Official Journal L 090 , 08/04/2003 P. 0047 - 0047
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/29/KE tas-7 ta' April 2003 li taddatta għar-raba' darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport tal-merkanzija perikoluża bil-ferrovija (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport tal-merkanzija perikoluża bil-ferrovija [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/6/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha, Billi: (1) L-Anness mad-Direttiva 96/49/KE jirreferi għar-Regolament li jirrigwarda t-trasport internazzjonali tal-merkanzija perikoluża bil-ferrovija, magħruf b'mod ġenerali bħala r-RID, kif japplika b'effett mill-1 ta' Lulju 2001. (2) Ir-RID jiġi aġġornat kull sentejn. B'konsegwenza ta' dan, il-verżjoni emendata trid tidħol fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Jannar 2003, b'perjodu transitorju taż-żmien sat-30 ta' Ġunju 2003. (3) Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat l-Anness mad-Direttiva 96/49/KE. (4) Il-miżuri f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-trasport tal-merkanzija perikoluża riferit fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/49/EC, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness għad-Direttiva 96/49/KE huwa hawnhekk mibdul b'li ġej: L-ANNESS Ir-Regolament li jirrigwarda t-trasport internazzjonali tal-merkanzija perikoluża bil-ferrovija (RID) li jidher fl-Anness I ma' l-Appendiċi tal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF), kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2003, filwaqt li hu mifhum illi l-frażijiet "parti kontrattanti" u "l-Istati jew il-ferroviji" iridu jiġu mibdula bil-frażi "Stat Membru". It-test ta' l-emendi tal-verżjoni tas-sena 2003 tar-RID trid tiġi ppubblikata hekk kif tkun disponibbli fl-ilsna uffiċjali kollha tal-Komunità. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 2003. Għandhom jgħarrfu lill-Kummssjoni b'dan minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet interni li jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' April 2003. Għall-Kummissjoni Loyola De Palacio Viċi-President [1] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 25. [2] ĠU L 30, ta' l-1.2.2001, p. 42. --------------------------------------------------