32003D0629



Official Journal L 218 , 30/08/2003 P. 0051 - 0054


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta' Awissu 2003

li temenda d-Deċiżjoni 2000/367/KE li tistabbilixxi sistema ta' klassifikazzjoni tar- reżistenza għall-azzjoni tan-nar għal prodotti ta' kostruzzjoni, fir-rigward ta' l-inklużjoni ta' prodotti ta' kontroll tad-duħħan u tas-sħana

(innotifikata taħt id-dokument numru C(2003) 2851)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2003/629/KE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar prodotti ta' kostruzzjoni [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 20(2) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/367/KE tat-3 ta' Mejju 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tar- reżistenza għall-azzjoni tan-nar għal prodotti ta' kostruzzjoni, xogħlijiet tal-kostruzzjoni u partijiet minnhom [3] għandha, għalliskopijiet ta' l-adattament tagħha għall-progress tekniku, tkopri wkoll prodotti ta' kontroll tad-duħħan u tas-sħana.

(2) Id-Deċiżjoni 2000/367/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(3) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kostruzzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2000/367/KE huwa emendat bi qbil ma’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Awissu 2003.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

[3] ĠU L 133, tas-6.6.2000, p. 26.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness għad-Direttiva 2000/367/KE huwa emendat kif ġej:

1. It-taqsima intitolata "SIMBOLI" hija emendata kif ġej:

(a) fit-tabella, jiġu miżjudin dawn ir-ringieli:

"D | Tul ta' l-istabbilità taħt temperatura kostanti |

DH | Tul ta' l-istabbilità taħt il-kurva standard ħin-temperatura |

F | Funzjonalità tal-ventilaturi tad-duħħan u tas-sħana li jaħdmu b'mutur |

B | Funzjonalità tal-ventilaturi tad-duħħan u tas-sħana naturali" |

(b) fin-nota 2, "EN 13501-4" hija mdaħħla wara "EN 13501-3".

2. It-taqsima intitolata "Klassifikazzjoni" hija emendata kif ġej:

(a) il-punt 2 huwa emendat kif ġej:

(i) fit-tabella li tapplika għall-ħitan, huma miżjudin il-klassijiet RE360, REI360, REI-M360 u REW360;

(ii) fil-parti tal-klassifikazzjoni i tat-tabella li tapplika għall-paviment u għas-soqfa:

- fuq ir-ringiela "RE", hija miżjuda ringiela ġdida "R" bi klassi R30,

- huma miżjudin il-klassijiet RE360 u REI360;

(b) fil-punt 3, il-kliem "il-kisi, il-kisi ta' barra u l-iskrins ta' protezzjoni kontra n-nirien" huma mibdulin bil-kliem "kisi, bords, kisi bil-ġibs, kisi minn barra u skrins";

(ċ) il-punt 4 huwa emendat kif ġej:

(i) fit-tabella li tapplika għal "diviżjonijiet (li jinkludu dawk li jinkorporaw taqsimiet mhux iżolati)", huma miżjudin il-klassijiet EI-M180 u EI-M240;

(ii) fit-tabella li tapplika għal "għeluq għal conveyors u sistemi ta' trasport li jaħdmu fuq tracks", it-test dwar in- "Noti" huwa mibdul b'li ġej: "Il-klassifikazzjoni I hija mitmuma biż-żjieda tas-suffiss "l" jew "2" sabiex jiġi indikat liema definizzjoni ta' iżolament hija wżata. Għandha tiġi ġġenerata klassifikazzjoni I għal dawk il-każijiet fejn il-kampjun tat-test huwa konfigurazzjoni ta' pajp jew kanal mingħajr stima ta' l-għeluq għas-sistema tal-conveyor. Iż-żjieda tas-simbolu "Ċ" tindika li l-prodott jissodisfa wkoll il-kriterju "jingħalaq waħdu" (għadda/ma għaddiex mit-test) (*).";

(iii) it-tabella li tapplika għal

"kisi tal-ħitan u tas-soqfa"

hija mibdula b'li ġej:

"Noti:

"Is-suffissi ""1"" u ""2"" jindikaw liema substrati, kriterji ta' mġieba fin-nar u regoli ta' estensjoni huma wżati f'din il-klassifikazzjoni."

"Applikabbli għal | Kisi tal-ħitan u tas-soqfa |

Standard(s) | EN 13501–2; EN 14135 |

Klassifikazzjoni –

K1 | 10 | | | | | | | | |

K2 | 10 | | 30 | | 60 | | | | |

(d) il-punt 7 li ġej huwa miżjud:

"7. Prodotti li għandhom jiġu wżati f'sistemi ta' kontroll tad-duħħan u tas-sħana

L-istandards ikkwotati f'din it-taqsima qegħdin jiġu ppreparati u jistgħu jiġu riveduti jew aġġornati.

"Noti

"Il-klassifikazzjoni hija mitmuma bis-suffiss ""wieħed"" sabiex tkun indikata l-adekwatezza għal użu ta' kompartiment wieħed biss.

"Barra minn hekk, is-simboli, ""v"e"" u/jew ""h"o"" jindikaw l-adekwatezza għal użu vertikali u/jew orizzontali.

""S"" tindika rata ta' nixxiegħa ta' inqas minn 5 m"3"/hr/m"2" (Il-kanali kollha mingħajr klassifikazzjoni ""S"" għandhom ikollhom rata ta' nixxiegħa ta' inqas minn 10 m"3"/hr/m"2")

""500"", ""1000"", ""1500"" jindikaw l-adekwatezza għall-użu sa dawn il-valuri ta' pressjoni, imkejla fl-ambjent.

Applikabbli għal | Kanali ta' kontroll tad-duħħan ta' kompartiment wieħed |

Standard(s) | EN 13501–4; EN 1363-1, 2, 3; EN 1366-9 EN 12101-7 |

Klassifikazzjoni –

E300 | | | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | |

E500 | | | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | |

"Noti

"Il-klassifikazzjoni hija mitmuma bis-suffiss ""multi"" sabiex tkun indikata l-adekwatezza għal użu ta' aktar minn kompartiment wieħed.

"Barra minn hekk, is-simboli ""v"e"" u/jew ""h"o"" jindikaw l-adekwatezza għal użu vertikali u/jew orizzontali.

""S"" tindika rata ta' nixxiegħa ta' inqas minn 5 m"3"/hr/m"2" (Il-kanali kollha mingħajr klassifikazzjoni ""S"" għandhom ikollhom rata ta' nixxiegħa ta' inqas minn 10 m"3"/hr/m"2")

""500"", ""1000"", ""1500"" jindikaw l-adekwatezza għall-użu sa dawn il-valuri ta' pressjoni, imkejla fl-ambjent.

Applikabbli għal | Kanali ta' kontroll tad-duħħan ta' aktar minn kompartiment wieħed |

Standard(s) | EN 13501–4; EN 1363-1, 2, 3; EN 1366-8 EN 12101-7 |

Klassifikazzjoni –

EI | | | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | |

"Noti

"Il-klassifikazzjoni hija mitmuma bis-suffiss ""wieħed"" sabiex tkun indikata l-adekwatezza għal użu ta' kompartiment wieħed.

""HOT 400/30"" (temperatura għolja ta' tħaddim) tindika li d-"damper" jista jinfetaħ jew jingħalaq matul perjodu ta' 30 minuta taħt kondizzjonijiet ta' temperatura taħt l− 400 "o"C (sabiex jiġi wżat biss ma klassifikazzjoni E"600").

""v"ed"", ""v"ew""""v"edw"" u/jew ""h"od"", ""h"ow""""h"odw"" jindikaw l-adekwatezza għal użu vertikali u/jew orizzontali, flimkien mal-muntaġġ f'kanal jew fħajt jew fit-tnejn rispettivament.

""S"" tindika rata ta' nixxiegħa ta' inqas minn 200 m"3"/hr/m"2". Id-"dampers" kollha mingħajr klassifikazzjoni ""S"" għandu jkollhom rata ta' nixxiegħa ta' inqas minn 360 m"3"/hr/m"2". Id-"dampers" kollha ta' inqas minn 200 m"3"/hr/m"2" jieħdu dan il-valur, id-"dampers" kollha bejn 200 m"3"/hr/m"2" u 360 m"3"/hr/m"2" jieħdu l-valur 360 m"3"/hr/m"2". Ir-rati ta' nixxiegħa huma kemm f'temperaturi ambjentali kif ukoll f'temperaturi ogħla.

""500"", ""1000"", ""1500"" jindikaw l-adekwatezza għall-użu sa dawn il-valuri taħt pressjoni, imkejla fl-ambjent.

""AA"" jew ""MA"" tindika attivazzjoni awtomatika jew intervent manwali

""i⇒o"", ""i⇐o"", ""i⇔o"", tindika li l-kriterji ta' rendiment huma sodisfatti minn ġewwa u minn barra, barra għal ġewwa jew it-tnejn rispettivament.

""C"300"", ""C"10000"", ""C"mod"" tindika l-adekwatezza tad-"damper" għal użu f'sistemi ta' kontroll tad-duħħan biss, f'sistemi ta' kontroll tad-duħħan u ambjentali flimkien, jew "modulating dampers" użati f'sistemi ta' kontroll tad-duħħan u ambjentali flimkien rispettivament.

Applikabbli għal | Dampers ta' kontroll tad-duħħan ta' kompartiment wieħed |

Standard(s) | EN 13501–4; EN 1363-1, 3; EN 1366-9, 10; EN 12101-8 |

Klassifikazzjoni –

E300 | | | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | |

E600 | | | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | |

"Noti

"Il-klassifikazzjoni hija mitmuma bis-suffiss ""multi"" sabiex tkun indikata l-adekwatezza għal użu ta' aktar minn kompartiment wieħed.

""HOT 400/30"" (temperatura għolja ta' tħaddim) tindika li d-"damper" jista jinfetaħ jew jingħalaq matul perjodu ta' 30 minuta taħt kondizzjonijiet ta' temperatura taħt l− 400 "o"C.

""v"ed"", ""v"ew""""v"edw"" u/jew ""h"od"", ""h"ow""""h"odw"" jindikaw l-adekwatezza għal użu vertikali u/jew orizzontali, flimkien mal-muntaġġ f'kanal jew fħajt jew fit-tnejn rispettivament.

""S"" tindika rata ta' nixxiegħa ta' inqas minn 200 m"3"/hr/m"2". Id-"dampers" kollha mingħajr klassifikazzjoni ""S"" għandu jkollhom rata ta' nixxiegħa ta' inqas minn 360 m"3"/hr/m"2". Id-"dampers" kollha ta' inqas minn 200 m"3"/hr/m"2"jieħdu dan il-valur, id-"dampers" kollha bejn 200 m"3"/hr/m"2"u 360 m"3"/hr/m"2"jieħdu l-valur 360 m"3"/hr/m"2". Ir-rati ta' nixxiegħa huma kemm f'temperaturi ambjentali kif ukoll f'temperaturi ogħla.

""500"", ""1000"", ""1500"" jindikaw l-adekwatezza għall-użu sa dawn il-valuri ta' pressjoni, imkejjla fl-ambjent.

""AA"" jew ""MA"" tindika attivazzjoni awtomatika jew intervent manwali

""i⇒o"", ""i⇐o"", ""i⇔o"", tindika li l-kriterji ta' rendiment huma sodisfatti minn ġewwa u minn barra, barra għal ġewwa jew it-tnejn rispettivament.

""C"300"", ""C"10000"", ""C"mod"" tindika l-adekwatezza tad-"damper" għal użu f'sistemi ta' kontroll tad-duħħan biss, f'sistemi ta' kontroll tad-duħħan u ambjentali flimkien, jew "modulating dampers" użati f'sistemi ta' kontroll tad-duħħan u ambjentali flimkien rispettivament.

Applikabbli għal | Dampers ta' kontroll tad-duħħan ta' aktar minn kompartiment wieħed |

Standard(s) | EN 13501–4; EN 1363-1, 2, 3; EN 1366-2, 8, 10; EN 12101-8 |

Klassifikazzjoni –

EI | | | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | |

E | | | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | |

"Noti:

"A tista' tkun kull ħin' l fuq minn 120 minuta

Applikabbli għal | Barrieri għad-duħħan |

Standard(s) | EN 13501–4; EN 1363-1, 2; EN 12101-7 |

Klassifikazzjoni: D

D500 | | | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | A |

DH | | | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | A |

"Noti:

Applikabbli għal | Ventilaturi għad-duħħan u għall-egżost tas-sħana mħaddma b'mutur (fannijiet), joints ta' konnessjoni |

Standard(s) | EN 13501–4; EN 1363-1, 2, 3; EN 12101–3; ISO 834-1 |

Klassifikazzjoni: F

F200 | | | | | | | 120 | | | |

F300 | | | | | 60 | | | | | |

F400 | | | | | | 90 | 120 | | | |

F600 | | | | | 60 | | | | | |

F842 | | | 30 | | | | | | | |

"Noti:

"Fejn "θ" tindika l-kondizzjoni ta' l-espożizzjoni (t-temperatura).

Applikabbli għal | Ventilaturi għad-duħħan u għall-egżost tas-sħana naturali |

Standard(s) | EN 13501–4; EN 1363-1, 2; EN 12101-2 |

Klassifikazzjoni: B

B300 | | | 30 | | | | | | | |

B600 | | | 30 | | | | | | | |

Bθ | | | 30" | | | | | | | |

--------------------------------------------------