32003D0634



Official Journal L 220 , 03/09/2003 P. 0008 - 0012


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Awissu 2003

li tapprova programmi li għandhom l-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żoni approvati u ta’ rziezet approvati f’żoni li m’humiex approvati fir-rigward ta’ viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) fil-ħut

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 3101)

(Test b’relevanza għall-ŻEE)

(2003/634/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti [1] ta’ l-akwakultura, l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/45/KE(2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 [2] tagħha,

Billi:

(1) Skond id-Direttiva 91/67/KEE Stat Membru jista’ jissottometti lill-Kummissjoni programm maħsub biex jippermettilu sussegwentement jibda l-proċeduri biex żona jew farm f’żona li m’hix approvata jiksbu l-istatus ta’ żona approvata jew farm approvat f’żona mhux approvata, fir-rigward ta’ waħda jew aktar mill-mardiet tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) and infectious haematopoietic necrosis (IHN).

(2) Ċerti Stati Membri issottomettew programmi bħal dawn, li ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/304/EC [3], l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/376/KE [4].

(3) B’ittri iddatati t-12 ta’ Marzu 2003 u t-12 ta’Ġunju 2003, l-awtorità veterinarja tal-Finlandja talbet emenda għall-programm elenkat fl-Anness I(6B) tad-Deċiżjoni 2002/304/KE. Sabiex tipproteġi l-ispeċi vulnerabbli tas-salamun Baltiku (Salmo salar), it-trota tal-baħar (Salmo trutta m trutta) u l-ispeċi fil-ġeneru Coregonus (Coregonus lavaretus lavaretus), l-istokkjar mill-ġdid fix-Xmara Kymijoki u fix-Xmara Summanjoki huwa neċessarju. Il-Finlandja ssottomettiet emendi għall-programm tagħha li jipprovdu għat-trasferiment ta’ bajd ħaj minn ħut salvaġġ miż-żona ta’ restrizzjoni Pyhtää sakemm jittieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiġi żgurat li l-bajd huwa ħieles mill-VHS u IHN. Id-delimitazzjoni taż-żona stabbilita fl-Anness 1 tad-Deċiżjoni 2002/304/KE ma titbiddilx.

(4) B’ittra ddatata l-4 ta’ Marzu 2003, l-awtorità veterinarja ta’ l-Italja proponiet emenda għall-programm indikat f’punt 5.1 ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2002/304/KE. Sabiex tgħolli l-livell ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-introduzzjoni ta’ ħut fiż-żona koperta mill-programm, troti ħajjin u ħut ieħor destinat għal ristoranti għal konsum dirett u troti ta’ ħafna kuluri maħsubin biex jiġu introdotti f’ċerti lagi artifiċjali jew ilmijiet tas-sajd, iridu jiġu minn farms jew żoni rikonoxxuti bħala ħielsa mill-VHS u IHN. Id-delimitazzjoni taż-żona stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2002/304/KE ma titbiddilx.

(5) L-emendi sottomessi instabu konformi ma’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/67/KEE u għalhekk għandhom jiġu approvati.

(6) Id-Deċiżjoni 2002/304/KE ġiet emendata diversi drabi.. Fl-interess ta’ ċarezza u razzjonalità, din għandha tiġi revokata u sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

(7) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjono tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta’ l-Ikel u s-saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Il-programmi elenkati fl-Anness I, sottomessi skond l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 91/67/KEE għall-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żona approvata fir-rigward ta’ waħda jew aktar mill-mardiet tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN), huma b’dan approvati.

2. Il-programmi elenkati fl-Anness II, sottomessi skond l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 91/67/KEE għall-għan li jinkiseb l-istatus ta’ farm approvat f’żona mhux approvata fir-rigward ta’ waħda jew aktar mill-mardiet tal-ħut VHS u IHN, huma b’dan approvati.

Artikolu 2

L-stati Membri konċernati għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d- dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw mal-programmi approvati.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2002/304/KE hija abrogata permezz ta’ din Deciżjoni.

Referenzi għad-Deċiżjoni abrogata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Awissu 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 189, tat-03.07.98, p. 12.

[2] ĠU L 189, tat-03.07.98, p. 12.

[3] ĠU L 104, ta’ l-20.04.02, p. 37.

[4] ĠU L 130, tas-27.05.03, p. 21.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

PROGRAMMI SOTTOMESSI GĦALL-GĦAN LI JINKISEB L-ISTATUS TA’ ŻONA APPROVATA FIR-RIGWARD TA’ WAĦDA JEW AKTAR MILL-MARDIET TAL-ĦUT VHS AND IHN

1. ID-DANIMARKA

IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MID-DANIMARKA FIT-22 MAY 1995 LI JKOPRU:

- il-baċir ta’ FISKEBÆK Å,

- il-PARTIJIET kollha ta’ JUTLAND fin-nofsinhar u l-punent tal-baċiri ta’, Karup å,

- Gudenåen u Grejs å, l-erja tal-GŻEJJER DANIŻI kollha.

2. IL-ĠERMANJA

IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MILL-ĠERMANJA FIL-25 TA’ FRAR 1999 li JKOPRU:

- żona fil-baċir ta’ "WOLFEGGER AACH AND ROHRSEE",

- żona fil-baċir ta’ "OBERN NAGOLD".

3. SPANJA

IL-PROGRAMM SOTTOMESS MINN SPANJA FL-1 TA’ AWWISSU 2002 LI JKOPRI:

- IL-KOMUNITÀ AWTONOMA TA’ LA RIOJA.

4. FRANZA

Il-PROGRAMMI SOTTOMESSI MINN FRANZA FIS-16 TA’ SETTEMBRU 1994 LI JKOPRU:

- LES FORGES,

- LA NIVE U LES NIVELLES,

- L’LORN.

5. L-ITALJA

5.1. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIL-PROVINĊJA AWTONOMA TA’ BOLZANO FIS-6 TA’ OTTUBRU 2001 EMENDAT B’ITTRA TAS-27 TA’ MARZU 2003, LI JKOPRI:

Iż-Żona tal-Provinċja ta’ Bolzano

- Iż-żona tinkludi l-baċiri kollha fil-Provinċja ta’ Bolzano.

Iż-żona tinkludi l-parti tan-naħa ta’ fuq taż- ZONA VAL DELL’ADIGE - i.e. il-baċiri tax-xmara Adige mill-bidu tagħha fil-provinċja ta’ Bolzano sal-limiti tal-Provinċja ta’ Trento.

(

N.B.

Iż-żona li jibqa’, il-parti tan-naħa ta’ isfel taż-ZONA VAL DELL’ADIGE tidħol fil-programm approvat tal-Provinċja Awtonoma ta’ Trento. Il-partijiet tan-naħa ta’ fuq u tan-naħa ta’ isfel ta’ din iż-żona jridu jitqiesu bħala unità waħda epidemjoloġika.

)

5.2. IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MILL-ITALJA FIL-PROVINĊJA AWTONOMA TA’ TRENTO FIT-23 TA’ DIĊEMBRU 1996 U FL-14 TA’ LULJU 1997 LI JKOPRU:

Iż-Zona Val di Sole e di Non

- Il-baċir mill-bidu tax-xmajra Noce sad-diga ta’ S. Giustina

Zona val dell’Adige – il-parti tan-naħa ta’ isfel

- Il-baċiri tax-xmara Adige u l-bidu tagħha fit-territorju tal-Provinċja Awtonoma ta’ Trento, mill-limiti mal-Provinċja ta’ Bolzano sad-diga ta’ Ala (stazzjon għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija idroelettrika)

(

N.B.

Il-parti lejn il-bidu tax-xmara taż-ZONA VAL DELL’ADIGE tidħol fil-programm approvat tal-Provinċja ta’ Bolzano. Il-partijiet tan-naħa ta’ fuq u tan-naħa ta’ isfel ta’ din iż-żona jridu jitqiesu bħala unità waħda epidemjoloġika.

)

Zona Torrente Arnò

- Il-baċir mill-bidu tat-turrent Arnò sal-barrieri n-naħa ta’ isfel li jinsabu qabel it-turrent Arnò jidħol fix-xmara Sarca

Zona Val Banale

- Il-baċir tax-xmajra Ambies sad-diga ta’ stazzjon għall-ġenerazzjoni ta’ idroelettriku

Zona Varone

- Il-baċir mill-bidu tax-xmajra Magnone sal-kaskata

Zona Alto e Basso Chiese

- Il-baċir tax-xmara Chiese mill-bidu tax-xmara sad-diga ta’ Condino, ħlief il-baċiri tat-turrenti Adanà and Palvico

Zona Torrente Palvico

- Il-baċir tat-turrent Palvico sa barriera magħmula minn konkrit u ġebel

5.3. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TAL-VENETO FIL-21 TA’ FRAR 2001 LI JKOPRI:

Zona Torrente Astico

- Il-baċir tax-xmara Astico, mill-bidu tagħha (fil-Provinċja Awtonoma ta’ Trento u fil-Provinċja Awtonoma ta’ Vicenza, fir-reġjun tal-Veneto) sad-diga li hemm qrib il-pont ta’ Pedescala fil-Provinċja ta’ Vicenza

Il-parti tan-naħa ta’ isfel tax-xmara Astico river, bejn id-diga qrib il-pont ta’ Pedescala u d-diga ta’ Pria Maglio titqies bħala żona newtrali.

5.4. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TA’ L-UMBRIA FL-20 TA’ FRAR 2002 LI JKOPRI:

Zona Fosso de Monterivoso: il-baċir tax-xmara Monterivoso, mill-bidu tagħha sal-barrieri impassabbli qrib Ferentillo

5.5. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠUN TAL-LOMBARDIJA FL-1 TA’ FRAR 2002 LI JKOPRI:

Zona Val Brembana: il-baċir tax-xmara Brembo, mill-bidu tagħha sal-barriera impassabbli fil-commune de Ponte S. Pietro

6. IL-FINLANDJA

6.1. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-FINLANDJA FID-29 TA’ MEJJU 1995 LI JKOPRI:

- Iż-żoni kontinentali u kostali kollha tal-FINLANDJA ħlief il-Provinċja ta’ Åland u ż-żona ta’ restrizzjoni f’Pyhtää

6.2. IL-PROGRAMM LI JINKLUDI MIŻURI TA’ QERDA SPEĊIFIĊI SOTTOMESS MILL-FINLANDJA FID-29 TA’ MEJJU 1995, EMENDAT B’ITTRI TAT-12 TA’ MARZU U TAT-12 TA’ ĠUNJU 2003 LI JKOPRI:

- Il-PROVINĊJA kollha ta’ ÅLAND u ż-żona ta’ restrizzjoni f’PYHTÄÄ

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

PROGRAMMI SOTTOMESSI GĦALL-GĦAN LI JINKISEB L-ISTATUS TA’ FARM APPROVAT F’ŻONA MHUX APPROVATA FIR-RIGWARD TA’ WAĦDA JEW AKTAR MILL-MARDIET TAL-ĦUT VHS U IHN

1. L-ITALJA

1.1. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN: FRIULI VENEZIA GIULIA, FIL-PROVINCJA TA’ UDINE, FIT-2 TA’ MEJJU 2000 LI JKOPRI:

Farms fil-baċir tax-xmara Tagliamento:

- Azienda Vidotti Giulio snc, Sutrio

1.2. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TAL-VENETO FIL-5 TA’ APRIL 2002 LI JKOPRI:

Farms fil-baċir tax-xmara Sile:

- Azienda Troticoltura S. Cristina, Via Chiesa Vecchia 14 - Loc. S. Cristina di Quinto

--------------------------------------------------