32003D0821



Official Journal L 308 , 25/11/2003 P. 0027 - 0028


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 ta’ Novembru 2003

fuq il-protezzjoni adegwata ta’ data personali fil-Guernsey

(notifikata taħt id-dokument numru K(2003) 4309) [1]

(2003/821/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 fuq il-protezzjoni ta’ l- individwi fejn jidħol l-ipproċessar ta’ data personali u fuq il-moviment liberu ta’ din id-data [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 25(6) tiegħu,

Wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma fuq il-Protezzjoni ta’ l-Individwi fejn jidħol l-ipproċessar ta’ data personali [3],

Billi:

(1) Skond id- Direttiva 95/46/KE, L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi t-trasferiment ta’ data lejn terzi pajjiżi jsir biss jekk il-pajjiz terz jassigura livell adegwat ta’ protezzjoni kif ukoll jekk il-liġijiet ta’ l-Istat Membru li jimplimentaw id-disposizzjonijiet tad-Direttiva huma milħuqa qabel ma jsir it-trasferiment.

(2) Il-Kummissjoni tista’ ssib illi pajjiz terz jassigura livell adegwat ta’ protezzjoni. F’dan il-kaz, data personali tista’ tiġi ttrasferita mill-Istati Membri mingħajr ma jkun hemm garanziji addizzjonali.

(3) Skond id-Direttiva 95/46/KE il-livell ta’ protezzjoni ta’ data għandu jkun meqjus fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha madwar trasferiment ta’ data jew pakkett ta’ trasferimenti ta’ data u kif ukoll tingħata attenzjoni partikolari lil ċertu elementi importanti għat-trasferiment u mniżżla fl-Artikolu 25(2) tiegħu.

(4) Meqjusa d-diversi approċċi li terzi pajjiżi għandhom lejn it-trasferiment ta’ data l-istima tal-livell adegwat għandu jsir, u kwalunkwe deċiżjoni hi bbażata fuq l- l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE għandha ssir u tkun infurzata b’mod li ma toħloqx diskriminazzjoni arbitrarja jew li ma tistax tkun ġustifikata kontra jew bejn il-pajjiżi terzi fejn kondizzjonijiet similari jipprevalu, kif ukoll ma jservux ta’ ostaklu għall-kummerċ, ikkunsidrati l-impennji internazzjonali tal-Komunità.

(5) Il-Bailiwick of Guernsey hija waħda mid-dipendenzi tal-Kuruna Ingliża (mingħajr ma hi parti mir-Renju Unit u lanqas kolonja) li tgawdi indipendenza totali, ħlief għar-relazzjonijiet internazzjonaliu d-difiża li huma r-responsabbiltà tal-Gvern tar-Renju Unit. Għaldaqstant il-Bailiwick of Guernsey għandu jkun kkunsidrat bħala pajjiz terz li jaqa’ taħt id-Direttiva.

(6) B’effett minn Awissu ta’ l-1987, ir-ratifika tar-Renju Unit tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta’ l-Individwi fil-qasam ta’ l-ipproċessar awtomatiku ta’ data personali (Konvenzjoni Nru 108) tal-Kunsill ta’ L-Ewropa, ġiet estiża għall-Bailiwick of Guernsey.

(7) Fil-Bailiwick of Guernsey il-livell legali tal-protezzjoni ta’ data personali bbażat fuq l-istandards prevvisti fid-Direttiva 96/46/KE huma miktuba fil-Liġi tal-Protezzjoni tad-data personali (il-Bailiwick of Guernsey) 2001, li ġiet fis-seħħ fl-1 ta’ Awissu 2002.

(8) Sittax-il strument statutorju ġew adottati ukoll fil-Guernsey fl-2002 li jistabbilixxu regoli speċifiċi fuq materji bħalma huma l-aċċess għad-data, l-ipproċessar ta’ data personali sensittivi u n-notifikazzjoni lill-awtorità fuq il-protezzjoni tad-data. Dawn l-imsemmija strumenti jikkumplimentaw il-Liġi.

(9) L-istandard legali li għandhom Guernsey ikopri l-prinċipji bażiċi neċessarji għal livel adegwat ta’ protezzjoni għal persuni naturali. L-applikazzjoni ta’ dawn l-istandards hija garantita b’rimedji ġudizzjarji u b’superviżjoni indipendenti magħmula minn awtoritajiet indipendenti bħalma huwa l-kontrollur tad-data vestit b’poteri ta’ investigazzjoni u b’poter li jintervjeni.

(10) Għaldaqstant Guernsey għanda tiġi kkunsidrata li toffri livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data personali hekk kif riferit fid-Diretiva 95/46/KE.

(11) Fl-interess tat-trasparenza u sabiex jkun assigurat illi l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri huma kapaċi jiggarantixxu l-protezzjoni tad-data ta’ l-individwi fejn jidħol l-ipproċessar ta’ data personali, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet eċċezzjonali fejn tkun ġustifikata s-sospensjoni ta’ tqassim ta’ data lejn it-terzi pajjiżi minkejja li jkollom livell adegwat ta’ protezzjoni.

(12) Il-miżuri miktuba f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat mwaqqaf bl-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 95/46/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-fini ta’ l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 95/46/KE, Bailiwick of Guernsey għandha tkun ikkunsidrata li għandha livell adegwat ta’ protezzjoni ta’ data personali li ġew trasferiti mill-Komunità.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna il-livell adegwat ta’ protezzjoni fil-Guernsey bil-għan li jintlaħqu l-provedimenti ta’ l- l-Artikolu 25(1) tad-Diretiva li jirrigwardaw l-ipproċessar ta’ data personali fl-Istati Membri.

Artikolu 3

1. Mingħajr preġudizzju għal poter li jieħdu azzjoni sabiex jassiguraw konformità mal-provvedimenti lokali adottati fuq provvedimenti oħrajn, barra l-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-poteri tagħhom li jissospendu t-tqassim ta’ data lir-riċeventi fil-Guernsey sabiex jiġu protetti l-individwi fejn jidħol l-ipproċessar tad-data personali tagħhom fil-każijiet segwenti.

(a) Fejn illi l-awtoritajiet kompetenti tal-Guernsey kkonkludew illi r-reċipjent ma jlaħħaqx il-livelli adegwati tal-protezzjoni; jew

(b) Fejn hemm il-probabbiltà li l-istandards tal-protezzjoni qed jiġu miksura, jekk hemm raġunijiet biżżejjed biex wieħed jaħseb illi l-awtoritajiet kompetenti tal-Guernsey mhux qed jieħdu, jew ma jridux jieħdu l-passi neċessarji sabiex isolvu l-każ fil-kwistjoni; it-trasferiment kontinwu joħloq periklu imminenti ta’ ħsara kbira lis-suġġetti ta’ data u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għamlu dak kollu li hu xieraq sabiex jinnotifikaw il-parti responsabbli fil-Guernsey u taw ċans bizzejjed għar-risposta.

2. Is-sospensjoni għandha tieqaf hekk kif l-istandards tal-protezzjoni huma aċċertati u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati huma nnotifikati b’dak il-fatt.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandom jinfurmaw il-Kummissjoni mingħajr l-ebda dewmien meta jittieħdu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 3.

2. L-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin b’każijiet fejn l-azzjonijiet ta’ l-awtoritajiet li jassiguraw il-konfomità ma’ l-istandards tal-protezzjoni fil Guernsey ma jżommux il-konformità.

3. Jekk l-informazzjoni miġbura taħt l-Artikolu 3 u taħt il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan, l-Artikoli jipprovdu xiehda lil xi awtorità responsabbli li tassigura l-konformità ma’ l-istandards tal-protezzjoni fil-Guernsey mhix qed tagħmel xogħla effettivament, il-Kummissjoni għandha tinforma l-awtorità kompetenti fil-Guernsey kif ukoll, jekk hu neċessarju, tippreżenta abbozz ta’ miżuri konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikoli 31(2) tad-Direttiva 95/46/KE, bil-għan li tiġi rrevokata, jew sospiża din id-Deċiżjoni, jew illimitata.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha ssegwi t-tħaddim ta’ din id-Deċiżjoni u tirrapporta kwalunkwe informazzjoni relevanti lill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE inkluż xi evidenza li tista’ tammonta għall-fini ta’ l-Artikolu 1 ta din id-Deċiżjoni, illi l-protezzjoni ta’ Guernsey hija adegwata fl-ambitu ta’ l-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE u kwalunkwe evidenza illi din id-Deċiżjoni qed tkun implimentata b’mod diskriminatorju.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni fi żmien erba’ xhur min-notifika tagħha.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Novembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

[2] ĠU L 281, tat-23.11.1995, pġ. 31.

[3] Opinjoni 5/2003 fuq il-livell ta’ protezzjoni ta’ data personali f’Guernsey, adottata mill-Grupp ta’ Ħidma nhar it-13 ta’ Ġunju 2003, li jinsab fi- http://europa.eu.int/comm/internal_market/privacy/ workingroup/ wp2003/wpdocs03_en.htm

--------------------------------------------------