32003D0158



Official Journal L 065 , 08/03/2003 P. 0026 - 0026
Official Journal 038 E , 12/02/2004 P. 0280 - 0280


Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew

tal-15 ta' Jannar 2003

li taħtar l-Ombudsman Ewropew [1]

(2003/158/KE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 21, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 195 tiegħu,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 107d tiegħu,

Wara li kkonsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet ta' l-Ombudsman [2], kif emendata bid-deċiżjoni tiegħu ta' l-14 ta' Marzu 2002 [3],

Wara li kkonsidra r-Regola 177 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Wara li kkonsidra s-sejħa għan-nomini [4],

Wara li kkonsidra l-vot tiegħu ta' l-14 u l-15 ta' Jannar 2003,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Is-Sur Nikiforos DIAMANDOUROS inħatar Ombudsman Ewropew b'effett mill-1 ta'April 2003.

Magħmula fi Strasburgu, fil-15 ta' Jannar 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

[1] Din id-deċiżjoni tannulla u tissosstitwixxi Deċiżjoni 2002/103/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew (ĠU L 43, tat-18.2.2003, p. 43).

[2] ĠU L 113, 04.05.94, p. 15.

[3] ĠU L 92, 09.04.02, p. 13.

[4] ĠU C 213, 07.09.02, p. 10.

--------------------------------------------------