32003D0465



Official Journal L 156 , 25/06/2003 P. 0048 - 0048


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-16 ta'Ġunju

2003 li jikkonċerna il-konklużjoni tal-Ftehim f'forma ta' skambju ta' ittri bejn il-komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġa li jikkonċernaw preferenzi ta' kummerċ addizjonali fi prodotti agrikoli ikkonsidrati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 19 tal-Ftehim fuq l-Arja Ekonomika Ewropea

(2003/465/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 ta' dan, flimkien ma l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2) ta' dan

Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni,

billi:

(1) l-Artikolu 19 tal-Ftehim fuq l-Arja Ekonomika Ewropea (ŻEE) jipprevedi li l-Partijiet Kontraenti jiddeċiedu li jkomplu l-isforzi tagħhom biex jiksbu liberalizzazzjoni progressiva ta' kummerċ agrikolu bejniethom.

(2) Ir-Renju tan-Norveġa u l-komunità Ewropea żammet negozjati ta' kummerċ bilaterali fl-Agrikoltura fl-2002, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 19 tal-Ftehim fuq l-Arja Ekonomika Ewropea, li kienu konklużi b'mod soddisfaċenti fit-18 ta' Diċembru 2002.

(3) Il-Ftehim ikkonċernat, f'forma ta' ittri ta' skambju, għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim f'forma ta' ittri ta' skambju bejn il-komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġa li jikkonċernaw preferenzi ta' kummerċ addizjonali fi prodotti agrikoli fuq il-bażi ta' l-Artikolu 19 tal-Ftehim fuq l-Arja Ekonomika Ewropea huwa hawnhekk approvat min-naħa tal-komunità.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat biex jaħtar persuna(i) li għandhom il-poter li jiffirmaw il-Ftehim li jorbot il-komunità.

Magħmula fil-Lussemburgu,16 Ġunju 2003.

F'isem il-Kunsill

Il-President

G. Papandreou

--------------------------------------------------