32003D0861



Official Journal L 325 , 12/12/2003 P. 0044 - 0044


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-8 ta' Diċembru 2003

li tikkonċerna l-analiżi u l-koperazzjoni fir-rigwrad ta' muniti foloz ta' l-euro

(2003/861/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Kumunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet sentenza ta' l-Artikolu123(4) tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Bank ċentrali Ewropew [1],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 jippreskrivi l-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu, jipprovdi għall-analiżi u l-klassifikazzjoni ta' muniti foloz tal-euro miċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Analiżi tal-Muniti (CNAC) f'kull Stat Membru u miċ-Ċentru Xjentifiku u Tekniku Ewropew (ETSC). Il-Kummissjoni pprovdiet, sa mis-sena 2000, il-qafas għall-kordinazzjoni ta' l-azzjonijiet relevanti ta' dawk l-awtoritejiet tekniċi.

(2) Sa minn 2001, l-ETSC kien qed iwettaq il-kompiti tiegħu fuq bażi temporanju fiz-Zekka Franċiża bis-sostemm amministrattiv u ta' mmaniġġar provdut mill-Kummissjoni, skond l-Iskambju ta' Ittri bejn il-President tal-Kunsill u l-Ministru għall-Finanzi Franċiż tat-28 ta' Frar u d-9 ta' Ġunju 2000.

(3) Sabiex tiġi assigurata l-kontinwità u l-indipendenza tal-protezzjoni tal-muniti euro kontra l-falsifikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata r-responsabbilità biex twettaq l-attivitajiet ta' l-ETSC u biex tassigura l-kordinament ta' l-awtoritajiet kompetenti tekniċi fl-azzjonijiet tagħhom f'dan il-qasam,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew u tassigura l-funzjonament u l-kordinament ta' l-attivitajiet ta' l-awtoritajiet kompetenti tekniċi biex jipproteġu l-muniti euro kontra l-falsifikazzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li adottaw il-euro bħala l-munita unika tagħhom.

Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Frattini

[1] ĠU C 202, tas-27.8.2003, p. 31.

[2] ĠU L 181, ta' l-4.7.2001, p. 6.

--------------------------------------------------