsa ta’ kwalunkwe tip maħsuba għal sports u skopijiet ta’ rikreazzjoni ta’ buq ta’ tul minn 2,5 m sa 24 m, imkejjel skond l-istandard armonizzat, minkejja x’inhuma l-mezzi ta’ propulsjoni; il-fatt li l-istess dagħjsa tista’ tintuża għal charter jew għal taħriġ ta’ użu għal rikreazzjoni m’għandux iżommha milli tiġi koperta b’din id-Direttiva meta titqiegħed fis-suq Komunitarju għal skopijiet ta’ rikreazzjoni;

(b) "dgħajjes personali".: dagħjsa inqas minn 4 m fit-tul li tuża magna interna ta’ kombustjoni li għandha pompa ta’ l-ilma jet bħala l-fonti primarja tagħha ta’ propulsjoni u maħsuba sabiex tiġi operata minn persuna jew persuni bil-qiegħda, bil-wieqfa jew għarkubbtejhom, iktar milli fil-konfini ta’ buq;

(ċ) "magna ta’ propulsjoni".: kwalunkwe magna ta’ kombustjoni interna, b’spark ignition jew bil-kompressjoni użat għal skopijiet ta’ propulsjoni, inkluż sewqan mill-poppa b’magna abbord ta’ żewġ ċikli jew b’erba’ ċikli bi spurgar integrali jew mingħajru u magni esterjuri;

(d) "modifika maġġuri tal-magna".: il-modifika tal-magna li:

- tista’ potenzjalment tikkawża li l-magna teċċedi l-limiti ta’ emissjoni stabbiliti fl-Anness I. B. eskluża s-sostituzzjoni ta’ rutina ta’ komponenti tal-magna li ma jalterawx il-karatteristiċi ta’ emissjoni, jew

- iżżid il-qawwa tal-magna b’iktar minn 15 %;

(e) "konverżjoni maġġuri tad-dagħjsa".: koverżjoni ta’ dagħjsa li:

- tbiddel il-mezz ta’ propulsjoni tad-dagħjsa,

- tinvolvi modifika maġġuri tal-magna,

- tagħmel bdil fid-dagħjsa b’tali mod li tiġi kkunsidrata dagħjsa ġdida;

(f) "mezz ta’ propulsjoni".: il-metodu mekkaniku li permezz tiegħu tinsaq id-dagħjsa, b’mod partikolari skruni marini jew sistemi mekkaniċi ta’ sewqan bil-jet ta’ l-ilma;

(g) "il-familja tal-magna".: it-tqassim ta’ l-magni mill-fabbrikant, li, permezz tad-diżinn tagħhom, huma mistennija jkollhom karatteristiċi simili ta’ spurgar u li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ emissjoni ta’ din id-Direttiva;

(h) "fabbrikant".: kwalunkwe persuna fiżika jew guridila li tiddiżinja u tiffabbrika prodott kopert minn din id-Direttiva jew li għandha prodott ta’ dan it-tip iddiżinjat u/jew iffabbrikat b-iskop li jitqiegħed fis-suq għan-nom tagħha;

(i) "rappreżentant awtorizzat".: kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li rċeviet mandat bil-miktub mill-fabbrikant sabiex taġixxi għan-nom tiegħu fir-rigward ta’ l-obbligu ta’ dan ta’ l-aħħar taħt din id-Direttiva.".

2. L-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 4

Il-moviment liberu ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)

1. Stati Membri m’għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz fit-territorju tagħhom ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) bil-marka KE msemmija fl-Anness IV, li tindika l-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva, inklużi l-proċeduri ta’ konformità stabbiliti fil-Kapitolu II.

2. Stati Membri m’għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta’ dgħajjes parzjalment kompletati meta l-bennej jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq jiddikjaraw, skond l- Annex IIIa, li huma maħsuba sabiex jiġu kompletati minn oħrajn.

3. Stati Membri m’għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu it-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ komponenti msemmija fl-Anness II u li jkollhom il-marka KE msemmija fl-Anness IV li tindika l-konformità tagħhom mal-ħtiġiet rilevanti essenzjali meta dawn il-komponenti jkollhom magħhom dikjarazzjoni bil-miktub ta’ konformità kif previst fl-Anness XV u huma maħsuba sabiex jiġu inkorporati f’dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, skond id-dikjarazzjoni msemmija fl-Anness IIIb, tal-fabbrikant, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew, fil-każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiż terz, ta’ kwalunkwe persuna li tqiegħed dawn il-komponenti fis-suq Komunitarju.

4. Stati Membri m’għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’:

- magni abbord u magni ta’ propulsjoni li jinsaqu mill-poppa mingħajr spurgar integrali,

- magni approvati skond it-tip skond id-Direttiva 97/68/KE [*] Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għal miżuri kontra l-emissjoni ta’ pollutanti gassużi u ta’ partikolati minn inġenji ta’ kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 59, tas-27.2.1998, p. 1). Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/63/KE (ĠU L 227, tat-23.8.2001, p. 41). li huma in konformità ma’ l-istadju II previst fis-sezzjoni 4.2.3 ta’ l-Anness I ma’ dik id-Direttiva u ta’,

- magni approvati skond it-tip skond id-Direttiva 88/77/KEE [**] Council Directive 88/77/EEC of 3 December 1987 on the approximation of the laws of the Member States relating to the measures to be taken against the emission of gaseous and particulate pollutants from compression ignition engines for use in vehicles, and the emission of gaseous pollutants from positive ignition engines fuelled with natural gas or liquefied petroleum gas for use in vehicles (OJ L 36, 9.2.1988, p. 33). Directive as last amended by Commission Directive 2001/27/EC (OJ L 107, 18.4.2001, p. 10).;

meta l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jiddikjaraw skond l-Anness XV.3 li l-magna tissodisfa l-ħtiġiet ta’ emissjoni ta’ din id-Direttiva, meta installat f’dagħjsa ta’ rikreazzjoni jew dagħjsa personali skond l-istruzzjonijiet forniti tal-fabbrikant.

5. F’fieri, wirjiet, eżibizzjonijiet, eċċ. l-Istati Membri m’għandhomx jikkreaw ostakoli għall-wiri tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva, sakemm hemm sinjal viżibbli li jindika li dawn il-prodotti ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq jew itqiegħdu fis-servizz sakemm ma jikkonformawx.

6. Meta l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) huma soġġetti għal Direttivi oħra li jkopru aspetti oħra u li jipprovdu għat-twaħħil ta’ l-immarkar KE, dan ta’ l-aħħar għandu jindika li dawn il-prodotti huma wkoll preżunti li jikkonformaw mad-disposizzjonijeit ta’ dawk id-Direttivi l-oħra. L-immarkar KE għandu jindika konformità mad-Direttivi applikabbli jew partijiet rilevanti tagħhom. F’dan il-każ, id-dettalji tad-Direttivi msemmija applikati mill-fabbrikant, kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom jingħataw fid-dokumenti, id-dikjarazzjoni ta’ konformità jew l-istruzzjonijiet meħtieġa bid-Direttivi u li jkunu ma’ dawn il-prodotti.";

3. l-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit:

"L-Artikolu 6a

Il-Proċedura tal-Kumitat

1. Emendi li huma neċessarji, fid-dawl ta’ l-evoluzzjoni ta’ tagħrif tekniku u evidenza xjentifika ġdida, għall-ħtiġiet ta’ l-Anness I. B.2 u l-Anness I. C.1 esklużi modifiki diretti jew indiretti għal valuri ta’ emissjoni ta’ spurgar jew storbju u għall-valuri ta’ proporzjon Froude u P/D għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni assistita mill-Kumitat Permanenti stabbilit skond l-Artikolu 6(3), waqt li jaġixxi bħala kumitat regolatorju skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2. Kwistjonijiet li għandhom jiġu trattati għandhom jinkludu l-karburanti ta’ referenza u l-istandards li għandhom jintużaw għal l-ittestjar ta’ emissjonijiet ta’ spurgar u storbju.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’qies għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tlett xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.";

4. l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"1. Meta Stat Membru jaċċerta li prodotti li jaqgħu fil-qasam ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 1 u li għandhom l-immarkar KE imsemmi fl-Anness IV, meta ddiżinjati tajjeb, mibnija, installati meta approprjat, mantnuti u wżati skond l-iskop intiż tagħhom jistgħu jipperikolaw is-sigurtà u s-saħħa ta’ persuni, proprjetà jew l-ambjent, għandu jieħu miżuri interim approprjati sabiex jirtirhom mis-suq jew jipprojbixxi jew jirrestrinġi t-tqegħid tagħhom fis-suq u/jew id-dħul tagħhom fis-servizz.";

5. L-Artikolu 7(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"3. Meta prodott li ma jikkonformax imsemmi fl-Artikolu 1 ikollu l-marka KE, il-miżuri approprjati għandhomjittieħdu mill-Istat Membru li għandu awtorità fuq min ikun waħħal il-marka; dak l-Istat Membru għandu jinfroma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan.";

6. L-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 8

1. Qabel it-tqegħid fis-suq, u/jew id-dħul fis-servizz, tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandhom japplikaw il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.

Fil-każ ta’ stima wara l-kostruzzjoni għal dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, jekk la l-fabbrikant u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità ma jissodisfaw ir-responsabbiltajiet għall-konformità tal-prodott ma’ din id-Direttiva, din tista tiġi assunta minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tqiegħed il-prodott fis-suq, u/jew tqiegħdu fis-servizz, taħt ir-responsabbiltà proprja tagħha. F’dan il-każ, il-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz għandha tippreżenta applikazzjoni għal rapport wara l-kostruzzjoni lil korp notifikat. Il-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq u/jew tqiegħdu fis-servizz għandha tipprovdi lill-korp notifikat bi kwalunkwe dokument disponibbli u fajl tekniku li jirreferi għall-ewwel tqegħid fis-suq tal-prodott fil-pajjiż ta’ l-oriġini. Il-korp notifikat għandu jeżamina il-prodott individwali u jwettaq kalkoli u stimi oħra sabiex jassigura il-konformità ekwivalenti tiegħu mal-ħtiġiet rilevanti tad-Direttiva. F’dan il-każ, il-pjanċa tal-Bennej deskritta fl-Anness I, 2.2 għandha tinkludi l-kliem ("Ċertifikat ta’ wara l-Kostruzzjoni";). Il-korp notifikat għandu jfassal rapport ta’ konformità li jikkonċerna l-istima mwettqa u għandu jinforma lill-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq u/jew tqiegħdu fis-servizz bl-obbligi tagħha. Dik il-persuna għandha tfassal dikjarazzjoni ta’ konformità (ara l-Anness XV) u twaħħal, jew iġġiegħel li titwaħħal, il-marka KE b’magħha in-numru ta’ distinzjoni tal-korp rilevanti notifikat fuq il-prodott.

2. Fejn jidħlu d-diżinn u l-kostruzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(a), il-fabbrikant tad-dagħjsa jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbiliti fil-Komunità għandhom japplikaw il-proċeduri li ġejjin għal kategoriji tad-diżinn tad-dgħajjes A, B, Ċ u D kif imsemmija fis-sezzjoni 1 ta’ l-Anness I. A:

(a) għall-kategoriji A u B:

(i) għal dgħajjes minn 2,5 m sa 12 m tul tal-buq: il-kontroll intern ta’ produzzjoni kif ukoll testijiet (modulu Aa) imsemmija fl-Anness VI, jew l-eżami tat-tip KE (modulu B) kif deskritt fl-Anness VII, supplimentati b’konformità għat-tip (modulu Ċ) imsemmija fl-Anness VIII, jew kwalunkwe waħda mill-moduli li ġejjin: B + D, jew B + E, jew B + F, jew G jew H;

(ii) għal dgħajjes minn 12 m sa 24 m tul tal-buq: l-eżami tat-tip KE (modulu B) imsemmi fl-Anness VII supplimentat b’konformità għat-tip (modulu Ċ) imsemmi fl-Anness VIII, jew kwalunkwe mill-moduli li ġejjin: B + D, jew B + E, jew B + F, jew G jew H;

(b) għall-kategorija Ċ:

(i) għal dgħajjes minn 2,5 m sa 12 m tul tal-buq:

- meta hemm konformità ma’ l-istandards armonizzati li jirrelataw għas-Sezzjonijiet 3.2 u 3.3 ta’ l-Anness I. A: il-kontroll intern tal-produzzjoni (modulu A), imsemmi fl-Anness V, jew il-kontroll intern tal-produzzjoni kif ukoll testijiet (modulu Aa) imsemmi fl-Anness VI, jew l-eżami tat-tip KE (modulu B) kif deskritt fl-Anness VII, supplimentat b’konformità għat-tip (modulu Ċ) imsemmi fl-Anness VIII, jew kwalunkwe mill-moduli li ġejjin: B + D, jew B + E, jew B + F, jew G, jew H,

- meta ma jkunx hemm konformità ma’ l-istandards armonizzati li jirrelataw għas-Sezzjonijiet 3.2 u 3.3 ta’ l-Annex I. A: il-kontroll intern tal-produzzjoni kif ukoll it-testijiet (modulu Aa) imsemmi fl-Anness VI, jew l-eżami tat-tip KE (modulu B) kif deskritt fl-Anness VII, supplimentat b’konformità għat-tip (modulu Ċ) imsemmi fl-Anness VIII, jew kwalunkwe mill-moduli li ġejjin: B + D, jew B + E, jew B + F, jew G, jew H;

(ii) għal dgħajjes minn 12 m sa 24 m tul tal-buq: l-eżami tat-tip KE (modulu B) msemmi fl-Anness VII b’warajh konformità għat-tip (modulu Ċ) imsemmi fl-Anness VIII, jew kwalunkwe mill-moduli li ġejjin: B + D, jew B + E, jew B + F, jew G jew H;

(ċ) għall-kategorija D:

għal dgħajjes minn 2,5 m sa 24 m tul tal-buq: il-kontroll intern tal-produzzjoni (modulu A) msemmi fl-Anness V, jew il-kontrol intern tal-produzzjoni kif ukoll testijiet (modulu Aa) imsemmi fl-Anness VI, jew l-eżami tat-tip KE (modulu B) kif deskritt fl-Anness VII, issupplimentat b’konformità għat-tip (modulu Ċ) imsemmi fl-Anness VIII, jew kwalunkwe mill-moduli li ġejjin: B + D, jew B + E, jew B + F jew G jew H;

(d) għal dgħajjes personali:

il-kontroll intern ta’ produzzjoni (modulu A) msemmi fl-Anness V, jew il-kontroll intern tal-produzzjoni kif ukoll testijiet (modulu Aa) imsemmija fl-Anness VI, jew l-eżami tat-tip KE (modulu B) kif deskritt fl-Anness VII b’warajh konformità għat-tip (modulu Ċ) imsemmi fl-Anness VIII, jew kwalunkwe mill-moduli li ġejjin: B + D, jew B + E, jew B + F, jew G jew H;

(e) għal komponenti msemmija fl-Anness II: kwalunkwe mill-moduli li ġejjin: B + Ċ, jew B + D, jew B + F, jew G jew H.

3. Fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ spurgar:

għal prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b), il-fabbrikant tal-magna jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu japplika l-eżami tat-tip KE (modulu B) kif deskritt fl-Anness VII b’warajhom konformità għat-tip (modulu Ċ) imsemmi fl-Anness VIII, jew kwalunkwe mill-moduli li ġejjin: B + D, jew B + E, jew B + F, jew G jew H.

4. Fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ storbju:

(a) għal prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(ċ)(i) u (ii), il-fabbrikant tad-dagħjsa jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandhom japplikaw:

(i) meta t-testijiet jitmexxew bl-użu ta’ l-istandard armonizzat [*] EN ISO 14509. għal kejl ta’ l-istorbju: jew kontroll intern tal-produzzjoni kif ukoll testijiet (modulu Aa) imsemmija fl-Anness VI, jew verifika ta’ unità (modulu G) imsemmi fl-Anness XI, jew assigurazzjoni sħiħa ta’ kwalità (modulu H) imsemmi fl-Anness XII;

(ii) meta n-numru Froude u l-metodu tal-proporzjon ta’ l-ispajazzament tal-qawwa jintużaw għal stima: jew il-kontroll intern tal-produzzjoni (modulu A) imsemmi fl-Anness V, jew il-kontroll intern tal-produzzjoni kif ukoll testijiet (modulu Aa) imsemmi fl-Anness VI, jew verifika ta’ l-unità (modulu G) imsemmi fl-Anness XI, jew assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità (modulu H) imsemmi fl-Anness XII;

(iii) meta data tad-dgħajjes ċertifikata ta’ referenza, stabbilita skond il-punt (i), tintuża għal stima: jew kontroll intern ta’ produzzjoni (modulu A) imsemmi fl-Anness V, jew kontroll intern ta’ produzzjoni kif ukoll ħtiġiet supplimentari (modulu Aa) imsemmi fl-Anness VI, jew verifika ta’ unità (modulu G) imsemmi fl-Anness XI, jew assigurazzjoni kompleta ta’ kwalità (modulu H) imsemmija fl-Anness XII;

(b) għal prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(ċ)(iii) u (iv), id-dagħjsa personali/il-fabbrikant tal-magna jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbiliti fil-Komunità għandhom japplikaw: kontroll intern tal-produzzjoni kif ukoll ħtiġiet supplimentari msemmija fl-Anness VI (modulu Aa) jew il-modulu G jew H.";

7. L-Artikolu 10(1), (2) u (3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"1. Meta l-prodotti li ġejjin jitqiegħdu fis-suq, għandu jkollhom il-marka ta’ konformità KE:

(a) dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, dgħajjes personali u komponenti msemmija fl-Anness II, li huma meqjusa bħala li jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali korrispondenti stabbiliti fl-Anness I;

(b) magni esterjuri li huma meqjusa bħala li jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali stabbiliti fl-Annessi I. B u I.Ċ;

(ċ) magni li jinsaqu mill-poppa bi spurgar integrali li huma meqjusa bħala li jissodisfaw il-ħtiġiet esenzjali stabbiliti fl-Annessi I. B u I.Ċ.

2. Il-marka ta’ konformità KE, kif tidher fl-Anness IV, għandha tidher f’forma viżibbli, leġibbli u li ma titħassarx fuq id-dagħjsa u fuq id-dagħjsa personali bħal fil-punt 2.2 ta’ l-Anness I. A, fuq komponenti, kif imsemmi fl-Anness II u/jew fuq l-ippakkjar tagħhom, u fuq magni esterjuri u magni li jinsaqu minn wara bi spurgar integrali bħal fil-punt 1.1 ta’ l-Anness I. B.

L-immarkar KE għandu jkollu miegħu numru ta’ identifikazzjoni tal-korp responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proċeduri stabbiliti fl-Annessi IX, X, XI, XII, u XVI.

3. It-twaħħil ta’ mmarkar jew iskrizzjonijiet fuq prodotti koperti b’din id-Direttiva li x’aktarx jiżvijaw lil partijiet terzi fir-rigward tat-tifsira jew tal-forma ta’ l-immarkar KE għandu jiġi pprojbit. Kwalunkwe mmarkar ieħor jista’ jitwaħħal ma’ prodotti koperti b’din id-Direttiva u/jew fuq l-ippakkjar tagħhom sakemm il-viżibbiltà u l-leġibbiltà ta’ l-immarkar KE ma jitnaqqasx.";

8. L-Anness I huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. l-intestatura għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

"

L-ANNESS I

ĦTIĠIET ESSENZJALI

OSSERVAZZJONI PRELIMINARI

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness il-kelma "dagħjsa" għandha tkopri dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u dgħajjes personali.

A. Ħtiġiet essenzjali ta' sigurtà għad-diżinn u l-kostruzzjoni tal-bastiment.

"

;

2. It-tabella taħt

"1. KATEGORIJI TAD-DIŻINN TAD-DGĦAJJES"

għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

"Kategorija tad-diżinn | Il-Forza tar-riħ (l-iskala Beaufort) | L-għoli sinifikanti tal-mewġ (H 1/3, metri) |

A -"Oċean" | teċċedi 8 | teċċedi 4 |

B -"Barra x-xtut" | Sa u tinkludi, 8 | Sa u tinkludi, 4 |

Ċ -"Ġewwa x-xtut" | Sa u tinkludi, 6 | Sa u tinkludi, 2 |

D -"Ilmijiet kennija" | Sa u tinkludi, 4 | Sa u tinkludi 0,3" |

3. id-definizzjoni tal-Kategorija tad-Diżinn tad-Dagħjsa A għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

"A. Oċean: Maħsub għal vjaġġi estiżi fejn il-kondizzjonijiet jistgħu jeċċedi il-forza tar-riħ 8 (skala Beaufort) u għoli sinifikanti ta’ mewġ ta’ 4 m u iktar imma esklużi kondizzjonijiet anormali, u dgħajjes fil-biċċ l-kbira awtosuffiċjenti.";

4. id-definizzjoni ta’ Kategorija D tad-Diżinn tad-Dgħajjes għandha tiġi sostitwita b’li ġej:

"D. Ilmijiet kennija — Maħsuba għal vjaġġi fuq ilmijiet kostali kennija, bajjiet żgħar, lagi żgħar, xmajjar u kanali meta kondizzjonijiet sa, u inkluża l-forza tar-riħ 4 u għoli sinifikanti ta’ mewġ sa, u inkluż, 0,3 m jistgħu jiġu esperjenzjati, b’mewġ okkażjonali ta’ għoli massimu ta’ 0,5 m, per eżempju minn dgħajjes li għaddejjin";

5. l-aħħar subparagrafu taħt is-sezzjoni 1.

"Kategoriji tad-diżinn tad-dgħajjes"

għabdha tiġi sostitwita b’li ġej:

"Dgħajjes f’kull Kategorija għandhom jiġu ddiżinjati u jinbnew sabiex jifilħu dawn il-parametri fir-rigward ta’ stabbilità, u l —kapaċità li jżommu f’wiċċ l-ilma , u ħtiġiet essenzjali oħra rilevanti elenkati fl-Anness I, u li kollhom karatteristiċi tajbin ta’ l-immaniġġjar.";

6. it-test taħt is-sezzjoni 2.

"Ħtiġiet ġenerali"

għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Prodotti li jaqgħu taħt l-Artikolu 1(1)(a) għandhom jikkonformaw mal-htiġiet essenzjali sa fejn japplikaw għalihom.";

7. fis-sezzjoni 2.1:

(a) it-titolu għandu jinqara kif ġej: "L-identifikazzjoni tad-dagħjsa";

(b) il-kliem ta’ introduzzjon għandu jinqara kif ġej:

"Kull dagħjsa għandha tiġi mmarkata b’numru ta’ identifikazzjoni li jinkludi l-informazzjoni li ġejja:";

8. fis-sezzjoni 2.2

"Il-Pjanċa tal-Bennej"

, ir-raba’ inċiż għandu jinqara kif ġej:

"— it-tagħbija massima rakkomandata tal-fabbrikant derivata mis-sezzjoni 3.6 eskluż il-piż tal-kontenut tat-tankijiet fisi meta mimlija";

9. fis-sezzjoni 3.6

"It-tagħbija massima rakkomandata tal-fabbrikant"

il-kliem li ġej għandu jitħassar:

"…, kif immarkat fuq il-pjanċa tal-bennej,…";

10. is-sezzjoni li ġejja għandha tiżdied fis-sezzjoni 5

"Ħtiġiet ta’ installazzjoni"

:

"5.1.5. Dgħajjes personali li joperaw mingħajr sewwieq.

Dgħajjes personali għandhom ikunu maħsuba jew bi qtugħ awtomatiku ta’ magna jew b’apparat awtomatiku li jipprovdi moviment il quddiem b’veloċità mnaqqsa, ċirkolari meta s-sewwieq jinżel deliberatament jew jaqa’ l-baħar.";

11. is-sezzjoni 5.2.2 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

"5.2.2. Tankijiet tal-karburant

Tankijiet tal-karburant, linji u manek għandhom jintrabtu u jiġu sseparati jew protetti minn kwalunkwe fonti ta’ sħana sinifikanti. Il-materjal li t-tankijiet huma magħmulin minnu u l-metodu tagħhom ta’ kostruzzjoni għandu jkun skond il-kapaċità tagħhom u t-tip ta’ karburant. L-ispazji kollha tat-tankijiet għandhom ikunu ventilati.

Il-karburant tal-petrol għandu jinżamm f’tankijiet li ma jiffurmawx parti mill-buq u huma:

(a) insulati mill-kompartiment tal-magna u minn kull fonti oħra ta’ injezzjoni;

(b) separat minn kwartieri ta’ l-għixien;

Karburant diżil jista’ jinżamm f’tankijiet li huma integrali mal-buq.";

12. is-sezzjoni 5.6.2 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

"5.6.2. Tagħmir għat-tifi tan-nar

Dgħajjes għandhom ikunu forniti b’tagħmir għat-tifi tan-nar approprjat għall-perikolu tan-nar, jew il-pożizzjoni u l-kapaċità ta’ tagħmir għat-tifi tan-nar approprjat għall-perikolu tan-nar għandhom jiġu indikati. Id-dagħjsa m’għandhiex titqiegħed fis-servizz sakemm ma jkunx qiegħed fil-post it-tagħmir approprjat għat-tifi tan-nar. Egħluq ta’ l-magni bil-petrol għandhom jiġu protetti b’sistema għat-tifi tan-nar li tevita l-bżonn li jinfetaħ il-post ta’ l-egħluq fil-każ ta’ nar. Meta mgħammra, extinguishers mobbli għandhom ikunu lesti u aċċessibbli u wieħed għandu jiġi pożizzjonat b’tali mod li jista’ jintlaħaq faċilment mill-pożizzjoni ewlenija ta’ tmexxija tad-dagħjsa.";

13. is-sezzjoni 5.8 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

"5.8. Il-prevenzjoni ta’ l-iskarika u installazzjonijiet li jiffaċilitaw il-kunsinna fuq l-art ta’ l-iskart

Id-Dgħajjes għandhom jinbnew b’tali mod li jipprevjenu l-iskarika inċidentali ta’ inkwinanti (żejt, karburant, eċċ.) għall-baħar.

Dgħajjes mgħammra b’ toilets għandu jew ikollhom:

(a) tankijiet kontenituri, jew

(b) provviżjoni biex jitwaħħlu tankijiet kontenituri.

Dgħajjes b’tankijiet kontenituri installati b’mod permanenti għandhom ikunu mgħammra b’konnessjoni standard ta’ skarika sabiex il-pajpijiet tal-faċilitajiet ta’ reċezzjoni ikunu jistgħu jitqabbdu mal-linja ta’ l-iskarika tad-dagħjsa.

Barra minn dan, kwalunkwe pajpijiet għaddejjin mill-buq għal skart uman għandhom jitwaħħlu b’valvoli li huma kapaċi jitqiegħdu fil-pożizzjoni magħluqin.";

14. il-partijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu:

"B. Ħtiġiet essenzjali għal emissjonijeit ta’ spurgar minn magni tal-propulsjoni

Magni ta’ propulsjoni għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali li ġejjin għal emissjonijiet ta’ l-ispurgar.

1. L-identifikazzjoni tal-magna

1.1. Kull magna għandha tiġi mmarkata b’mod ċar bl-informazzjoni li ġejja:

- it-trademark jew l-isem kummerċjali tal-fabbrikant tal-magna,

- it-tip ta’ magna, il-familja tal-magna, jekk applikabbli,

- numru uniku ta’ identifikazzjoni tal-magna,

- immarka KE, jekk meħtieġ taħt l-Artikolu 10.

1.2. Dawn il-marki għandhom jibqgħu għall-ħajja normali tal-magna u għandhom jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux. Jekk jintużaw tikketti jew pjanċi għandhom jitwaħħlu b’tali mod li t-twaħħil iservi għall-ħajja normali tal-magna, u t-tikketti/l-pjanċi ma jistgħux jitneħħew mingħajr ma jiġu distrutti jew jitħassrilhom il-wiċċ.

1.3. Dawn il-marki għandhom ikunu ma’ parti tal-magna neċessarja għall-operazzjoni normali tal-magna u li normalment ma teħtieġx sostituzzjoni tul il-ħajja tal-magna.

1.4. Dawn il-marki għandhom jiġ allokati sabiex il-persuna medja tarhom mill-ewwel wara li l-magna tkun inbniet bil-komponenti kollha neċessarji għall-operazzjoni tal-magna.

2. Ħtiġiet ta’ emissjoni ta’ l-ispurgar

Magni ta’ propulsjon għandhom jiġu ddiżinjati, jinbnew u jiġu assemblati sabiex meta installati b’mod korrett u f’użu normali, l-emissjonijiet m’għandhomx jeċċedu l-valuri limiti ottenuti mit-tabella li ġejja:

Tabella 1

(g/kWh) |

Tip | Monossidu tal-Kubrit CO = A + B/PNn | Idrokarburi CH = A + B/PNn | Ossidi tan-Nitroġenu NOX | Partikulati PT |

A | B | N | A | B | n |

Spark ignition b’żewġ ċikli | 150,0 | 600,0 | 1,0 | 30,0 | 100,0 | 0,75 | 10,0 | Mhux applikabbli |

Spark ignition b’ erba’ ċikli | 150,0 | 600,0 | 1,0 | 6,0 | 50,0 | 0,75 | 15,0 | Mhux applikabbli |

Compression ignition | 5,0 | 0 | 0 | 1,5 | 2,0 | 0,5 | 9,8 | 1,0 |

Meta A, B u n huma kostanti skond it-tabella, PN hija l-qawwa ta’ rata tal-magna f’kW u l-emissjonijiet ta’ l-ispurgar jitkejjlu skond l-istandard armonizzat [*] EN ISO 8178-1: 1996..

Għal magni’ l fuq minn 130 kW jew E3 (IMO) jew E5 (sajd dilettanti) ċikli utli jistgħu jintużaw.

Il-karburanti ta’ referenza li għandhom jintużaw għat-test ta’ emissjonijiet għal magni b’karburant ta’ petrol u diżil għandhom ikunu kif speċifikati fid-Direttiva 98/69/KE (L-Anness IX, Tabelli 1 u 2), u għal dawk l-magni b’karburant ta’ Gass Likwidu tal-Petroleum kif speċifikat fid-Direttiva 98/77/KE.

3. Id-Durabilità

Il-fabbrikant tal-magna għandu jforni installazzjoni tal-magna u istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni, li jekk applikati għandhom ifissru li l-magna f’użu normali tibqa’ tikkonforma mal-limiti għolja tul il-ħajja normali tal-magna u taħt kondizzjonijiet normali ta’ użu.

Din l-informazzjoni għandha tiġi ottenuta mill-fabbrikant tal-magna permezz ta’ l-użu ta’ testing preċedenti ta’ reżistenza, ibbażat fuq ċikli normali ta’ operazzjoni, u bil-kalkolu ta’ l-għejja tal-komponent sabiex l-istruzzjonijiet neċessarji ta’ manutenzjoni jistgħu jiġu ppreparati mill-fabbrikant u joħorġu ma’ l-magni l-ġodda kollha meta l-ewwel imqiegħda fis-suq.

Il-ħajja normali tal-magna hija kkunsidrata li tfisser:

(a) magni abbord jew li jinsaqu mill-poppa bi spurgar integrali jew mingħajru: 480 siegħa jew 10 snin, kwalunkwe minn dawn iseħħ l-ewwel;

(b) magni ta’ dgħajjes personali: 350 siegħa jew ħames snin, kwalunkwe minn dawn iseħħ l-ewwel;

(ċ) magni esterjuri: 350 siegħa jew 10 snin, kwalunkwe minn dawn iseħħ l-ewwel.

4. Il-Librett tas-Sid

Kull magna għandha tiġi pprovduta b’librett tas-sid fil-lingwa jew lingwi Komunitarji, li tista’ tiġi determinata mill-Istat Membru li fih l-magna għandha titqiegħed fis-suq. Il-librett għandu:

(a) jipprovdi istruzzjonijiet għall-installazzjoni u l-manutenzjoni meħtieġa għall-assigurazzjoni tal-funzjonament sewwa tal-magna sabiex tissodisfa l-ħtiġiet tal-paragrafu 3, (Reżistenza);

(b) jispeċifika l-qawwa tal-magna meta mkejjla skond l-istandard armonizzat.

Ċ. Ħtigiet essenzjali għal emissjonijeit ta’ storbju

Dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’magni abbord jew li jinsaqu mill-poppa mingħajr spurgar integrali, dgħajjes personali u magni esterjuri u magni li jinsaqu mill-poppa bi spurgar integrali għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali li ġejjin għal emissjonijiet ta’ storbju.

1. Livelli ta’ emissjonijiet ta’ storbju

1.1. Dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’magni abbord jew li jinsaqu mill-poppa mingħajr spurgar integrali, dgħajjes personali u magni esterjuri u magni li jinsaqu mill-poppa bi spurgar integrali għandhom jiġu ddiżinjati, jinbnew u jiġu assemblati sabiex l-emissjonijiet ta’ l-istorbju mkejjla skond it-testijiet definiti fl-istandard armonizzat [**] EN ISO 14509. m’għandhomx jeċċedu l-valuri limiti fit-tabella li ġejja:

Tabella 2

Qawwa ta’ magna wieħed F’ kW | Il-Livell massimu tal-Pressjoni tal-Ħoss = LpASmax F’ dB |

PN ≤ 10 | 67 |

10 < PN ≤ 40 | 72 |

PN >40 | 75 |

Fejn PN = qawwa ta’ rata ta’ magna f’ kW b’veloċità ta’ rata u LpASmax = livell tal-pressjoni massima tal-ħoss f’ dB.

Għal unitajiet ta’ magna doppju u magna multiplu tat-tipi kollha ta’ magna tista’ tiġi applikata allowance ta’ 3 dB.

1.2. Bħala alternattiva għal testijiet tal-kejl tal-ħoss, dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’konfigurazzjoni abord tal-magna jew konfigurazzjoni ta’ magna li tinsaq mill-poppa, mingħajr spurgar integrali, għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma’ dawn il-ħtiġiet ta’ l-istorbju jekk għandhom numru Froude ta’ < = 1,1 u proporzjon ta’ spjazzament tal-qawwa ta’ < = 40 u meta l-magna u s-sistema ta’ apurgar huma installati skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant tal-magna.

1.3. "In-Numru Froude" għandu jiġi kkalkulat billi l-veloċità massima tad-dagħjsa V (m/s) tinqasam bl-isquare root tat-tul tal-linja ta’ l-ilma lwl (m) multipplikat b’kostanti mogħtija ta’ gravità, (g = 9,8 m/s2)

Fn =

.

"Il-Proporzjon ta’ l-ispjazzament tal-qawwa" għandu jiġi kkalkulat billi l-qawwa tal-magna P (kW) tinqasam bl-ispjazzament tad-dagħjsa.

D

=

1.4. Bħala alternattiva ulterjuri għal testijiet tal-kejl tal-ħoss, dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’konfigurazzjonijiet ta’ magna abbord jew li tinsaq mill-poppa mingħajr spurgar integrali, għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma’ dawn il-ħtiġiet ta’ l-istorbju jekk il-parametri tad-diżinn kjavi tagħhom huma l-istess bħal jew kompatibbli ma’ dawk ta’ dagħjsa ċertifikata ta’ referenza għal tolleranzi speċifikati fl-istandard armonizzat.

1.5. "Dagħjsa ċertifikata ta’ referenza" għandha tfisser kombinazzjoni speċifika ta’ magna fil-buq/abbord jew magna li tinsaq mill-poppa mingħajr spurgar integrali li nstab li jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ emissjoni tal-ħoss, meta mkejjel skond is-sezzjoni 1.1, u li għalih il-parameti prinċipali approprjati kollha tad-diżinn u l-kejl tal-livell tal-ħoss ġew inklużi sussegwentement fil-lista ppubblikata ta’ dgħajjes ċertifikati ta’ referenza.

2. Il-Librett tas-sid

Għal dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’magna abbord jew magni li jinsaqu mill-poppa bi spurgar integrali jew mingħajru u dgħajjes personali, il-librett tas-sid meħtieġ taħt l-Anness I. A. Sezzjoni 2.5, għandu jinkludi informazzjoni neċessarja sabiex id-dagħjsa u s-sistema ta’ spurgar jinżammu f’kondizzjoni li, sa fejn hi prattikabbli, tassigura konformità mal-valuri limiti speċifikati ta’ storbju meta f’użu normali.

Għal magni esterjuri, il-librett tas-sid meħtieġ taħt l-Anness I. B.4 għandu jipprovdi istruzzjonijiet neċessarji sabiex il-magna esterjuri tinżamm f’kondizzjoni, li sa fejn hi prattikabbli, tassigura konformità mal-valuri limiti speċifikati ta’ l-isotrbju meta f’użu normali."

9. Is-Sezzjoni 4 ta’ l-Anness II għandha tinqara kif ġej:

"4. Tankijiet tal-karburant maħsuba għal installazzjonijiet fissi u manek tal-karburant.";

10. L-Anness VI għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"

L-ANNESS VI

IL-KONTROLL INTERN TAL-PRODUZZJONI KIF UKOLL TESTIJIET (Modulu Aa, l-għażla 1)

Dan il-modulu jikkonsisti f’modulu A, kif imsemmi fl-Anness V, kif ukoll il-ħtiġiet supplimentari li ġejjin:

A. Id-Diżinn u l-kostruzzjoni

Fuq dagħjsa waħda jew diversi dgħajjes li jirrappreżentaw il-produzzjoni tal-fabbrikant test wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin, kalkolu ekwivalenti jew kontroll għandhom jitwettqu mill-fabbrikant għan-nom tiegħu:

(a) test ta’ stabbiltà skond is-sezzjoni 3.2 tal-Ħtiġiet Essenzjali (L-Anness IA);

(b) test tal-karatteristiċi tal-kapaċità li tibqa’ f’wiċċ l-ilma skond is-sezzjoni 3.3 tal-Ħtiġiet Essenzjali (L-Anness IA).

Dispożizzjonijiet komuni għaż-żewġ varjazzjonijiet:

Dawn it-testijiet jew kalkoli jew kontroll għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ta’ korp notifikat magħżul mill-fabbrikant.

B. Emissjonijiet ta’ l-istorbju

Għal dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni mgħammra b’magni abbord jew li jinsaqu mill-poppa mingħajr spurgar integrali u għal dgħajjes personali:

Fuq dagħjsa waħda jew diversi dgħajjes li jirrappreżentaw il-produzzjoni tal-fabbrikant tad-dagħjsa, it-testijiet ta’ emissjoni tal-ħoss definiti fl-Anness I.Ċ għandhom jitwettqu mill-fabbrikant tad-dgħajjes, jew għan-nom tiegħu, taħt ir-responsabbiltà ta’ korp notifikat magħżul mill-fabbrikant.

Għal magni esterjuri u magni li jinsaqu mill-poppa bi spurgar integrali:

Fuq magna wieħed jew diversi magni ta’ kull familja ta’ magna li tirrappreżenta l-produzzjoni tal-fabbrikant tal-magna, it-testijiet ta’ emissjoni tal-ħoss definiti fl-Anness I.Ċ għandhom jitwettqu mill-fabbrikant tal-magna, jew għan-nom tiegħu, taħt ir-responsabbiltà ta’ korp notifikat magħżul mill-fabbrikant.

Meta iktar minn magna waħda ta’ familja tal-magna tiġi ttestjata, il-metodu statistiku deskritt fl-Anness XVII għandu jiġi applikat sabiex tiġi assigurata konformità tal-kampjun.

"

;

11. il-punt li ġej għandu jiżdied ma’ l-Anness VIII:

"4. Fir-rigward ta’ l-istima ta’ konformità mal-ħtiġiet ta’ emissjoni ta’ spurgar ta’ din id-Direttiva u jekk il-fabbrikant ma jkunx qiegħed jaħdem taħt is-sistema rilevanti ta’ kwalità kif deskritt fl-Anness XII, korp notifikat magħżul mill-fabbrikant jista’ jwettaq jew ikun wettaq kontrolli tal-prodott f’intervalli saltwarji. Meta l-livell ta’ kwalità jidher insoddisfaċenti jew meta jidher neċessarju li tiġi verifikata l-validità tad-data ppreżentata mill-fabbrikant, il-proċedura li ġejja għandha tintuża:

Tittieħed magna minn serje u tiġi soġġetta għat-test deskritt fl-Anness. Magni tat-test għandhom ikunu l-ewwel intużaw, parzjalment jew kompletament, skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant. Jekk l-emssjonijiet speċifiċi ta’ l-ispurgar tal-magna meħuda mis-serje jeċċedu l-valuri limiti skond l-Anness I. B, il-fabbrikant jista’ jitlob li jsir kejl fuq kampjun ta’ magni meħuda mis-serje u inkluż l-magna oriġinarjament meħuda. Sabiex tiġi assigurata konformità tal-kampjun ta’ l-magni definiti fuq mal-ħtiġiet tad-Direttiva, il-metodu statistiku deskritt fl-Anness XVII għandu jiġi applikat.";

12. is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mas-sezzjoni 5.3 fl-Anness X:

"Għall-istima ta’ konformità mal-ħtiġiet ta’ emissjoni ta’ spurgar, il-proċedura definita fl-Anness XVII għandha tiġi applikata.";

13. L-Anness XIII għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"

L-ANNESS XIII

DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA FORNITA MILL-FABBRIKANT

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi V, VII, VIII, IX, XI u XVI għandha tinkludi d-data kollha jew il-mezzi kollha wżatu mill-fabbrikant sabiex jassigura li l-komponenti jew id-dgħajjes jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali li jirrelataw għalihom.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li jinftiehem id-diżinn, il-fabbrikazzjoni u l-operazzjoni tal-prodott, u għandha tippermetti stima ta' konformità mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

Id-dokumentazzjoni għandha tikkontjeni sa fejn rilevanti għall-istima:

(a) deskrizzjoni ġenerali tat-tip,

(b) id-diżinn tal-kunċett u t-tpinġijiet tal-fabbrikazzjoni u l-iskemi tal-komponenti, sub-assemblaġġi, ċirkwiti, eċċ.,

(ċ) deskrissjonijiet u spjegazzjonijeit neċessarji għall-ftehim tat-tpinġijiet u ta' l-iskemi msemmija u l-operazzjoni tal-prodott,

(d) lista ta' l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5, applikati kompletament jew in parti, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali meta l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5 ma jkunux ġew applikati,

(e) rriżultati ta' kalkoli ta' diżinni magħmula, eżamijiet imwettqa, eċċ.,

(f) rapporti tat-test, jew kalkoli l-iktar dwar l-istabbilità skond is-sezzjoni 3.2 tal-Ħtiġiet Essenzjali u dwar il-kapaċità li jibqgħu f'wiċċ l-ilma skond is-sezzjoni 3.3 tagħhom (l-Anness I. A),

(g) rapporti tat-test dwar emissjonijiet ta' l-ispurgar li juru konformità mas-sezzjoni 2 tal-Ħtiġiet Essenzjali (L-Anness I. B),

(h) rapporti tat-test dwar emissjonijiet tal-ħoss jew data ta' referenza tad-dagħjsa li turi konformità mas-sezzjoni 1 tal-Ħtiġiet Essenzjali (Annex I.Ċ).

"

;

14. il-punt 1 ta’ l-Anness XIV għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"1. Il-korp, id-direttur tiegħu u l-personal responsabbli għat-twettieq tat-testijiet tal-verifika m’għandhomx ikunu d-diżinjatur, il-fabbrikant, il-fornitur jew l-installatur tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li huma jispezzjonaw, lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ta’ kwalunkwe minn dawn il-partijiet. M’għandhomx jiġu involuti direttament jew bħala rappreżentanti awtorizzati fid-diżinn, il-kostruzzjoni, it-tqegħid fis-suq jew il-manutenzjoni tal-prodotti msemmija. Dan ma jipprekludix il-possibiltà ta’ skambji ta’ informazzjoni teknika bejn il-fabbrikant u l-korp.

1a. Korp notifikat għandu jkun indipendenti u m’għandux jiġi kkontrollat mill-fabbrikanti jew mill-fornituri.";

15. L-Anness XV għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"

L-ANNESS XV

DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ BIL-MIKTUB

1. Id-dikjarazzjoni miktuba ta' konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandha dejjem tkun:

(a) mad-dagħjsa ta' rikreazzjoni u mad-dagħjsa personali u għandha tiġi inkluża mal-librett tas-sid (L-AnnessI. A sezzjoni 2.5),

(b) il-komponenti, kif imsemmija fl-Anness II,

(ċ) magni ta' propulsjoni u għandhom jiġu inklużi mal-librett tas-sid (L-Anness I. B.4).

2. Id-dikjarazzjoni bil-miktub ta' konformità għandha tinkludi dan li ġej [*] Għandhom jitfasslu fil-lingwa(i) kif previst taħt is-sezzjoni 2.5 ta' l-Anness I. A.:

(a) l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità [**] L-isem kummerċjali u l-indirizz sħiħ; ir-rappreżentant awtorizzat għandu wkoll jagħti l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-fabbrikant.,

(b) deskrizzjoni tal-prodott definit fil-punt 1 [***] Deskrizzjoni tat-tip ta' prodott, tat-tip, tan-numru tas-serje, meta approprjat.,

(ċ) referenzi għall-istandards rilevanti armonizzati wżati, jew referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet li fir-rigward tagħhom hija dikjarata konformità,

(d) meta approprjat, ir-referenzi għal Direttivi Komunitarji oħra applikati,

(e) meta approprjat, referenza għaċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE maħruġ minn korp notifikat,

(f) meta approprjat, l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat,

(g) identifikazzjoni tal-persuna mogħtija s-setgħa tiffirma għan-nom tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità.

3. Fir-rigward ta':

- magni abbord u magni ta' propulsjoni misjuqa mill-poppa mingħajr spurgar integrali,

- magni approvati skond it-tip skond id-Direttiva 97/68/KE li huma in konformità ma’ l-istadju II previst fis-sezzjoni 4.2.3 ta' l-Anness I tad-Direttiva ta' l-aħħar u,

- magni approvati skond it-tip skond id-Direttiva 88/77/KEE,

id-dikjarazzjoni ta' konformità għandha tinkludi b'żieda ma’ l-informazzjoni tal-punt 2, dikjarazzjoni tal-fabbrikant li l-magna tissodisfa l-ħtiġiet ta' l-emissjoni ta' l-ispurgar ta' din id-Direttiva, meta installata fuq dagħjsa ta' rikreazzjoni, skond l-istruzzjonijiet forniti tal-fabbrikant u li din il-magna ma tistax titqiegħed fis-servizz sakemm id-dagħjsa ta' rikreazzjoni li fiha għandha tiġi installata ma tkunx ġiet dikjarata konformi, jekk meħtieġ hekk, mad-dispożizzjoni rilevanti tad-Direttiva;

"

.

16. l-Annessi li ġejjin għandhom jiżdiedu:"

L-ANNESS XVI

ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PRODOTT (MODULU E)

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha l-fabbrikant li jissodisfa l-obbligi tal-punt 2 jassigura u jiddikjara li l-prodotti kkonċernati huma in konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE u jissodisfa l-ħtiġet tad-direttiva li japplikaw għalihom. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għanu jwaħħal il-marka KE ma’ kull prodott u jfassal dikjarazzjoni bil-miktub ta’ konformità. Il-marka KE għandu jkollha magħha is-simbolu ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

2. Il-fabbrikant għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità għal ispezzjoni tal-prodott finali u testing kif speċifikat fil-punt 3 u għandu jkun soġġett għal sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3. Sistema ta’ kwalità

3.1. Il-fabbrikant għandu jalloġġa applikazzjoni għal stima tas-sistema tiegħu ta’ kwalità għall-prodotti kkonċernati, ma’ korp notifikat ta’ l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-informazzjoni kollha rilevanti għal-kategorija tal-prodott maħsub,

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

- jekk applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE.

3.2. Taħt is-sistema ta’ kwalità, kull prodott għandu jiġi eżaminat u jitwettqu testijiet approprjati kif stabbiliti fl-istandard’s rilevanti msemmija fl-Artikolu 5 jew testijiet ekwivalenti għandhom jitwettqu sabiex tiġi assigurata l-konformità tagħħa mal-ħtiġiet rilevanti tad-direttiva. L-elementi, l-ħtiġiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-fabbrikant għandhom jiġu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ politiki, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tassigura fehma komuni tal-programmi ta’ kwalità, tal-pjanijiet, tal-libretti u tar-reġistri.

Għandu jikkontjeni b’mod partikolari deskrizzjoni adegwata ta’:

- l-miri ta’ kwalità u l-istruttura ta’ l-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet u l-poteri ta’ l-amministrazzjoni fir-rigward tal-kwalità tal-prodott,

- l-eżamijiet u t-testijiet li jitwettqu wara l-fabbrikazzjoni,

- il-mezzi għall-monitoraġġ ta’ l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta’ kwalità,

- reġistri ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ ispezzjoni u data tat-test, data ta’ kalibrazzjoni, rapporti ta’ kwalifika tal-personal ikkonċernat, eċċ.

3.3. Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija fil-punt 3.2.

Jippreżumi konformità ma’ dawn il-ħtiġiet fir-rigward ta’ sistemi ta’ kwalità li jimplimentaw l-istandard rilevanti armonizzat.

It-tim ta’ verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed esperjenzat bħala stimatur fit-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat. Il-proċedura ta’ l-istima għandha tinkludi żjara ta’ stima fil-post tal-fabbrikant.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-fabbrikant. In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni raġunata ta’ l-istima.

3.4. Il-fabbrikant għandu jieħu fuqu li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha b’mod approprjat u effiċjenti.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm lill-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità infurmat bi kwalunkwe aġġornament intiż tas-sistema tal-kwalità.

Il-korp notifikat għandu jivvaluta l-modifiki proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema modifikata ta’ kwalità tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija fil-punt 3.2 jew jekk hijiex meħtieġa stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-fabbrikant, In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni stmata raġjunata.

4. Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat

4.1. L-iskop tas-sorveljanza hu li jassigura li l-fabbrikant jissodisfa kif dovut l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2. Il-fabbrikant għandu jippermetti lill-korp notifikat dħul għal skopijiet t’a ispezzjoni fil-postijiet ta’ ispezzjoni, testing u rfigħ u għandu jipprovdih bl-informazzjoni kollha neċessarja, b’mod partikolari:

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

- id-dokumentazzjoni teknika,

- ir-reġistri ta’ kwalità, bhal rapporti ta’ ispezzjoni u data tat-test, data ta’ kalibrazzjoni, rapporti ta’ kwalifika tal-personal ikkonċernat, eċċ.

4.3. Il-korp notifikat għandu jwettaq perjodikament verifiki sabiex jassigura li l-fabbrikant iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika lill-fabbrikant.

4.4. B’żieda, il-korp notifikat jista’ jagħmel viżti mhux mistennija lill-fabbrikant. Fil-ħin ta’ dawn il-viżti, il-korp notifikat jista’ jwettaq testijiet jew jaċċerta ruħu li jitwettqu sabiex jiġi kkontrollat il-funzjonament sewwa tas-sistema ta’ kwalità meta neċessarju; għandu jipprovdi lill-fabbrikant b’rapport taż-żjara u, jekk ikun twettaq test, b’ rapport tat-test.

5. Il-fabbrikant għandu, għal perjodu li jispiċċa mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ġie ffabrikat, iżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni msemmija fit-tielet inċiż tat-tieni subparagrafu tal-punt 3.1,

- l-aġġornament imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-punt 3.4,

- id-deċiżjonijiet u rapporti mill-korp notifikat li huma msemmija fis-subparagrafu finali tal-punt 3.4, il-punti 4.3 u 4.4.

6. Kull korp notifikat għandu jgħaddi lill-korpi l-oħra notifikati l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa u rtirati.

L-ANNESS XVII

KONFORMITÀ TA’ STIMA TA’ PRODUZZJONI GĦAL EMISSJONIJEIT TA’ SPURGAR U STORBJU

1. Għall-verifika tal-konformità ta’ familja ta’ magna, kampjun ta’ magni jittieħed mis-serje. Il-fabbrikant għandu jiddeċiedi dwar id-daqs(n) tal-kampjun, bi ftehim mal-korp notifikat.

2. Il-medja aritmetika X tar-riżultati ottenuti mill-kampjun għandha tiġi kkalkolata għal kull komponent regolat ta’ l-emissjoni ta’ spurgar u storbju. Il-produzzjoni tas-serje għandha titqies li tikkonforma mal-ħtiġiet (pass decision) jekk tiġi sodisfatta l-kondizzjoni li ġejja:

X + K. S ≤ = L

S

= ∑

/

n − 1

X = il-medja aritmetika tar-riżultati

x = ir-riżultati individwali tal-kampjun

L = il-valur limitu approprjat

n = in-numru ta’ magni fil-kampjun

k = fattur statistiku dipendenti fuq n (ara t-tabella)

n | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 |

k | 0,973 | 0,613 | 0,489 | 0,421 | 0,376 | 0,342 | 0,317 | 0,296 | 0,279 |

n | 11 | 12 | 13 | 14 | 15 | 16 | 17 | 18 | 19 |

k | 0,265 | 0,253 | 0,242 | 0,233 | 0,224 | 0,216 | 0,210 | 0,203 | 0,198 |

Jekk n≥ = 20 imbagħad k = 0,860/√n.

k = 0,860/

".

Artikolu 2

Sal-31 ta’ Diċembru 2006 il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar il-possibiltajiet ta’ titjib ulterjuri għall-karatteristiċi ambjentali ta’ magni u tikkunsidra inter alia il-bżonn li jiġu riveduti l-kategoriji tad-diżinn tad-dagħjsa. Jekk meqjus approprjat, fid-dawl ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha sal-31 ta’ Diċembru tissottometti proposti approprjati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha fid-dawl ta’ l-esperjenza ggwadanjata tieħu kont ta’:

(a) il-bżonn li jitnaqqsu iktar emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ l-arja u ta’ l-istorbju sabiex jiġu sodisfatti ħtiġiet għall-protezzjoni ta’ l-ambjent;

(b) l-benefiċċji possibbli ta’ sistema għal "użu ta’ konformità";

(ċ) d-disponibbiltà ta’ tekniċi effikaċi fejn jidħlu l-ispejjeż għall-kontroll ta’ emissjonijiet;

(d) il-bżonn li jitnaqqsu l-evaporazzjoni u ċ-ċarċir tal-karburant;

(e) il-possibiltà ta’ ftehim dwar standards internazzjonali għal emissjonijiet ta’ spurgar u ta’ storbju;

(f) simplifikazzjonijiet possibbli tas-sistema għal proċeduri ta’ l-istima ta’ konformità.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Ġunju 2004. Għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2005.

2. Stati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew fis-servizz ta’ prodotti li jikkonformaw mar-regoli fis-seħħ fit-territorju tagħhom fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, kif ġej:

(a) sal-31 ta’ Diċembru 2005 għall-prodotti li jaqgħu taħt l-Artikolu 1(1)(a);

(b) sal-31 ta’ Diċembru 2005 għal magni compression ignition u spark ignition b’ erba’ ċikli; u,

(ċ) sal-31 ta’ Diċembru 2006 għal magni spark ignition b’żewġ ċikli.

3. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-penalitajiet applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Il-penalitajiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diżwassivi.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-6 ta’ Ġunju 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

G. Papandreou

[1] ĠU C 62 E, tas-27.2.2001, p. 139 u.ĠU C 51 E, tas-26.2.2002, p. 339.

[2] ĠU C 155, tad-29.5.2001, p. 1.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2001 (ĠU C 65 E, ta’ l-14.3.2002, p. 310), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2002 (ĠU C 170 E, tas-16.7.2002, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Settembru 2002 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Mejju 2003 u d-Deċiżoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2003.

[4] ĠU L 164, tat-30.6.1994, p. 15.

[5] ĠU C 331, tas-16.12.1992, p. 5.

[6] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18).

[7] ĠU C 136, ta’ l-4.6.1985, p. 1.

[8] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 23.

[9] ĠU L 59, tas-27.2.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/63/KE (ĠU L 227, tat-23.8.2001, p. 41).

[10] ĠU L 36, tad-9.2.1988, p. 33. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/27/KE, (ĠU L 107, tat-18.4.2001, p. 10).

[11] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------