32003D0018(01)



Official Journal L 009 , 15/01/2004 P. 0029 - 0030


Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew

tat-18 ta' Diċembru 2003

li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-bank ċentrali ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti

(BĊE/2003/18)

(2004/44/EK)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 28.3,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni BĊE/1998/2 tad-9 ta' Ġunju, 1998, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew [1], iddeterminat il-mod u l-ammont kemm il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta' l-Istati Membri li beħsiebhom jaddottaw l-ewro fl-1 ta' Jannar, 1999, għandhom iħallsu mill-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

(2) L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2000/14 tas-16 ta' Novembru, 2000, li jipprovdi għall-ħlas tal-kapital u l-kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE mill-Bank of Greece, u għat-trasferiment tal-bidu lill-BĊE ta' l-assi barranin ta' riżerva mill-Bank of Greece u kwistjonijiet relatati [2], flimkien mad-Deċiżjoni BĊE/1998/14 ta' l-1 ta' Diċembru, 1998, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti [3], iddeterminaw il-mod u kemm il-Bank of Greece għandu jħallas mill-kapital tal-BĊE fl-1 ta' Jannar, 2001, minħabba l-addozzjoni ta' l-ewro min-naħa tal-Greċja.

(3) Id-Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta' Diċembru, 2003, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew [4] taġġusta b'effett mill-1 ta' Jannar, 2004, il-proporzjonijiet assenjati lill-BĊNi fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa 'l quddiem "il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali" u "l-iskema kapitali" rispettivament).

(4) L-iskema kapitali aġġustata teħtieġ l-addozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-BĊE biex tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/1998/2 u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2000/14 b'effett mill-1 ta' Jannar, 2004, u biex tiddetermina l-mod u kemm il-BĊNi ta' l-Istati Membri li addottaw l-ewro (minn issa 'l quddiem "il-BĊNi parteċipanti") għandhom iħallsu mill-kapital tal-BĊE fl-1 ta' Jannar, 2004,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont u l-modalita' tal-ħlas tal-kapital

Kull BĊN parteċipanti għandu jħallas fl-ammont kollu s-sottoskrizzjoni tiegħu fil-kapital tal-BĊE fl-1 ta' Jannar, 2004. Filwaqt li jieħu konsiderazzjoni tal-proporzjonijiet fl-iskema kapitali deskritti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/17, kull BĊN parteċipanti għandu għalhekk iħallas fl-1 ta' Jannar, 2004, l-ammont li qed jintwera ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

BĊNi parteċipanti | (EUR) |

- In-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique | 141485000 |

- Id-Deutsche Bundesbank | 1170200000 |

- Bank of Greece | 108070000 |

- Il-Banco de España | 439005000 |

- Il-Banque de France | 825875000 |

- Ic-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland | 51270000 |

- Il-Banca d'Italia | 728630000 |

- Il-Banque centrale du Lussemburgu | 8540000 |

- Id-De Nederlandsche Bank | 221615000 |

- L-Österreichische Nationalbank | 115095000 |

- Banco de Portugal | 100645000 |

- Is-Suomen Pankki | 71490000 |

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

Kull BĊN parteċipanti diġa' ħallas is-sehem tiegħu tal-kapital sottoskritt tal-BĊE skond id-Deċiżjoni BĊE/1998/2 u, fil-każ tal-Bank of Greece, skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2000/14 u d-Deċiżjoni BĊE/1998/14. Minħabba dan il-fatt, jew xi BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew il-BĊE għandu jittrasferixxi ammont lura lil xi BĊN parteċipanti, skond kif ikun l-aħjar li jsir, sabiex jintlaħqu l-ammonti stabbiliti fit-tabella fl-Artikolu 1. Dawn it-trasferimenti għandhom isiru skond it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2003/20 tat-18 ta' Diċembru, 2003, li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u l-aġġustament tal-kapital imħallas [5].

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet Finali

1. Id-Deċiżjoni BĊE/1998/2 u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2000/14 huma bil-preżenti rrevokati b'effett mill-1 ta' Jannar, 2004.

2. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru, 2003.

3. Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropew.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-18 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Jean-Claude Trichet

[1] ĠU L 8, ta' l-14.1.1999, p. 33.

[2] ĠU L 336, tat-30.12.2000, p. 110.

[3] ĠU L 110, tat-28.4.1999, p. 33.

[4] ĠU L 9, tal-15.1.2004, p. 27.

[5] ĠU L 9, tal-15.1.2004, p. 32.

--------------------------------------------------